|
7.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 266/8 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 977/2008
tat-3 ta' Ottubru 2008
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fit-TARIC
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tat-TARIC imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-merkanzija msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżidilha kwalunkwe subdiviżjoni addizzjonali u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-ħsieb tal-applikazzjoni ta' miżuri tariffarji u ta’ miżuri oħrajn li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ tal-merkanzija. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-merkanzija msemmija fil-kolonna 1 tat-tabella fl-Anness għandha tiġi kklassifikata skont il-kodiċi TARIC indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna 3 ta' dik it-tabella. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jkun stiplulat li tagħrif dwar it-tariffi li jorbtu li ġie ppubblikat mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-merkanzija fit-TARIC, iżda li mhuwiex skont dan ir-Regolament, jista', għal perjodu ta' tliet xhur, jibqa’ jiġi invokat mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2). |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella li hemm fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fit-TARIC skont il-kodiċi TARIC indikati fil-kolonna 2 ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
Tagħrif tariffarju li jorbot maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhuwiex skont dan ir-Regolament, jista' jkompli jiġi invokat għal perjodu ta' tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kummissjoni
László KOVÁCS
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifika (Kodiċi TARIC) |
Raġunijiet |
||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||
|
3920 62 19 94 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 10 tal-Kapitolu 39 tan-NM u l-kliem tal-kodiċi NM 3920 , 3920 62 u 3920 62 19 u l-kodiċi TARIC 3920 62 19 94. Il-metallizzazzjoni tal-wiċċ għandha tiġi kkunsidrata bħala trattament tal-wiċċ li ma jirrinforzax il-film. Għalhekk l-oġġetti għandhom jiġu kklassifikati fl-intestatura 3920 (ara n-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 3920 – ir-raba’ paragrafu). Il-film ma għandux il-karatteristiċi ta’ oġġetti kklassifikati taħt l-intestaturi 3920 62 11 00 sa 3920 62 19 88. Il-film għandu jiġi kklassifikat fl-intestatura 3920 62 19 94 għaliex il-kliem “film tal-poli(etilene tereftalat) (PET)” tas-subintestatura 3920 62 19 94 tkopri film tal-PET ta’ ħxuna li ma taqbiżx 0,35 mm li ma jistax jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi TARIC 3920 62 11 00 sa 3920 62 19 88. |
||
|
3920 62 90 94 |
Il-klassifika hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 10 tal-Kapitolu 39 tan-NM u l-kliem tal-kodiċi NM 3920 , 3920 62 u 3920 62 90 u l-kodiċi TARIC 3920 62 90 94. Il-metallizzazzjoni tal-wiċċ għandha tiġi kkunsidrata bħala trattament tal-wiċċ li ma jirrinforzax il-film. Għalhekk l-oġġetti għandhom jiġu kklassifikati fl-intestatura 3920 (ara n-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 3920 – ir-raba’ paragrafu). Il-film ma għandux il-karatteristiċi ta’ oġġetti kklassifikati taħt l-intestaturi 3920 62 90 20 sa 3920 62 90 40. Il-film għandu jiġi kklassifikat fl-intestatura 3920 62 90 94 għaliex il-kliem “film tal-poli(etilene tereftalat) (PET)” tas-subintestaturi 3920 62 90 94 ikopru film tal-PET ta’ ħxuna li taqbeż 0,35 mm li ma jistax jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi TARIC 3920 62 90 20 sa 3920 62 90 40. |