|
23.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 444/11 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8721 — Owens Corning/Paroc)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 444/11)
|
1. |
Fil-15 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Owens Corning Finland Oy takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ Parry I Holding AB kollha kemm hi u b’hekk anki tas-sussidjarja tagħha Paroc Group Oyj. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — l-impriża Owens Corning: l-iżvilupp, il-manifattura u l-bejgħ ta’ soqfa, iżolament u taħlit (composites) tal-fibre glass, — l-impriża Paroc Group Oyj: il-produzzjoni u l-provvista ta’ materjali ta’ iżolament tas-suf minerali għall-iżolament tal-bini (applikazzjonijiet termali, kontra n-nirien u akustiċi f’kostruzzjonijiet residenzjali u kummerċjali) u iżolament tekniku. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8721 — Owens Corning/Paroc Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).