Att dwar il-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea - IT-TIENI PARTI: AĠĠUSTAMENTI LIT-TRATTATI - TITOLU II:AĠĠUSTAMENTI OħRA - Artikolu 18
Official Journal L 157 , 21/06/2005 P. 0210 - 0210
Artikolu 18 1. It-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 314 tat-Trattat tal-KE għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: "Skond it-Trattati ta' l-Adeżjoni, il-verżjonijiet bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Ingliż, bl-Eston, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bl-Irlandiż, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol u bl-Isvediż ta' dan it-Trattat għandhom ukoll ikunu awtentiċi." 2. It-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 225 tat-Trattat tal-KEEA għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: "Skond it-Trattati ta' l-Adeżjoni, il-verżjonijiet bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Ingliż, bl-Eston, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bl-Irlandiż, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol u bl-Isvediż ta' dan it-Trattat għandhom ukoll ikunu awtentiċi." 3. It-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 53 tat-Trattat ta' l-UE għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: "Skond it-Trattati ta' l-Adeżjoni, il-verżjonijiet bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bl-Eston, bil-Finlandiż, bl-Ungeriż, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven u bl-Isvediż ta' dan it-Trattat għandhom ukoll ikunu awtentiċi." --------------------------------------------------