|
1.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 415/36 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10029 - ABN AMRO BANK/ODDO BHF/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 415/15)
1.
Fl-24 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
ABN AMRO Bank N.V. (“ABN AMRO”, in-Netherlands), u, |
|
— |
ODDO BHF SCA (“ODDO BHF”, Franza). |
ABN AMRO u ODDO BHF se takkwista, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll be sħab ta’ ABN AMRO-ODDO BHF B.V.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture, JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
ABN AMRO: bank Olandiż attiv fis-servizzi bankarji għall-konsumatur (inklużi servizzi bankarji privati), servizzi bankarji korporattivi, servizzi bankarji ta’ investiment u servizzi ta’ senserija, ikklerjar u kustodja. |
|
— |
ODDO BHF: grupp ta’ servizzi finanzjarji Franko-Ġermaniż attiv fis-settur bankarju privat, fil-ġestjoni tal-assi, fis-servizzi bankarji korporattivi, fis-servizzi ta’ investiment, fis-servizzi ta’ riċerka u ta’ senserija u fis-servizzi tal-metalli u tal-kambju. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħthulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10029 — ABN AMRO Bank/Oddo BHF/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).