|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2526 |
17.12.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2526
tas-16 ta’ Diċembru 2025
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2713 biex tiġi kkoreġuta l-ħatra ta’ laboratorju ta’ referenza tal-UE u biex jinħatru laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-apparati mediċi dijanjostiċi in vitro maħsuba għad-detezzjoni jew għall-kwantifikazzjoni tal-markaturi tal-infezzjoni bil-parassiti u għad-detezzjoni tal-markaturi tal-gruppi tad-demm
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u li jħassar id-Direttiva 98/79/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 100(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-ħatra tal-konsorzju ġestit mis-Servicio Madrileño de Salud (SERMAS) bħala laboratorju ta’ referenza tal-UE bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2713 (2) jenħtieġ li tiġi kkoreġuta biex tinkludi l-fondazzjonijiet assoċjati mal-membri tal-konsorzju, sabiex tiġi ffaċilitata l-amministrazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni mogħtija lil dan il-laboratorju ta’ referenza tal-UE f’konformità mal-Artikolu 100(6) tar-Regolament (UE) 2017/746. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 100(1) tar-Regolament (UE) 2017/746, fi Frar 2025 il-Kummissjoni nediet sejħa għall-applikazzjonijiet għal-laboratorji ta’ referenza tal-UE f’diversi ambiti tal-ħatra, kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/944 (3). L-ewwel fażi tas-sejħa kienet tirrigwarda erba’ ambiti tal-ħatra, u l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet lill-Kummissjoni kienet is-6 ta’ Ġunju 2025. |
|
(3) |
Bi tweġiba għas-sejħa ta’ Frar 2025, l-applikazzjonijiet għall-ħatra ġew sottomessi mill-Istati Membri u ġew evalwati minn bord ta’ selezzjoni stabbilit mis-servizzi tal-Kummissjoni. |
|
(4) |
Il-bord ta’ selezzjoni qies il-kriterji għal-laboratorji ta’ referenza tal-UE stabbiliti fl-Artikolu 100(4) tar-Regolament (UE) 2017/746 kif ukoll fl-Artikoli 1 sa 9 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/944. |
|
(5) |
Meta jinħatar laboratorju ta’ referenza tal-UE, skont l-Artikolu 48(5) tar-Regolament (UE) 2017/746, u l-Anness IX, it-Taqsimiet 4.11 u 4.12 kif ukoll l-Anness X, it-Taqsima 5.4 u l-Anness XI, it-Taqsima 5.1, tar-Regolament (UE) 2017/746, l-apparati tal-klassi D iridu jgħaddu minn verifika tal-prestazzjoni u minn ittestjar tal-lottijiet, li jitwettqu mil-laboratorju ta’ referenza tal-UE f’konformità mal-Artikolu 100(2), il-punti (a) u (b), rispettivament, ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk, biex tiġi żgurata biżżejjed disponibbiltà tas-servizzi tal-laboratorji ta’ referenza tal-UE, il-bord ta’ selezzjoni qies ukoll il-kapaċità kollettiva tal-laboratorji kandidati għall-verifika tal-prestazzjoni u għall-ittestjar tal-lottijiet. |
|
(6) |
Wara li titlesta l-proċedura ta’ selezzjoni, jenħtieġ li l-laboratorji magħżula jinħatru bħala l-laboratorji ta’ referenza tal-UE, filwaqt li jiġi speċifikat l-ambitu tal-ħatra tagħhom. |
|
(7) |
Sabiex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u l-prevedibbiltà tal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità, jenħtieġ li l-laboratorji ta’ referenza tal-UE li jkunu għadhom kif inħatru jwettqu biss il-kompitu stabbilit fl-Artikolu 100(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2017/746 fir-rigward tal-apparati li għalihom tiġi ppreżentata l-applikazzjoni formali għall-valutazzjoni tal-konformità wara li l-ħatra tal-laboratorji ta’ referenza tal-UE ssir applikabbli għall-fini tal-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 100(2) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(8) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2713 jiġi emendat u kkoreġut kif xieraq. |
|
(9) |
L-Artikolu 100(5) tar-Regolament (UE) 2017/746 jipprevedi li l-laboratorji ta’ referenza tal-UE jridu jiffurmaw network sabiex jikkoordinaw u jarmonizzaw il-metodi ta’ ħidma tagħhom fir-rigward tal-ittestjar u l-valutazzjoni, u dan huwa meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 100(2) ta’ dak ir-Regolament. Barra minn hekk, il-manifatturi u l-korpi notifikati jeħtieġ li jadattaw il-proċessi eżistenti tagħhom għall-valutazzjoni tal-konformità tal-apparati bħala konsegwenza tal-ħatra tal-laboratorji ta’ referenza tal-UE l-ġodda u tal-involviment tagħhom fil-valutazzjoni tal-konformità. Sabiex il-laboratorji ta’ referenza tal-UE li jkunu għadhom kif inħatru jingħataw biżżejjed żmien biex isiru parti min-network ta’ laboratorji ta’ referenza tal-UE diġà maħtura u biex jikkoordinaw u jarmonizzaw il-metodi ta’ ħidma tagħhom, u sabiex il-manifatturi u l-korpi notifikati jadattaw il-proċessi tagħhom, jenħtieġ li, għall-finijiet tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 100(2) tar-Regolament (UE) 2017/746, l-applikazzjoni tal-ħatra tal-laboratorji ta’ referenza tal-UE l-ġodda tiġi differita sa data aktar tard, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2713 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Għall-fini tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 100(2) tar-Regolament (UE) 2017/746, il-punt 3 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2026.
3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, mill-1 ta’ Mejju 2026, il-laboratorji ta’ referenza tal-UE maħtura li jinsabu fil-punt 3 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom iwettqu l-kompitu msemmi fl-Artikolu 100(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2017/746 biss fil-każ tal-apparati li għalihom il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jippreżentaw applikazzjonijiet formali għall-valutazzjoni tal-konformità lil korp notifikat f’konformità mal-Anness VII, it-Taqsima 4.3, l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/746.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 117, 5.5.2017, p. 176, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/746/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2713 tal-5 ta’ Diċembru 2023 li jaħtar il-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-apparati mediċi dijanjostiċi in vitro (ĠU L, 2023/2713, 6.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2713/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/944 tas-17 ta’ Ġunju 2022 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kompiti tal-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea u l-kriterji għalihom fil-qasam tal-apparati mediċi dijanjostiċi in vitro (ĠU L 164, 20.6.2022, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/944/oj).
ANNESS
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2713 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-punt 2(a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
il-punt 3(a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(3) |
jiżdiedu l-punti 5 u 6 li ġejjin:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2526/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)