|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2621 |
24.11.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/2621
tat-23 ta’ Novembru 2026
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1894 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-11 ta’ Novembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1894 (1). |
|
(2) |
Il-Kunsill irrieżamina l-miżuri restrittivi stipulati fid-Deċiżjoni (PESK) 2019/1894. Fuq il-bażi ta’ dak ir-rieżami, jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu estiżi sat-30 ta’ Novembru 2027. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2019/1894 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/1894, id-data “30 ta’ Novembru 2026” hija sostitwita bid-data “30 ta’ Novembru 2027”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Novembru 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
M. HEYDON
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1894 tal-11 ta’ Novembru 2019 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran (ĠU L 291, 12.11.2019, p. 47 ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/1894/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2621/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)