|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2581 |
19.12.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2581
tat-18 ta’ Diċembru 2025
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2144 li jagħmel l-importazzjonijiet tal-proteina mill-piżelli li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 14(5) tiegħu,
Wara li informat lill-Istati Membri,
Billi:
|
(1) |
Fid-29 ta’ Awwissu 2025, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) ippubblikat avviż li jniedi investigazzjoni anti-dumping dwar l-importazzjonijiet tal-proteina tal-piżelli li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (2) (l-“Avviż tad-29 ta’ Awwissu 2025”). |
|
(2) |
Fil-21 ta’ Ottubru 2025, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2144 (3), il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-proteina mill-piżelli li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni. |
|
(3) |
Matul l-investigazzjoni, għadd ta’ Stati Membri u partijiet interessati ġibdu l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-fatt li l-prodott taħt investigazzjoni jista’ jiġi kklassifikat taħt ċerti kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda (“NM”) li ma ssemmewx fl-avviż tad-29 ta’ Awwissu 2025. Il-Kummissjoni emendat l-Avviż tad-29 ta’ Awwissu 2025 biex iżżid dawk il-kodiċi NM u l-kodiċijiet TARIC korrispondenti. |
|
(4) |
Jenħtieġ li l-importazzjonijiet taħt dawk il-kodiċijiet NM u TARIC ikunu wkoll soġġetti għar-reġistrazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2144 jiġi emendat, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2144 għandu jiġi sostitwit kif ġej:
“Artikolu 1
L-awtoritajiet doganali huma b’dan ordnati, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (UE) 2016/1036, biex jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-proteina mill-piżelli b’kontenut għoli ta’ proteina, li fiha aktar minn 65 fil-mija ta’ proteina fuq bażi ta’ piż xott, li tinkludi t-tipi kollha tal-proteina mill-piżelli derivati mill-piżelli (inklużi piżelli tal-għelieqi sofor u piżelli tal-għelieqi ħodor iżda mhux limitati għalihom), fil-forom fiżiċi kollha (inklużi forom solidi (eż. trab) u likwidi (soluzzjoni)), kemm jekk tessurizzati kif ukoll jekk le, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM:
|
— |
ex 3504 00 90 (kodiċi TARIC 3504 00 90 91), |
|
— |
ex 2106 10 20 (kodiċi TARIC 2106 10 20 40), |
|
— |
ex 2106 10 80 (kodiċijiet TARIC:
|
|
— |
ex 2106 90 92 (kodiċi TARIC 2106 90 92 75), |
|
— |
ex 2303 10 90 (kodiċi TARIC 2303 10 90 10), |
|
— |
ex 2309 10 11 , |
|
— |
ex 2309 10 13 , |
|
— |
ex 2309 10 15 , |
|
— |
ex 2309 10 19 , |
|
— |
ex 2309 10 31 , |
|
— |
ex 2309 10 33 , |
|
— |
ex 2309 10 39 , |
|
— |
ex 2309 10 51 , |
|
— |
ex 2309 10 53 , |
|
— |
ex 2309 10 59 , |
|
— |
ex 2309 10 70 , |
|
— |
ex 2309 10 90 , |
|
— |
ex 2309 90 10 , |
|
— |
ex 2309 90 20 (kodiċi addizzjonali TARIC 8G60), |
|
— |
ex 2309 90 31 (kodiċijiet TARIC:
|
|
— |
ex 2309 90 33 , |
|
— |
ex 2309 90 35 , |
|
— |
ex 2309 90 39 , |
|
— |
ex 2309 90 41 , |
|
— |
ex 2309 90 43 , |
|
— |
ex 2309 90 49 , |
|
— |
ex 2309 90 51 , |
|
— |
ex 2309 90 53 , |
|
— |
ex 2309 90 59 , |
|
— |
ex 2309 90 70 , |
|
— |
ex 2309 90 91 (kodiċi addizzjonali TARIC 8G60), |
|
— |
ex 2309 90 96 (kodiċijiet TARIC:
li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/oj.
(2) ĠU C, C/2025/4850, 29.8.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4850/oj.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2144 tal-21 ta’ Ottubru 2025 li jagħmel l-importazzjonijiet ta’ proteina mill-piżelli li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L, 2025/2144, 22.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2144/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2581/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)