Official Journal L 031 , 02/02/1984 P. 0012 - 0014
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 17 P. 0054
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 29 P. 0257
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 17 P. 0054
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 29 P. 0257
Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 269/84 ta' l-1 ta' Frar 1984 li jikkoreġi Anness II li jinsab mar-Regolament (KEE) Nru 3439/83 li jistipola kondizzjonijiet speċjali għall-esportazzjoni ta' ċerti ġobnijiet lejn l-Awstralja IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkonsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkonsidrat Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta' Ġunju 1968 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1600/83 [2], u b'mod partikulari l-ewwel subparagrafu ta' Artikolu 17(4) tiegħu,, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni(KEE) Nru 3439/83 tal-5 ta' Diċembru 1983 li jistipola kondizzjonijiet speċjali għall-esportazzjoni ta' ċerti ġobnijiet lejn l-Awstralja [3] daħħal sistema ta' ċertifikati li jakkumpanjaw għall-ġobnijiet imsemmija; billi l-kontenut ta' ilma skond il-piż tal-materjal mhux grass mhux inkluż fil-kaxxa 7 tat-taqsima B tal-kampjun taċ-ċertifikat muri f'Anness II li jinsab mar-Regolament imsemmi; billi għalhekk Anness II għandu jerġa' jkun publikat kollu mill-ġdid; Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Anness II li jinsab mar-Regolament (KEE) Nru 3439/83 hu b'dan sostitwit bl-Anness li jinsab ma' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara l- pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Kominitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-1 ta' Frar 1984. Għall-Kummissjoni Poul Dalsager Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p3. [2] ĠU L 163, tat-22.6.1983, p. 56. [3] ĠU L 340, tas-6.12.1983, p. 7. -------------------------------------------------- ANNESS TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------