<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑173/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0173</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:195">EU:C:2017:195</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>18</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>18</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>deliacacjeSENTENZA TAD-<DATE ISO="20170309">9.3.2017</DATE>. – KAWŻA C-173/15</P><P>GE HEALTHCARE</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20170309">9 ta’ Marzu 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>* Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Unjoni doganali</KEYWORD><KEYWORD>Kodiċi Doganali tal-Komunità</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 32(1)(ċ)</KEYWORD><KEYWORD>Determinazzjoni tal-valur doganali</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet tal-awtur jew drittijiet ta’ liċenzji dwar il-merkanzija li qed tkun ivvalutata</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KEE) Nru 2454/93</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 160</KEYWORD><KEYWORD><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Kondizzjoni tal-bejgħ<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> tal-merkanzija li qed tkun ivvalutata</KEYWORD><KEYWORD>Ħlas ta’ drittijiet tal-awtur jew drittijiet ta’ liċenzji lil kumpannija marbuta kemm mal-bejjiegħ kif ukoll max-xerrej tal-merkanzija</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 158(3)</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri ta’ aġġustament u ta’ distribuzzjoni</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-173/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (qorti tal-finanzi ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150401">1 ta’ April 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20150417">17 ta’ April 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">GE Healthcare GmbH</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Hauptzollamt Düsseldorf</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn J. L. da Cruz Vilaça, President tal-Awla, M. Berger, A. Borg Barthet (Relatur), E. Levits u F. Biltgen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal GE Healthcare GmbH, minn L. Harings u G. Schwendinger, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Hauptzollamt Düsseldorf, minn A. Wollschläger, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u J. Möller, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn G. Albenzio, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Grønfeldt u T. Maxian Rusche, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20160728">28 ta’ Lulju 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 32(1)(ċ) u (5)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-<DATE ISO="19921012">12 ta’ Ottubru 1992</DATE>, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20061120">20 ta’ Novembru 2006</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="363" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 363, p. 1</REF.DOC.OJ>), iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Kodiċi Doganali<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), kif ukoll l-Artikolu 158(3) u l-Artikolu 160 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-<DATE ISO="19930702">2 ta’ Lulju 1993</DATE>, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 2913/92 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3), kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1875/2006, tat-<DATE ISO="20061218">18 ta’ Diċembru 2006</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="360" PAGE.FIRST="64" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 360, p. 64</REF.DOC.OJ>) (iktar 'il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Regolament Nru 2454/93<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn GE Healthcare GmbH u l-Hauptzollamt Düsseldorf (uffiċċju doganali prinċipali ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja, iktar 'il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>uffiċċju doganali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) dwar it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet ta’ liċenzji fid-determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali ta’ merkanzija importata minn pajjiż terz fid-dawl tar-rilaxx tagħha għal ċirkulazzjoni libera fit-territorju tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Kodiċi Doganali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 29(1) u (2) tal-Kodiċi Doganali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="029.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-valur doganali ta’ merkanzija importata għandu jkun il-valur tat-transazzjoni, jiġifieri, il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-merkanzija meta tinbiegħ għall-esportazzjoni lit-territorju doganali tal-Komunità, aġġustat, fejn ikun meħtieġ, skont l-Artikoli 32 u 33, sakemm:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ma jkun hemm ebda restrizzjoni dwar kif ix-xerrej jeħles minn jew juża l-merkanzija, ħlief restrizzjonijiet li:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>restrizzjonijiet imposti jew meħtieġa bil-liġi jew minn awtoritajiet pubbliċi fil-Komunità,</P></ITEM><ITEM><P>limitazzjonijiet taż-żona ġeografika li fiha l-merkanzija tista’ terġa’ tinbiegħ,</P><P>jew</P></ITEM><ITEM><P>ma jolqtux sostanzjalment il-valur tal-merkanzija;</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-bejgħ jew il-prezz m’huwiex suġġett għal xi kondizzjoni jew konsiderazzjoni li għaliha ma jistax jiġi stabbilit valur fir-rigward tal-merkanzija li qed tkun stmata;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>ebda parti tad-dħul minn xi bejgħ mill-ġdid sussegwenti, jew minn kif jiddisponi minnha [jittrasferixxi]] jew juża l-merkanzija x-xerrej ma tmiss direttament jew indirettament lill-bejjiegħ, ħlief meta jista’ jsir aġġustament xieraq skond l-Artikolu 32;</TXT><P>u</P></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>li x-xerrej u l-bejjiegħ ma jiġux minn xulxin, jew, fejn ix-xerrej u l-bejjiegħ jiġu minn xulxin, dak il-valur tat-transazzjoni huwa aċċettabbli għall-iskopijiet doganali taħt il-paragrafu 2.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="029.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Waqt li jkun qed jiġi stabbilit jekk valur ta’ transazzjoni huwiex aċċettabbli għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, il-fatt li x-xerrej u l-bejjiegħ jiġu minn xulxin [huma relatati] m’għandux fih innifsu jkun raġuni suffiċjenti biex il-valur tat-transazzjoni jitqies bħala mhux aċċettabbli. Fejn ikun meħtieġ, iċ-ċirkostanzi wara l-bejgħ għandhom jiġu eżaminati u l-valur tat-transazzjoni għandu jiġi aċċ]ettat sakemm ir-relazzjoni ma tkunx influwenzat il-prezz. Jekk, fid-dawl ta’ l-informazzjoni mogħtija minn min ikun għamel id-dikjarazzjoni jew mod ieħor, l-awtoritajiet doganali jkollhom raġunijiet biex iqisu li r-relazzjoni tkun influwenzat il-prezz, għandhom jikkomunikaw ir-raġunijiet tagħhom lil min ikun għamel id-dikjarazzjoni u dan għandu jingħata opportunità raġonevoli sabiex jirrispondi. Jekk min ikun għamel id-dikjarazzjoni hekk jitlob, il-komunikazzjoni tar-raġunijiet għandha tkun bil-miktub.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>F’bejgħ bejn persuni li jiġu minn xulxin [relatati], il-valur tat-transazzjoni għandu jiġi aċċettat u l-merkanzija stmata skond il-paragrafu 1 kull fejn min jagħmel id-dikjarazzjoni juri li dak il-valur jersaq qrib ħafna ta’ waħda mis-segwenti li jiġru fl-istess ħin jew kważi:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>il-valur tat-transazzjoni fil-bejgħ, bejn xerrejja u bejjiegħa li ma jiġux minn xulxin f’xi każ partikolari, ta’ merkanzija identika jew simili għall-esportazzjoni lejn il-Komunità;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>il-valur doganali ta’ merkanzija identika jew simili, kif stabbilit taħt l-Artikolu 30(2)(ċ);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>iii)</NO.P><TXT>il-valur doganali ta’ merkanzija identika jew simili, kif stabbilit taħt l-Artikolu 30(2)(d);</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>Waqt li jsiru t-testijiet [applikati l-kriterji] hawn fuq imsemmija, għandhom ikunu kkonsidrati id-differenzi li jidhru f’livelli kummerċjali, livelli ta’ kwantità, l-elementi enumerati fl-Artikolu 32 u spejjeż li ntefqu mill-bejjiegħ f’bejgħ li fih hu u x-xerrej ma jiġux minn xulxin u fejn dawk l-ispejjez ma gewx minfuqa mill-bejjiegħ f’bejgħ li fih hu u x-xerrej jiġu minn xulxin [huma relatati].</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>It-testijiet [Il-kriterji] imsemmija fil-subparagrafu (b) għandhom jiġu wżati fuq l-inizjattiva ta’ min jagħmel id-dikjarazzjoni u għal skopijiet ta’ paragun biss. Valuri sostituti ma jistgħux jiġu stabbiliti taħt l-imsemmi subparagrafu.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 30(1) u (2) ta’ dan il-kodiċi jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="030.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn il-valur doganali ma jistax jiġi stabbilit taħt l-Artikolu 29, għandu jiġi stabbilit billi timxi sekwenzjalment minn subparagrafi (a), (b), (ċ) u (d) tal-paragrafu 2 għall-ewwel subparagrafu li taħtu jista’ jiġi stabbilit, bla ħsara għall-kondizzjoni li l-ordni ta’ l-applikazzjoni tas-subparagrafi (ċ) u (d) għandu jinqaleb jekk min ikun għamel id-dikjarazzjoni jitlob hekk; huwa biss meta tali valur ma jistax jiġi stabbilit taħt subparagrafu partikolari li jistgħu jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu li jkun imiss f’sekwenza stabbilita bis-saħħa ta’ dan il-paragrafu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="030.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-valur doganali kif stabbilit taħt dan l-Artikolu għandu jkun:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-valur tat-transazzjoni ta’ merkanzija identika mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità u esportata fi jew kważi fl-istess żmien bħall-merkanzija li qed tkun valutata;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-valur tat-transazzjoni tal-merkanzija simili mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità u esportata fi jew kważi fl-istess żmien bħall-merkanzija li qed tkun valutata;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>il-valur ibbażat fuq il-prezz ta’ l-unità li bih il-merkanzija importata għal oġġetti identiċi jew simili jinbiegħu fil-Komunità fl-akbar kwantità totali lil persuni li ma jiġux [mhux relatati] mill-bejjiegħa;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>il-valur maħdum, magħmul mis-somma ta’:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>il-prezz jew valur ta’ materjali u fabbrikazzjoni jew proċessar ieħor imħaddem fil-produzzjoni tal-merkanzija importata,</P></ITEM><ITEM><P>ammont għal profitt u spejjeż ġenerali li jkun daqs dak normalment rifless fil-bejgħ ta’ merkanzija ta’ l-istess klassi jew xorta bħal merkanzija li qed tkun stmata li tkun magħmula minn produtturi fil-pajjiż ta’ l-esportazzjoni għall-esportazzjoni lill-Komunità,</P></ITEM><ITEM><P>il-prezz jew valur ta’ l-oġġetti li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 32(1)(e).<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 31 tal-imsemmi kodiċi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="031.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fejn il-valur doganali ta’ merkanzija importata ma jistax jiġi stabbilit taħt l-Artikoli 29 jew 30, għandu jiġi stabbilit, skont il-bażi ta’ data disponibbli fil-Komunità, bl-użu ta’ mezzi raġonevoli konsistenti mal-prinċipji u dispożizzjonijiet ġenerali ta’:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>il-ftehim dwar l-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu VII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994,</P></ITEM><ITEM><P>L-Artikolu VII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994,</P><P>[u]</P></ITEM><ITEM><P>id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu.</P></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="031.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Ebda valur doganali m’ħandu jiġi stabbilit taħt il-paragrafu 1 skont il-bażi ta’:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-prezz tal-bejgħ fil-Komunità tal-merkanzija prodotta fil-Komunità;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>sistema li tipprovdi għall-aċċettazzjoni għall-iskopijiet ta’ dwana tal-ogħla minn żewġ valuri alternattivi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>il-prezz tal-merkanzija fis-suq domestiku tal-pajjiż ta’ esportazzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>il-prezz ta’ produzzjoni, minbarra valuri maħduma li ġew stabbiliti għal merkanzija identiċi jew simili skont l-Artikolu 30(2)(d);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>prezzijiet għall-esportazzjoni lejn pajjiż li ma jifformax parti mit-territorju doganali tal-Komunità;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>valuri doganali minimi; jew</TXT><P>jew</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>g)</NO.P><TXT>valuri arbitrarji jew fittizji.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 32 tal-istess kodiċi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="032.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Waqt li jkun qed jiġi stabbilit il-valur doganali taħt l-Artikolu 29, għandu jiżdied mal-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-merkanzija importata:</P><P>[…]</P><?PAGE NO="5"?><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>bi drittijiet u tariffi ta’ liċenzi marbutin mal-merkanzija li qed tkun vvalutata li x-xerrej ikollu jħallas, jew direttament jew indirettament, bħala kondizzjoni tal-bejgħ tal-merkanzija li qed tkun vvalutata, sakemm dawn id-drittijiet u t-tariffi ma jkunux inklużi fil-prezz effetivament imħallas jew li jrid jitħallas;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="032.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Żidiet fil-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għandhom isiru taħt dan l-Artikolu biss skont il-bażi ta’ data oġġettiva u li tista’ tiġi kwantifikata.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="032.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Ebda żieda m’għandha ssir fil-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas waqt li jkun qed jiġi stabbilit il-valur doganali ħlief kif ipprovdut f’dan l-Artikolu.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="032.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA><P>Minkejja l-paragrafu 1 (ċ):</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Madankollu, l-imposti għad-dritt tar-riproduzzjoni ta’ l-oġġetti importati fil-pajjiż ta’ l-importazzjoni ma għandhomx jiġu miżjuda mal-prezz attwalment imħallas jew li jrid jiġi mħallas għall-oġġetti importati meta jiġi stabbilit il-valur tad-dwana;</TXT><P>u</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>ħlasijiet magħmula mix-xerrej għad-dritt li jqassam jew li jerġa’ jbigħ il-merkanzija importata m’għandhomx jiżdiedu mal-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-merkanzija importata jekk dawk il-ħlasijiet ma jkunux kondizzjoni tal-bejgħ għall-esportazzjoni tal-merkanzija lejn il-Komunità.<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 249 tal-Kodiċi Doganali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Il-Kumitat [tal-Kodiċi Doganali] jista’ jeżamina kull kwistjoni li għandha x’taqsam mal-leġiżlazzjoni tad-dwana mqajma mill-President, jew minn rajh jew fuq it-talba tar-rappreżentant ta’ Stat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 2454/93</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 143(1) tar-Regolament Nru 2454/93 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Għall-iskopijiet ta’ l-Artikoli 29(1)(d) u 30 (2) (ċ) tal-Kodiċi [Doganali], persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati biss jekk:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>it-tnejn minnhom ikunu kkontrollati direttament jew indirettament minn persuna terza;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 145(2) u (3) ta’ dan ir-regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="145.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Wara r-rilaxx tal-oġġetti għaċ-ċirkolazzjoni libera, aġġustament magħmul mill-bejjiegħ, għall-benefiċċju tax-xerrej, tal-prezz attwalment imħallas jew pagabbli għall-oġġetti jistgħu ikunu kkunsidrati għad-determinazzjoni tal-valur tad-dwana skont l-Artikolu 29 tal-Kodiċi [Doganali], jekk jintwera għas-sodisfazzjoni tal-awtoritajiet tad-dwana li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-oġġetti kienu diffettużi fil-mument imsemmi bl-Artikolu 67 tal-Kodiċi [Doganali];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-bejjiegħ għamel l-aġġustament fil-qadi ta’ obbligu ta’ garanzija provdut fil-kuntratt tal-bejgħ, konkluż qabel ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ta’ l-oġġetti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>in-natura difettuża ta’ l-oġġetti ma kinietx ikkunsidrata diġa fil-kuntratt tal-bejgħ rilevanti.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="145.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-prezz attwalment mħallas jew pagabbli għall-oġġetti, aġġustat skont il-paragrafu 2, jista’ jitqies biss jekk dak l-aġġustament sar f’perjodu ta’ 12-il xahar wara d-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għad-dħul f’ċirkolazzjoni libera tal-oġġetti.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 156a(1) tal-imsemmi regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/> L-awtoritajiet doganali jistgħu, fuq talba tal-persuna kkonċernata, jawtorizzaw li:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>b’deroga għall-Artikolu 32(2) tal-Kodiċi [Doganali], xi elementi li jiżdiedu mal-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas li ma jkunux kwantifikabbli fil-mument li jitnissel id-dejn doganali,</P></ITEM><ITEM><P>b’deroga għall-Artikolu 33 tal-Kodiċi [Doganali], xi elementi li ma humiex inklużi fil-valur doganali, fil-każijiet fejn l-ammonti relatati ma’ dawn l-elementi ma humiex distinti mill-prezz imħallas jew li għandu jitħallas fil-mument tal-bidu tad-dejn doganali,</P></ITEM></LIST><P>jiġu kkalkulati abbażi ta’ kriterji xierqa u speċifiċi.</P></ALINEA><ALINEA>F’dan il-każ, il-valur doganali ddikjarat ma għandux jitqies bħala provviżorju fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 254. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 157 ta’ l-istess regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="157.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 32(1)(ċ) tal-Kodiċi [Doganali], ħlasijiet taddrittijiet u l-liċenzi għandhom jinftiehmu b’ mod partikolari bħala pagamaneti għall-użu tad-drittijiet li għandhom x’jaqsmu ma:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>il-fabbrikazzjoni ta’ merkanzija importata (partikolarment, patenti, disinni, mudelli u tagħrif dwar kif għandha ssir il-fabbrikazzjoni),</P><P>jew</P></ITEM><ITEM><P>l-bejgħ għall-esportazzjoni ta’ merkanzija importati (partikolarment, trademarks, disinni rreġistrati),</P><P>jew</P></ITEM><ITEM><P>l-użu jew bejgħ mill-ġdid ta’ oġġetti impurtati (partikolarment, drittijiet ta’ l-awtur, proċessi tal-fabbrikazzjoni inkorporati inseparabbilment fil-merkanzija importata.).</P></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="7"?><PARAG IDENTIFIER="157.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 32(5) tal-Kodiċi [Doganali], meta l-valur doganali tal-merkanzija importati jiġi determinat skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 29 tal-Kodiċi [Doganali], ħlasijiet ta’ drittijiet jew liċenzi għandhom jingħaddu mal-prezz attwalment imħallas jew li għandu jitħallas, biss, meta dan il-pagament:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>ikollu x’jaqsam mal-merkanzija li tkun qiegħda tiġi vvalutata,</P><P>u</P></ITEM><ITEM><P>jikkostitwixxi kondizzjoni tal-bejgħ ta’ dik il-merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</P></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 158(3) tar-Regolament Nru 2454/93 jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Jekk il-ħlasijiet tad-drittijiet jew liċenzi jirrelataw parzjalment għall‑merkanzija importati u parzjalment għal ingredjenti oħra jew partijiet komponenti miżjuda mal-merkanzija wara l-importazzjoni tagħha, jew għal attivitajiet jew servizzi post-importazzjoni, distirbuzzjoni approprjata għandha ssir biss a bażi tad-data objettiva u kwantifikabli skond in-nota interpretattiva ta’ l-Artikolu 32(2) tal‑Kodiċi [Doganali] fl-Anness 23.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 160 ta’ dan ir-regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Meta x-xerrej iħallas drittijiet jew liċenzilill terza parti, il-kondizzjonijiet previsti fl-Artikolu 157(2) m’għandhomx jiġu kkunsidrati bħala sodisfatti sakemm il-bejjiegħjew persuna relatata miegħuma jkunux jeħtieġu lix‑xerrej jagħmel dak il-pagament.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 161 ta’ dan ir-regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Meta l-metodu ta’ kalkolu ta’ l-ammont ta’ ħlasijiet tad-drittijiet jew liċenzi jirriżulta mill-prezz tal-merkanzija importati, jista’ jkun assunt li fin-nuqqas ta’ prova kuntraraja, li l-pagament ta’ dak il-ħlas tad-drittijiet jew liċenza jkun relatat għall-merkanzija li għandha tiġi vvalutata.</ALINEA><ALINEA>Madankollu, meta l-ammont ta’ ħlas ta’ drittijiet jew liċenza huwa kkalkolat independentament mill-prezz tal-merkanzija mportati,il-pagament ta’ dak il-ħlas tad-drittijiet jew liċenza jista’ madankollu jkun relatat għall-merkanzija li għandha tiġi vvalutata.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 254 tal-istess regolament jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Fuq talba tad-dikjarant, l-awtoritajiet doganali jistgħu jaċċettaw dikjarazzjonijiet għar-rilaxx għal moviment ħieles, li ma jkollhomx id-dettalji kollha stipulati fl-Anness 37.</ALINEA><ALINEA>Madankollu, dawk id-dikjarazzjonijiet għandu jkun fihom ta’ l-anqas id-dettalji stipulati fl-Anness 30A għal dikjarazzjoni mhux kompluta.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 256(1) tar-Regolament Nru 2454/93 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>It-terminu mogħti mill-awtoritajiet doganali lid-dikjarant għall-komunikazzjoni ta’ dettalji jew il-preżentazzjoni ta’ dokumenti nieqsa meta d-dikjarazzjoni kienet aċċettata ma jistax ikun itwal minn xahar mid-data ta’ din l-aċċettazzjoni.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><?PAGE NO="8"?><ALINEA>Meta d-dettalji neqsin għandhom jiġu kkomunikati jew dokumenti ippreżentati jikkonċernaw valur doganali, l-awtoritajiet doganali jistgħu, meta dan ikun assolutament neċessarju, jistabilixxu terminu itwal jew jestendu it-terminu stabbilit qabel. Il-terminu totali permess għandu jieħu kont tat-termini preskritti fis-seħħ.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 257(3) ta’ dan ir-regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Meta, skond l-tikolu 254, id-dikjarazzjoni jkun fiha indikazzoni provviżorja ta’ valur, l-awtoritajiet doganali għandhom:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>jagħmlu iskrizzjoni fil-kontijiet ta’ l-ammont ta’ dazju stabbilit fuq il-bażi ta’ din l-indikazzjoni,</P></ITEM><ITEM><P>jeħtieġu, jekk neċessarju, il-preżentazzjoni ta’ garanzija adegwata biex tkopri id-differenza bejn dak l-ammont u l-ammont li għalih hija fl-aħħar mill-aħħar soġġetta il-merkanzija.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></P></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 259(1) tal-imsemmi regolament huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Dikjarazzjoni inkompleta li tkun aċċettata bil-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 254 sa 257 tista’ jew tiġi kompletata mid-dikjarant jew, bi ftehim ma’ l-awtoritajiet doganali, tiġi sostitwita b’dikjarazzjoni oħra konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 62 tal-Kodiċi [Doganali].<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>In-nota interpretattiva dwar il-valur doganali relatata mal-Artikolu 32(1)(ċ) tal-Kodiċi Doganali, li tinsab fl-Anness 23 tar-Regolament Nru 2454/93, hija redatta fit-termini li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Id-drittrijiet ta’ l-awtur u l-piżijiet tal-liċenzi riferiti fil-paragrafu 1(ċ) ta’ l-Artikolu 8 jistgħu jinkludu, fost ħwejjeġ oħra, il-ħlasijiet rigwrd il-patentijiet, il-marki tal-fabbrija [it-trade marks] u l-proprjetajiet tal-kopja.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>In-nota interpretattiva fil-qasam tal-valur doganali relatat mal-Artikolu 32(2) tal-Kodiċi Doganali, li tinsab fl-istess anness, tiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Meta ma tkunx teżisti data oġġettiva u li tista’ titqies fir-rigward taż-żiediet li jeħtieġ isiru taħt id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 32, il-valur tan-negozju ma jistax jiġi stabbilit taħt id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 29. Bħala illustrazzjoni ta’ dan, dritt huwa imħallas fuq il-bażi tal-prezz fil-bejgħ fil-pajjiż ta’ importazzjoni ta’ litru ta’ prodott partikolari li kien importat bil-kilogramma u kompost f’ soluzzjoni wara l-importazzjoni. Jekk id-dritt ikun ibbażat in parti fuq il-merkanzija importata u in parti fuq fatturi oħra li m’għandhomx x’ jaqsmu ma’ l-merkanzija importata (bħal meta l-merkanzija importata tiġi imħallta ma’ ingredjenti domestiċi u ma tistax tidentifikaha separatament, jew meta d-dritt ma’ jistax jiġi distint minn arranġamenti finanzjarji speċjali bejn ix-xerrej u l-bejjiegħ), ma jkunx f’postu li wieħed jipprova jagħmel żieda għaddrittijiet. Iżda madankollu, jekk l-ammont ta’ dan id-dritt huwa bbażat biss fuq il-merkanzija importata faċilment kwantifikabbli, żieda mal-prezz attwalment imħallas jew pagabbli tista’ ssir.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>GE Medical Systems Deutschland GmbH &amp; Co. KG (iktar 'il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>GE Ġermanja<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>) ikkonkludiet ma’ Monogram Licensing International Inc. (iktar 'il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>M<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>), dawn iż-żewġ impriżi jiffrumaw parti mill-grupp General Electrics (iktar 'il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Grupp GE<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>), kuntratt ta’ liċenzja skont mudell standard.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu II A ta’ dan il-kuntratt, M tat lil GE Ġermanja liċenzja b’titolu oneruż, mhux esklużiva, li tawtorizzaha tuża, b’osservanza l-iktar stretta tar-regoli ta’ kwalità stabbiliti bejn il-partijiet, it-trade mark tal-grupp GE (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>trade mark GE<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>) għal prodotti u servizzi<?PAGE NO="9"?> mmanifatturati, mibjugħa jew pprovduti minn GE Ġermanja. Barra minn hekk, M tat lil GE Ġermanja liċenzja b’mod gratwit, mhux esklużiva, li biha awtorizzata li tuża, fid-diskrezzjoni tiegħu, it-trade mark GE għall-bejgħ mill-ġdid ta’ merkanzija lis-sussidjarji l-oħra tal-grupp GE, għall-użu tagħhom għal skopijiet sperimentali jew ta’ kampjuni, jew ukoll li tibgħathom għall-iskart. GE Healthcare kienet ukoll ammessa tuża, taħt din it-trade mark, prodotti mingħajr ħlas ta’ drittijiet tal-awtur fir-relazzjonijiet kummerċjali tagħha ma’ kumpannija oħra, li tifforma parti wkoll mill-Grupp GE, li kienet ukoll ippermettitilha l-użu tat-trade mark ĠE f’kundizzjonijiet simili għal dawk ifformulati fil-kuntratt ta’ liċenzja bejn M u GE Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Sabiex jiġi żgurat li l-prodotti u s-servizzi mmanifatturati, mibjugħa jew ipprovduti minn GE Ġermanja jkunu fl-osservanza l-iktar stretta tar-regoli ta’ kwalità stabbiliti bejn il-partijiet, M kellha setgħat wiesgħa ta’ sorveljanza u, fil-każ ta’ ksur ta’ dawn ir-regoli, hija setgħet ixxolji l-kuntratt f’perijodu qasir. Id-data ta’ skadenza ta’ drittijiet tal-awtur ta’ liċenzja skont l-Artikolu II A tal-kuntratt ta’ liċenzja kienet iffissata għall-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena kalendarja. Dawn kienu jammontaw għal 0.95 % tad-dħul mill-bejgħ annwali ta’GE Ġermanja għall-użu tat-trade mark GE u għal 0.05 % tad-dħul mill-bejgħ ta’ GE Ġermanja għall-użu tal-isem kummerċjali tal-Grupp GE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Waqt kontroll doganali li jirrigwarda l-perijodu ta’ bejn l-<DATE ISO="20071001">1 ta’ Ottubru 2007</DATE> u l-<DATE ISO="20091231">31 ta’ Diċembru 2009</DATE>, l-uffiċċju doganali ikkonstata b’mod partikolari, f’rapport tat-<DATE ISO="20100908">8 ta’ Settembru 2010</DATE>, li GE Ġermanja kienet akkwistat, mingħand kumpanniji li jifformaw parti mill-grupp GE, merkanzija li ġejja minn pajjiż terz, iżda li hija naqset, b’mod żbaljat, skont dan l-uffiċċju, milli tiddikjara d-drittijiet tal-awtur ta’ liċenzja dovuti minnha fir-rigward tad-determinazzjoni tal-valur doganali ta’ din il-merkanzija. Għalhekk, l-uffiċċju doganali ħareġ, fit-<DATE ISO="20100930">30 ta’ Settembru 2010</DATE>, avviż ta’ taxxa tas-somma ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">14985.09</FT>, bħala d-dazji tal-importazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Wara li ħallset dawn id-dazji, GE Ġermanja talbet, fil-<DATE ISO="20110721">21 ta’ Lulju 2011</DATE>, ir-rimbors tagħhom skont l-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali, peress li ma kienx hemm lok, skontha, li żżid id-drittijiet tal-awtur li tħallsu skont il-kuntratt ta’ liċenzja mal-valur doganali tal-merkanzija inkwistjoni, skont l-Artikolu 32 tal Kodiċi Doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20150309">9 ta’ Marzu 2015</DATE> l-uffiċċju doganali ċaħad it-talba għal rimbors fformulata minn GE Ġermanja, peress li l-valuri doganali kienu, skontu, eżatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Sadanittant, fil-<DATE ISO="20110831">31 ta’ Awwissu 2011</DATE>, GE Healthcare issuċediet għal GE Ġermanja, bħala aventi kawża b’mod universali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20150311">11 ta’ Marzu 2015</DATE>, GE Healthcare ippreżentat quddiem il-qorti tar-rinviju rikors kontra d-deċiżjoni tal-uffiċċju doganali tad-<DATE ISO="20150309">9 ta’ Marzu 2015</DATE>. Din il-qorti, imsejħa sabiex tapplika l-Artikolu 32(1)(ċ) tal-Kodiċi Doganali fil-kawża li għandha quddiemha, għandha dubji dwar il-portata eżatta ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Finanzgericht Düsseldorf (qorti tal-finanzi ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/> 1)</NO.P><TXT>Drittijiet tal-awtur jew drittijiet ta’ liċenzji, fis-sens tal‑Artikolu 32(1)(ċ) ta[l-Kodiċi Doganali] jistgħu jiġu inklużi fil-valur doganali meta la fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt u lanqas fil‑mument ta’ riferiment għall-bidu tad-dejn doganali li, f’każ ta’ tilwima, huwa ddeterminat skont dispożizzjonijiet magħquda tal‑Artikolu 201(2) u tal-Artikolu 214(1) tal-[imsemmi] Kodiċi […], ma huwa stabbilit li drittijiet tal-awtur u drittijiet ta’ liċenzji kienu dovuti?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="10"?><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>F’każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda: drittijiet tal‑awtur u drittijiet ta’ liċenzji ta’ trade mark, fis-sens tal-Artikolu 32(1)(ċ) tal-Kodiċi Doganali, jistgħu jiġu relatati ma’ merkanzija importata, minkejja li dawn id-drittijiet tal-awtur jew drittijiet ta’ liċenzji jitħallsu wkoll għal servizzi, kif ukoll għall-użu tal‑għerq tal-isem tal-grupp ta’ kumpanniji komuni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>F’każ ta’ risposta affermattiva għat-tieni domanda: drittijiet tal‑awtur u drittijiet ta’ liċenzji ta’ trade mark, fis-sens tal‑Artikolu 32(1)(ċ) tal-Kodiċi Doganali, jistgħu jkunu kundizzjoni talbejgħ għall-esportazzjoni ta’ merkanzija importata b’destinazzjoni lejn il-Komunità fis-sens tal-Artikolu 32(5)(b) tal-Kodiċi Doganali, minkejja li l-ħlas ta’ dawn id-drittijiet tal-awtur jew drittijiet ta’ liċenzji huwa meħtieġ u jseħħ minn impriża marbuta kemm mal-bejjiegħ kif ukoll max-xerrej?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>F’każ ta’ risposta affermattiva għat-tielet domanda u fl-ipoteżi fejn, bħal f’dan il-każ, id-drittijiet tal-awtur u drittijiet ta’ liċenzji huma parzjalment relatati mal-merkanzija importata u parzjalment ma’ servizzi sussegwenti għall-importazzjoni: isegwi mid-distribuzzjoni xierqa li għandha sseħħ unikament abbażi ta’ data oġġettiva u kwantifikabbli skont l-Artikolu 158(3) tar-Regolament [Nru 2454/93] minn naħa, u skont in-nota interpretattiva dwar l-Artikolu 32(2) tal-Kodiċi Dognali li hija inkluża fl-Anness 23 tar-Regolament 2454/93, min-naħa l-oħra, li huwa biss valur doganali stabbilit skont l-Artikolu 29 tal-Kodiċi Doganali li jista’ jiġi rrettifikat, jew jista’ jkun il-każ li, f’sitwazzjoni fejn il-valur doganali ma jkunx jista’ jiġi stabbilit skont l-Artikolu 29, id-distribuzzjoni prevista fl-Artikolu 158(3) tar-Regolament 2454/93 tkun possibbli sa fejn dawn l-ispejjeż ma jittiħdux inkunsiderazzjoni, meta jiġi stabbilit il-valur doganali skont l-Artikolu 31 tal-Kodiċi Doganali?<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-dritt tal-Unjoni dwar l-evalwazzjoni għal skopijiet doganali hija intiża sabiex tistabbilixxi sistema ekwa, uniformi u newtrali li teskludi l-użu ta’ valuri doganali arbitrarji jew fittizzji. Il-valur għal skopijiet doganali għandu għaldaqstant jirrifletti l-valur ekonomiku reali ta’ merkanzija importata u, għaldaqstant, għandu jieħu inkunsiderazzjoni l-elementi kollha ta’ din il-merkanzija li għandhom valur ekonomiku (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061116">16 ta’ Novembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Compaq Computer International Corporation</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑306/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:716">EU:C:2006:716</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160616">16 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>EURO 2004. Hungary</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑291/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:455">EU:C:2016:455</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>B’mod partikolari, skont l-Artikolu 29 tal-Kodiċi Doganali, il-valur doganali tal-merkanzija importata huwa, fil-prinċipju, ikkostitwit mill-valur ta’ tranżazzjoni tagħha, jiġifieri l-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-merkanzija meta din tinbiegħ għall-esportazzjoni lejn it-territorju doganali tal-Unjoni, bla ħsara madankollu għal aġġustamenti li għandhom isiru skont l-Artikoli 32 ta’ dan il-kodiċi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131212">12 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Christodoulou <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑116/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:825">EU:C:2013:825</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160121">21 ta’ Jannar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Stretinskis</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑430/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:43">EU:C:2016:43</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>L-Artikolu 32 tal-Kodiċi Doganali jippreċiża l-elementi li għandhom jiġu miżjuda mal-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-merkanzija importata, sabiex jiġi ddeterminat il-valur doganali tagħhom. B’hekk skont il-paragrafu 1(ċ) ta’ din id-dispożizzjoni, jiżdiedu mal-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas, id-drittijiet tal-awtur jew id-drittijiet ta’ liċenzji li għandhom x’jaqsmu mal-merkanzija li għandha tiġi vvalutata, li x-xerrej għandu jħallas, direttament<?PAGE NO="11"?> jew indirettament, bħala kundizzjoni tal-bejgħ tal-merkanzija li qed tkun ivvalutata, sa fejn dawn id-drittijiet tal-awtur u drittijiet ta’ liċenzji ma humiex inklużi fil-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 157(1) tar-Regolament Nru 2454/93, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>drittijiet [tal-awtur] u [drittijiet tal-]liċenz[j]i<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> għandhom ifissru b’mod partikolari, għall-finijiet tal-Artikolu 32(1)(ċ) tal-Kodiċi Doganali, il-ħlas għall-użu tad-drittijiet li għandhom x’jaqsmu mal-bejgħ għall-esportazzjoni tal-merkanzija importata inkwistjoni, fost oħrajn it-trade marks jew il-mudelli rreġistrati, jew mal-użu jew il-bejgħ mill-ġdid ta’ din il-merkanzija, b’mod partikolari d-drittijiet tal‑awtur u l-proċessi tal-fabbrikazzjoni marbuta inseparabbilment mal‑imsemmija merkanzija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>L-Artikolu 157(2) tar-Regolament Nru 2454/936 jippreċiża, min-naħa tiegħu, li d-drittijiet tal-awtur jew id-drittijiet ta’ liċenzji għandhom jiżdiedu mal-prezz attwalment imħallas jew li għandu jitħallas biss meta dan il-pagament, minn naħa, ikollu x’jaqsam mal-merkanzija li tkun qiegħda tiġi vvalutata u, min-naħa l‑oħra, jikkostitwixxi kundizzjoni tal-bejgħ ta’ din il-merkanzija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-aġġustament previst mill-Artikolu 32(1)(ċ) tal‑Kodiċi Doganali japplika meta tliet kundizzjonijiet kumulattivi jiġu ssodisfatti, jiġifieri, l-ewwel nett, li d-drittijiet tal-awtur jew id‑drittijiet ta’ liċenzji ma jkunux ġew inklużi fil-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas, li għandhom jirrigwardaw il-merkanzija li għandha tiġi vvalutata u, it-tielet nett, li x-xerrej għandu jkun marbut iħallas dawn id-drittijiet tal-awtur jew dawn id-drittijiet ta’ liċenzji bħala kundizzjoni tal-bejgħ tal-merkanzija li għandha tiġi vvalutata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fir-rigward tal-ewwel kundizzjoni, huwa paċifiku, skont id-deċiżjoni tar-rinviju, li GE Healthcare ma inkludietx, skont ir-rekwiżiti tal-kuntratt ta’ liċenzja inkwistjoni fil-kawża prinċipali, id-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet ta’ liċenzji dwar l-użu tat-trade mark GE fil-valur doganali tal-merkanzija li qed tkun ivvalutata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel u t-tieni domandi</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel u t-tieni domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien sa fejn jikkonċernaw it-tieni kundizzjoni elenkata fil-punt 35 ta’ din is-sentenza, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 32(1)(ċ) tal-Kodiċi Doganali għandux jiġi interpretat fis-sens li l-drittijiet tal-awtur jew id-drittijiet ta’ liċenzji humiex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>marbutin mal-merkanzija li qed tkun vvalutata<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> meta, minn naħa, ma huwiex possibbli li jiġi ddeterminat, fiż-żmien tal-kuntratt jew fiż-żmien tal-bidu tal-imsemmi dejn doganali, l-ammont ta’ dawn id-drittijiet tal-awtur jew drittijiet ta’ liċenzji u, min-naħa l-oħra, meta l-imsemmija drittijiet tal-awtur jew l-imsemmija drittijiet ta’ liċenzji jirrelataw parzjalment biss mal-merkanzija li qed tkun ivvalutata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu jiġi eżaminat, fl-ewwel lok, jekk id‑drittijiet tal-awtur jew id-drittijiet ta’ liċenzji humiex, skont l-Artikolu 32(1)(ċ) tal-Kodiċi Doganali, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>marbutin mal‑merkanzija li qed tkun vvalutata<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, anki meta ma jistax jiġi ddeterminat, fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt jew fil-mument tal-bidu tad-dejn doganali, l-ammont ta’ dawn id-drittijiet tal-awtur jew drittijiet ta’ liċenzji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-kuntratt ta’ liċenzja inkwistjoni fil-kawża prinċipali kien jipprevedi l-obbligu, għal GE Ġermanja, li tħallas id-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet ta’ liċenzji dwar l-użu tat-trade mark GE għal merkanzija li hija kienet importat, bl-eċċezzjoni ta’ ċerta merkanzija li setgħet tintuża, taħt dik it-trade mark, libera minn dritt tal-awtur, bħall-merkanzija mibjugħa lil sussidjarji oħra fi ħdan il-grupp GE, dawk użati għal skopijiet sperimentali, il-kampjuni u l-merkanzija ddestinata għar-rimi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, u kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 29 tal-konklużjonijiet tiegħu, dawn id-drittijiet tal-awtur u dawn id-drittijiet ta’ liċenzji huma relatati effettivament mal-merkanzija li qed tiġi vvalutata, anki jekk l-ammont eżatt tagħhom ma huwiex iddeterminat fil-mument tal-konklużjoni tal‑imsemmi kuntratt, jew ulterjorment, waqt l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali jew fil-mument tal-bidu tad-dejn doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna, b’mod partikolari, il-kwistjoni dwar jekk l-ammont eżatt tad-drittijiet tal-awtur jew tad-drittijiet tal-liċenzji li għandhom jitħallsu għandux ikun stabbilit fil-mument tal-bidu tad-dejn doganali, l-Artikolu 32(1)(ċ) tal-Kodiċi Doganali ma jipprevedi ebda rekwiżit f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, l‑Artikolu 156a(1) tar-Regolament Nru 2454/93 ta’ Implementazzjoni, l-awtoritajiet doganali jistgħu, fuq talba tal-persuna kkonċernata, u b’deroga għall-Artikolu 32(2) tal-Kodiċi Doganali, jippermettu li ċerti elementi li għandhom jiżdiedu mal-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas, li ma humiex kwantifikabbli fil-mument tal-bidu tad‑dejn doganali, ikunu kkalkolabbli abbażi ta’ kriterji xierqa u speċifiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 254 tal-imsemmi regolament jipprevedi l-possibbiltà għad-dikjarant, fuq aċċettazzjoni tal-awtoritajiet doganali, sabiex jagħmel dikjarazzjoni ta’ rilaxx fil-prattika mhux kompleta, li, skont l-Artikolu 257(3) ta’ dan ir-regolament, tista’ tagħti indikazzjoni provviżorja tal-valur doganali tal-merkanzija li għandha tiġi importata, u din id-dikjarazzjoni tista’ tiġi kkompletata iktar tard, skont l-Artikoli 256, 257 u 259 tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-punt 14 tal-Kummentarju Nru 3 (Taqsima tal-Valur Doganali) dwar l-effett ta’ drittijiet tal‑awtur u ta’ drittijiet ta’ liċenzji fuq il-valur doganali, stabbilit mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali msemmi fl-Artikolu 247a ta’ dan il-kodiċi (iktar 'il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>Kumitat tal-Kodiċi Doganali<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>), jaqra<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>Id-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet ta’ liċenzji huma kkalkolati b’mod ġenerali wara l-importazzjoni ta’ oġġetti li qed jiġu vvalutati. F’dan il-każ, l-alternattiva se jkun jew li tiġi posposta d-determinazzjoni finali tal-valur doganali skont l-Artikolu 257(3) tad-dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni tal-Kodiċi [Doganali] jew li jiġi ddeterminat aġġustament globali skont il-konstatazzjonijiet magħmula matul perijodu rappreżentattiv u aġġornati perjodikament. Din il-kwistjoni għandha tiġi solvuta bi ftehim bejn l-importaturi u l-awtoritajiet doganali<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Issa, il-konklużjonijiet tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, għalkemm ma għandhomx setgħa vinkolanti fid-dritt, huma madankollu mezzi importanti sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tal-Kodiċi Doganali mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri u jistgħu, bħala tali, jitqiesu bħala mezzi siewja għall-interpretazzjoni tal-imsemmi kodiċi (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140206">6 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Humeau Beaupréau</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑2/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:48">EU:C:2014:48</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-Artikolu 32(1)(ċ) tal-Kodiċi Doganali ma jeħtieġx li l-ammont tad-drittijiet tal-awtur jew tad‑drittijiet ta’ liċenzji jkun iddeterminat fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt ta’ liċenzja jew fil-mument tal-bidu tad-dejn doganali sabiex dawn tal-aħħar jitqiesu relatati mal-merkanzija li għandha tiġi vvalutata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Għandha tiġi eżaminata, fit-tieni, il-kwistjoni dwar jekk id-drittijiet tal-awtur jew drittijiet ta’ liċenzji jistgħu jitqiesu bħala relatati mal-merkanzija li qed tkun ivvalutata għalkemm dawn huma relatati magħha biss parzjalment. Fil-fatt, f’dan il-każ, id-drittijiet tal-awtur jew id-drittijiet ta’ liċenzji tħallsu wkoll fir-rigward tal-provvista ta’ servizzi wara l-importazzjoni tal-merkanzija inkwistjoni fil-kawża prinċipali kif ukoll mill-użu tas-sinjal kummerċjali tal-grupp li għalih kien jappartjeni d-dikjarant.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 161 tar-Regolament Nru 2454/93 jistipula li meta l-ammont ta’ dritt tal-awtur jew tad-dritt ta’ liċenzji jkun ikkalkulat indipendentement mill-prezz tal-merkanzija importata, il-ħlas ta’ dan id-dritt tal-awtur jew dan id-dritt ta’ liċenzji jkun madankollu relatat mal-merkanzija li għandha tiġi vvalutata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Issa, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, f’dan il-każ, l-ammont ta’ drittijiet tal-awtur jew ta’ drittijiet ta’ liċenzji jiddependi mill-perċentwali tad-dħul mill-bejgħ ġenerali ġġenerat matul il-bejgħ lil terzi tal-merkanzija importata taħt kuntratt ta’ liċenzja. Minn dan isegwi li l-ħlas ta’ dawn id-drittijiet tal-awtur jew drittijiet huma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>relatati<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> mal-merkanzija li għandha tiġi vvalutata, fis-sens ta’ dan it-tieni paragrafu tal-Artikolu 161.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Din il-konstatazzjoni ma tistax tiġi ikkontestata mill-fatt li, skont din l-istess deċiżjoni, id-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet tal-liċenzja jirrelataw ukoll ma’ provvisti ta’ servizzi sussegwenti għall-importazzjoni tal-imsemmija merkanzija minn GE Ġermanja kif ukoll mal-użu tal-akronimu tal-grupp GE minn din il-kumpannija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fil-fatt l-Artikolu 158(3) ta’ dan ir-regolament jistipula li jekk il-ħlasijiet tad-drittijiet tal-awtur jew id-drittijiet ta’ liċenzji jirrelataw parzjalment mal‑merkanzija importata u parzjalment ma’ ingredjenti oħra jew elementi kostituttivi miżjuda mal-merkanzija wara l-importazzjoni tagħha, jew ma’ attivitajiet jew servizzi wara l-importazzjoni, distribuzzjoni xierqa għandha ssir biss abbażi tad-data objettiva u kwantifikabbli skont in-nota interpretattiva tal-Artikolu 32(23) tal‑Kodiċi Doganali, li tinsab fl-Anness 32 tar-Regolament Nru 2454/93.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>B’hekk, l-Artikolu 158(3) tar-Regolament Nru 2454/93 jipprovdi espliċitament li drittijiet tal-awtur jew id-drittijiet ta’ liċenzji li għandhom jitħallsu jistgħu jitqiesu bħala li huma relatati, parzjalment, ma’ merkanzija u, parzjalment, ma’ provvisti ta’ servizzi wara l-importazzjoni, b’tali mod li l-aġġustament previst fl-Artikolu 32(1)(ċ) tal-Kodiċi Doganali jista’ jiġi applikat, anki jekk dawn id-drittijiet tal-awtur jew drittijiet ta’ liċenzji jkunu relatati biss parzjalment mal-merkanzija importata, peress li dan l-aġġustament għandu f’dan il-każ isir abbażi ta’ data oġġettiva u kwantifikabbli, sabiex jiġi evalwat l-ammont ta’ drittijiet tal-awtur jew ta’ drittijiet ta’ liċenzji marbuta ma’ din il-merkanzija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Konsegwentement, skont l-Artikolu 32(1)(ċ) tal‑Kodiċi Doganali, drittijiet tal-awtur jew drittijiet ta’ liċenzji jistgħu jkunu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>marbutin mal-merkanzija li qed tkun vvalutata<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, għalkemm dawn id-drittijiet tal-awtur jew dawn id-drittijiet ta’ liċenzji huma relatati biss parzjalment mal-imsemmija merkanzija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, hemm lok li tingħata risposta għall-ewwel u t-tieni domandi li l-Artikolu 32(1)(ċ) tal-Kodiċi Doganali għandu jiġi interpretat fis-sens li, minn naħa, ma jeħtieġx li l-ammont tad-drittijiet tal-awtur jew tad‑drittijiet ta’ liċenzji ta’ trade mark ikun iddeterminat fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt ta’ liċenzja jew fil-mument tal-bidu tad-dejn doganali sabiex dawn tal-aħħar jitqiesu relatati mal-merkanzija li għandha tiġi vvalutata u, għaldaqstant, jammetti li l-imsemmija drittijiet tal-awtur jew l-imsemmija drittijiet ta’ liċenzji jistgħu jkunu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>marbutin mal-merkanzija li qed tkun vvalutata<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, għalkemm dawn id-drittijiet tal-awtur jew dawn id-drittijiet ta’ liċenzji huma relatati biss parzjalment mal-imsemmija merkanzija.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda, li tikkonċerna t-tielet kundizzjoni elenkata fil-punt 35 ta’ din is-sentenza, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 32(1)(ċ) tal-Kodiċi Doganali u l-Artikolu 160 tar-Regolament Nru 2454/93 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li drittijiet tal-awtur jew drittijiet ta’ liċenzji jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>kondizzjoni tal-bejgħ<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> tal-merkanzija li qed tkun ivvalutata meta, fi ħdan grupp<?PAGE NO="14"?> ta’ kumpanniji, il-ħlas ta’ dawn id-drittijiet tal-awtur jew ta’ dawn id-drittijiet ta’ liċenzji jkun rikjest minn impriża marbuta kemm mal-bejjiegħ kif ukoll max-xerrej u jitħallas għall-benefiċċju ta’ din l-istess impriża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-Artikolu 157(2) tar-Regolament Nru 2454/936, li jippreċiża l-kundizzjonijiet tal-implementazzjoni tal-Artikolu 32(1)(ċ) tal-Kodiċi Doganali, jipprevedi li d-drittijiet tal-awtur jew id-drittijiet ta’ liċenzji għandhom jiżdiedu mal-prezz attwalment imħallas jew li għandu jitħallas meta dan il-pagament huwa, minn naħa, relatat mal-merkanzija li tkun qiegħda tiġi vvalutata u, min-naħa l‑oħra, jikkostitwixxi kundizzjoni tal-bejgħ ta’ din il-merkanzija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>L-Artikolu 32(1)(ċ) tal-Kodiċi Doganali u l‑Artikolu 157(2) tar-Regolament Nru 2454/93 ma jippreċiżawx dak li għandu jinftiehem b’<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>kundizzjoni tal-bejgħ<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> tal-merkanzija importata li tkun qiegħda tiġi vvalutata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali kkunsidra, fil-punt 12 tal-Kummentarju Nru 3 (Taqsima tal-Valur Doganali) dwar l-effett ta’ drittijiet tal‑awtur u ta’ drittijiet ta’ liċenzji fuq il-valur doganali, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>l-kwistjoni li tqum tirrigwarda jekk il-bejjiegħ huwiex lest li jbigħ il-merkanzija mingħajr ma jitħallas dritt tal-awtur jew dritt ta’ liċenzja. Il-kundizzjoni tista’ tkun espliċita jew impliċita. F’ħafna każijiet, huwa speċifikat fil-kuntratt ta’ liċenzja jekk il-bejgħ tal-merkanzija importata huwiex suġġett għal ħlas ta’ drittijiet tal-awtur jew ta’ dritt ta’ liċenzji. Madankollu, ma huwiex essenzjali li dan ikun stipulat<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Huwa xieraq li jitqiesu l-indikazzjonijiet ipprovduti minn dan il-kummentarju, kif jirriżulta mill-punt 45 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jitqies, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 51 ta’ dawn il-konklużjonijiet tiegħu, li l-ħlas ta’ drittijiet tal-awtur jew ta’ drittijiet ta’ liċenzji jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>kondizzjoni tal-bejgħ<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> tal-merkanzija li qed tkun ivvalutata meta, fil-kuntest tar-relazzjonijiet kuntrattwali li hemm bejn il-bejjiegħ, jew il-persuna marbuta miegħu, u x-xerrej, il-ħlas tad-dritt tal-awtur jew tad-dritt ta’ liċenzji huwa tant importanti għall-bejjiegħ li fin-nuqqas ta’ tali ħlas, dan tal-aħħar ma jagħmilx il-bejgħ, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kawża prinċipali, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-konċedent tal-liċenzja, jiġifieri M, li kien marbut kemm mal-bejjiegħ kif ukoll max-xerrej, kien il-benefiċjarju tad-drittijiet tal-awtur jew tad-drittijiet tal-liċenzji relatati mal-merkanzija mibjugħa. Dan il-benefiċjarju kien għaldaqstant, f’dan il-każ, l-istess kumpannija li rrikjediet mix-xerrej ta’ din il-merkanzija li tħallas id-drittijiet tal-awtur jew id-drittijiet ta’ liċenzji marbuta magħhom, peress li dawn it-tliet kumpanniji jagħmlu parti mill-istess grupp, il-grupp GE, u kienu kkontrollati, direttament jew indirettament, mill-kumpannija parent ta’ dan il-grupp.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, l-Artikolu 160 tar-Regolament Nru 2454/93 jipprevedi li meta x-xerrej iħallas dritt tal-awtur jew dritt ta’ liċenzja lil terzi, il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 157(2) tal-imsemmi regolament għandhom jitqiesu bħala ssodisfatti biss meta l-bejjiegħ jew il-persuna marbuta miegħu jirrikjedi mix-xerrej li jagħmel dan il-ħlas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>B’hekk, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk il-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 160 tar-Regolament Nru 2454/93 hijiex issodisfatta f’sitwazzjoni fejn it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>terza parti<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> li lilha trid titħallas id-dritt tal-awtur jew id-dritt ta’ liċenzja u l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>persuna relatata<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> mal-bejjiegħ humiex l-istess persuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, GE Healthcare issostni li, fil-verżjoni bil-lingwa Ġermaniża tagħha, l-Artikolu 160 tar-Regolament Nru 2454/93 jipprevedi li l-persuna li titlob il-ħlas tad-dritt tal-awtur jew id-dritt ta’ liċenzji u t-terz li lilha dan id-dritt tal-awtur jew dan id-dritt ta’ liċenzji għandu jitħallas ma tistax tkun l-istess persuna.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Madankollu, mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-kliem użat f’waħda mill-verżjonijiet lingwistiċi ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni ma jistax iservi bħala bażi unika għall-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni jew jingħata, f’dan ir-rigward, prijorità fil-konfront tal-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra. Fil-fatt, metodu bħal dan ikun inkompatibbli mar-rekwiżit ta’ uniformità ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. Fil-każ ta’ diverġenza bejn id-diversi verżjonijiet lingwistiċi, id-dispożizzjoni inkwistjoni għandha għaldaqstant tiġi interpretata skont l-istruttura ġenerali u l-għan tal-leġiżlazzjoni li tifforma parti minnha (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121115">15 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Kurcums Metal</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑558/11</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:721">EU:C:2012:721</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Issa, kif speċifika l-Avukat Ġenerali fil-punt 63 tal-konklużjonijiet tiegħu, ebda waħda mill-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra tal‑Artikolu 160 tar-Regolament Nru 2454/93 ma tinkludi t‑tieni riferiment għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>terza parti<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> li lilha jsir il-ħlas ta’ drittijiet tal‑awtur jew ta’ drittijiet ta’ liċenzji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif indika wkoll l-Avukat Ġenerali fil-punt 65 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-fatt li persuna relatata mal-bejjiegħ ma tikkwalifikax bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>terza parti<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> fis-sens tal-Artikolu 160 tar-Regolament Nru 2454/93, ma jippermettix li jiġi konkluż li l-ħlas ta’ drittijiet tal-awtur jew ta’ drittijiet ta’ liċenzji ma jikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>kondizzjoni tal-bejgħ<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> tal-merkanzija li qed tkun ivvalutata, fis‑sens tal-Artikolu 32(1)(ċ) tal-Kodiċi Doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, huwa meħtieġ li jiġi vverifikat jekk il-persuna assoċjata mal-bejjiegħ teżerċitax kontroll, fuqu jew fuq ix-xerrej, li tippermettilu li jiġi żgurat li l-importazzjoni ta’ merkanzija li magħha huwa marbut id-dritt ta’ liċenzja tagħha hijiex suġġetta għall-ħlas, favur tiegħu, tad-dritt tal-awtur jew tad-dritt ta’ liċenzja fir-rigward ta’ din il-merkanzija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tagħmel tali verifika fir-rigward tat-tilwima fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-punt 13 tal-Kummentarju Nru 3 (Taqsima tal-Valur Doganali) dwar l-effett ta’ drittijiet tal‑awtur u ta’ drittijiet ta’ liċenzji fuq il-valur doganali, stabbilit mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, jipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>meta merkanzija jitħallsu minn persuna oħra, il-ħlas tagħhom huwa madnakollu meqjus bħala kundizzjoni tal-bejgħ tal-mekranzija […]. Il-bejjiegħ, jew persuna relatata ma’ dan tal-aħħar, tista’ tkun ikkunsidrata li teħtieġ li x-xerrej iħallas dan il-ħlas meta, pereżempju, fi grupp multinazzjonali, merkanzija tinxtara minn stabbiliment ta’ grupp iżda d-dritt tal-awtur għandu jitħallas lil stabbiliment ieħor tal-istess grupp. Dan jgħodd ukoll meta l-bejjiegħ huwa dak li ħa l-liċenzja tad-destinatarju tad-drittijiet tal-awtur u li dan tal-aħħar jikkontrolla l-kundizzjonijiet tal-bejgħ<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, hemm lok li tingħata risposta għat-tielet domanda li l-Artikolu 32(1)(ċ) tal-Kodiċi Doganali u l-Artikolu 160 tar-Regolament Nru 2454/93 għandhom jiġu interpretati fis-sens li drittijiet tal-awtur jew drittijiet ta’ liċenzji jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>kondizzjoni tal-bejgħ<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> tal-merkanzija li qed tkun ivvalutata meta, fi ħdan grupp ta’ kumpanniji, il-ħlas ta’ dawn id-drittijiet tal-awtur jew ta’ dawn id-drittijiet ta’ liċenzji jkun rikjest minn impriża marbuta kemm mal-bejjiegħ kif ukoll max-xerrej u jitħallas għall-benefiċċju ta’ din l-istess impriża.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba</HT><HT TYPE="ITALIC"><QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 32(1)(c) tal-Kodiċi Doganali u l-Artikolu 158(3) tar-Regolament Nru 2454/93 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-miżuri ta’ aġġustament u ta’ distribuzzjoni, rispettivament imsemmija f’dawn id-dispożizzjonijiet, jistgħux isiru meta l-valur doganali tal-merkanzija inkwistjoni kien iddeterminat mhux skont l-Artikolu 29 tal-Kodiċi Doganali, iżda l-metodu sussidjarju previst fl-Artikolu 31 ta’ dan il-kodiċi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Mill-proċess ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, għal diversi snin fiskali qabel l-2009, l-uffiċċju doganali prinċipali ta’ Düsseldorf ma rċeviex id-data neċessarja li tippermettilu li jagħmel l-aġġustament, ibbażat fuq l-Artikolu 32(1)(ċ) tal-Kodiċi Doganali, tal-valur tat-tranżazzjoni kkalkulata skont il-metodu previst fl-Artikolu 29 ta’ dan il-kodiċi. Konsegwentement, il-metodu tad-determinazzjoni tal-valur doganali skont l-Artikolu 31 tal-Kodiċi Doganali ġie użat, peress li l-metodi previsti fl-Artikoli 29 u 30 tal-imsemmi kodiċi ma kinux, <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT>, applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Sa fejn l-Artikolu 32(1)(ċ) tal-Kodiċi Doganali jipprevedi li aġġustament jista’ jsir sabiex jiddetermina l-valur doganali biss bl-applikazzjoni tal-Artikolu 29 tal-imsemmi kodiċi, tqum il-kwistjoni dwar jekk dan l-aġġustament, u b’mod partikolari, id-distribuzzjoni skont l-Artikolu 158(3) tar-Regolament Nru 2454/93, jistax jiġi applikat ukoll meta l-valur doganali tal-merkanzija importata kien iddeterminat abbażi tal-metodu previst fl-Artikolu 31 ta’ dan il-kodiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, meta l-valur għal skopijiet doganali ma jistax jiġi ddeterminat, skont l-Artikolu 29 tal-Kodiċi Doganali, permezz tal-valur tat-tranżazzjoni tal-merkanzija importata, l-evalwazzjoni doganali għandha titwettaq skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 ta’ dan il-kodiċi, permezz tal-applikazzjoni, suċċessivament, tal-punti (a) sa (d) ta’ dan l-aħħar artikolu (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160616">16 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>EURO 2004. Hungary</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-291/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:455">EU:C:2016:455</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Fil-każ li lanqas ma jkun possibbli li jiġi ddeterminat il-valur doganali tal-merkanzija importata abbażi tal-Artikolu 30 tal-Kodiċi Doganali, l-evalwazzjoni doganali għandha ssir skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 31 ta’ dan il-kodiċi (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160616">16 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>EURO 2004. Hungary</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑291/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:455">EU:C:2016:455</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Konsegwentement, kemm mill-kliem tal-Artikoli 29 sa 31 ta’ dan il-kodiċi kif ukoll mill-ordni li skontha għandhom jiġu applikati l-kriterji ta’ determinazzjoni tal-valur doganali abbażi ta’ dawn l-artikoli, jirriżulta li dawn id-dispożizzjonijiet huma marbuta bejniethom permezz ta’ rabta ta’ sussidjarjetà. Fil-fatt, huwa biss meta l-valur għal skopijiet doganali ma jistax jiġi ddeterminat permezz ta’ applikazzjoni ta’ dispożizzjoni partikolari li jkun hemm lok li jsir riferiment għad-dispożizzjoni li tiġi immedjatament warajha fl-ordni stabbilita (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160616">16 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>EURO 2004. Hungary</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑291/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:455">EU:C:2016:455</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>L-Artikolu 31(1) tal-Kodiċi Doganali jipprevedi li l-valur doganali tal-merkanzija importata huwa dderminat, abbażi ta’ data disponibbli fl-Unjoni, bl-użu ta’ mezzi raġonevoli konsistenti mal-prinċipji u d-dispożizzjonijiet ġenerali tal-ftehimiet internazzjonali kif ukoll id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 3 tal-imsemmi kodiċi li jelenka.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 86 tal-konklużjonijiet tiegħu, ir-riferiment li sar mill-Artikolu 31(1) tal-Kodiċi Doganali għall-Kapitolu 3 ta’ dan il-kodiċi jimplika li d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ dan il‑kapitolu, li minnu jifforma parti l-Artikolu 32 ta’ dan il-kodiċi, japplikaw anki fil-każ fejn il-valur ta’ merkanzija doganali huwa ddeterminat skont l‑Artikolu 31(1) tal-istess kodiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif jirriżulta mill-punt 30 ta’ din is-sentenza, id-dritt tal-Unjoni dwar l-evalwazzjoni tal-merkanzija doganali huwa intiż sabiex jistabbilixxi sistema ekwa, uniformi u newtrali li teskludi l-użu ta’ valuri doganali arbitrarji jew fittizji. Skont il-punt 2 tan-nota interpretattiva dwar il-valur għal skopijiet doganali relatat mal-Artikolu 31(1) tal-Kodiċi Doganali, li tinsab fl-Anness 23 tar-Regolament Nru 2454/93, il-metodi ta’ valutazzjoni li għandhom jintużaw skont l-imsemmi Artikolu 31(1) ma għandhomx ikunu dawk iddefiniti fl-Artikoli 29 sa 30(2) ta’dan il-kodiċi iżda <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>flessibbiltà raġonevoli<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> fl-applikazzjoni ta’ dawn il-metodi jkun konformi mal-għanjiet u mad-dispożizzjonijiet tal-istess artikolu 31(1) (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080228">28 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>Carboni e derivati</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑263/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:128">EU:C:2008:128</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-ħtieġa li jiġi stabbilit valur doganali fil-każ li impriża ma tkunx ipprovdiet informazzjoni sħiħa dwar is-snin fiskali kkonċernati u l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>flessibilità raġjonevoli<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> imsemmija fil-punt 2 tal-imsemmija nota interpretattiva, għandu jkun ammess li t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ data relatata ma’ snin fiskali oħra tal-impriża jista’ jikkostitwixxi data disponibbli fl-Unjoni li l-Artikolu 31(1) tal-Kodiċi Doganali jippermetti li jinżamm bħala bażi għad-determinazzjoni tal-valur doganali. Fil-fatt, ir-riferiment għal din id-data jikkostitwixxi mezzi sabiex jiġi stabbilit l-imsemmi valur li huma, kemm <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>raġonevoli<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> fis-sens tal-imsemmi Artikolu 31(1) u kompatibbli kemm mal-prinċipji kif ukoll mad-dispożizzjonijiet ġenerali tal-ftehimiet internazzjonali u mad-dispożizzjonijiet li għalihom jirreferi dan l-istess Artikolu 31(1) (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080228">28 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>Carboni e derivati</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑263/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:128">EU:C:2008:128</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 158(3) tar-Regolament Nru 2545/93, dan l-artikolu jipprevedi li meta d-drittijiet tal-awtur jew id-drittijiet ta’ liċenzji jirrelataw, parzjalment, mal‑merkanzija importata u, parzjalment, ma’ ingredjenti oħra jew partijiet komponenti miżjuda mal-merkanzija wara l-importazzjoni tagħha, jew ma’ attivitajiet jew servizzi wara l-importazzjoni, distribuzzjoni xierqa għandha ssir <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>biss abbażi tad-data objettiva u kwantifikabbli<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> skont in-nota interpretattiva tal-Artikolu 32(23) tal‑Kodiċi Doganali, li jinsab fl-Anness 32 tar-Regolament Nru 2454/93.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Issa, mill-punt 81 ta’ din is-sentenza, kif ukoll mill-punt 91 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali jirriżulta li d-data relatata mas-snin fiskali oħra tal-impriża inkwistjoni tista’ titqies bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>objettiva u kwantifikabbli<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> fis-sens tal-Artikolu 158(3) tar-Regolament Nru 2454/93 u, konsegwentement, id-distribuzzjoni prevista fl-imsemmi artikolu tista’ tkun applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif isostnu l-Kummissjoni u l-Gvern Ġermaniż, li jiġi deċiż mod ieħor jikkawża vantaġġi indebiti għall-benefiċċju tal-importaturi li jirrifjutaw li jagħtu informazzjoni sħiħa, u jiġi prekluż b’hekk li ssir valutazzjoni korretta tal-valur doganali tal-merkanzija importata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandha tingħata risposta għar-raba’ domanda preliminari li l-Artikolu 32(1)(ċ) tal-Kodiċi Doganali u l-Artikolu 158(3) tar-Regolament Nru 2454/93 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-miżuri ta’ aġġustament u ta’ distribuzzjoni, rispettivament imsemmija f’dawn id-dispożizzjonijiet, jistgħu jsiru meta l-valur doganali tal-merkanzija inkwistjoni jkun iddeterminat mhux skont l-Artikolu 29 tal-Kodiċi Doganali, iżda skont il-metodu sussidjarju previst fl-Artikolu 31 ta’ dan il-kodiċi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 32(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-<DATE ISO="19921012">12 ta’ Ottubru 1992</DATE>, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20061120">20 ta’ Novembru 2006</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li, minn naħa, ma jimponix li l-ammont tad-drittijiet tal-awtur jew tad‑drittijiet ta’ liċenzji ta’ trade mark ikun iddeterminat fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt ta’ liċenzja jew fil-mument tal-bidu tad-dejn doganali sabiex dawn tal-aħħar jitqiesu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>marbutin mal-merkanzija li qed tkun vvalutata<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> għalkemm dawn id-drittijiet tal-awtur jew dawn id-drittijiet ta’ liċenzji jistgħu jkunu relatati biss parzjalment mal-imsemmija merkanzija.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="18"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 32(1)(ċ) tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 1791/2006 u l-Artikolu 160 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-<DATE ISO="19930702">2 ta’ Lulju 1993</DATE>, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1875/2006, tat-<DATE ISO="20061218">18 ta’ Diċembru 2006</DATE>, għandhom jiġu interpretati fis-sens li drittijiet tal-awtur jew drittijiet ta’ liċenzji jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>kondizzjoni tal-bejgħ<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> tal-merkanzija li qed tkun ivvalutata meta, fi ħdan l-istess grupp ta’ kumpanniji, il-ħlas ta’ dawn id-drittijiet tal-awtur jew ta’ dawn id-drittijiet ta’ liċenzji jkun rikjest minn impriża marbuta kemm mal-bejjiegħ kif ukoll max-xerrej u jitħallas għall-benefiċċju ta’ din l-istess impriża.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 32(1)(ċ) tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 1791/2006 u l-Artikolu 158(3) tar-Regolament Nru 2454/93, kif emendat bir-Regolament Nru 1875/2006, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-miżuri ta’ aġġustament u ta’ distribuzzjoni, rispettivament imsemmija f’dawn id-dispożizzjonijiet, jistgħu jsiru meta l-valur doganali tal-merkanzija inkwistjoni jkun iddeterminat mhux skont l-Artikolu 29 ta’ dan ir-Regolament Nru 2913/92, iżda skont il-metodu sussidjarju previst fl-Artikolu 31 tal-imsemmi regolament.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>