European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/1308

5.2.2024

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11458 — MEIF7 / INFRACAPITAL / LMI)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/1308)

1.   

Fis-26 ta’ Jannar 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Macquarie European Infrastructure Fund 7 SCSp, li jaġixxi mis-sieħeb ġenerali tiegħu MEIF 7 Luxembourg GP S.à r.l (“MEIF7”, il-Lussemburgu),

—

Trinity SLP 2 LP, sussidjarja ta’ M&G plc (“Infracapital”, ir-Renju Unit), u

—

Last Mile Infrastructure (Holdings) Limited (“LMI”, ir-Renju Unit),

MEIF7 u Infracapital jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ LMI.

Il-konċentrazzjoni se ssir permezz ta’ xiri ta’ ishma u titoli.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati u tal-JV huma dawn li ġejjin:

—

MEIF7 huwa fond ġestit minn Macquarie Infrastructure and Real Assets (Europe) Limited, sussidjarja proprjetà sħiħa ta’ Macquarie Group Limited, li hija attiva bħala fornitur ta’ servizzi bankarji, finanzjarji, konsultattivi, ta’ investiment u ta’ ġestjoni tal-fondi,

—

Infracapital hija attiva fl-investiment fl-infrastruttura u hija sussidjarja ta’ M&G, plc, negozju ta’ tfaddil u investimenti, u

—

LMI u s-sussidjarji tagħha jiddisinjaw, jibnu, jippossjedu u joperaw infrastruttura tal-utilitajiet “tal-aħħar mil”, inklużi konnessjonijiet tal-elettriku, tal-gass, tal-ilma mormi u tal-gass, u networks tas-sħana rinnovabbli fir-Renju Unit.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11458 — MEIF7 / INFRACAPITAL / LMI

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1308/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)