7.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 174/17


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1424

tal-5 ta’ Lulju 2023

li ma ġġeddidx l-approvazzjoni tal-akrolein għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 12 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-akrolein ġie inkluż fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 12. Skont l-Artikolu 86 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, ġie għalhekk ikkunsidrat bħala approvat skont dak ir-Regolament sal-31 ta’ Awwissu 2020 soġġett għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE.

(2)

Fit-28 ta’ Frar 2019, tressqet applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-akrolein għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 12 (“l-applikazzjoni”) billi l-approvazzjoni tal-akrolein għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 12 kellha tiskadi fil-31 ta’ Awwissu 2020.

(3)

Id-Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1037 (3) pposponiet id-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-akrolein għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 12 sat-28 ta’ Frar 2023 sabiex ikun hemm biżżejjed żmien għall-eżami tal-applikazzjoni. Dik l-iskadenza reġgħet ġiet posposta bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1486 (4) għat-28 ta’ Frar 2025.

(4)

Madankollu, fis-6 ta’ Ottubru 2022, l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni infurmat lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni li l-applikant kien irtira l-applikazzjoni tiegħu għat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-akrolein għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 12. Konsegwentement, peress li ma ġiex stabbilit li l-akrolein għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, jixraq li l-approvazzjoni tal-akrolein ma tiġġeddidx għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 12.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-approvazzjoni tal-akrolein bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 12 mhijiex imġedda.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1037 tal-15 ta’ Lulju 2020 li tipposponi d-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tal-akrolein għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 12 (ĠU L 227, 16.7.2020, p. 72).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1486 tas-7 ta’ Settembru 2022 li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-akrolein għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 12 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 233, 8.9.2022, p. 83)