Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Rikors magħmul abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ intiż li jikseb il-kundanna tal-konvenuti sabiex jirrifondu s-somma mħallsa bil-quddiem mill-Komunità, kif ukoll l-interessi għad-dewmien, minħabba n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt Nru 2000-25366, konkluż fil-kuntest ta’ programm speċifiku ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku, u ta’ dimostrazzjoni, fil-materja tat-teknoloġiji tas-soċjetà ta’ l-informazzjoni (TSI) (1998-2002) u li jirrigwarda l-proġett Crossmarc (Cross-lingual Multi Agent Retail Comparison).
Dispożittiv
1) Dane-Elec Memory hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej is-somma prinċipali ta’ EUR 55 878, bl-interessi:
2) – bir-rata ta’ 4,75 % fis-sena mis-16 ta’ Marzu 2004 sal-31 ta’ Diċembru 2005;
3) – bir-rata ta’ 5 % fis-sena mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2006;
4) – bir-rata ta’ 5,25 % fis-sena mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-ħlas totali tad-dejn.
5) M’hemmx lok li tiġi deċiża t-talba magħmula kontra Internet Commerce Network.
6) Dane-Elec Memory għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk tal-Kummissjoni.
7) Internet Commerce Network għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
8)