|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/589 |
16.3.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/589
tas-16 ta’ Marzu 2026
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2019/796 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu l-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/796 tas-17 ta’ Mejju 2019 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu l-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-17 ta’ Mejju 2019, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2019/796. |
|
(2) |
Bħala parti mill-azzjoni sostnuta, imfassla u koordinata tal-Unjoni kontra atturi persistenti ta’ theddid ċibernetiku, jenħtieġ li żewġ persuni fiżiċi u tliet entitajiet jiġu inklużi fil-lista tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/796. Dawk il-persuni fiżiċi u entitajiet huma responsabbli għal attakki ċibernetiċi b’effett sinifikanti li jikkostitwixxu theddida esterna għall-Unjoni jew għall-Istati Membri tagħha, jew involuti fihom. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/796 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/796 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Marzu 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
(1) ĠU L 129 I, 17.5.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/796/oj.
ANNESS
L-Anness I għar-Regolament (UE) 2019/796 jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
L-entrati li ġejjin jiżdiedu taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi”:
|
|
(2) |
L-entrati li ġejjin jiżdiedu taħt l-intestatura “B. Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi”:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/589/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)