<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-327/18 PPU</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0327</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:733">EU:C:2018:733</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad-<DATE ISO="20180919">19.9.2018</DATE> – Kawża C-327/18 PPU</HT></P><P>RO</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20180919">19 ta’ Settembru 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali</KEYWORD><KEYWORD>Mandat ta’ arrest Ewropew</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI</KEYWORD><KEYWORD>Motivi ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 50 TUE</KEYWORD><KEYWORD>Mandat maħruġ mill-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ Stat Membru li jkun beda l-proċedura ta’ rtirar mill-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Inċertezza fir-rigward tas-sistema applikabbli għar-relazzjonijiet bejn dan l-Istat u l-Unjoni wara l-irtirar</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-327/18 PPU,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-High Court (il-Qorti Għolja, l-Irlanda), b’deċiżjoni tas-<DATE ISO="20180517">17 ta’ Mejju 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20180518">18 ta’ Mejju 2018</DATE>, fil-proċedura dwar l-eżekuzzjoni ta’ mandati ta’ arrest Ewropej maħruġa kontra</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">RO,</HT></P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, President tal-Awla, C. G. Fernlund (Relatur), A. Arabadjiev, S. Rodin u E. Regan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: L. Hewlett, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat it-talba tal-qorti tar-rinviju tas-<DATE ISO="20180517">17 ta’ Mejju 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20180518">18 ta’ Mejju 2018</DATE>, li r-rinviju għal deċiżjoni preliminari jiġi suġġett għall-proċedura b’urġenza, konformement mal-Artikolu 107 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,</VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20180611">11 ta’ Ġunju 2018</DATE> tal-Ewwel Awla li tilqa’ l-imsemmija talba,</VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20180712">12 ta’ Lulju 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal RO, minn E. Martin-Vignerte u J. MacGuill, solicitors, C. Cumming, BL, kif ukoll minn P. McGrath, SC,</P></ITEM><ITEM><P>għal Minister for Justice and Equality, minn M. Browne u G. Hodge kif ukoll minn A. Joyce u G. Lynch, bħala aġenti, assistiti minn E. Duffy, BL, u minn R. Barron, SC,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Rumen, minn L. Liţu u C. Canţăr, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn S. Brandon u C. Brodie, bħala aġenti, assistiti minn J. Holmes, QC, u minn D. Blundell, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn S. Grünheid kif ukoll minn R. Troosters u M. Wilderspin, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20180807">7 ta’ Awwissu 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 50 TUE u tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-<DATE ISO="20020613">13 ta’ Ġunju 2002</DATE> dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="017" PAGE.FIRST="45" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 17, p. 45</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI, tas-<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="081" PAGE.FIRST="24" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 81, p. 24</REF.DOC.OJ>), (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Deċiżjoni Kwadru<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest tal-eżekuzzjoni, fl-Irlanda, ta’ żewġ mandati ta’ arrest Ewropej maħruġa mill-qrati tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq kontra RO.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">It-Trattat tal-UE</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 50(1) sa (3) TUE jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="050.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Stat Membru jista’ jiddeċiedi, skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali tiegħu, li joħroġ mill-Unjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="050.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istat Membru li jiddeċiedi li joħroġ għandu jinnotifika lill-Kunsill Ewropew bl-intenzjoni tiegħu. Fid-dawl tal-linji gwida provduti mill-Kunsill Ewropew, l-Unjoni għandha tinnegozja u tikkonkludi ma’ dak l-Istat ftehim li jistabbilixxi l-arranġamenti għall-ħruġ tiegħu, filwaqt li jittieħed kont tal-qafas tar-relazzjonijiet futuri tiegħu ma’ l-Unjoni Ewropea. Dak il-ftehim għandu jiġi nnegozjat skont l-Artikolu 218(3) [TFUE]. Dan għandu jiġi konkluż f’isem l-Unjoni mill-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="050.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>It-Trattati għandhom jieqfu milli japplikaw għall-Istat in kwistjoni mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim dwar il-ħruġ jew, fin-nuqqas ta’ dan, sentejn wara n-notifika prevista fil-paragrafu 2, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi ftehim ma’ l-Istat Membru in kwistjoni, ma jiddeċidix b’mod unanimu li jestendi dan il-perijodu.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-Deċiżjoni Kwadru</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-premessi 10 u 12 tad-Deċiżjoni Kwadru huma redatti kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>(10)</NO.P><TXT>Il-mekkaniżmu tal-mandat ta’ arrest Ewropew hu bbażat fuq livell għoli ta’ kunfidenza bejn l-Istati Membri. L-implimentazzjoni tiegħu jista’ jiġi sospiż biss fil-każ ta’ ksur serju u persistenti minn wieħed mill-Istati Membri tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu [2 TUE], determinat mill-Kunsill skond l-Artikolu 7[(2) TUE] bil-konsegwenzi stabbiliti fl-Artikolu 7[(3)] tiegħu.</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="3"?><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT>Din id-Deċiżjoni Kwadru tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tħares il-prinċipji rikonoxxuti mill-[Artikoli 2 u 6 TUE] u riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea […], b’mod partikolari l-Kapitolu VI tiegħu. Xejn f’din id-Deċiżjoni Kwadru ma jista’ jiġi interpretat bħala projbizzjoni tat-tiċħid ta’ ċediment ta’ persuna għal liema mandat ta’ arrest Ewropew ġie maħruġ meta hemm raġunijiet biex jitwemmen, fuq il-bażi ta’ elementi oġġettivi, li l-mandat ta’ arrest imsemmi ġie maħruġ għall-iskop tal-prosekuzzjoni jew kastig ta’ persuna fuq ir-raġunijiet tas-sess, razza, oriġini etnika, nazzjonalità, ilsien, opinjoni politika jew orjentazzjoni sesswali, jew li l-pożizzjoni ta’ dik il-persuna jista’ jiġi ppreġudikat għal kwalunkwe minn dawn ir-raġunijiet.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Kwadru, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Definizzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew u l-obbligu li jiġi esegwit<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jipprevedi fil-paragrafi 2 u 3 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jesegwixxu kwalunkwe mandat ta’ arrest Ewropew abbażi tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku u skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Deċiżjoni Kwadru m’għandhiex ikollha l-effett li timmodifika l-obbligu tar-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji legali fundamentali kif imniżżla fl-Artikolu 6 [TUE].<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 26 tad-Deċiżjoni Kwadru, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Tnaqqis fil-perjodu ta’ detenzjoni skontat fl-Istat Membru ta’ esekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprevedi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>L-Istat Membru li joħroġ il-mandat għandu jnaqqas il-perjodi kollha ta’ detenzjoni li jirriżultaw mill-esekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew mill-perjodu totali ta’ detenzjoni li għandu jiġi skontat fl-Istat Membru li joħroġ il-mandat bħala riżultat ta’ piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni li qed tingħata.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 27 tad-Deċiżjoni Kwadru, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Azzjoni kriminali possibbli għal reati oħra<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> jipprevedi fil-paragrafu 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>[…] persuna li ġiet ikkonsenjata ma tistax tiġi pproċessata, ikkundannata jew imċaħħda mil-libertà għal reat imwettaq qabel il-konsenja tagħha minbarra għal dak li fir-rigward tiegħu l-persuna kienet ġiet ikkonsenjata.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 28 tad-Deċiżjoni Kwadru jirregola l-konsenja jew l-estradizzjoni sussegwenti lejn Stat ieħor għajr l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Irlandiż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni Kwadru ġiet trasposta fl-ordinament ġuridiku Irlandiż permezz tal-European Arrest Warrant Act 2003 (il-Liġi tal-2003 dwar il-Mandat ta’ Arrest Ewropew).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>RO huwa s-suġġett ta’ żewġ mandati ta’ arrest Ewropej maħruġa mill-qrati tar-Renju Unit għall-attenzjoni tal-Irlanda.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-ewwel wieħed, maħruġ fis-<DATE ISO="20160127">27 ta’ Jannar 2016</DATE>, jirrigwarda qtil u ħruq intenzjonat allegatament kommessi fit-<DATE ISO="20150802">2 ta’ Awwissu 2015</DATE>. It-tieni wieħed, maħruġ fl-<DATE ISO="20160504">4 ta’ Mejju 2016</DATE>, jirrigwarda stupru allegatament kommess fit-<DATE ISO="20031230">30 ta’ Diċembru 2003</DATE>. Kull wieħed minn dawn ir-reati huwa punibbli bi priġunerija għall-għomor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>RO ġie arrestat u tqiegħed taħt arrest preventiv fl-Irlanda fit-<DATE ISO="20160203">3 ta’ Frar 2016</DATE>. Sa minn dakinhar, huwa għadu taħt arrest preventiv f’dan l-Istat Membru, taħt żewġ mandati ta’ arrest Ewropej adottati kontrih.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>RO qajjem oġġezzjonijet fir-rigward tal-konsenja tiegħu lir-Renju Unit ibbażati, b’mod partikolari, fuq l-irtirar ta’ dan l-Istat Membru mill-Unjoni u fuq l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>KEDB<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), billi allega li jista’ jkun suġġett għal trattament inuman u degradanti jekk jintbagħat il-ħabs ta’ Maghaberry fl-Irlanda ta’ Fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Minħabba l-istat ta’ saħħa tiegħu, il-kawża ta’ RO ma setgħetx tinstema’ qabel is-<DATE ISO="20170727">27 ta’ Lulju 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20171102">2 ta’ Novembru 2017</DATE>, il-High Court (il-Qorti Għolja, l-Irlanda), wara li eżaminat l-allegazzjonijiet ta’ RO dwar it-trattament li jista’ jkun suġġett għalih fl-Irlanda ta’ Fuq, qieset li, skont informazzjoni preċiża u reċenti dwar il-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni fil-ħabs ta’ Maghaberry, kien hemm riskju li minħabba l-vulnerabbiltà tiegħu RO jkun suġġett għal trattament inuman jew degradanti. Hija qieset neċessarju li, fid-dawl tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160405">5 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Aranyosi u Căldăraru</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-404/15 u C-659/15 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:198">EU:C:2016:198</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tintalab kjarifika mill-awtoritajiet tar-Renju Unit dwar il-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni ta’ RO fil-każ ta’ konsenja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20180416">16 ta’ April 2018</DATE>, l-awtorità ġudizzjarja li ħarġet il-mandati ta’ arrest Ewropej inkwistjoni, il-Laganside Court in Belfast (il-Qorti Laganside f’Belfast, ir-Renju Unit), ikkommunikat informazzjoni dwar kif l-amministrazzjoni penitenzjarja tal-Irlanda ta’ Fuq ser tindirizza r-riskju li RO jkun suġġett għal trattament inuman jew degradanti fl-Irlanda ta’ Fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-High Court (il-Qorti Għolja) tindika li hija ċaħdet kull waħda mill-oġġezzjonijiet imqajma minn RO kontra l-konsenja tiegħu, ħlief dawk li jikkonċernaw il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u dik relatata mal-Artikolu 3 tal-KEDB, billi qieset li hija ma setgħetx tieħu deċiżjoni dwar dawn l-oġġezzjonijiet qabel ma tirċievi r-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar diversi domandi preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-High Court (il-Qorti Għolja) tfakkar li, fid-<DATE ISO="20170329">29 ta’ Marzu 2017</DATE>, ir-Renju Unit innotifika lill-President tal-Kunsill Ewropew bl-intenzjoni tiegħu li jirtira mill-Unjoni, billi bbaża ruħu fuq l-Artikolu 50 TUE, u li din in-notifika kellha twassal għall-irtirar tar-Renju Unit b’effett mid-<DATE ISO="20190329">29 ta’ Marzu 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Din il-qorti tindika li probabbilment, jekk RO jiġi kkonsenjat, huwa ser ikun għadu l-ħabs fir-Renju Unit wara din id-data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-High Court (il-Qorti Għolja) tosserva wkoll li jistgħu jiġu konklużi ftehimiet bejn l-Unjoni u r-Renju Unit sabiex jirregolaw ir-relazzjonijiet bejn dawn il-partijiet immedjatament wara dan l-irtirar jew fuq perijodu iktar twil, f’oqsma bħal dak kopert mid-Deċiżjoni Kwadru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Madankollu, sa issa, din il-possibbiltà tibqa’ inċerta u n-natura tal-miżuri li għandhom jittieħdu, b’mod partikolari, fir-rigward tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiddeċiedi fuq domanda preliminari, ma hijiex magħrufa.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-High Court (il-Qorti Għolja) tindika li, skont il-Minister for Justice and Equality (il-Ministru tal-Ġustizzja u tal-Ugwaljanza, l-Irlanda), għandu japplika d-dritt kif applikabbli preżentement u mhux id-dritt li jista’ jkun hemm fil-futur wara l-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni. Skont il-qorti tar-rinviju, huwa b’mod ġust li l-imsemmi Ministru jikkonkludi li l-konsenja ta’ RO hija mandatorja abbażi tad-dritt nazzjonali li jimplimenta d-Deċiżjoni Kwadru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Din il-qorti tesponi li, għall-kuntrarju, skont RO, b’kunsiderazzjoni għall-inċertezza fir-rigward tas-sistema legali li ser ikun hemm fir-Renju Unit wara l-irtirar ta’ dan l-Istat Membru mill-Unjoni, ma jistax jiġi ggarantit li d-drittijiet li jgawdi bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni jistgħu, fil-prattika, jiġu implimentati bħala tali, sabiex ma jkunx hemm lok għall-konsenja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tippreċiża li RO identifika erba’ aspetti tad-dritt tal-Unjoni li jistgħu teoretikament jiġu invokati, jiġifieri:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>id-dritt għal tnaqqis tal-perijodu ta’ detenzjoni skontat fl-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, previst fl-Artikolu 26 tad-Deċiżjoni Kwadru;</P></ITEM><ITEM><P>l-hekk imsejħa regola ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>speċjalità<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, prevista fl-Artikolu 27 tad-Deċiżjoni Kwadru;</P></ITEM><ITEM><P>id-dritt li jillimita l-konsenja jew l-estradizzjoni sussegwenti, previst fl-Artikolu 28 tad-Deċiżjoni Kwadru, u</P></ITEM><ITEM><P>ir-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-persuna kkonsenjata skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>).</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Skont din il-qorti, tqum il-kwistjoni dwar jekk, fil-każ ta’ tilwima dwar wieħed minn dawn l-erba’ aspetti u fin-nuqqas ta’ miżuri li jagħtu ġurisdizzjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tagħti deċiżjoni preliminari dwarhom, il-konsenja ta’ persuna bħal RO, toħloqx riskju sinjifikattiv ta’ inġustizzja u mhux riskju purament teoretiku, b’tali mod li t-talba għal konsenja ma għandhiex tintlaqa’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-High Court (il-Qorti Għolja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1.</NO.P><TXT>Fid-dawl:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>tal-fatt li r-Renju Unit ta notifika taħt l-Artikolu 50 TUE;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>tal-inċertezzi rigward l-arranġamenti li ser isiru bejn l-Unjoni u r-Renju Unit sabiex jiġu rregolati r-relazzjonijiet tagħhom wara l-ħruġ tar-Renju Unit; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>tal-inċertezzi li jirriżultaw minn dan dwar sa liema punt [RO] jista’, fil-prattika, igawdi mid-drittijiet mogħtija mit-Trattati, mill-Karta jew minn kwalunkwe leġiżlazzjoni rilevanti fil-każ li huwa jiġi kkonsenjat lill-awtoritajiet tar-Renju Unit u jinżamm il-ħabs wara l-ħruġ tar-Renju Unit;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Stat mitlub huwa meħtieġ li jirrifjuta, skont id-dritt tal-Unjoni, il-konsenja lir-Renju Unit ta’ persuna li hija s-suġġett ta’ mandat ta’ arrest Ewropew li l-konsenja tagħha huwa, madankollu, obbligatorja skont id-dritt nazzjonali ta’ dan l-Istat Membru:</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>f’kull każ?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>f’ċerti każijiet, skont iċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(iii)</NO.P><TXT>f’ebda każ?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija dik imsemmija fil-punt (ii), liema huma l-kriterji u l-elementi li għandhom jiġu evalwati minn qorti fl-Istat mitlub sabiex tiddeċiedi jekk il-konsenja hijiex projbita?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tat-tieni domanda, il-qorti tal-Istat mitlub hija meħtieġa tiddifferixxi d-deċiżjoni finali dwar l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew sabiex tistenna iktar preċiżjonijiet dwar is-sistema ġuridika rilevanti li għandha tiġi implementata wara li l-Istat rikjedenti joħroġ mill-Unjoni:</TXT><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>f’kull każ?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>f’ċerti każijiet, skont iċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(iii)</NO.P><TXT>f’ebda każ?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għat-tielet domanda hija dik imsemmija fil-punt (ii), liema huma l-kriterji jew l-elementi li għandhom jiġu evalwati minn qorti fl-Istat mitlub sabiex tiddeċiedi jekk huwiex obbligatorju li tiddifferixxi d-deċiżjoni finali dwar l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew?<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq il-proċedura b’urġenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju talbet li dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari jiġi suġġett għall-proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari prevista fl-Artikolu 107 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Insostenn tat-talba tagħha, din il-qorti tinvoka il-fatt li l-persuna kkonċernata hija attwalment taħt arrest preventiv fl-Irlanda biss fuq il-bażi ta’ mandati ta’ arrest Ewropej maħruġa mir-Renju Unit għal finijiet ta’ prosekuzzjoni kriminali u li l-konsenja tiegħu lil dan l-Istat Membru tiddependi mir-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja. Hija enfasizzat li l-proċedura ordinarja testendi kunsiderevolment it-tul tad-detenzjoni tal-persuna kkonċernata, liema persuna tibbenefika mill-preżunzjoni ta’ innoċenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat, fl-ewwel lok, li dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari jirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru, li taqa’ taħt l-oqsma koperti mit-Titolu V tat-Tielet Parti tat-Trattat FUE, relatati mal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Għaldaqstant, dan ir-rinviju jista’ jiġi suġġġett għall-proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-kriterju relatat mal-urġenza, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni, konformement mal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-fatt li l-persuna kkonċernata hija preżentement imċaħħda mil-libertà u li l-arrest preventiv tagħha jiddependi mis-soluzzjoni tat-tilwima fil-kawża pinċipali. Barra minn hekk, is-sitwazzjoni tal-persuna kkonċernata għandha tiġi evalwata skont kif tkun fis-seħħ fid-data tal-eżami tat-talba intiża sabiex ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari jiġi suġġett għall-proċedura b’urġenza (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170810">10 ta’ Awwissu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Zdziaszek</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-271/17 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:629">EU:C:2017:629</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa paċifiku, minn naħa, li, f’din id-data, RO kien taħt arrest preventiv fl-Irlanda u, min-naħa l-oħra, li ż-żamma tiegħu f’din is-sitwazzjoni tiddependi mid-deċiżjoni li ser tittieħed dwar il-konsenja tiegħu lir-Renju Unit, li hija sospiża sakemm tingħata risposta mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża preżenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, fil-<DATE ISO="20180611">11 ta’ Ġunju 2018</DATE>, l-Ewwel Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li tilqa’ t-talba tal-qorti tar-rinviju sabiex dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari jiġi suġġett għall-proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 50 TUE għandux jiġi interpretat fis-sens li n-notifika minn Stat Membru tal-intenzjoni tiegħu li jirtira mill-Unjoni konformement ma’ dan l-artikolu għandux il-konsegwenza li,<?PAGE NO="7"?> fil-każ li dan l-Istat Membru joħroġ mandat ta’ arrest Ewropew fil-konfront ta’ persuna, l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni għandu jirrifjuta li jeżegwixxi dan il-mandat ta’ arrest Ewropew jew jipposponi l-eżekuzzjoni tiegħu sakemm tingħata kjarifika dwar is-sistema legali applikabbli fl-Istat Membru emittenti wara l-irtirar tiegħu mill-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, kif jirriżulta mill-Artikolu 2 TUE, li d-dritt tal-Unjoni huwa bbażat fuq il-premessa fundamentali li kull Stat Membru jikkondividi mal-Istati Membri l-oħra kollha, u jirrikonoxxi li dawn jikkondividu miegħu, sensiela ta’ valuri komuni li fuqhom hija bbażata l-Unjoni. Din il-premessa timplika u tiġġustifika l-eżistenza ta’ fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ dawn il-valuri u, għalhekk, tar-rispett tad-dritt tal-Unjoni li jimplimenta dawn il-valuri (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180306">6 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Achmea</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑284/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:158">EU:C:2018:158</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Minister for Justice and Equality (Nuqqasijiet tas-sistema ġudizzjarja)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-216/18 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:586">EU:C:2018:586</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri jobbliga, b’mod partikolari fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja, lil kull wieħed minn dawn l-Istati Membri jqisu, għajr f’ċirkustanzi eċċezzjonali, li l-Istati Membri l-oħra kollha josservaw id-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, id-drittijiet fundamentali rrikonoxxuti minn dan id-dritt (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Minister for Justice and Equality (Nuqqasijiet tas-sistema ġudizzjarja)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-216/18 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:586">EU:C:2018:586</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 1(1) u (2) u mill-premessi 5 u 7 tad-Deċiżjoni Kwadru jirriżulta li din għandha l-għan li tissostitwixxi s-sistema ta’ estradizzjoni multilaterali bbażata fuq fil-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni tat-<DATE ISO="19571213">13 ta’ Diċembru 1957</DATE> b’sistema ta’ konsenja bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ persuni kkundannati jew persuni ssuspettati għal finijiet ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenzi jew ta’ prosekuzzjoni bbażata fuq il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku. Għaldaqstant, bl-introduzzjoni ta’ din is-sistema ta’ konsenja ssemplifikata u iktar effettiva, id-Deċiżjoni Kwadru hija intiża li tiffaċilita u li tħaffef il-kooperazzjoni ġudizzjarja bil-għan li tikkontribwixxi sabiex jintlaħaq l-għan stabbilit għall-Unjoni li ssir spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja billi tibbaża ruħha fuq il-livell għoli ta’ fiduċja li għandu jkun hemm bejn l-Istati Membri (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Minister for Justice and Equality (Nuqqasijiet tas-sistema ġudizzjarja)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-216/18 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:586">EU:C:2018:586</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku huwa applikat fl-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni Kwadru li jistabbilixxi r-regola li tgħid li l-Istati Membri huma obbligati jeżegwixxu kull mandat ta’ arrest Ewropew fuq il-bażi tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku u konformement mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Kwadru. Għaldaqstant, bħala prinċipju, l-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ eżekuzzjoni jistgħu jirrifjutaw li jeżegwixxu tali mandat biss abbażi ta’ motivi ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni, elenkati b’mod eżawrjenti fid-Deċiżjoni Kwadru, u jistgħu jissuġġettaw l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew esklużivament għal waħda mill-kundizzjonijiet li huma elenkati b’mod limitat fid-Deċiżjoni Kwadru. Konsegwentement, filwaqt li l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew tikkostitwixxi l-prinċipju, ir-rifjut ta’ eżekuzzjoni huwa intiż bħala eċċezzjoni li għandha tkun is-suġġett ta’ interpretazzjoni stretta (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Minister for Justice and Equality (Nuqqasijiet tas-sistema ġudizzjarja)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-216/18 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:586">EU:C:2018:586</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Għaldaqstant, id-Deċiżjoni Kwadru tipprevedi espressament, fl-Artikolu 3 tagħha, il-motivi ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni mandatorja ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, fl-Artikoli 4 u 4a tagħha, il-motivi ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattivi tiegħu, kif ukoll, fl-Artikolu 5 tagħha, il-garanziji li għandhom jingħataw mill-Istat Membru emittenti f’każijiet partikolari (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170810">10 ta’ Awwissu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Tupikas</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑270/17 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:628">EU:C:2017:628</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Minister for Justice and Equality (Nuqqasijiet tas-sistema ġudizzjarja)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-216/18 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:586">EU:C:2018:586</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet il-fatt li jistgħu jiġu imposti limitazzjonijiet għall-prinċipji ta’ rikonoxximent u ta’ fiduċja reċiproċi bejn Stati Membri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>f’ċirkustanzi eċċezzjonali<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160405">5 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Aranyosi u Căldăraru</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-404/15 u C-659/15 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:198">EU:C:2016:198</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0082">82</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Minister for Justice and Equality (Nuqqasijiet tas-sistema ġudizzjarja)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-216/18 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:586">EU:C:2018:586</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja għalhekk irrikonoxxiet, taħt ċerti kundizzjonijiet, il-possibbiltà għall-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni li ttemm il-proċedura ta’ konsenja stabbilita mid-Deċiżjoni Kwadru, meta tali konsenja jkollha r-riskju li twassal għal trattament inuman jew degradanti, fis-sens tal-Artikolu 4 tal-Karta, tal-persuna mitluba (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160405">5 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Aranyosi u Căldăraru</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-404/15 u C-659/15 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:198">EU:C:2016:198</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0104">104</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Minister for Justice and Equality (Nuqqasijiet tas-sistema ġudizzjarja)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-216/18 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:586">EU:C:2018:586</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, il-Qorti tal-Ġustizzja bbażat ruħha, minn naħa, fuq l-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni Kwadru, li jipprovdi li dan ma għandux ikollu l-effett li jimmodifika l-obbligu tar-rispett tad-drittijiet fundamentali u tal-prinċipji legali fundamentali kif stabbiliti fl-Artikoli 2 u 6 TUE, u, min-naħa l-oħra, fuq in-natura assoluta tad-dritt fundamentali ggarantit mill-Artikolu 4 tal-Karta (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Minister for Justice and Equality (Nuqqasijiet tas-sistema ġudizzjarja)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-216/18 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:586">EU:C:2018:586</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Sabiex tiġi evalwata l-eżistenza ta’ riskju reali li persuna kkonċernata minn mandat ta’ arrest Ewropew tkun suġġetta għal trattament inuman jew degradanti, l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni għandha, b’mod partikolari, bħalma għamlet il-qorti tar-rinviju fil-kawża prinċipali, skont l-Artikolu 15(2) tad-Deċiżjoni Kwadru, titlob lill-awtorità ġudizzjarja emittenti, kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tqis neċessarja għall-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ tali riskju (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Minister for Justice and Equality (Nuqqasijiet tas-sistema ġudizzjarja)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-216/18 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:586">EU:C:2018:586</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Madankollu, RO jsostni li, minħabba n-notifika mir-Renju Unit tal-intenzjoni tiegħu li jirtira mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 TUE, hemm riskju li, numru ta’ drittijiet li jibbenefika minnhom bis-saħħa tal-Karta u tad-Deċiżjoni Kwadru, ma jibqgħux irrispettati wara l-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni. Skont RO, il-prinċipju ta’ fiduċja reċiproka, li huwa l-bażi tar-rikonoxximent reċiproku, ġie irrimedjabbilment kompromess b’din in-notifika, u konsegwentement il-konsenja prevista mid-Deċiżjoni Kwadru ma għandhiex tiġi eżegwita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, tqum il-kwistjoni dwar jekk is-sempliċi notifika minn Stat Membru tal-intenzjoni tiegħu li jirtira mill-Unjoni konformement mal-Artikolu 50 TUE tistax tiġġustifika, skont id-dritt tal-Unjoni, rifjut ta’ eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ minn dan l-Istat Membru għall-motiv li l-persuna kkonsenjata ma tkunx tista’, wara dan l-irtirar, tinvoka fl-Istat Membru emittenti d-drittijiet li hija tislet mid-Deċiżjoni Kwadru tagħha u titlob l-istħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-konformità tal-implimentazzjoni tagħhom minn dan l-Istat Membru mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jiġi rrilevat li din in-notifika ma għandhiex l-effett li tissospendi l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fl-Istat Membru li jkun innotifika l-intenzjoni tiegħu li jirtira mill-Unjoni u li, konsegwentement, dan id-dritt, li jiffurmaw parti minnu d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Kwadru kif ukoll il-prinċipji ta’ fiduċja u ta’ rikonoxximent reċiproċi inerenti għal din tal-aħħar, jibqa’ fis-seħħ b’mod sħiħ f’dan l-Istat sal-irtirar effettiv tiegħu mill-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif jirriżulta mill-Artikolu 50(2) u (3), dan l-artikolu jipprovdi proċedura ta’ rtirar li tinkludi, l-ewwel nett, in-notifika lill-Kunsill Ewropew tal-intenzjoni ta’ rtirar, it-tieni nett, in-negozjar u l-konklużjoni ta’ ftehim li jistabbilixxi l-modalitajiet tal-irtirar b’kunsiderazzjoni għar-relazzjonijiet futuri bejn l-Istat ikkonċernat u l-Unjoni u, it-tielet nett, l-irtirar mill-Unjoni stess mad-dħul fis-seħħ<?PAGE NO="9"?> ta’ dan il-ftehim jew, fin-nuqqas ta’ dan, sentejn wara li tkun ingħatat in-notifika lill-Kunsill Ewropew, ħlief jekk dan tal-aħħar, bi qbil mal-Istat Membru kkonċernat, jiddeċiedi unanimament li jestendi dan il-perijodu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 55 tal-konklużjonijiet tiegħu, tali rifjut ta’ eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew ikun ekwiparabbli għas-sospensjoni unilaterali tad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Kwadru u, barra minn hekk, ikun imur kontra l-formulazzjoni tal-premessa 10 ta’ din tal-aħħar, li tgħid li huwa l-Kunsill Ewropew li għandu jikkonstata ksur fl-Istat Membru emittenti tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 2 TUE għall-finijiet tas-sospensjoni, fir-rigward ta’ dan l-Istat Membru, tal-applikazzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Minister for Justice and Equality (Nuqqasijiet tas-sistema ġudizzjarja)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-216/18 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:586">EU:C:2018:586</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Konsegwentement, is-sempliċi notifika minn Stat Membru tal-intenzjoni tiegħu li jirtira mill-Unjoni konformement mal-Artikolu 50 TUE ma tistax titqies, bħala tali, li tikkostitwixxi ċirkustanza eċċezzjonali, fis-sens tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 39 u 40 ta’ din is-sentenza, li tista’ tiġġustifika rifjut ta’ eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ minn dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Madankollu, huwa l-kompitu tal-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni li teżamina, wara evalwazzjoni konkreta u preċiża tal-każ inkwistjoni, jekk hemmx motivi serji u fondi li jikkonstataw li, wara l-irtirar mill-Unjoni tal-Istat Membru emittenti, il-persuna li hija s-suġġett ta’ dan il-mandat ta’ arrest ikollha riskju li tiċċaħħad mid-drittijiet fundamentali u mid-drittijiet misluta, essenzjalment, mill-Artikolu 26 sa 28 tad-Deċiżjoni Kwadru, kif invokati minn RO u mfakkra fil-punt 24 tas-sentenza preżenti (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Minister for Justice and Equality (Nuqqasijiet tas-sistema ġudizzjarja)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-216/18 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:586">EU:C:2018:586</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-drittijiet fundamentali stabbiliti fl-Artikolu 4 tal-Karta, li jikkorrispondu ma’ dawk previsti fl-Artikolu 3 tal-KEDB (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160405">5 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Aranyosi u Căldăraru</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-404/15 u C-659/15 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:198">EU:C:2016:198</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0086">86</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), fil-każ li fih il-qorti tar-rinviju tqis, kif jidher li jirriżulta mill-formulazzjoni tad-domandi preliminari u mill-proċess trażmess lill-Qorti tal-Ġustizzja, li l-informazzjoni rċevuta tippermettilha teskludi l-eżistenza ta’ riskju reali li RO jkun suġġett, fl-Istat Membru emittenti, għal trattament inuman jew degradanti, fis-sens tal-Artikolu 4 tal-Karta, ma jkunx hemm lok, fil-prinċipju, li l-eżekuzzjoni ta’ tali konsenja tiġi rrifjutata fuq din il-bażi, bla ħsara għall-possibbiltà ta’ RO, ladarba jiġi kkonsenjat, li jkollu rikors, fl-ordinament ġuridiku tal-Istat Membru emittenti, għar-rimedji ġudizzjarji li jippermettulu jikkontesta, skont il-każ, il-legalità tal-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni tiegħu f’ħabs ta’ dan l-Istat Membru (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160405">5 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Aranyosi u Căldăraru</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-404/15 u C‑659/15 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:198">EU:C:2016:198</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0103">103</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi eżaminat ukoll jekk il-qorti tar-rinviju tistax tikkontesta din il-konstatazzjoni minħabba l-fatt li d-drittijiet li tibbenefika minnhom persuna wara l-konsenja tagħha skont id-Deċiżjoni Kwadru ma jibqgħux iggarantiti wara l-irtirar mill-Unjoni tal-Istat Membru emittenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, f’dan il-każ, l-Istat Membru emittenti, jiġifieri r-Renju Unit, huwa parti mill-KEDB u, kif enfasizza waqt is-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, huwa inkorpora d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 tal-KEDB fid-dritt nazzjonali tiegħu. Peress li l-parteċipazzjoni kontinwa tiegħu f’din il-konvenzjoni ma hijiex marbuta mas-sħubija tiegħu fl-Unjoni, id-deċiżjoni tal-imsemmi Stat Membru li jirtira minn din tal-aħħar ma taffettwax l-obbligu tiegħu li josserva l-Artikolu 3 tal-KEDB, li jikkorrispondi għall-Artikolu 4 tal-Karta u, konsegwentement, ma tistax tiġġustifika r-rifjut ta’ eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew minħabba r-riskju li l-persuna kkonsenjata tkun suġġetta għal trattament inuman jew degradanti fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-drittijiet l-oħra invokati minn RO, u qabelxejn tar-regola ta’ speċjalità prevista fil-punt 27 tad-Deċiżjoni Kwadru, għandu jitfakkar li din hija marbuta mas-sovranità tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni u tikkonferixxi fuq il-persuna kkonsenjata d-dritt li ma tkunx suġġetta għal prosekuzzjoni, kundanna jew ċaħda tal-libertà għajr għall-ksur li jkun ta lok għall-konsenja tagħha (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081201">1 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Leymann u Pustovarov</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-388/08 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:669">EU:C:2008:669</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-imsemmija sentenza, huwa neċessarju li persuna tkun tista’ tinvoka ksur ta’ din ir-regola quddiem il-qrati tal-Istat Membru emittenti wara l-konsenja tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi rrilevat li d-deċiżjoni ta’ rinviju u l-osservazzjonijiet ta’ RO quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ma jirreferu għal ebda tilwima pendenti li tirrigwarda l-imsemmija regola u lanqas ma jirrappreżentaw indizji konkreti ta’ tilwim f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Dan jgħodd ukoll fir-rigward tad-dritt previst fl-Artikolu 28 tad-Deċiżjoni Kwadru li jirrigwarda l-limiti ta’ konsenja jew ta’ estradizzjoni sussegwenti lejn Stat ieħor għajr l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, peress li ebda indikazzjoni f’dan ir-rigward ma ngħatat fid-deċiżjoni tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat li d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 27 u 28 tad-Deċiżjoni Kwadru jirriflettu rispettivament dawk tal-Artikoli 14 u 15 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni tat-<DATE ISO="19571213">13 ta’ Diċembru 1957</DATE>. Kif tfakkar waqt is-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, ir-Renju Unit irratifika din il-konvenzjoni u ttraspona dawn id-dispożizzjonijiet fid-dritt nazzjonali tiegħu. Minn dan isegwi li d-drittijiet invokati minn RO f’dawn l-oqsma huma essenzjalment koperti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru emittenti, indipendentement mill-irtirar mill-Unjoni ta’ dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tnaqqis, mill-Istat Membru emittenti, tal-perijodu ta’ detenzjoni skontat fl-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni skont l-Artikolu 26 tad-Deċiżjoni Kwadru, ir-Renju Unit indika li huwa kien ukoll inkorpora dan l-obbligu fid-dritt nazzjonali tiegħu u li kien japplikah indipendentement mid-dritt tal-Unjoni fir-rigward ta’ kull persuna estradita lejn it-territorju tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Peress li d-drittijiet li jirriżultaw mill-Artikoli 26 sa 28 tad-Deċiżjoni Kwadru kif ukoll id-drittijiet fundamentali previsti fl-Artikolu 4 tal-Karta huma protetti mid-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali mhux biss fil-każijiet ta’ konsenja, iżda wkoll ta’ estradizzjoni, dawn ma humiex suġġetti għall-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru fl-Istat Membru emittenti. Għaldaqstant, bla ħsara għal verifika mill-qorti tar-rinviju, jidher li ma hemm ebda provi tanġibbli li juru li RO ser jiċċaħħad mill-possibbiltà li jinvoka dawn id-drittijiet quddiem il-qrati ta’ dan l-Istat Membru wara l-irtirar mill-Unjoni ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Il-fatt li indubjament ma huwiex ser ikun possibbli li, fin-nuqqas ta’ ftehim bejn l-Unjoni u r-Renju Unit, l-imsemmija drittijiet ikunu s-suġġett ta’ domanda preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, wara l-irtirar ta’ dan l-Istat Membru mill-Unjoni, ma jistax ibiddel din l-analiżi. Fil-fatt, minn naħa, kif jirriżulta mill-punt preċedenti, il-persuna kkonsenjata għandha tkun tista’ tinvoka dawn l-istess drittijiet quddiem qorti tal-imsemmi Stat Membru. Min-naħa l-oħra, għandu jitfakkar li l-użu tal-mekkaniżmu tal-proċedura għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja mhux dejjem kien disponibbli għall-qrati inkarigati bl-applikazzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew. B’mod partikolari, kif jirrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 76 tal-konklużjonijiet tiegħu, kien biss fl-<DATE ISO="20141201">1 ta’ Diċembru 2014</DATE>, jiġifieri ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, li l-Qorti tal-Ġustizzja kisbet ġurisdizzjoni sħiħa sabiex tinterpreta d-Deċiżjoni Kwadru, li kellha tiġi implimentata mill-Istati Membru mill-<DATE ISO="20040101">1 ta’ Jannar 2004</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Konsegwentement, kif jirrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 70 tal-konklużjonijiet tiegħu, f’kawża bħal dik inkwistjoni, sabiex jiġi deċiż jekk hemmx lok li jiġi eżegwit mandat ta’ arrest Ewropew, huwa neċessarju li, meta tittieħed din id-deċiżjoni, l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tkun tista’ tippreżumi, fir-rigward tal-persuna li hija s-suġġett tal-konsenja, li l-Istat Membru emittenti ser japplika,<?PAGE NO="11"?> essenzjalment, il-kontenut tad-drittijiet misluta mid-Deċiżjoni Kwadru applikabbli għall-perijodu ta’ wara l-konsenja, wara l-irtirar mill-Unjoni ta’ dan l-Istat Membru. Tali preżunzjoni hija ammissibbli jekk id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru emittenti jinkorpora, essenzjalment, il-kontenut ta’ dawn id-drittijiet, b’mod partikolari, minħabba l-parteċipazzjoni kontinwa tal-imsemmi Stat Membru f’konvenzjonijiet internazzjonali, bħall-Konvenzjoni Ewropea dwar l-estradizzjoni tat-<DATE ISO="19571213">13 ta’ Diċembru 1957</DATE> u l-KEDB, anki wara l-irtirar ta’ dan tal-aħħar mill-Unjoni. Huwa biss fil-każ ta’ provi konkreti li jistabbilixxu l-kuntrarju li l-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ eżekuzzjoni jistgħu jirrifjutaw li jeżegwixxu l-mandat ta’ arrest Ewropew.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hemm lok li r-risposta għad-domandi magħmula tkun li l-Artikolu 50 TUE għandu jiġi interpretat fis-sens li s-sempliċi notifika minn Stat Membru tal-intenzjoni tiegħu li jirtira mill-Unjoni konformement ma’ dan l-artikolu ma għandhiex il-konsegwenza li, fil-każ li dan l-Istat Membru joħroġ mandat ta’ arrest Ewropew fil-konfront ta’ persuna, l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni għandu jirrifjuta l-eżekuzzjoni ta’ dan il-mandat ta’ arrest Ewropew jew jipproroga l-eżekuzzjoni tiegħu sakemm tingħata kjarifika dwar is-sistema legali applikabbli fl-Istat Membru emittenti wara l-irtirar tiegħu mill-Unjoni. Fin-nuqqas ta’ motivi serji u fondati li jikkonstataw li, wara l-irtirar mill-Unjoni tal-Istat Membru emittenti, il-persuna li hija s-suġġett tal-imsemmi mandat ta’ arrest Ewropew ikollha riskju li tiċċaħħad mid-drittijiet irrikonoxxuti mill-Karta u mid-Deċiżjoni Kwadru wara l-irtirar mill-Unjoni tal-Istat Membru emittenti, l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni ma jistax jirrifjuta li jeżegwixxi dan l-istess mandat ta’ arrest Ewropew sakemm l-Istat Membru emittenti jkun għadu membru tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 50 TUE għandu jiġi interpretat fis-sens li s-sempliċi notifika minn Stat Membru tal-intenzjoni tiegħu li jirtira mill-Unjoni konformement ma’ dan l-artikolu ma għandhiex il-konsegwenza li, fil-każ li dan l-Istat Membru joħroġ mandat ta’ arrest Ewropew fil-konfront ta’ persuna, l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni għandu jirrifjuta l-eżekuzzjoni ta’ dan il-mandat ta’ arrest Ewropew jew jipposponi l-eżekuzzjoni tiegħu sakemm tingħata kjarifika dwar is-sistema legali applikabbli fl-Istat Membru emittenti wara l-irtirar tiegħu mill-Unjoni. Fin-nuqqas ta’ motivi serji u fondati li jikkonstataw li, wara l-irtirar mill-Unjoni tal-Istat Membru emittenti, il-persuna li hija s-suġġett tal-imsemmi mandat ta’ arrest Ewropew ikollha riskju li tiċċaħħad mid-drittijiet irrikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mid-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-<DATE ISO="20020613">13 ta’ Ġunju 2002</DATE> dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE>, wara l-irtirar mill-Unjoni tal-Istat Membru emittenti, l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni ma jistax jirrifjuta li jeżegwixxi dan l-istess mandat ta’ arrest Ewropew sakemm l-Istat Membru emittenti jkun għadu membru tal-Unjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>