Official Journal L 215 , 07/08/1997 P. 0052 - 0053
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Lulju 1997 dwar regolament tekniku komuni għall-ħtiġiet ta’ konnessjoni għal tagħmir terminali għal applikazzjonijiet bi profil ta’ aċċess ġeneriku (GAP) ta’ telekomunikazzjonijiet diġitali msaħħa mingħajr fili (DECT) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (97/525/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/263/KEE tad-29 ta’ April, 1991 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward tagħmir terminali tat-telekomunikazzjonijiet, inkluż ir-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tiegħu [1], kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [2], u partikolarment it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 6(2) ta’ din, Billi l-Kummissjoni adottat il-miżura li tidentifika t-tip ta’ tagħmir terminali li għalih huwa meħtieġ regolament tekniku komuni, kif ukoll, id-dikjarazzjoni dwar il-qasam ta’ applikazzjoni assoċjat; Billi għandhom ikunu adottati l-istandards armonizzati korrispondenti, jew partijiet minnhom, li jimplimentaw il-ħtiġiet essenzjali li jridu jitbiddlu f’regolamenti tekniċi komuni; Billi biex tkun żgurata kontinwità ta’ aċċess għas-swieq għall-manifatturi, huwa meħtieġ li jkunu stabbiliti disposizzjonijiet transitorji rigward tagħmir approvat skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/525/KE [3]; Billi d-Deċiżjoni 95/525/KE għandha tkun revokata b’effett mit-tmiem tal-perjodu transitorju; Billi r-regolament tekniku komuni adottat f’din id-Deċiżjoni huwa fi qbil ma’ l-opinjoni ta’ ACTE, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal tagħmir terminali tar-radju ta’ telekomunikazzjonijiet diġitali msaħħa mingħajr fili (DECT) fil-faxxa tal-frekwenza minn 1880 sa 1900 Mhz maħsub biex ikun konnettjat direttament jew indirettamet man-network pubbliku tat-telekomunikazzjonijiet, u li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ l-istandard armonizzat identifikat fl-Artikolu 2(1). 2. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regolament tekniku komuni li jkopri il-ħtiġijiet ta’ applikazzjonijiet bi profil ta’ aċċess ġeneriku (GAP) għal tagħmir terminali msemmi fil-paragrafu 1. Artikolu 2 1. Ir-regolament tekniku komuni għandu jinkludi l-istandard armonizzat imħejji mill-korp rilevanti ta’ standardizzazzjoni li jimplimenta sal-punt safejn ikunu applikabbli l-ħtiġiet essenzjali msemmija fl-Artikolu 4(d), (e) u (f) tad-Direttiva 91/263/KEE. Ir-riferenza għall-istandard hija mniżżla fl-Anness. 2. It-tagħmir terminali kopert b’din id-Deċiżjoni għandu jikkonforma mar-regolament tekniku komuni imsemmi fil-paragrafu 1, għandu jilħaq il-ħtiġiet essenzjali li għalihom jirreferi l-Artikolu 4(a) u (b) tad-Direttiva 91/263/KEE, u għandu jilħaq il-ħtiġiet ta’ kull direttiva oħra applikabbli, partikolarment id-Direttivi tal-Kunsill 73/23/KEE [4] u 89/336/KEE [5]. Artikolu 3 Korpi notifikati nominati biex iwettqu l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 91/263/KEE għandhom, rigward tagħmir terminali kopert bl-Artikolu 1(1) ta’ din id-Deċiżjoni, jużaw jew jiżguraw l-użu ta’ l-istandard armonizzat imsemmi fl-Artikolu 2(1) l-iktar tard fi żmien ta’ sitt xhur min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 4 1. Id-Deċiżjoni 95/525/KEE għandha tkun revokata b’effett mid-data ta’ sitt xhur wara n-notifika ta’ din id-Direttiva. 2. It-tagħmir terminali, approvat skond id-Deċiżjoni 95/525/KE jista’ jkompli jinħareġ fis-suq u jitqiegħed fis-servizz basta iżda li din l-approvazzjoni tingħata mhux iktar tard minn sitt xhur wara n-notifika ta’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata għall-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, id-9 ta’ Lulju, 1997. Għall-Kummissjoni Martin bangemann Membru tal-Kummissjoni [1] () ĠU Nru L 128, tat-23.5.1991, p. 1. [2] () ĠU Nru L 220, tal-31.8.1993, p. 1. [3] () ĠU Nru L 300, tat-13.12.1995, p. 35. [4] () ĠU Nru L 77, tas-26.3.1973, p. 29. [5] () ĠU Nru L 139, tat-23.5.1989, p. 19. -------------------------------------------------- L-ANNESS Riferenza għall-istandard armonizzat applikabbli L-istandard armonizzat imsemmi fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni huwa: Tagħmir tar-radju u sistemi (RES); ħtiġiet ta’ konnessjoni għal tagħmir terminali għal applikazzjonijiet bi profil ta’ aċċess ġeneriku (GAP) ta’ telekomunikazzjonijiet diġitali msaħħa mingħajr fili (DECT)’ ETSI Istitut Ewropew ta’ l-Istandards ta’ Telekomunikazzjoni Segretarjat ta’ ETSI TBR 22 - Jannar 1997 (minbarra d-daħla) Tagħrif addizzjonali L-Istitut Ewropew ta’ l-Istandards ta’ Telekomunikazzjoni huwa rikonoxxut skond id-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE [1] L-istandard armonizzat imsemmi hawn fuq ġie prodott skond mandat maħruġ fi qbil ma’ proċeduri rilevanti tad-Direttiva tal-Kunsill 83/289/KEE. It-test sħiħ ta’ l-istandard armonizzat imsemmi hawn fuq jista’ jinkiseb mingħand: Istitut Ewropew ta’ l-Istandards ta’ Telekomunikazzjoni 650, Route des Lucioles, F-06921 Sophia Antipolis Cedex. | Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej DG XIII/A/2 - (BU 31, 1/7) Rue de la Loi/Wetstraat 200, B-1049 Bruxelles/Brussel. | [1] () ĠU Nru L 109, tas-26.4.1983, p. 8. --------------------------------------------------