Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - Il-Hames parti - Istituzzjonijiet tal-Komunita' . - TITOLU 1 - Disposizzjonijiet li jirregolaw l-Istituzzjonijiet - Kapitolu 2 - Disposizzjonijiet komuni għal diversi istituzzjonijiet . - Artikolu 256
Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0157 - 0157
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0135 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0282 - Consolidated version
Official Journal C 224 , 31/08/1992 P. 0067 - Consolidated version
(EEC Treaty - no official publication available)
Artikolu 256 Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni li jimponu obbligi pekunjarji fuq persuni li mhumiex l-Istati, ikollhom forza eżekuttiva. L-eżekuzzjoni tiġi regolata bir-regoli tal-proċedura ċivili li sseħħ f'dak l-Istat fejn għandha titwettaq. Id-digriet ta' l-eżekuzzjoni għandu jiġi ffirmat, mingħajr ebda formalità oħra ħlief il-verifika ta' l-awtentiċità tad-dokument, mill-awtorità nazzjonali li l-Gvern ta' kull Stat Membru jaħtar għal dan l-iskop u jgħarraf biha lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Ġustizzja. Wara t-twettiq ta' dawn il-formalitajiet fuq it-talba tal-parti konċernata, din ta' l-aħħar tista' tipproċedi bl-eżekuzzjoni skond il-liġi nazzjonali, billi jressaq il-kwestjoni direttament quddiem l-awtorita kompetenti. L-Eżekuzzjoni tista' tiġi sospiża biss b' deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja. Madankollu, il-verifika tar-regolarità tal-miżuri ta' eżekuzzjoni tkun fil-kompetenza ta' l-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali. --------------------------------------------------