4.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 236/13


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11082 – ARP / GRI / JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 236/05)

1.   

Fis-27 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Agencja Rozwoju Przemysłu S.A. (“ARP”) (il-Polonja), li finalment hija kkontrollata mill-Istat Pollakk,

—

GRI Renewable Industries, S.L. (“GRI”) (Spanja), finalment ikkontrollata bi sħab minn Acek Group u Mitsui Group.

ARP u GRI se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-JV.

Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża bi sħab (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

L-attivitajiet globali ta’ ARP ivarjaw minn kumpanija tal-portafoll u ġestjoni tal-proprjetà sal-preservazzjoni tal-wirt kulturali. ARP, permezz ta’ sussidjarja, hija attiva wkoll fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni tat-torrijiet tar-riħ fuq l-art,

—

GRI hija ddedikata għall-manifattura u l-provvista ta’ komponenti tal-metall għat-turbini eoliċi, jiġifieri GRI timmanifattura torrijiet tar-riħ (fuq l-art u lil hinn mill-kosta), flanġijiet u kkastjar. GRI hija attiva globalment.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-JV huma li ġejjin: l-iżvilupp, il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ impjant li jimmanifattura t-torrijiet tar-riħ lil hinn mill-kosta li jinsab fi Gdańsk, il-Polonja.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11082 — ARP / GRI / JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.