2001R1724 — MT — 28.12.2005 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1724/2001 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-23 ta' Lulju 2001 rigward azzjoni kontra l-isplussivi ta' l-art ta' l-anti-personnell fil-pajjiżi terzi (ĠU L 234, 1.9.2001, p.1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 2110/2005 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL ta’ l-14 ta’ Diċembru 2005 |
L 344 |
1 |
27.12.2005 |
|
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1724/2001 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-23 ta' Lulju 2001
rigward azzjoni kontra l-isplussivi ta' l-art ta' l-anti-personnell fil-pajjiżi terzi
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 179(1) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),
Ħadmu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 2 ),
billi:|
(1) |
Il-Komunità Ewropea hija mħassba bil-preżenza ta' l-isplussivi ta' l-art ta' l-anti-personnell u mekkaniżmi oħra li għadhom ma splodewx, fi nħawi fejn komunitajiet ċivili qed jippruvaw jissuperaw il-konsegwenzi ta' ġlied bl-armi. |
|
(2) |
L-isplussivi ta' l-art ta' l-anti-personnell jikkaġunaw tbatija u mwiet u jikkaġunaw ukoll ostaklu serju għall-iżvilupp ekonomiku, għar-ritorn tar-refuġjati u persuni spostati, għall-operazzjonijiet ta' l-għajnuna umanitarja, u għar-rekostruzzjoni, reabilitazzjoni u restawr tal-kondizzjonijiet soċjali normali. |
|
(3) |
Il-Komunità hija determinata li tagħti kontribuzzjoni sħiħa, bl-għan illi jiġu eliminati totalment l-isplussivi ta' l-art ta' l-anti-personnell fid-dinja kollha, fis-snin li ġejjin. |
|
(4) |
Il-Komunità u l-Istati Membri pprovdew l-akbar kontribuzzjoni għall-inizjattivi internazzjonali biex tiġi megħluba t-traġedja ta' l-isplussivi ta' l-art ta' l-anti-personnell. |
|
(5) |
Il-ħidma biex ikunu eleminati totalment l-isplussivi ta' l-art ta' l-anti-personnell għadha fi stat inizjali u għalhekk il-Komunità tibqa' teżerċita rwol ewlieni sakemm jintlaħaq l-għan mixtieq. |
|
(6) |
Dan ir-Regolament huwa r-risposta diretta għall-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni ta' l-Użu, il-Ħażna u t-Trasferiment ta' l-Isplussivi Ta' l-Art ta' l-anti-personnell u dwar il-Qerda Tagħhom (Konvenzjoni ta' Ottawa). |
|
(7) |
Għalhekk, għajnuna finanzjarja għandha, bħala prijorità, tgħin lil dawk il-pajjiżi terzi li huma kompromessi għall-ġlieda kontra l-isplussivi ta' l-art ta' l-anti-personnell u li jagħmlu parti mill-Konvenzjoni ta' Ottawa. |
|
(8) |
L-azzjoni Komunitarja kontra l-isplussivi ta' l-art ta' l-anti-personnell hija, spiss, parti integrali ta' għajnuna umanitaria, ta' reabilitazzjoni, ta' rikostruzzjoni jew ta' attivatijiet għall-iżvilupp, filwaqt illi tibqa attività diskreta u speċjalizzata bil-prijorità ta' esiġenzi operazzjonali u imperativi politiċi. |
|
(9) |
L-interventi preżenti jew futuri li huma diġà mibdija fl-ambitu ta' dawn l-inizjattivi u tal-programmi ta' l-istrutturar għar-riċerka u l-iżvilupp tat-teknoloġija bil-għan illi jinqerdu l-isplussivi, għandhom jibqgħu jitħallsu mil-linji speċifiċi tal-baġit, appoġġati u kkordinati skond dan ir-Regolament, meta huwa il-każ. |
|
(10) |
Biex il-Komunità tkun tista tagħti kontribut effetiv għall-prevenzjoni kontra l-isplussivi, huwa neċessarju li titħalla l-azzjoni tal-Komunità biex jinqerdu l-ħażniet ta' l-isplussivi ta' l-anti-personnell f'konġunzjoni ma' l-operazzjonijiet biex jinqerdu l-isplussivi ta' l-anti-personnell li jinsabu fl-art. |
|
(11) |
Biex il-Komunità tkun tista' tagħti kontribut effetiv għall-prevenzjoni kontra l-isplussivi, huwa neċessarju li titħalla l-azzjoni tal-Komunità biex jinqerdu l-ħażniet ta' l-isplussivi ta' l-art ta' l-anti-personnell f'konġunzjoni ma' l-operazzjonijiet biex jinqerdu l-isplussivi ta' l-art ta' l-anti-personnell li jinsabu fl-art. |
|
(12) |
Huwa essenzali illi l-Komunità tkun f'posizzjoni li taċċerta l-effiċjenza tal-metodi tat-tneħħija ta' l-isplussivi li hija qed tiffinanzja. Għalhekk għandha tuża l-mezzi tekniċi li huma xierqa u li jinkludu t-teknoloġija militarji fejn jinħass il-bżonn. |
|
(13) |
Dan ir-Regolament huwa ddiżinjat biex tkun provduta bażi għall-approċ koerenti u effiċjenti għall-Komunità għall-prevenzjoni ta' l-isplussivi fil-pajjiżi terzi. Dan isir permezz ta' strateġija integranti u avvanzata, f'kordinazzjoni sħiħa fl-istadi kollha tal-missjoni tal-prevenzjoni mill-isplussivi, bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-Komunità internazzjonali. |
|
(14) |
Dan l-approċ m'għandux itellef il-ħidma ta' emerġenza umanitarja tal-Komunità meta dawn isiru. |
|
(15) |
Huwa neċessarju li tkun assigurata li dawn l-azzjonijiet jimxu mal-prinċipji tal-politika barranija ta' l-Unjoni Ewropea fl-intier tiegħu. Dan jinkludi wkoll il-Politika Esterna u ta' Sigurtà Komuni (PESK). |
|
(16) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni ( 3 ). |
|
(17) |
Il-problema ta' l-isplussivi ta' l-art ta' l-anti-personnell, hija theddida għall-ħajja tal-bniedem u hija wkoll problema globali. Għalhekk tirrekjedi proċeduri ta' deċiżjonijiet għall-iffinanzjar ta' l-azzjonijiet tal-Komunità meħudin malajr (f'ċerti każijiet) u li huma flessibli u effiċenti. |
|
(18) |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi, għaż- żmien kollu tiegħu, qafas finanzjarju li għandu jkun l-għan prinċipali ta' referenza għall-awtorità tal-baġit, fis-sens tal-punt 33 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 1999, dwar id-dixxiplina tal-baġit u t-titjib tal-proċedura tal-baġit ( 4 ). |
|
(19) |
Il-Komunità għandha tassigura trasparenza massima fl-implimentazzjoni ta' l-għajnuna finanzjarja u kontrolli stretti fl-użu ta' l-approprjazzjonijiet. |
|
(20) |
Il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità, kif ukoll il-ġlieda kontra l-frodi u l-irregolaritajiet huma parti integrali f'dan ir-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi proċeduri għall-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet tal-Komunità kontra l-isplussivi ta' l-art ta' l-anti-personnell fil-qafas tal-politika tal-koperazzjoni tal-Komunità, filwaqt illi tavvanza strateġija umanitarja tat-tneħħija ta' l-isplussivi li hija konsistenti u koerenti bħala riżultat tal-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni ta' l-Użu, il-Ħażna, il-Produzzjoni u t-Trasferiment ta' l-Isplussivi ta' l-Art ta' l-anti-personnell u dwar il-Qerda tagħhom (hawnhekk iżjed 'il quddiem msejħa “Il-Konvenzjoni ta' Ottawa”).
2. L-operazzjonijiet imsejħa f'dan ir-Regolament għandhom ikunu implimentati fit-territorju tal-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw jew ir-Regolament ikun relatat direttament ma' sitwazzjonijiet li jseħħu f'dawn il-pajjiżi, partikolarment f'dawk l-aktar vulnerabbli u li qed jissuperaw il-konflitti.
L-azzjonijiet kontra l-isplussivi ha jsiru parti integrali mill-istrateġiji kollha tal-pajjiż u l-koperazzjoni ta' dawn il-pajjiżi terzi li jsofru mil-konsegwenzi ta' l-isplussivi ta' l-art ta' l-anti-personnell.
Artikolu 2
1. L-Operazzjonijiet tal-Komunità skond dan ir-Regolament għandhom l-għan illi jgħinu pajjiżi li jbagħtu mill-konsegwenzi ta' l-isplussivi ta' l-art ta' l-anti-personnell, biex jinħolqu l-kondizzjonijet meħtieġa għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tagħhom. Dan jagħmluh billi:
(a) jagħtu appoġġ lill-elaborazzjoni, moniteraġġ u implimentazzjoni ta' l-istrateġiji ċivili ta' azzjonijiet ta' kontra l-isplussivi;
(b) jagħtu għajnuna lil-pajjiżi milquta fl-implimentazzjoni tagħhom tal-Konvenzjoni ta' Ottawa;
(ċ) joħolqu u jsostnu strutturi internazzjonali u kapaċitajiet lokali fil-pajjiżi milquta sabiex jitwettqu l-azzjonijiet kontra l-isplussivi bl-akbar effiċjenza;
(d) jirreaġixxu għal-emerġenza umanitarja, ma jħallux li jsiru inċidenti u jgħinu fir-reabilitazzjoni tal-vittmi ta' l-isplussivi;
(e) jappoġġaw il-ġuri fil-pajjiż u l-introduzzjoni, fil-pjan operazzjonali, ta' tagħmir u metodi ta' teknika ta' l-azzjonijiet kontra l-isplussivi;
(f) jippromovu kordinazzjoni bl-utenti finali ta' tagħmir tat-tneħħija ta' l-isplussivi fl-istadji inizjali ta' riċerka jappoġaw l-użu ta' dawn it-teknoloġiji fil-pajjiżi milquta mill-isplussivi;
(g) jinkoraġġixxu azzjonijiet tat-tneħħija ta' l-isplussivi li huma kompatibbli ma' l-ambjent lokali u konsistenti ma' l-iżviluppar sostenibbli tar-reġjun milqut;
(h) jappoġġaw kordinazzjoni bejn il-partijiet internazzjonali ta' l-azzjonijiet kontra l-isplussivi.
2. L-operazzjonijiet finanzjati taħt dan ir-Regolament jistgħu jikkompromettu l-attivitajiet kollha relatati ma' azzjonijiet kontra l-isplussivi ta' l-art ta' l-anti-personnell li jappoġġaw għanijiet neċessarji għall-ekonomija u l-iżvilupp soċjali. Dan jinkludi wkoll:
(a) edukazzjoni dwar il-problema ta' l-isplussivi;
(b) taħriġ tal-personnell speċjalizzat;
(ċ) stħarriġ u markar taż-żoni suspettati;
(d) skoperta u identifikazzjoni ta' l-isplussivi ta' l-art ta' l-anti-personnell;
(e) it-tneħħija ta' l-isplussivi skond l-istandard umanitarju u l-qerda ta' l-isplussivi ta' l-art ta' l-anti-personnell misjuba fl-art u parrallelment il-qerda tal-ħażna ta' l-isplussivi ta' l-art ta' l-anti-personnell;
(f) għajnuna lill-vittmi, reabilitazzjoni u re-integrazzjoni soċjo-ekonomiku tal-vittmi ta' l-isplussiv;
(g) amministrazzjoni ta' informazzjoni li tinkludi sistemi ta' informazzjoni ġeografiċi;
(h) attivitajiet oħra li jikkontribwixxu għan-nuqqas ta' impattt fuq il-bniedem, l-ekonomija u l-ambjent ta' l-isplussivi ta' l-art ta' l-anti-personnell.
3. Fil-kuntest ta' paragrafu 2, prijorità għandha tingħata lil-operazzjonijiet fil-pajjiżi l-aktar milquta mill-isplussivi, fejn splussivi ta' l-art ta' l-anti-personnell jew, flimkien ma' artillerija oħra li għadha ma sploditx, jikkaġunaw vittmi ċivili jew fejn il-preżenza suspetata ta' dawn l-istrumenti huwa ostaklu kbir għar-restawrazzjoni ta' l-attività ekonomika u soċjali jew għall-iżvilupp u għalhekk jirrekjedi rabta speċifika u fit-tul li l-emerġenza umanitarja u l-għajnuna tar-rikostruzzjoni mhumiex kapaċi li jipprovdu.
4. Biex tkun assigurata l-koerenza, l-kumplimentarjetà u s-sinerġija fi ħdan il-programmi ta' ħidma reġjonali, u f'kuntest tal-proġetti ta' għajnuna umanitarja, reabilitazzjoni, rikostruzzjoni u żvilupp, azzjonijiet ta' kontra l-isplussivi li jistgħu jkunu finanzjati fi ħdan il-qafas ta' wieħed minn dawk il-programmi jew proġetti għandhom jibqgħu jkunu finanzjati mil-linja tal-baġit minn liema objettiv ewlieni huwa finanzjat. Fejn huwa neċessarju, dawn l-attivitajiet jistgħu jkunu integrati jew appoġġati minn azzjonijiet kontra l-isplussivi finanzjati taħt dan ir-Regolament.
Artikolu 3
L-operazzjonijiet finanzjati taħt dan ir-Regolament għandhom, bħala prinċipju, jgħinu lil dawk il-pajjiżi li huma marbuta li jiġġieldu l-ġlieda kontra l-isplussivi ta' l-art ta' l-anti-personnell u li huma partijiet tal-Konvenzjoni ta' Ottawa. Eċċezzjonijiet jistgħu jsiru għall-emerġenzi umanitarji, għall-assitenza lill-vittmi ta' l-isplussivi u għal azzjonijiet ta' appoġġament ta' komunitajiet ċivili li huma vulnerabbli, bħalma huma r-refuġjati jew persuni spostati, jew fejn l-amministrazzjoni nazzjonali mhix qed taħdem.
Artikolu 4
1. Il-Partijiet eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju taħt dan ir-Regolament jistgħu jinkludu organizzazzjonijiet u aġenziji internazzjonali, għaqdiet non-governattivi (NGOs), gvernijiet nazzjonali, provinċjali u lokali, departimenti u aġenziji tagħhom, u istituzzjonijiet u operaturi pubbliċi u privati li għandhom il-ħila u l-esperjenza xierqa.
2. L-eliġibilità għall-parteċipazzjoni fil-proċeduri tas-sejħiet ta’ l-offerti taħt dan ir-Regolament għandu jkun stabbilit skond ir regoli ta’ l-eliġibilitàu d-derogi minnhom, kif jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 2110/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-aċċess għall-Assistenza Esterna tal-Komunità ( 5 ).
3. Kumpanniji u organizzazzjonijiet oħra li jkunu qed jieħdu sehem fis-sejħa għall-kuntratti għandhom juru li għandhom politika operattiva li ma tpoġġix lill-impjegati f'riskju żejjed, u li din il-politika hija appoġġata minn assigurazzjoni adegwata ta' responsabilità u inċidenti ta' l-impjegati.
Artikolu 5
1. L-għajnuna Komunitarja taħt dan ir-Regolament tista' tintuża biex tiffinanzja assistenza teknika, taħriġ, personell u servizzi oħra relatati ma' azzjonijiet kontra l-isplussivi; provi ta' tagħmir u ta' metodi ta' teknika; l-appoġġ loġistiku, l-ksib, id-disposizzjonijiet u l-ħażna ta' kull tagħmir, provvisti u xogħlijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet ta' kontra l-isplussivi; studji u konferenzi u miżuri biex tissaħħaħ il-kordinazzjoni ta' l-azzjonijiet ta' kontra l-isplussivi; il-missjonijiet ta' evalwazzjoni u moniterraġġ; kif ukoll attivitajiet biex titqajjem kuxjenza fil-pubbliku.
2. Il-Finanzjament tal-Komunità taħt dan ir-Regolament għandu jsir fil-forma ta' stipendji.
3. Fejn operazzjonijiet huma suġġetti għall-ftehimiet finanzjarji bejn il-Komunità u pajjiżi soċji, dawn il-ftehimiet jistipulaw li l-pagament tat-taxxi, id-dmirijiet jew il-piżijiet l-oħra ma jkunux imħallsa mill-Komunità.
Artikolu 6
Il-qafas finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet tal-Komunità kontra l-isplussivi matul il-perjodu 2002 – 2009, taħt ir-regolamenti applikabbli fil-kuntest ta' l-Artikolu 2(4), huma ta' 240 miljun EUR. Minn dan l-ammont, 140 miljun EUR qedgħin għad-disposizzjoni għall-azzjonijiet kontra l-isplussivi taħt dan ir-Regolament u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1725/2001 tat-23 ta' Lulju 2001 li jikkonċernaw l-azzjoni kontra l-isplussivi ta' l-art ta' l-anti-personnell fil-pajjiżi terzi aktar minn dawk il-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw ( 6 ).
L-approprjazzjonijiet ta' kull sena għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità għall-baġit fil-limiti tal-perspettiva finanzjarja.
Artikolu 7
1. Il-Kummissjoni tkun megħjuna mill-kumitat ġeografiku relevanti.
2. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jkunu kkunsidrati d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perjodu ta' żmien preskritt fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.
3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.
Artikolu 8
1. Il-Kummissjoni għandha, fuq bażi ta' skambju regolari ta' informazzjoni, inkluz l-iskambju ta' informazzjoni fuq il-post, tiffaċilita l-kordinazzjoni effetiva ta' sforzi ta' assistenza lill-impriżi mill-Komunità u l-Istati Membri individwali, bil-għan illi tiżdied il-koerenza u l-komplimentarjetà tal-programm tagħhom.
2. Il-Kummissjoni tista' tfittex opportunitajiet ta' ko-finanzjament ma' finanzjarji oħra, speċjalment fl-Istati Membri. ►M1 Parteċipazzjoni fil-proċeduri kontrattwali implimentati permezz ta’ organizzazzjoni internazzjonali jew ko-finanzjament ma’ pajjiż terz hi definita fir-Regolament (KE) Nru 2110/2005. ◄
3. Il-Kummissjoni għandha tippromwovi kordinazzjoni u koperazzjoni ma' kontibuturi internazzjonali, partikolarment dawk li jifformaw parti mis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti u ma' għaqdiet non-governattivi (NGOs), kif ukoll ma' ċentri relevanti bħalma huwa ċ-Ċentru Internazzjonali ta' Ġinevra Għall-Ismontar Umanitarju ta' l-Isplussivi (Geneva International Centre for Humanitarian Demining).
4. Il-miżuri neċessarji għandhom jittieħdu biex tingħata viżibiltà lill-kontribut mill-Komunità.
Artikolu 9
1. Il-Kummissjoni tivvaluta, tiddeċiedi u tamministra operazzjonijiet mogħtija minn dan ir-Regolament skond il-proċeduri tal-baġit u proċeduri oħra fis-seħħ, u partikolarment dawk stabbiliti fl-Artikoli 116 u 118 tar-Regolament Finanzjarju tal-21 ta' Diċembru 1977 li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej ( 7 ).
2. Id-Deċiżjonijiet finanzjarji li jaqbżu t-3 miljun EUR għandhom jittieħdu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7(2).
3. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat relevanti msemmi fl-Artikolu 7(1) ta' kull deċiżjoni finanzjarja b'valur ta' inqas minn 3 miljun EUR. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli mhux aktar tard minn ġimgħa qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni finanzjarja.
4. Il-Kummissjoni tista' tieħu deċiżjonijiet li jemendaw id-deċiżjonijiet finanzjarji adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7(2), imbasta ma jsirux emendi sostanzjali jew rabtiet żejda ta' aktar minn 20 % tar-rabta oriġinali.
Artikolu 10
1. Il-Proġetti għandhom jiffurmaw parti mill-qafas akbar ta' rikostruzzjoni tal-pajjiż jew reġjun fil-kwistjoni, u għandhom ikunu kklassifikati fl-ordni ta' prijorità u valutati skond l-impatt pożittiv u l-profil ta' ġestjoni u ta' spejjeż.
2. Fejn huwa possibli, il-proġett għandu jkun integrat f'programm nazzjonali ta' splussivi ta' l-anti-personnell ikkordinat minn gvern benefiċjarju jew minn soċjetà lokali f'koperazzjoni ma' l-għaqdiet non-governattivi (NGOs), jew minn istituzzjoni internazzjonali mibgħut għal dik ir-raġuni. L-għan għandu jkun li l-proġett jitmexxa, fiż-żmien dovut, mill-gvern benefiċjajru jew mis-soċjetà lokali jew mill-għaqdiet non-governattivi (NGOs) ħalli tisaħħaħ il-kapaċità lokali u s-sostenibbiltà tal-proġett.
Artikolu 11
Il-ftehimiet jew il-kuntratti kollha finanzjajri milħuqa taħt dan ir-Regolament għandhom jipprovdu għall-Kummissjoni u l-Qorti ta' l-Awdituri biex imexxu kontrolli fuq il-post skond il-proċeduri tas-soltu stabbiliti mill-Kummissjoni taħt dawk ir-regoli fis-seħħ, u partikolarment dawk tar-Regolament Finanzjarju.
Il-Kummissjoni tista wkoll tagħmel kontrolli fuq il-post u spezzjonijiet skond ir-Regolament ta' l- Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 ( 8 ). Il-miżuri meħudin mill-Komunità jipprovdu protezzjoni adegwata ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Eurotom) Nru. 2988/95 ( 9 ).
Artikolu 12
Biex tkun faċilitata l-kordinazzjoni u l-ipprogrammar ta' l-azzjonijiet multi-annwali kontra l-isplussivi, għandu jiġi ppreżentat, fil-laqgħa konġunta tal-Kumitati msemmija fl-Artikolu 7(1), Dokument Strateġiku dwar l-Isplussivi ta' l-Art ta' l-Anti-Personnell (APL) li jinkludi pariri u prijoritajiet orizzontali għall-azzjonijiet kontra l-isplussivi tal-Komunità u punti ta' referenza għall-iskop tagħhom. Dan isir biex id-Dokument ikun ikkunsidrat skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 7(2). Id-Dokument Strateġiku (APL) ikopri kwistjonijiet bħal programmi multi-annwali indikattivi u jirreferu għall-programmi ta' azzjonijiet kontra l-isplussivi li diġà qedgħin fis-seħħ fil-livelli reġjonali u tal-pajjiż. Jirreferu wkoll għall-kontribuzzjonijiet, tad-donaturi, li jinkludu l-Istati Membri, lill-azzjonijiet kontra l-isplussivi tal-Komunità. Dawn il-kontribuzzjonijiet huma finanzjati minn linji oħra tal-baġit. Id-Dokument Strateġiku (APL) huwa trasmess għand il-Parlament Ewropew għall-informazzjoni.
Artikolu 13
1. Il-Kummissjoni tagħmel stima regolari ta' l-operazzjonijiet finanzjati mill-Komunità bl-għan li tistabbilixxi jekk l-għanijiet ta' l-operazzjonijiet ġew milħuqa u tipprovdi pariri biex l-effetività ta' l-operazzjonijet fil-futur tkun għall-aħjar.
2. Il-Kummissjoni tippreżenta fir-rapport annwali fuq l-iżvilupp koperat (KE) lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, l-informazzjoni fuq il-progress ta' l-operazzjonijiet tal-Komunità kif ukoll fuq ir-riżultati ta' l-istimi magħmula. Ir-rapport għandu jispeċifika liema azzjonijiet ġew implimentati u jindika l-ammonti rispettivi mil-linji diversi tal-baġit.
Artikolu 14
Kull tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tagħti stima komplessiva ta' l-azzjonijiet kontra l-isplussivi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kummissjoni tagħti wkoll suġġerimenti għall-futur ta' dan ir-Regolament u, fejn hu meħtieġ, proposti għall-emendi lil dan ir-Regolament.
Artikolu 15
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Għandu jgħodd sal-31 ta' Diċembru 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) ĠU C 248 E, 29.8.2000, p. 115 u
ĠU C 120 E, 24.4.2001, p. 168.
( 2 ) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2000 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali), il-Pożizzjoni tal-Kunsill Komuni tal-31 ta' Mejju 2001 (ĠU C 213, tal-31.7.2001, p. 1) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2001.
( 3 ) ĠU L 184, tas-17.07.99, p. 23.
( 4 ) ĠU C 172, tat-18.06.99, p. 1.
( 5 ) ĠU L 344, 27.12.2005, p. 1.
( 6 ) Ara paġna 6 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
( 7 ) ĠU L 356, tal-31.12.1977, p. 1. Regolament hekk kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE, KEFA, Euratom) Nru. 762/2001 (ĠU L 111, ta' l-20.4.2001, p. 1).
( 8 ) ĠU L 292, tal-15.11.96, p. 2.
( 9 ) ĠU L 312, tat-23.12.95, p. 1.