|
21.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 457/10 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2272
tal-20 ta’ Diċembru 2021
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616 fir-rigward tal-istandards armonizzati għal tubi tal-azzar inossidabbli mingħajr weldjaturi u tubi tal-azzar inossidabbli wweldjati, għal foroġ tal-azzar għal skopijiet ta’ pressjoni f’temperatura għolja u bi proof strength għolja, għal reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar u għal apparati ta’ forniment tal-fjuwil lill-vetturi għal vetturi tal-gass naturali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-apparat jew l-assemblaġġi ta’ pressjoni li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 4(1) u (2) ta’ dik id-Direttiva li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti ta’ sikurezza essenzjali koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom li hemm referenza għalihom fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva. |
|
(2) |
Permezz tal-ittra M/071 tal-1 ta’ Awwissu 1994, il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) biex ifassal, fir-rigward tal-apparat ta’ pressjoni, l-istandards relatati mal-prodotti u l-istandards ta’ natura orizzontali b’appoġġ għad-Direttiva 97/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Dik id-Direttiva ġiet sostitwita bid-Direttiva 2014/68/UE mingħajr ma nbidlu r-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza li hemm referenza għalihom fl-Anness I tad-Direttiva 97/23/KE. |
|
(3) |
Abbażi tat-talba M/071, is-CEN abbozza l-istandard armonizzat EN 13445-10:2021 dwar reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar, tan-nikil u tal-ligi tan-nikil, u l-istandard armonizzat EN 17278:2021 dwar apparati ta’ forniment tal-fjuwil lill-vetturi għal vetturi tal-gass naturali. |
|
(4) |
Abbażi tat-talba M/071 u biex jiġi rifless l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, is-CEN irreveda u emenda wħud mill-istandards armonizzati eżistenti. B’mod speċifiku, is-CEN irreveda l-istandards armonizzati EN 10216-5:2013 u EN 10217-7:2014 li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati bil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2016/C 293/01 (4) u dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati EN 10216-5:2021 u EN 10217-7:2021, rispettivament, dwar tubi tal-azzar inossidabbli mingħajr weldjaturi u tubi tal-azzar inossidabbli wweldjati għal skopijiet ta’ pressjoni. Is-CEN emenda wkoll l-istandards armonizzati EN 10222-2:2017 u EN 10222-4:2017 li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati bil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2017/C 389/01 (5) u dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati EN 10222-2:2017+A1:2021 u EN 10222-4:2017+A1:2021 dwar il-foroġ tal-azzar għal skopijiet ta’ pressjoni. |
|
(5) |
Barra minn hekk, is-CEN irreveda l-istandards armonizzati li ġejjin dwar reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati bil-Komunikazzjoni 2016/C 293/01: EN 13445-1:2014, EN 13445-1:2014/A1:2014, EN 13445-4:2014, EN 13445-8:2014 u EN 13445-8:2014/A1:2014. Dan irriżulta, rispettivament, fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati li ġejjin: EN 13445-1:2021, EN 13445-4:2021 u EN 13445-8:2021. |
|
(6) |
Barra minn hekk, abbażi tat-talba M/071, is-CEN emenda l-istandards li ġejjin, li r-referenzi tagħhom huma inklużi fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1616 (6): EN 13445-2:2014, EN 13445-2:2014/A1:2016, EN 13445-2:2014/A2:2018, EN 13445-2:2014/A3:2018 dwar materjali għal reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar; EN 13445-3:2014, EN 13445-3:2014/A1:2015, EN 13445-3:2014/A2:2016, EN 13445-3:2014/A3:2017, EN 13445-3:2014/A4:2018, EN 13445-3:2014/A5:2018, EN 13445-3:2014/A6:2019, EN 13445-3:2014/A7:2019 u EN 13445-3:2014/A8:2019 dwar id-disinn ta’ reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar; EN 13445-5:2014, EN 13445-5:2014/A1:2018 dwar l-ispezzjoni u l-ittestjar għal reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar u EN 13445-6:2014, EN 13445-6:2014/A2:2018 dwar id-disinn u l-fabbrikazzjoni ta’ reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar mibnija minn ħadid fondut bil-grafit sferojdali. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati EN 13445-2:2021, EN 13445-3:2021, EN 13445-5:2021 u EN 13445-6:2021. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN, ivvalutat jekk dawk l-istandards dwar l-apparat ta’ pressjoni kif abbozzati, emendati jew riveduti mis-CEN humiex konformi mat-talba M/071. |
|
(8) |
L-istandards relatati mal-apparat ta’ pressjoni kif abbozzati, emendati jew riveduti mis-CEN jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru u li hemm referenza għalihom fl-Anness I tad-Direttiva 2014/68/UE. Għalhekk huwa xieraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(9) |
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/68/UE. Ir-referenzi tal-istandards armonizzati EN 13445-10:2021, EN 17278:2021, EN 10216-5:2021, EN 10217-7:2021, EN 10222-2:2017+A1:2021, EN 10222-4:2017+A1:2021, EN 13445-1:2021, EN 13445-4:2021, EN 13445-8:2021, EN 13445-2:2021, EN 13445-3:2021, EN 13445-5:2021 u EN 13445-6:2021 jenħtieġ li jiġu inklużi f’dak l-Anness. |
|
(10) |
L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/68/UE li ġew irtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-istandards armonizzati li ġejjin, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati bil-komunikazzjonijiet 2016/C 293/01 u 2017/C 389/01 ġew sostitwiti, riveduti jew emendati: EN 10216-5:2013, EN 10217-7:2014, EN 10222-2:2017, EN 10222-4:2017, EN 13445-1:2014, EN 13445-1:2014/A1:2014, EN 13445-4:2014, EN 13445-8:2014, EN 13445-8:2014/A1:2014. Għalhekk jenħtieġ li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu inklużi fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616. |
|
(11) |
Jeħtieġ ukoll li jiġu rtirati r-referenzi tal-istandards armonizzati EN 13445-2:2014, EN 13445-3:2014, EN 13445-5:2014 u EN 13445-6:2014 flimkien ma’ kwalunkwe emenda għalihom ippubblikata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616, peress li dawn ġew sostitwiti. Għalhekk, huwa xieraq li dawk ir-referenzi jitħassru mill-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
|
(12) |
Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jippreparaw għall-applikazzjoni tal-istandards ġodda, tal-istandards riveduti jew tal-istandards emendati, huwa meħtieġ li l-irtirar tar-referenzi ta’ dawk l-istandards armonizzati jiġi differit. |
|
(13) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan. |
|
(14) |
Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni; |
|
(2) |
l-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punt (1) tal-Anness I għandu japplika mill-21 ta’ Ġunju 2023.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.
(2) Id-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta’ apparat ta’ pressjoni (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 164).
(3) Id-Direttiva 97/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Mejju 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ apparat ta’ pressjoni (ĠU L 181, 9.7.1997, p. 1).
(4) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta’ apparat ta’ pressjoni (Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni), (ĠU C 293, 12.8.2016, p. 1).
(5) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta’ apparat ta’ pressjoni (Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni),(ĠU C 389, 17.11.2017, p. 1).
(6) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1616 tas-27 ta’ Settembru 2019 dwar l-istandards armonizzati għall-apparat ta’ pressjoni abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 250, 30.9.2019, p. 95).
ANNESS I
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
jitħassru l-entrati 7, 8, 9 u 10; |
|
(2) |
l-entrati 7a, 8a, 9a u 10a li ġejjin jiddaħħlu fil-post xieraq sekwenzjalment skont in-numru tal-entrata:
|
|
(3) |
jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
|
ANNESS II
Fl-Anness II, jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
|
Nru |
Referenza tal-istandard |
Data tal-irtirar |
|
“40. |
EN 10216-5:2013 Tubi tal-azzar mingħajr weldjaturi għal skopijiet ta’ pressjoni - Kundizzjonijiet tekniċi ta’ forniment - Parti 5: Tubi tal-azzar inossidabbli |
Il-21 ta’ Ġunju 2023 |
|
41. |
EN 10217-7:2014 Tubi tal-azzar iwweldjati għal skopijiet ta’ pressjoni - Kundizzjonijiet tekniċi ta’ forniment - Parti 7: Tubi tal-azzar inossidabbli |
Il-21 ta’ Ġunju 2023 |
|
42. |
EN 10222-2:2017 Foroġ tal-azzar għal skopijiet ta’ pressjoni - Parti 2: Azzar ferritiku u azzar martensitiku bi proprjetajiet speċifikati f’temperaturi elevati |
Il-21 ta’ Ġunju 2023 |
|
43. |
EN 10222-4:2017 Foroġ tal-azzar għal skopijiet ta’ pressjoni - Parti 4: Azzar b’partikoli fini li jista’ jiġi wweldjat, bi proof strength għolja |
Il-21 ta’ Ġunju 2023 |
|
44. |
EN 13445-1:2014 Reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar - Parti 1: Ġenerali EN 13445-1:2014/A1:2014 |
Il-21 ta’ Ġunju 2023 |
|
45. |
EN 13445-4:2014 Reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar - Parti 4: Fabbrikazzjoni |
Il-21 ta’ Ġunju 2023 |
|
46. |
EN 13445-8:2014 Reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar - Parti 8: Rekwiżiti addizzjonali għal reċipjenti taħt pressjoni, tal-aluminju u ta’ ligi tal-aluminju EN 13445-8:2014/A1:2014 |
Il-21 ta’ Ġunju 2023” |