European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/237

17.1.2024

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/237

tal-15 ta’ Jannar 2024

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 fir-rigward tal-pubblikazzjoni tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni għall-kisi abbażi tal-polietilen bi tliet saffi għall-protezzjoni mill-korrużjoni tal-pajpijiet tal-azzar u ta’ prodotti oħra għall-bini

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22 tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, wara talbiet mill-manifatturi għal Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej, l-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika adottat 26 Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni u korrezzjoni waħda.

(2)

Id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni li ġew adottati mill-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika huma relatati mar-referenzi li ġejjin:

—

kisi abbażi tal-polietilen bi tliet saffi għall-protezzjoni mill-korrużjoni tal-pajpijiet tal-azzar;

—

tapiti iżolanti magħmula fil-fabbrika minn fibri tal-ħġieġ u silika amorfa;

—

prodotti tal-fowm tal-poliuretan riġidu (PUR) u tal-fowm tal-poliisoċjanurat (PIR) magħmula fil-fabbrika b’ċelloli miftuħa għat-tagħmir tal-bini u għall-installazzjonijiet industrijali;

—

kittijiet taċ-ċmieni b’kisi taċ-ċumnija tat-tafal jew taċ-ċeramika b’iżolazzjoni termali addizzjonali jew ħitan esterni biswit xulxin imġannta b’adeżiv abbażi tal-poliuretan, jew kombinazzjoni tat-tnejn;

—

plasterboards tal-ġipsum, boards tal-ġipsum b’rinforz fibruż u boards tal-ħġieġ espandut b’rinforz fibruż għall-kisi ta’ elementi għall-bini (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika “EAD 070001-01-0504”);

—

kittijiet għal kisjiet ta’ ħitan esterni mwaħħla mekkanikament (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika “EAD 090062-00-0404”);

—

kittijiet għal kisjiet ta’ ħitan esterni inkollati mas-subframe;

—

kittijiet għal kisjiet ta’ ħitan esterni b’elementi ta’ kisi riġidi b’diversi saffi;

—

vireg inkollati għall-konnessjonijiet tal-injam;

—

kittijiet għall-kostruzzjoni ta’ ankri tal-blat u tal-ħamrija – Kittijiet b’bars bil-kamin, tal-azzar jew tal-azzar prestressjat;

—

kittijiet għat-tisħiħ ta’ elementi tal-konkrit permezz ta’ strixxi ta’ polimeri rinfurzati bil-fibra tal-karbonju mwaħħlin esternament;

—

valvi tal-vakwu għall-użu f’sistemi tad-drenaġġ;

—

sistemi ta’ protezzjoni kontra l-korrużjoni b’tejps imgeżwra għal komponenti metalliċi li jerfgħu t-tagħbija;

—

żebgħa kontra l-korrużjoni għall-azzar;

—

sistema ta’ twaħħil tal-madum tal-bjut;

—

kittijiet għal bjut ħodor b’elementi ta’ bjut ħodor magħmula mill-plastik u t-tagħmir tat-twaħħil tagħhom;

—

kittijiet tal-bjut u tal-ħajt trasluċidi awtoreġġenti b’għata magħmula minn folji tal-plastik, inklużi folji opaki;

—

pannelli rqaq tal-azzar għall-kisi ta’ bjut u ħitan;

—

twieqi tas-soqfa u apparati tat-tidwil naturali fis-soqfa;

—

tieqa tas-saqaf b’element b’ilqugħ integrat;

—

fibri għall-konkrit - fibri tal-azzar irkuprati minn tajers li ma għadhomx jintużaw;

—

kittijiet tal-pajpijiet tal-plastik għas-sistema tat-trasport ta’ ilma sħun u ta’ ilma kiesaħ, magħmula minn polietilen reżistenti għal temperaturi għoljin (PE-RT);

—

tank tal-ħżin ifformat magħmul mill-polietilen, b’ħajt doppju;

—

konnettur li jsaħħaħ strutturi tal-konkrit eżistenti permezz ta’ sovrapożizzjoni tal-konkrit; imġiba f’każ ta’ azzjoni sismika;

—

studs bil-kamin għall-konnessjoni ta’ materjali ma’ elementi strutturali tal-azzar u tal-aluminju;

—

elementi ta’ rbit għat-twaħħil ta’ sistemi komposti ta’ iżolazzjoni termali estern fuq kostruzzjonijiet tal-injam.

(3)

Id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni li adottat l-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika jissodisfaw l-eżiġenzi fir-rigward tar-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet tal-bini stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 305/2011. Għalhekk jixraq li r-referenzi ta’ dawk id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(4)

L-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika kkoreġiet it-titolu tad-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni tal-prodotti għall-bini li ġejjin: membrani għall-użu bħala kisi sottostanti ta’ bjut jew ħitan, jew tat-tnejn, billi tiżdied ir-referenza għall-ispeċifikazzjoni teknika sostitwita. Għalhekk jixraq li tiġi emendata r-ringiela korrispondenti fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/450 (2).

(5)

Il-lista tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni tal-prodotti għall-bini ġiet ippubblikata skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, ir-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni l-ġodda jenħtieġ li jiżdiedu ma’ dik il-lista.

(6)

Għalhekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(7)

Għall-fini li tippermetti l-użu tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni kmieni kemm jista’ jkun, sabiex il-manifatturi li diġà għandhom Valutazzjoni Teknika Ewropea jkunu jistgħu jqiegħdu l-prodott tagħhom fis-suq, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 hu emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Jannar 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/305/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/450 tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar il-pubblikazzjoni tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni (EADs) għall-prodotti tal-bini abbozzati b’appoġġ tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 77, 20.3.2019, p. 78, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2019/450/oj).


ANNESS

L-Anness mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 huwa emendat kif ġej:

(1)

ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu f’ordni sekwenzjali skont l-ordni tan-numri ta’ referenza:

“030588-00-1202

Kisi abbażi tal-polietilen bi tliet saffi għall-protezzjoni mill-korrużjoni tal-pajpijiet tal-azzar”

“040685-00-1201

Tapiti iżolanti magħmula fil-fabbrika minn fibri tal-ħġieġ u silika amorfa”

“041094-00-1201

Prodotti tal-fowm tal-poliuretan riġidu (PUR) u tal-fowm tal-poliisoċjanurat (PIR) magħmula fil-fabbrika b’ċelloli miftuħa għat-tagħmir tal-bini u għall-installazzjonijiet industrijali”

“060015-00-0802

Kittijiet taċ-ċmieni b’kisi taċ-ċumnija tat-tafal jew taċ-ċeramika b’iżolazzjoni termali addizzjonali jew ħitan esterni biswit xulxin imġannta b’adeżiv abbażi tal-poliuretan, jew kombinazzjoni tat-tnejn”

“070001-02-0504

Plasterboards tal-ġipsum, boards tal-ġipsum b’rinforz fibruż u boards tal-ħġieġ espandut b’rinforz fibruż għall-kisi ta’ elementi għall-bini

(tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika “EAD 070001-01-0504”)”

“090062-01-0404

Kittijiet għal kisjiet ta’ ħitan esterni mwaħħla mekkanikament

(tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika “EAD 090062-00-0404”)”

“090097-00-0404

Kittijiet għal kisjiet ta’ ħitan esterni inkollati mas-subframe”

“090125-00-0404

Kittijiet għal kisjiet ta’ ħitan esterni b’elementi ta’ kisi riġidi b’diversi saffi”

“130006-00-0304

Vireg inkollati għall-konnessjonijiet tal-injam”

“160015-00-0102

Kittijiet għall-kostruzzjoni ta’ ankri tal-blat u tal-ħamrija – Kittijiet b’bars bil-kamin, tal-azzar jew tal-azzar prestressjat”

“160086-00-0301

Kittijiet għat-tisħiħ ta’ elementi tal-konkrit permezz ta’ strixxi ta’ polimeri rinfurzati bil-fibra tal-karbonju mwaħħlin esternament”

“180026-00-0704

Valvi tal-vakwu għall-użu f’sistemi tad-drenaġġ”

“200126-00-0302

Sistemi ta’ protezzjoni kontra l-korrużjoni b’tejps imgeżwra għal komponenti metalliċi li jerfgħu t-tagħbija”

“200188-00-1202

Żebgħa kontra l-korrużjoni għall-azzar”

“220034-00-0607

Sistema ta’ twaħħil tal-madum tal-bjut”

“220078-00-0401

Kittijiet għal bjut ħodor b’elementi ta’ bjut ħodor magħmula mill-plastik u t-tagħmir tat-twaħħil tagħhom”

“220089-00-0401-v01

Kittijiet tal-bjut u tal-ħajt trasluċidi awtoreġġenti b’għata magħmula minn folji tal-plastik, inklużi folji opaki”

“220106-00-0402

Pannelli rqaq tal-azzar għall-kisi ta’ bjut u ħitan”

“220122-00-0401

Twieqi tas-soqfa u apparati tat-tidwil naturali fis-soqfa”

“220150-00-0401

Tieqa tas-saqaf b’element b’ilqugħ integrat”

“260010-00-0301

Fibri għall-konkrit - fibri tal-azzar irkuprati minn tajers li ma għadhomx jintużaw”

“280009-00-0802

Kittijiet tal-pajpijiet tal-plastik għas-sistema tat-trasport ta’ ilma sħun u ta’ ilma kiesaħ, magħmula minn polietilen reżistenti għal temperaturi għoljin (PE-RT)”

“280017-00-0109

Tank tal-ħżin ifformat magħmul mill-polietilen, b’ħajt doppju”

“332347-00-0601-v01

Konnettur li jsaħħaħ strutturi tal-konkrit eżistenti permezz ta’ sovrapożizzjoni tal-konkrit: imġiba f’każ ta’ azzjoni sismika”

“333037-00-0602

Studs bil-kamin għall-konnessjoni ta’ materjali ma’ elementi strutturali tal-azzar u tal-aluminju”

“333256-00-0603

Elementi ta’ rbit għat-twaħħil ta’ sistemi komposti ta’ iżolazzjoni termali estern fuq kostruzzjonijiet tal-injam”.

(2)

ir-ringiela bin-numru ta’ referenza 030218-01-0402 hija sostitwita b’dan li ġej:

“030218-01-0402

Membrani għall-użu bħala kisi sottostanti ta’ bjut jew ħitan, jew tat-tnejn

(tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika “EAD 030218-00-0402”)”


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/237/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)