Official Journal L 158 , 14/06/2001 P. 0004 - 0005
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 26/2001 tat-30 ta' Marzu 2001 li jemenda l-Anness I(materji veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness I għal Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 189/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 [1]. (2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2194/98 tat-12 ta' Ottubru 1998 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2629/97 rigward lametti tal-widnejn fil-qafas tas-sistema ta' identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta' annimali ta' l-ifrat. [2] għandu jiżdied mal-Ftehim. (3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 509/1999 tat-8 ta' Marzu 1999 rigward estensjoni tal-perjodu massimu taż-żmien preskritt għat-twaħħil ta' lametti tal-widnejn mal-bufli (Bison bison spp.) [3] għandu jiżdied mal-Ftehim. (4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 331/1999 tat-12 ta' Frar 1999 li jemenda Regolament (KE) Nru 2629/97 rigward passaporti fil-qafas tas-sistema ta' identifikazzjoni u ta' reġistrazzjoni ta' annimali ta' l-ifrat. [4] għandu jiżdied mal-Ftehim. (5) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1663/1999 tat-28 ta' Lulju 1999 li jemenda Regolament (KE) Nru 2629/97 li jirrigwarda lametti tal-widnejn fil-qafas tas-sistema għal identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta' annimali ta' l-ifrat. [5] għandu jiżdied mal-Ftehim. (6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2680/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 li japprova sistema ta' identifikazzjoni u reġistrazzjoni tal-bufli maħsuba għal okkażjonijiet kulturali u sportivi [6] għandu jiżdied mal-Qbil. (7) Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għall-Islanda u Liechtenstein, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-punti li ġejjin għandhom jiżdiedu wara il-punt 86 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/653/KE) fil-Parti 1.2 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I għall-Ftehim: "86a. 399 R 0509: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 509/1999 tat-8 ta' Marzu 1999 rigward estensjoni tal-perijodu massimu taż-żmien preskritt għat-twaħħil ta' lametti tal-widnejn tal-bufli (Bison bison spp.) (ĠU L 60, tad-9.3.1999, p. 53). 86b. 399 R 2680: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2680/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 li japprova sistema ta' identifikazzjoni u reġistrazzjoni tal-barrin (gniedes) maħsuba għal okkażjonijiet kulturali u sportivi (ĠU L 326, tat-18.12.1999, p. 16)." Artikolu 2 L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-punt 71 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2629/97) fil-Parti 1.2 ta' Kapitolu I ta' l-Anness I għall-Ftehim: "- 398 R 2194: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2194/98 tat-12 ta' Ottubru 1998 (ĠU L 276, tat-13.10.1998, p. 4), - 399 R 0331: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 331/1999 tat-12 ta' Frar 1999 (ĠU L 40, tat-13.2.1999, p. 27), - 399 R 1663: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1663/1999 tat-28 ta' Lulju 1999 (ĠU L 197, tad-29.7.1999, p. 27)." Artikolu 3 It-testi tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nri 2194/98, 331/1999, 509/1999, 1663/1999 u 2680/1999 fil-lingwa Norveġiża, li għandhom ikunu ppublikati fis-Suppliment taż-ŻEE fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu oriġinali. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta' Marżu 2001, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ingħataw lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [7]. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE tal-, u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-, Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropei. Magħmul fi Brussel, 30 ta' Marzu 2001. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President P. Westerlund [1] ĠU L 74, tal-15.3.2001, p. 24. [2] ĠU L 276, tat-13.10.1998, p. 4. [3] ĠU L 60, tad-9.3.1999, p. 53. [4] ĠU L 40, tat-13.2.1999, p. 27. [5] ĠU L 197, tad-29.7.1999, p. 27. [6] ĠU L 326, tat-18.12.1999, p. 16. [7] L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma huma indikati. --------------------------------------------------