Official Journal L 247 , 23/08/1989 P. 0034 - 0042
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 30 P. 0108
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 30 P. 0108
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 1989 li tippreskrivi ċ-ċertifikat ta’ majjali ibridi tat-tagħmir, l-isperma, l-ova u l-embrijuni tagħhom (89/506/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 88/661/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1988 dwar l-istandards żootekniċi li japplikaw għal animmali mrobbija ta’ l-ispeċje porċina [1], u partikolarment Artikoli 9 u 10 (1), il-ħames inċiż, tagħha, Billi huwa neċessarju li tiġi ffisata d-data li jridu jissemmew fuq iċ-ċertifikat; billi huwa neċessarju għal raġunijiet prattiċi li jiġi pprovdut ċertifikat mudell u l-kondizzjonijiet li fihom id-data jistgħu jiġu mdaħħla fid-dokument li jakkompanja il-majjali ibridi tat-tagħmir, l-isperma, l-ova u l-embrijuni tagħhom; Billi l-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil mall-opinjoni tal-Kumitat Permanenti ta’ Żooteknika; ADOTTAT DIN ID DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-partikolaritajiet li ġejjin għandhom jiġu msemmija fiċ-ċertifikat tal-majjali ibridi tat-tagħmir: - korp ta’ ħruġ, - numru tad-dħul fir-reġistri, - data tal-ħruġ, - sistema ta’ identifikazzjoni, - identifikazzjoni, - data tat-twelid, - tip ġenetiku, linja, - sess, - isem u indiriżż ta’ dak li jrabbi; - isem u indiriżż tas-sid; Artikolu 2 1. Il-partikolaritajiet li hemm provduti f’Artikolu 1 jistgħu jiġu indikati: (a) fil-forma ta’ ċertifikat li jikkonforma mal-kampjun f’Anness I; (b) f’dokumentazzjoni li takkompanja il-majjal ibridu tat-tagħmir. F’dan il-każ l-awtoritajiet kompetenti iridu jiċċertifikaw li l-partikolaritajiet stipulati f’Artikolu 1 huma indikati f’dawk id-dokumenti, bil-formuli li ġejjin: "Is-sottoskritt jiċċertifika li dawn id-dokumenti fihom il-partikolaritajiet imsemmija f’Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/506/KEE." 2. Id-data dwar il-majjali ibridi tat-tagħmir ta’ l-istess nisel jistgħu jingħataw ċertifikat wieħed jew fid-dokumentazzjoni li takkompanja konsenja ta’ annimali ta’ l-istess oriġini u għall-istess destinazzjoni. Iċ-ċertifikat mudell muri f’Anness I għandu jiġi adattat kif hemm bżonn. Artikolu 3 Il-partikolaritajiet li ġejjin għandhom jiġu msemmija fiċ-ċertifikat ta’ l-isperma tal-majjali ibridi tat-tagħmir: - id-data kollha kif elenkata f’Artikolu 1 jikkonċernaw il-maskil li jipprovdi l-isperma, - informazzjoni li tippermetti identifikazzjoni ta’ l-isperma, id-data tal-ġbir tagħha u l-ismijiet u l-indirizzi taċ-ċentru tal-ġbir ta’ l-isperma u tad-destinarju. Artikolu 4 Il-partikolaritajiet li hemm provduti f’Artikolu 3 jistgħu jiġu indikati: 1. fil-forma ta’ ċertifikat li jikkonforma mal-kampjun f’Anness II; 2. f’dokumentazzjoni li takkompanja l-isperma tal-majjal ibridu tat-tagħmir. F’dan il-każ l-awtoritajiet kompetenti iridu jiċċertifikaw li l-partikolaritajiet stipulati f’Artikolu 3 huma indikati f’dawk id-dokumenti, bil-formuli li ġejjin: "Is-sottoskritt jiċċertifika li dawn id-dokumenti fihom il-partikolaritajiet imsemmija f’Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/506/KEE." Artikolu 5 Il-partikolaritajiet li ġejjin għandhom jiġu msemmija fiċ-ċertifikat ta’ l-ova tal-majjali ibridi tat-tagħmir: - id-data kollha kif elenkata f’Artikolu 1 jikkonċernaw il-majjala li tipprovdi l-bajda, - informazzjoni li tippermetti identifikazzjoni ta’ l-isperma, d-data tal-ġbir tagħha u l-ismijiet u l-indirizzi taċ-ċentru tal-ġbir ta’ l-isperma u tad-destinarju. Jekk ikun hemm iktar minn bajda waħda f’straw waħda din għandha tiġi indikata b’mod ċar u aktar minn hekk l-ova għandha jkollha l-istess ġenituri. Artikolu 6 Il-partikolaritajiet li hemm provduti f’Artikolu 5 jistgħu jiġu indikati: 1. fil-forma ta’ ċertifikat li jikkonforma mal-kampjun f’Anness III; 2. f’dokumentazzjoni li takkompanja l-ova tal-ħanżira ibrida tat-tagħmir. F’dan il-każ l-awtoritajiet kompetenti iridu jiċċertifikaw li l-partikolaritajiet stipulati f’Artikolu 5 huma indikati f’dawk id-dokumenti, bil-formuli li ġejjin: "Is-sottoskritt jiċċertifika li dawn id-dokumenti fihom il-partikolaritajiet stipulati f’Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/506/KEE." Artikolu 7 Il-partikolaritajiet li ġejjin għandhom jiġu msemmija fiċ-ċertifikat ta’ l-embrijuni tal-majjali ibridi tat-tagħmir: - id-data kollha kif elenkata f’Artikolu 1 jikkonċernaw il-majjala donatriċi u l-ħanżir selvaġġ fertilizzanti, - informazzjoni li tippermetti identifikazzjoni ta’ l-embrijuni, d-data ta’ l-inseminazzjoni jew fekondazzjoni u l-ismijiet u l-indirizzi taċ-ċentru tal-ġbir ta’ l-embrijuni u tad-destinarju. Jekk ikun hemm iktar minn embrijun wieħed fi straw waħda dan għandu jiġi indikat b’mod ċar u aktar minn hekk l-embrijuni għandhom ikollhom l-istess ġenituri. Artikolu 8 Il-partikolaritajiet li hemm provduti f’Artikolu 7 jistgħu jiġu indikati: 1. fil-forma ta’ ċertifikat li jikkonforma mal-kampjun f’Anness IV; 2. f’dokumentazzjoni li takkompanja l-embrijuni talmajjal ibridu tat-tagħmir. F’dan il-każ l-awtoritajiet kompetenti iridu jiċċertifikaw li l-partikolaritajiet stipulati f’Artikolu 7 huma indikati f’dawk id-dokumenti, bil-formuli li ġejjin: "Is-sottoskritt jiċċertifika li f’dawn id-dokumenti jinsabu l-partikolaritajiet stipulati f’Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/506/KEE." Artikolu 9 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fit-18 ta’ Lulju 1989. Għall-Kummissjoni Ray Mac Sharry Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 382, tal-31.12.1988, p. 36. -------------------------------------------------- ANNESS I +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS II +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS III +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS IV +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------