21.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/34


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2520

tal-20 ta’ Diċembru 2022

dwar l-arranġamenti speċifiċi għall-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni tas-sistema e-CODEX

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2022/850 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2022 dwar sistema kompjuterizzata għall-iskambju elettroniku transfruntier ta’ data fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kriminali (is-sistema e-CODEX), u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1726 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1)(c) tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-arranġamenti dettaljati għall-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni għat-trasferiment tas-sistema e-CODEX mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX lill-eu-LISA.

(2)

Dawn l-arranġamenti jenħtieġ li jinkludu l-kriterji għal proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni b’suċċess u għat-tlestija b’suċċess ta’ dak il-proċess u d-dokumentazzjoni relatata.

(3)

L-arranġamenti dettaljati ta’ trasferiment jenħtieġ li jistabbilixxu wkoll dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali jew id-drittijiet ta’ użu relatati mas-sistema e-CODEX u l-prodotti tas-software ta’ appoġġ tagħha, id-dokumentazzjoni u assi oħra li d-dokument komuni ta’ trasferiment jenħtieġ li jistabbilixxi biex l-eu-LISA tkun tista’ twettaq ir-responsabbiltajiet u l-kompiti tagħha.

(4)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma ħaditx sehem fl-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/850 u għaldaqstant mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(5)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, l-Irlanda ma ħaditx sehem fl-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/850 u għaldaqstant mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(6)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u ta l-opinjoni tiegħu fl-24 ta’ Novembru 2022.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-kumitat stabbilit mill-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) 2022/850,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-arranġamenti dettaljati għall-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni tas-sistema e-CODEX imsemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2022/850 għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-kriterji għal proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni b’suċċess u għat-tlestija b’suċċess ta’ dak il-proċess u d-dokumentazzjoni relatata, imsemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2022/850 għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Id-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali jew id-drittijiet ta’ użu relatati mas-sistema e-CODEX li għandhom jiġu inklużi fid-dokument komuni ta’ trasferiment għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 150, 1.6.2022, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


ANNESS

Arranġamenti speċifiċi għall-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni tas-sistema e-CODEX

1.   INTRODUZZJONI

Għandu jsir proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni bejn l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX u l-eu-LISA. Sa meta jsir it-trasferiment, l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX għandu jkollha responsabbiltà sħiħa għaliha u għandha tiżgura li ma jsir ebda tibdil fis-sistema e-CODEX u li ma jsir ebda rilaxx ta’ software ġdid ħlief għall-fini li titwettaq manutenzjoni korrettiva tas-sistema e-CODEX.

L-objettiv ta’ dawn l-arranġamenti speċifiċi huwa li jispeċifikaw:

—

l-arranġamenti dettaljati għat-trasferiment tas-sistema e-CODEX lill-eu-LISA;

—

il-kriterji għal proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni b’suċċess u għat-tlestija b’suċċess ta’ dak il-proċess u d-dokumentazzjoni relatata;

—

id-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali jew id-drittijiet ta’ użu relatati mas-sistema e-CODEX u l-prodotti tas-software ta’ appoġġ, id-dokumentazzjoni u assi oħra (elenkati fl-Anness tar-Regolament (UE) 2022/850 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)).

Abbażi tal-arranġamenti speċifiċi għall-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni stabbiliti f’dan l-Anness, l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX għandha, f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2022/850, tippreżenta dokument komuni ta’ trasferiment lill-eu-LISA sal-31 ta’ Diċembru 2022. Mudell għal dan id-dokument komuni ta’ trasferiment jinsab fl-appendiċi ta’ dan l-Anness.

Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni sabiex tiżgura li l-arranġamenti dettaljati għat-trasferiment tas-sistema e-CODEX jiġu implimentati b’mod korrett.

Skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament (UE) 2022/850, l-eu-LISA għandha tassumi r-responsabbiltà għas-sistema e-CODEX fid-data li fiha l-Kummissjoni tiddikjara t-tlestija b’suċċess tal-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni, bejn l-1 ta’ Lulju 2023 u l-31 ta’ Diċembru 2023, wara konsultazzjoni mal-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX u l-eu-LISA.

2.   STADJI EWLENIN

(a)

Data ta’ konsenja tad-dokument komuni ta’ trasferiment: sal-31 ta’ Diċembru 2022;

(b)

Proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni: Fil-perjodu ta’ sitt xhur wara l-konsenja tad-dokument komuni ta’ trasferiment;

(c)

Il-laqgħa introduttiva tal-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni għandha ssir f’Jannar 2023, id-data eżatta għandha tiġi miftiehma bejn l-eu-LISA, l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX u l-Kummissjoni;

(d)

Trasferiment tar-responsabbiltà lill-eu-LISA: sal-31 ta’ Diċembru 2023, iżda mhux qabel l-1 ta’ Lulju 2023.

3.   PROĊESS TA’ TRASFERIMENT U AKKWIŻIZZJONI

Il-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni jibda bil-preżentazzjoni ta’ dokument komuni ta’ trasferiment mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX lill-eu-LISA. L-eu-LISA għandha tivverifika u tikkonferma li l-informazzjoni rilevanti kollha hija inkluża fid-dokument komuni ta’ trasferiment biex jiġi żgurat trasferiment b’suċċess. Dan id-dokument komuni ta’ trasferiment għandu jinkludi informazzjoni dettaljata dwar, mill-inqas, il-punti li ġejjin:

(a)

l-ippjanar tal-attivitajiet kollha li għandhom jitwettqu kif speċifikat f’dan l-Anness, inklużi laqgħat ta’ sinkronizzazzjoni, taħriġ, ittestjar, eċċ.;

(b)

l-assi u l-artefatti kollha li għandhom jiġu mgħoddija fil-bidu tal-perjodu ta’ trasferiment u fi tmiemu (trasferiment inizjali ta’ assi u trasferiment finali ta’ assi). Id-definizzjoni ta’ “trasferiment inizjali ta’ assi” u “trasferiment finali ta’ assi” tinsab fl-appendiċi ta’ dan l-Anness;

(c)

is-sessjonijiet ta’ taħriġ, is-sessjonijiet ta’ ħidma, is-sessjonijiet ta’ informazzjoni u s-sessjonijiet ta’ shadowing kollha li se jiġu skedati;

(d)

il-proċeduri ta’ ħidma kollha fis-seħħ tal-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX. F’każ li dawn il-proċeduri ma jiġux dokumentati, għandhom jiġu identifikati, dokumentati u mgħoddija b’mod ċar lill-eu-LISA;

(e)

id-dettalji ta’ kuntatt tal-partijiet kollha involuti matul il-perjodu kollu tal-attivitajiet ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni, flimkien ma’ matriċi ta’ rwoli u responsabbiltajiet;

(f)

kriterji ta’ suċċess ċari, verifikabbli u oġġettivi għall-valutazzjoni tal-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni;

(g)

speċifikazzjonijiet tat-test biex tiġi vvalutata l-eżekuzzjoni korretta tal-proċess ta’ akkwiżizzjoni;

(h)

id-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali jew id-drittijiet ta’ użu relatati mas-sistema e-CODEX u l-prodotti tas-software ta’ appoġġ, id-dokumentazzjoni u assi oħra elenkati fl-Anness tar-Regolament (UE) 2022/850 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jippermettu lill-eu-LISA twettaq ir-responsabilitajiet tagħha f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2022/850.

L-għan tad-dokument komuni ta’ trasferiment huwa li jipprovdi għodda għal migrazzjoni trasparenti, bla xkiel u kompleta tas-servizzi tal-IT mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX għall-eu-LISA, permezz ta’ monitoraġġ mill-Kummissjoni.

Dan għandu jiddeskrivi l-mezzi kollha li għandhom jiġu stabbiliti mill-eu-LISA u l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX biex tiġi żgurata din it-tranżizzjoni bla xkiel.

Eżempju tal-istruttura ta’ tali dokument jinsab fl-appendiċi ta’ dan l-Anness. Jista’ jiġi adattat kif meħtieġ, sakemm ikun fih informazzjoni dettaljata dwar il-punti elenkati f’din it-taqsima.

Kemm l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX kif ukoll l-eu-LISA għandhom jipproduċu rispettivament sat-30 ta’ Ġunju 2023 rapporti ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni dwar ir-riżultati tal-attivitajiet imwettqa, biex il-Kummissjoni Ewropea tkun tista’ taġġorna lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta’ Lulju 2023 dwar il-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni (ara l-punti 5 u 6 ta’ dan l-Anness).

Il-format u l-mezzi ta’ trasferiment (eż. spazju ta’ kollaborazzjoni komuni bħall-“Appoġġ Bażiku għal Ħidma Kooperattiva” preċedenti, iċ-Ċentru ta’ Riżorsi ta’ Informazzjoni u Komunikazzjoni għall-Amministraturi, in-Negozji u ċ-Ċittadini — CIRCABC, l-aċċess għar-repożitorji attwali, eċċ.) ta’ kull artefatt għandhom jiġu miftiehma b’mod reċiproku bejn l-eu-LISA u l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX, filwaqt li titqies is-sistema fil-mira li għandha tintuża fl-ambjent tal-eu-LISA.

Ir-rekwiżiti tal-infrastruttura u tas-sigurtà għal kull assi għandhom jiġu indirizzati fid-dokumentazzjoni tal-komponent rilevanti u/jew fil-masterclass imsemmija.

Lista mhux eżawrjenti tal-komponenti tas-sistema e-CODEX, il-prodotti tas-software ta’ appoġġ, id-dokumentazzjoni u assi oħra huwa ppreżentati fit-tabella li ġejja.

Tabella sommarja tal-komponenti, l-artefatti u l-attivitajiet ta’ appoġġ għat-trasferiment:

 

Komponent

Artifatti

Appoġġ għat-Trasferiment

Elementi li għandhom jiġu żviluppati u operati

Għodda għall-Ġestjoni tal-Konfigurazzjoni - CMT

Kodiċi tas-Sors

Bażi tad-Data tal-Konfigurazzjoni u Dokumentazzjoni tal-pModes

Dump tal-bażi tad-data fl-istadji ta’ trasferiment inizjali u finali.

Dokumentazzjoni

Masterclass “CMT”

Żvilupp u manutenzjoni, installazzjoni, konfigurazzjoni, tħaddim u individwazzjoni ta’ soluzzjoni

Pjattaforma Ċentrali tal-Ittestjar - CTP

Kodiċi tas-Sors Dokumentazzjoni

Dump tal-bażi tad-data fl-istadji ta’ trasferiment inizjali u finali.

Dokumentazzjoni

Masterclass “CTP”

Żvilupp u manutenzjoni, installazzjoni, konfigurazzjoni, tħaddim u individwazzjoni ta’ soluzzjoni

Server tar-Repożitorju (bħalissa: Nexus)

Repożitorji

Masterclass “Żvilupp u infrastruttura”

Server tal-Integrazzjoni (bħalissa: Jenkins)

Elementi ta’ Integrazzjoni

Repożitorju tal-Kodiċi tas-Sors (bħalissa: Gitblit)

Kodiċi tas-Sors

Sit web e-CODEX

Kontenut tas-sit web e-CODEX

Masterclass “Ħarsa Ġenerali lejn l-e-CODEX”

Elementi li għandhom jiġu żviluppati u mwettqa

Arkitettura e-CODEX

Sit web e-CODEX Dokumentazzjoni

Dokumentazzjoni Masterclass “Ħarsa Ġenerali lejn l-e-CODEX”

Connector Suite

Għal kull komponent (Konnettur, Client, Plugin, Librerija tas-Sigurtà, Utilitajiet, eċċ): Kodiċi tas-Sors Dokumentazzjoni

Dokumentazzjoni Masterclass “Konnettur”

Skemi tal-każ ta’ użu:

—

Ordni ta’ Ħlas Ewropea

—

Talbiet Żgħar

—

Mandat ta’ Arrest Ewropew

—

Penalitajiet Finanzjarji

—

MLA

—

FD 909 (Sentenzi ta’ Kustodja)

—

Kwistjonijiet matrimonjali

—

Ordni tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet tal-UE

—

Reġistru tat-Testmenti

—

Notifika ta’ dokumenti

Skemi

Mudell tal-Proċess tan-Negozju

Vokabularju Ewlieni tal-e-Ġustizzja tal-UE (l-aċċess għandu jingħata permezz tal-għodda “Metadata Workbench”)

Dokumentazzjoni Masterclass “Skemi”

Elementi oħra

Biljetti tal-e-CODEX

Il-biljetti kollha inklużi l-istatus kollha

(għal skopijiet tal-ġestjoni tal-għarfien)

Masterclass “Konnettur”

Dump tal-bażi tad-data bid-data kollha

Pjan Direzzjonali dwar il-Connector Suite e-CODEX

Sit web e-CODEX

Masterclass “Konnettur”

Rekwiżiti tas-Sigurtà e-CODEX

Dokument

Masterclass “Konnettur”

4.   ATTIVITAJIET

(a)   Attivitajiet ta’ taħriġ

L-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX għandha tħejji lista ta’ moduli ta’ taħriġ biex tiżgura t-trasferiment sħiħ tal-għarfien lill-eu-LISA.

Il-materjali tat-taħriġ u l-ħtiġijiet tal-ippjanar għandhom jiġu definiti u miftiehma bejn l-atturi kollha involuti għal kull modulu ta’ taħriġ u masterclass. B’mod partikolari, jekk l-eu-LISA tqis li huma meħtieġa, għandha titħalla titlob u tirċievi moduli ta’ taħriġ u masterclasses addizzjonali.

L-ippjanar u l-iskedar speċifiċi tas-sessjonijiet ta’ taħriġ, tas-sessjonijiet prattiċi u tas-sessjonijiet ta’ shadowing (fejn it-tim tal-eu-LISA jista’ jitgħallem billi josserva t-tim tekniku tal-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX) għandhom jiġu dettaljati fid-dokument komuni ta’ trasferiment.

Lista minima u mhux eżawrjenti ta’ taħriġ li għandu jiġi pprovdut hija inkluża fit-tabella li ġejja:

Titolu

Kontenut tal-modulu

Tip ta’ Dok

Materjali tat-Taħriġ - Modulu 1: Masterclass “Ħarsa Ġenerali lejn l-e-CODEX”

Matul din l-ewwel Masterclass, il-parteċipanti se jiksbu ħarsa ġenerali lejn x’jinvolvi l-e-CODEX, inkluż ħarsa ġenerali lejn l-arkitettura bażika tal-e-CODEX, il-prinċipji ġenerali tal-e-CODEX u ħarsa ġenerali storika qasira lejn kif inħoloq l-e-CODEX.

Dan il-modulu huwa prinċipalment ibbażat fuq fatti teoretiċi.

Preżentazzjoni PPT u Materjali tas-Sillabu e-CODEX

Materjali tat-Taħriġ - Modulu 2: Masterclass “Konnettur”

Matul din il-Masterclass, il-parteċipanti se jirċievu spjegazzjoni fil-fond dwar il-Connector Suite u l-prodotti/il-komponenti differenti tiegħu, inkluża r-relazzjoni mal-gateway.

Dan il-modulu jikkonsisti f’parti teoretika, taħriġ prattiku u sessjoni(jiet) ta’ shadowing fakultattiva/i, inklużi l-installazzjoni, l-individwazzjoni ta’ soluzzjonijiet u l-appoġġ tekniku.

Preżentazzjoni PPT u Materjali tas-Sillabu e-CODEX

Materjali tat-Taħriġ - Modulu 3: Masterclass “Skemi”

Matul din il-Masterclass, il-parteċipanti se jsiru familjari mal-iskemi tad-data żviluppati mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX. L-enfasi se tkun ukoll fuq il-Metadata Workbench li fih qed jiġi amministrat il-Vokabularju Ewlieni tal-e-Ġustizzja tal-UE u fuq it-teknika tal-immudellar tal-proċess tan-negozju.

Dan il-modulu jikkonsisti f’parti teoretika, taħriġ prattiku u sessjoni(jiet) ta’ shadowing fakultattiva/i.

Preżentazzjoni PPT u Materjali tas-Sillabu e-CODEX

Materjali tat-Taħriġ - Modulu 4: Masterclass “CMT”

Matul din il-Masterclass, il-parteċipanti se jsiru familjari mal-karatteristiċi u l-proċessi tal-Għodda għall-Ġestjoni tal-Konfigurazzjoni. Is-CMT hija għodda online għall-ġestjoni tal-ġbir tad-data tal-parteċipanti u d-distribuzzjoni tal-fajls tal-konfigurazzjoni e-CODEX.

Dan il-modulu jikkonsisti f’parti teoretika, taħriġ prattiku u sessjoni(jiet) ta’ shadowing fakultattiva/i.

Preżentazzjoni PPT u Materjali tas-Sillabu e-CODEX

Materjali tat-Taħriġ - Modulu 5: Masterclass “CTP”

Matul din il-Masterclass, il-parteċipanti se jsiru familjari mal-karatteristiċi u l-proċessi tal-Pjattaforma Ċentrali tal-Ittestjar u l-istrateġija tal-ittestjar. Is-CTP tipprovdi ambjent sħiħ ta’ ttestjar e-CODEX u interfaċċa web biex jintbagħtu u jiġu riċevuti messaġġi tat-test personalizzabbli.

Dan il-modulu jikkonsisti f’parti teoretika, taħriġ prattiku u sessjoni(jiet) ta’ shadowing fakultattiva/i.

Preżentazzjoni PPT u Materjali tas-Sillabu e-CODEX

Materjali tat-Taħriġ - Modulu 6: Masterclass “Żvilupp u infrastruttura”

Matul din il-Masterclass, il-parteċipanti se jkomplu jiddiskutu suġġetti ta’ żvilupp u infrastruttura, bħall-ġestjoni tas-server tar-repożitorji.

Dan il-modulu jikkonsisti f’parti teoretika, taħriġ prattiku u sessjoni(jiet) ta’ shadowing fakultattiva/i.

Preżentazzjoni PPT u Materjali tas-Sillabu e-CODEX

Materjali tat-Taħriġ - Modulu 7: Masterclass “Debugging”

Matul din il-masterclass, il-parteċipanti se jitgħallmu dwar id-detezzjoni u l-korrezzjoni tal-bugs potenzjali fis-sistema e-CODEX u r-riżoluzzjoni tal-problemi, inkluż ir-riżoluzzjoni ta’ talbiet għal appoġġ.

Dan il-modulu jikkonsisti f’parti teoretika, taħriġ prattiku u sessjoni(jiet) ta’ shadowing fakultattiva/i.

Preżentazzjoni PPT u Materjali tas-Sillabu e-CODEX

(b)   Trasparenza tal-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni

Il-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni għandu jkun trasparenti għall-utenti finali, filwaqt li jimminimizza l-impatt fuq il-proċeduri ta’ ħidma u l-attivitajiet ta’ kuljum tagħhom. L-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX għandha tiżgura u tkompli tipprovdi appoġġ tekniku lill-entitajiet li joperaw jew tinstalla punti ta’ aċċess e-CODEX awtorizzati sakemm l-eu-LISA tassumi r-responsabbiltà għas-sistema e-CODEX.

(c)   Responsabbiltà tal-eu-LISA u tal-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX matul il-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni

F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2022/850, sa meta jsir it-trasferiment, l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX għandu jkollha responsabbiltà sħiħa għaliha u għandha tiżgura li ma jsir ebda tibdil fis-sistema e-CODEX u li ma jsir ebda rilaxx ta’ software ġdid ħlief għall-fini li titwettaq manutenzjoni korrettiva tas-sistema e-CODEX.

Għal dan l-għan, l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX, għandha tkompli tipprovdi manutenzjoni u appoġġ tal-komponenti matul dan il-perjodu.

Għat-talbiet kollha għal appoġġ, l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX għandha tkun il-punt uniku ta’ kuntatt sakemm l-eu-LISA tassumi r-responsabbiltà għas-sistema e-CODEX.

L-eu-LISA tista’ titlob li t-talbiet għal appoġġ riċevuti mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX qabel ma l-eu-LISA tassumi r-responsabbiltà għas-sistema e-CODEX jiġu kkomunikati lill-persunal maħtur fl-eu-LISA li għandu jitħalla jsegwi l-passi ta’ riżoluzzjoni mwettqa mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX.

L-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX għandha ssolvi t-talbiet kollha għal appoġġ irċevuti qabel l-eu-LISA tassumi r-responsabbiltà għas-sistema e-CODEX. Huwa biss meta jkun iġġustifikat għal raġunijiet tekniċi oġġettivi li l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX tista’ taqbel mal-eu-LISA dwar it-trasferiment tat-talbiet għal appoġġ riċevuti minnha, iżda li ma jistgħux jiġu solvuti saż-żmien tat-trasferiment tar-responsabbiltà għas-sistema e-CODEX lill-eu-LISA. L-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX għandha tiżgura li tali ftehim ma jkollu l-ebda impatt fuq l-utent finali u li ma jimplika l-ebda dewmien fis-soluzzjoni tat-talba għal appoġġ. Dan il-ftehim se jiġi fformalizzat taħt il-kriterju ta’ suċċess numru 6 fil-punt 5 ta’ dan l-Anness.

L-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX għandha tipprovdi lill-eu-LISA b’lista eżawrjenti ta’ utenti tas-sistema e-CODEX, li l-eu-LISA għandha tinnotifika li ħadet ir-responsabbiltà għas-sistema e-CODEX fi żmien 30 jum wara li jsir it-trasferiment.

L-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX għandha tappoġġa lill-eu-LISA u tassistiha kif meħtieġ sal-31 ta’ Marzu 2024.

Għal kull komponent, l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX tista’ tissuġġerixxi lista ta’ żviluppi li għandhom isiru fir-rigward tal-ħtiġijiet tal-utenti.

5.   KRITERJI GĦAL PROĊESS TA’ TRASFERIMENT B’SUĊĊESS

 

Kriterji

Indikatur ta’ monitoraġġ

Mezz ta’ verifika

Skadenza

1

Trasferiment tal-għarfien tal-komponenti differenti tas-sistema e-CODEX

Is-sessjonijiet ta’ taħriġ kollha li saru.

Formoli ta’ reġistrazzjoni mimlija u materjali ta’ taħriġ mogħtija lill-eu-LISA

Sal-1 ta’ Lulju 2023

2

Trasferiment tal-komponenti kollha tas-sistema e-CODEX

L-assi kollha kkonsenjati u kompluti

Rikonoxximent espliċitu mill-eu-LISA

Sal-1 ta’ Lulju 2023

3

Stabbiltà teknika tas-sistema e-CODEX (il-komponenti kollha)

L-aħħar 2 verżjonijiet prodotti mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX.

Verżjoni stabbli tas-sistema e-CODEX, jiġifieri pakkett li jista’ jintuża fil-produzzjoni u li jiżgura l-integrità tal-iskambji kollha li jsiru f’din il-verżjoni.

Sal-31 ta’ Diċembru 2022

4

Allokazzjoni ta’ riżorsi suffiċjenti fl-eu-LISA

Il-kompożizzjoni tat-tim e-CODEX (inkluż il-persunal tekniku li għandu jitħarreġ) ikkomunikata mill-eu-LISA lill-Kummissjoni u lill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX.

Notifika mill-eu-LISA lill-Kummissjoni u lill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX

Sal-1 ta’ Jannar 2023

5

Trasferiment ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u drittijiet ta’ użu

It-trasferiment tas-sistema e-CODEX u l-prodotti tas-software ta’ appoġġ, id-dokumentazzjoni u assi oħra elenkati fl-Anness tar-Regolament (UE) 2022/850 imwettqa bid-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u d-drittijiet ta’ użu kollha.

1.

Dikjarazzjoni eżawrjenti mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX dwar id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u d-drittijiet ta’ użu rigward il-komponenti kollha tas-sistema e-CODEX u l-prodotti tas-software ta’ appoġġ, id-dokumentazzjoni u assi oħra elenkati fl-Anness tar-Regolament (UE) 2022/850.

2.

Dikjarazzjoni mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX li hija u l-membri tagħha huma legalment f’pożizzjoni li jittrasferixxu lill-eu-LISA d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u d-drittijiet ta’ użu kollha msemmija fil-punt 1 b’mod li jippermetti lill-eu-LISA twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2022/850.

3.

Dikjarazzjoni mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX tat-trasferiment totali u mingħajr ħlas lill-eu-LISA tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u d-drittijiet ta’ użu kollha msemmija fil-punt 1.

Sad-data tat-talba konġunta mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX u l-eu-LISA lill-Kummissjoni biex tiddikjara t-tlestija b’suċċess tal-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni

6

Soluzzjoni tat-talbiet kollha għal appoġġ irċevuti mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX qabel ma l-eu-LISA tassumi r-responsabbiltà għas-sistema e-CODEX

It-talbiet kollha għal appoġġ riċevuti mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX qabel ma l-eu-LISA tassumi r-responsabbiltà għaliha ġew magħluqa jew il-ftehim li t-talbiet se takkwiżixxihom rikonoxxut mill-eu-LISA

1.

Lista tat-talbiet għal appoġġ miftuħa mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX.

2.

Ftehim bejn l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX u l-eu-LISA biex it-talbiet takkwiżixxihom, b’dikjarazzjoni espliċita mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX li l-ftehim ma għandu l-ebda impatt fuq l-utent finali u li dan ma jimplika l-ebda dewmien fis-soluzzjoni tat-talba għal appoġġ.

Sad-data tat-talba konġunta mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX u l-eu-LISA lill-Kummissjoni biex tiddikjara t-tlestija b’suċċess tal-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni

7

Ftehim bejn l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX u l-eu-LISA dwar it-tlestija b’suċċess tal-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni

Ftehim bejn l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX u eu-LISA dwar l-issodisfar tal-kriterji għal proċess ta’ trasferiment b’suċċess u għat-tlestija b’suċċess ta’ dak il-proċess

Talba konġunta mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX u l-eu-LISA lill-Kummissjoni biex tiddikjara t-tlestija b’suċċess tal-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni

Bejn l-1 ta’ Lulju u l-31 ta’ Diċembru 2023

6.   KRITERJI GĦAL PROĊESS TA’ TRASFERIMENT B’SUĊĊESS

Għal kull artefatt u għal kull assi ttrasferit, l-għan tal-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni huwa li jiġi żgurat li s-sistema e-CODEX, l-għarfien tan-negozju, l-għarfien tekniku, u l-aħjar prattiki u tekniki kkonċernati mis-servizzi pprovduti mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX ġew akkwiżiti b’mod korrett mill-eu-LISA, wara t-tlestija ta’ proċess ta’ ttestjar.

L-ambitu tal-proċess tat-test ta’ akkwiżizzjoni huwa li jikkonsisti fl-eżekuzzjoni ta’ każijiet tat-test imħejjija biex jagħtu prova li l-għarfien tan-negozju nkiseb mill-eu-LISA u teżisti tħejjija għall-attivitajiet previsti li se jiġu akkwiżiti. L-ispeċifikazzjonijiet tat-test għandhom ikunu provduti mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX.

Meta l-eżekuzzjoni tat-test ma tirnexxix, il-livell tal-impatt tiegħu għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

Livell tal-impatt

Effett fuq is-servizz

1

Is-servizz ma jistax jitwettaq

2

Is-servizz(i) korrispondenti ma jistax/jistgħux jitwettaq/jitwettqu kif suppost u l-problema ma tistax tiġi evitata.

3

Impatt żgħir fuq is-servizz(i) korrispondenti.

Il-każijiet tat-test għandhom ikopru proċessi speċifiċi li huma applikabbli għall-assi akkwiżiti. Il-każijiet tat-test għandhom jiġu raggruppati skont il-proċess ewlieni; l-eżekuzzjoni tal-każijiet tat-test kollha ta’ proċess ewlieni għandha tipprova l-istat ta’ tħejjija tal-eu-LISA.

L-eżekuzzjoni tat-test għandha tikkonkludi meta jiġu ssodisfati l-kriterji ta’ suċċess kollha li ġejjin:

(a)

L-ebda difett fil-livell tal-impatt 1 ma huwa miftuħ. Jekk ikun hemm difett fil-livell tal-impatt 1:

(i)

It-test għandu jiġi sospiż;

(ii)

It-test għandu jiġi solvut;

(iii)

Il-każ tat-test li ma rnexxiex u kwalunkwe każ assoċjat għandhom isiru mill-ġdid sakemm id-difett jiġi kkoreġut;

(iv)

It-test għandu jiġi komplut b’suċċess.

(b)

L-ebda difett fil-livell tal-impatt 2 ma huwa miftuħ;

(c)

Massimu ta’ 10 % tal-każijiet tat-test huma mmarkati b’difetti fil-livell tal-impatt 3.

Għal dan l-għan, mill-inqas il-kriterji li ġejjin għandhom jiġu ssodisfati u t-twettiq tagħhom għandu jkun muri mill-eu-LISA fl-iskadenzi stabbiliti fit-tabella li ġejja:

 

Kriterju

Indikatur ta’ monitoraġġ

Mezz ta’ verifika

Skadenza

1

Trasferiment tal-għarfien tal-komponenti differenti tas-sistema e-CODEX

L-eu-LISA pparteċipat fis-sessjonijiet ta’ taħriġ kollha li saru

Rikonoxximent mill-eu-LISA

Sal-1 ta’ Lulju 2023

2

Trasferiment tal-komponenti kollha tas-sistema e-CODEX

Is-sorsi kollha rċevuti u d-dokumenti kompluti bis-sħiħ

Rikonoxximent mill-eu-LISA

Sal-1 ta’ Lulju 2023

3

Allokazzjoni ta’ riżorsi suffiċjenti fl-eu-LISA

1.

Reklutaġġ ta’ persunal tal-proġett e-CODEX sal-1 ta’ Jannar 2023.

2.

Ħatra tal-maniġer tal-proġett

3.

Ħatra tal-persunal tekniku li għandu jitħarreġ

Rikonoxximent mill-eu-LISA

Sal-1 ta’ Jannar 2023

4

Stabbiliment tal-Grupp Konsultattiv e-CODEX

Stabbiliment tal-Grupp Konsultattiv u laqgħat matul il-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni li jsiru mill-inqas kull xahrejn, skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2022/850

1.

Konferma mill-eu-LISA tal-istabbiliment u l-kompożizzjoni tal-Grupp Konsultattiv e-CODEX u l-minuti mill-ewwel laqgħa tiegħu.

2.

Minuti mill-ewwel tliet laqgħat tal-Grupp Konsultattiv e-CODEX.

Rigward il-punt 1: sat-28 ta’ Frar 2023;

Rigward il-punt 2: sat-30 ta’ Ġunju 2023.

5

Stabbiliment tal-Bord Maniġerjali tal-Programm e-CODEX

Stabbiliment tal-Bord Maniġerjali tal-Programm e-CODEX u laqgħat matul it-trasferiment u l-akkwiżizzjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2022/850

1.

Konferma mill-eu-LISA tal-istabbiliment u l-kompożizzjoni tal-Bord Maniġerjali tal-Programm e-CODEX.

2.

Minuti mil-laqgħat tal-Bord Maniġerjali tal-Programm e-CODEX matul il-proċess ta’ trasferiment/akkwiżizzjoni.

Rigward il-punt 1: sal-1 ta’ Jannar 2023;

Rigward il-punt 2: sat-30 ta’ Ġunju 2023

6

Trasferiment tad-Data

It-trasferiment tad-data rilevanti kollha inkluż iżda mhux limitat għal biljetti, kredenzjali tal-utent, eċċ. jiġi ttrasferit lill-eu-LISA fil-forma ta’ dump ta’ bażi tad-data jew fi kwalunkwe format ieħor miftiehem bejn l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX u l-eu-LISA.

Rikonoxximent mill-eu-LISA

Sal-1 ta’ Lulju 2023

7

Trasferiment tal-kronoloġija tal-kwistjonijiet kollha

Fil-forma ta’ dump ta’ bażi tad-data jew fi kwalunkwe format ieħor miftiehem bejn l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX u l-eu-LISA.

Rikonoxximent mill-eu-LISA

Sal-1 ta’ Lulju 2023

8

Trasferiment ta’ kwistjonijiet mhux solvuti

Fil-forma ta’ dump ta’ bażi tad-data jew fi kwalunkwe format ieħor miftiehem bejn l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX u l-eu-LISA.

Rikonoxximent mill-eu-LISA

Sad-data tat-talba konġunta mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX u l-eu-LISA lill-Kummissjoni biex tiddikjara t-tlestija b’suċċess tal-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni

9

Trasferiment tal-ġestjoni tal-utenti, inklużi l-utenti finali (aċċess għas-CMT, għas-CTP...)

Fil-forma ta’ dump ta’ bażi tad-data jew fi kwalunkwe format ieħor miftiehem bejn l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX u l-eu-LISA.

Il-kredenzjali kkomunikati, importati fl-infrastruttura tal-eu-LISA u l-aċċess għall-komponenti differenti jiġu vverifikati minn xi utenti finali.

Sal-1 ta’ Lulju 2023

10

Trasferiment tal-attivitajiet tal-helpdesk:

—

Proċessi tal-Helpdesk

—

Ġestjoni tal-Inċidenti

—

Appoġġ Tekniku

—

Talba għal Servizz

Il-proċess huwa mifhum u l-proċeduri ta’ ħidma huma stabbiliti biex it-tim ta’ akkwiżizzjoni jwettaq il-kompiti tiegħu ta’ kuljum.

L-għodda tal-biljetti disponibbli, aċċessibbli u l-biljetti kollha ġew trasferiti għall-għodda tal-eu-LISA (kaxxa postali funzjonali jekk teżisti, mudelli ta’ appoġġ, bażi tal-għarfien ta’ appoġġ, eċċ.).

Sad-data tat-talba konġunta mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX u l-eu-LISA lill-Kummissjoni biex tiddikjara t-tlestija b’suċċess tal-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni

11

Kredenzjali tal-aċċess għall-applikazzjoni

Trasferiment tal-listi tal-utenti u tal-kredenzjali rilevanti lill-eu-LISA filwaqt li jitqiesu l-miżuri ta’ sigurtà u r-rakkomandazzjonijiet għal dan it-tip ta’ data.

L-utenti rċevew il-kredenzjali tagħhom u l-informazzjoni dwar il-konnessjoni.

Sal-1 ta’ Lulju 2023

12

Akkwiżizzjoni tal-attivitajiet ta’ implimentazzjoni

Backlog, ippjanar u kwalunkwe dokumentazzjoni rilevanti jew Talbiet għal Tibdil (RfCs) jew biljetti relatati;

L-attivitajiet ta’ implimentazzjoni huma identifikati b’mod ċar u dawk miftuħa huma ppjanati għat-tlestija

Sal-1 ta’ Lulju 2023

13

Akkwiżizzjoni tal-attivitajiet ta’ żvilupp

Backlog, ippjanar u kwalunkwe dokumentazzjoni rilevanti jew RfCs jew biljetti relatati;

L-attivitajiet ta’ żvilupp huma identifikati b’mod ċar u dawk miftuħa huma ppjanati għat-tlestija

Sal-1 ta’ Lulju 2023

14

Akkwiżizzjoni tal-attivitajiet ta’ ttestjar

Backlog, ippjanar u kwalunkwe dokumentazzjoni rilevanti jew RfCs jew biljetti relatati;

L-attivitajiet ta’ ttestjar huma identifikati b’mod ċar u dawk miftuħa huma ppjanati għat-tlestija

Sal-1 ta’ Lulju 2023

15

Akkwiżizzjoni tal-attivitajiet ta’ Ġestjoni ta’ Tibdil u ta’ Rilaxx

Backlog, ippjanar u kwalunkwe RfCs jew dokumentazzjoni rilevanti;

Il-RfCs miftuħa kollha u l-pjan ta’ rilaxx ġew akkwiżiti u integrati fil-pjan ġenerali tal-proġett

Sal-1 ta’ Lulju 2023

16

Disponibbiltà tal-infrastruttura u l-ġestjoni tal-infrastruttura

Ir-rekwiżiti tal-infrastruttura kollha riċevuti u implimentati. L-assi kollha identifikati minn e-CODEX disponibbli u pprovduti lill-eu-LISA.

Il-komponenti kollha huma disponibbli għall-partijiet ikkonċernati kollha kif meħtieġ.

Għall-infrastruttura tal-iżvilupp, l-eu-LISA tikkonferma l-istruttura u l-operazzjoni.

Sal-1 ta’ Lulju 2023

17

Ġestjoni tas-sigurtà

Ir-rekwiżiti u r-rakkomandazzjonijiet kollha tas-sigurtà kkomunikati u implimentati mill-eu-LISA.

Id-dokumentazzjoni li ġejja għandha tkun disponibbli:

—

Politika ta’ sigurtà;

—

Pjan ta’ sigurtà;

—

Miżuri ta’ sigurtà għall-ġestjoni tal-utent;

—

Pjan għall-kontinwità tal-operat.

L-eu-LISA jenħtieġ li tikkonferma l-implimentazzjoni tagħhom.

Sal-1 ta’ Lulju 2023

18

Pjan ta’ Komunikazzjoni

Jeħtieġ li jiġi stabbilit pjan ta’ komunikazzjoni sabiex l-utenti u l-partijiet ikkonċernati kollha jiġu infurmati dwar il-bidla li jmiss fil-fornituri tas-servizzi u dwar il-kanali u l-proċeduri l-ġodda ta’ komunikazzjoni.

Notifiki riċevuti mill-eu-LISA mill-utenti u mill-partijiet ikkonċernati kollha qabel tmiem il-perjodu ta’ trasferiment/akkwiżizzjoni biex jiġu infurmati dwar il-proċeduri ta’ ħidma l-ġodda: il-kredenzjali, l-URLs, is-siti web, l-għodda tal-biljetti...

Sal-1 ta’ Lulju 2023

19

Allinjament finali tad-data

Dispożizzjoni finali tad-diskrepanza fl-assi pprovduti lill-eu-LISA fil-bidu tal-proċess ta’ trasferiment/akkwiżizzjoni.

1.

Verifika tal-konnessjoni għall-komponenti neċessarji kollha kif meħtieġ mill-utenti u l-partijiet ikkonċernati (servers aċċessibbli);

2.

Importazzjoni tal-aħħar sitwazzjoni;

3.

L-aġġornamenti kollha meħtieġa jiġu installati fuq is-servers meta applikabbli;

4.

Forniment ta’ passwords skont l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX lill-eu-LISA meta applikabbli;

5.

Id-differenza bejn il-pakkett inizjali mgħoddi lill-eu-LISA fil-bidu tal-proċess ta’ trasferiment/akkwiżizzjoni u fi tmiemu jiġi importat fl-infrastruttura rilevanti.

Fl-1 ta’ Lulju 2023

20

Ftehim bejn l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX u l-eu-LISA dwar it-tlestija b’suċċess tal-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni

Ftehim bejn l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX u eu-LISA dwar l-issodisfar tal-kriterji għal proċess ta’ trasferiment b’suċċess u għat-tlestija b’suċċess ta’ dak il-proċess

Talba konġunta mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX u l-eu-LISA lill-Kummissjoni biex tiddikjara t-tlestija b’suċċess tal-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni

Bejn l-1 ta’ Lulju u l-31 ta’ Diċembru 2023

7.   DRITTIJIET TA’ PROPRJETÀ INTELLETTWALI JEW DRITTIJIET TA’ UŻU

L-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX għandha tittrasferixxi lill-eu-LISA d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u d-drittijiet ta’ użu relatati mas-sistema e-CODEX u l-prodotti tas-software ta’ appoġġ, id-dokumentazzjoni u assi oħra elenkati fl-Anness tar-Regolament (UE) 2022/850 sad-data tat-talba konġunta mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX u l-eu-LISA lill-Kummissjoni biex tiddikjara t-tlestija b’suċċess tal-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni.

L-eu-LISA għandha tirċievi dawn id-drittijiet mingħajr ħlas u mingħajr ebda limitazzjoni, u ssir is-sid uniku tagħhom.

L-eu-LISA għandha tkompli tipprovdi dawk il-komponenti tas-software u l-verżjonijiet sussegwenti tagħhom skont il-Liċenzja Pubblika tal-Unjoni Ewropea (EUPL).

8.   KRONOLOĠIJA

Kronoloġija, kundizzjonali fuq id-disponibbiltà ta’ kull entità (l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX u l-eu-LISA), se tiġi rieżaminata u vvalidata fl-ewwel laqgħa ta’ orjentazzjoni.

Durata tal-masterclasses (indikazzjoni):

 

Komponent

Appoġġ għat-Trasferiment

Durata

(indikazzjoni)

Sekwenza

Elementi li għandhom jiġu żviluppati u operati

Għodda għall-Ġestjoni tal-Konfigurazzjoni - CMT

Dokumentazzjoni

Masterclass “CMT”

jumejn

ir-raba’

Pjattaforma Ċentrali tal-Ittestjar - CTP

Dokumentazzjoni

Masterclass “CTP”

jumejn

il-ħames

Server tar-Repożitorju (bħalissa: Nexus)

Masterclass “Żvilupp u infrastruttura”

jumejn

is-sitt

Server tal-Integrazzjoni (bħalissa: Jenkins)

Repożitorju tal-Kodiċi tas-Sors (bħalissa: Gitblit)

Elementi li għandhom jiġu żviluppati u mwettqa

Arkitettura e-CODEX

Dokumentazzjoni

Masterclass “Ħarsa Ġenerali lejn l-e-CODEX”

4 ijiem

l-ewwel

Connector Suite

Dokumentazzjoni

Masterclass “Konnettur”

20 jum

it-tieni

Skemi tal-Każ ta’ Użu

Dokumentazzjoni

Masterclass “Skemi”

10 ijiem

it-tielet

9.   L-ISTRUTTURA TAR-RAPPORT TA’ TRASFERIMENT GĦANDHA TIĠI PPROVDUTA MILL-ENTITÀ LI TIMMANIĠĠJA S-SISTEMA e-CODEX

Ir-rapport ta’ trasferiment se jkun sommarju tal-attivitajiet kollha mwettqa fl-ambitu tat-trasferiment:

(a)

Lista tal-assi u tal-artefatti pprovduti lill-eu-LISA fi tmiem il-perjodu ta’ trasferiment;

(b)

Deskrizzjoni u kontenut tas-sessjonijiet ta’ ħidma kollha organizzati matul it-trasferiment;

(c)

Lista ta’ preżentazzjonijiet u dokumenti relatati mogħtija matul is-sessjonijiet ta’ ħidma;

(d)

Lista ta’ tagħlimiet meħuda;

(e)

Lista ta’ kwistjonijiet miftuħa fi tmiem it-trasferiment;

(f)

Konklużjoni u tħejjija tal-eu-LISA.

10.   STRUTTURA TAR-RAPPORT TA’ AKKWIŻIZZJONI LI GĦANDU JIĠI PPROVDUT MILL-eu-LISA

Ir-riżultat tanġibbli ewlieni prodott mill-eu-LISA matul din il-fażi huwa r-rapport ta’ akkwiżizzjoni. Dan id-dokument se jkun fih, fost l-oħrajn, informazzjoni dwar:

(a)

L-istat ta’ tħejjija sabiex takkwiżixxi l-proġett;

(b)

Dimostrazzjoni, għal kull proċess, li l-eu-LISA hija tabilħaqq lesta li takkwiżixxi l-attivitajiet;

(c)

ir-rapport se jelenka l-pjan tat-test li jsir u r-riżultati ta’ kull test. Il-kopertura tat-test għandha tinkludi l-assi u l-attivitajiet kollha mwettqa matul dan il-perjodu, u skont il-kriterji ta’ tlestija definiti aktar kmieni f’dan id-dokument.

Tal-inqas il-punti li ġejjin jenħtieġ li jkunu preżenti fid-dokument tar-rapport tal-akkwiżizzjoni:

(a)

Miżuri ta’ sigurtà;

(b)

Trasferiment u akkwiżizzjoni tal-għarfien:

(i)

Trasferiment ta’ dokumentazzjoni;

(ii)

Trasferiment tad-data;

(iii)

Trasferiment ta’ biljetti (dawk magħluqa u miftuħa);

(iv)

Laqgħat tekniċi;

(v)

Sessjonijiet ta’ taħriġ;

(vi)

Sessjoni prattika;

(vii)

Sessjonijiet ta’ shadowing;

(viii)

Jekk applikabbli, sessjonijiet ta’ prattika paralleli.

(c)

Proċedura fis-seħħ meta applikabbli;

(d)

Finalizzazzjoni tal-proċess ta’ akkwiżizzjoni u azzjonijiet cut-off:

(i)

Konnettività tas-sistema e-CODEX (il-komponenti kollha meħtieġa aċċessibbli);

(ii)

Backups tad-data fis-seħħ;

(iii)

L-aġġornamenti kollha meħtieġa jiġu installati fuq is-servers;

(iv)

Trasferiment tal-kredenzjali u tal-password.

APPENDIĊI

STRUTTURA TAD-DOKUMENT KOMUNI TA’ TRASFERIMENT

Reġistru tat-tibdil tad-dokument

Edizzjoni

Data tal-Ħruġ

 

Paragrafi modifikati

Modifiki

 

 

 

 

 

WERREJ

1.

DOKUMENTI TA’ REFERENZA U APPLIKABBLI 51

1.1.

Dokumenti ta’ referenza 51

1.2.

Dokumenti applikabbli 51

2.

TERMINOLOĠIJA 51

2.1.

Abbrevjazzjonijiet u akronimi 51

3.

INTRODUZZJONI 51

3.1.

Għan tad-Dokument 51

3.2.

Udjenza fil-Mira 51

4.

SUPPOŻIZZJONIJIET U RISKJI 52

4.1.

Suppożizzjonijiet u prerekwiżiti 52

4.2.

Riskji 52

5.

APPROĊĊ TA’ TRASFERIMENT U AKKWIŻIZZJONI 52

5.1.

Laqgħa introduttiva 52

5.2.

Laqgħat ta’ sinkronizzazzjoni 52

5.3.

Pjan ta’ Trasferiment 52

5.4.

Trasferiment inizjali tal-assi 53

5.4.1.

Applikazzjonijiet 53

5.4.2.

Dokumentazzjoni 53

5.4.3.

Proċeduri 53

5.4.4.

Backlog (RfC, Biljetti, Kwistjonijiet, eċċ...) 53

6.

TRASFERIMENT FINALI TAL-ASSI 53

6.1.

Applikazzjonijiet 53

6.2.

Dokumentazzjoni 53

6.3.

Proċeduri 53

6.4.

Backlog (RfC, Biljetti, Kwistjonijiet, eċċ.) 53

7.

TRASFERIMENT TAL-GĦARFIEN 53

8.

DETTALJI TA’ KUNTATT TAT-TRASFERIMENT 53

9.

DETTALJI TA’ KUNTATT TAL-AKKWIŻIZZJONI 53

10.

ĦTIĠIJIET TAL-INFRASTRUTTURA FL-EU-LISA 53

10.1.

Applikazzjonijiet 53

10.2.

Rekwiżiti tal-hardware/tas-sistema 54

10.3.

COTS (prodott kummerċjalment disponibbli) 54

11.

REKWIZITI TA’ SIGURTÀ 54

12.

SKEDA TAS-SESSJONI TA’ ĦIDMA 54

12.1.

Sessjoni ta’ ħidma ġenerali dwar is-servizzi kollha 54

12.2.

Sessjonijiet ta’ Ħidma dwar il-Helpdesk u l-Operazzjonijiet 54

12.3.

Sessjonijiet ta’ Ħidma dwar l-Installazzjoni u l-Ittestjar 54

12.3.1.

Installazzjonijiet 54

12.3.2.

Ittestjar 55

12.3.3.

Sessjonijiet ta’ ħidma dwar suġġetti oħra 55

12.3.4.

Mistoqsijiet & tweġibiet u Sessjonijiet ta’ Ħidma dwar is-Shadowing 55

13.

KRITERJI GĦAL PROĊESS TA’ TRASFERIMENT B’SUĊĊESS U GĦAT-TLESTIJA B’SUĊĊESS TA’ DAK IL-PROĊESS 55

14.

PERJODU TA’ SHADOWING, TRASFERIMENT TAR-RESPONSABBILTÀ U PERJODU TA’ SEGWITU 55

15.

IPPJANAR 55

15.1.

Ippjanar ta’ livell għoli 55

15.2.

Ippjanar dettaljat 55

16.

PJAN TAT-TEST TA’ AKKWIŻIZZJONI 55

17.

MATERJAL TA’ TRASFERIMENT 56

18.

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DRITTIJIET TA’ PROPRJETÀ INTELLETTWALI U D-DRITTIJIET TA’ UŻU 56

Tabella ta’ Tabelli (mhux obbligatorja)

Tabella 1: Dokumenti ta’ referenza

Tabella 2: Dokumenti applikabbli

Tabella 3: Abbrevjazzjonijiet u akronimi

Nota: It-test imdaħħal fit-taqsimiet tad-dokument li ġejjin huwa pprovdut biss bħala eżempju għall-finijiet ta’ kjarifika. L-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX u t-timijiet tal-eu-LISA jistgħu jadattaw l-istruttura tiegħu kif meħtieġ sabiex iwettqu l-attivitajiet tagħhom, dment li jkun fih informazzjoni dettaljata dwar il-punti elenkati fit-taqsima 3 tal-Anness.

1.   DOKUMENTI TA’ REFERENZA U APPLIKABBLI

1.1.   Dokumenti ta’ referenza

ID

Titolu

Referenza

Verżjoni

 

 

 

 

Tabella 1: Dokumenti ta’ referenza

1.2.   Dokumenti applikabbli

ID

Titolu

Referenza

Verżjoni

 

 

 

 

Tabella 2: Dokumenti applikabbli

2.   TERMINOLOĠIJA

2.1.   Abbrevjazzjonijiet u akronimi

Abbrevjazzjoni

jew

Akronimu

Tifsira

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tabella 3: Abbrevjazzjonijiet u akronimi

3.   INTRODUZZJONI

3.1.   Għan tad-Dokument

[L-għan ta’ dan id-dokument huwa li jiddeskrivi l-approċċ li se jiġi segwit għall-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni tas-sistema e-CODEX. It-trasferiment u l-akkwiżizzjoni jkopru t-tranżizzjoni tad-dokumenti u l-pakketti tal-applikazzjonijiet kollha kif ukoll it-trasferiment tal-għarfien mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX lill-eu-LISA.]

3.2.   Udjenza fil-Mira

[Lista tal-udjenza fil-mira għandha tiżdied f’din it-taqsima]

4.   SUPPOŻIZZJONIJIET U RISKJI

4.1.   Suppożizzjonijiet u prerekwiżiti

[Is-suppożizzjonijiet u l-prerekwiżiti identifikati kemm mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX kif ukoll mill-eu-LISA jeħtieġ li jiġu identifikati b’mod ċar u elenkati f’din it-taqsima]

4.2.   Riskji

[L-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX u l-eu-LISA se jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex il-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni jirnexxi u biex ir-riskji jiġu mitigati. Kwalunkwe riskju li ma jistax jiġi mitigat u li jaffettwa l-eżitu tal-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni se jiġi eskalat lill-Kummissjoni mill-aktar fis possibbli.]

Riskju

Sid tar-riskju

Mitigazzjoni

 

 

 

5.   APPROĊĊ TA’ TRASFERIMENT U AKKWIŻIZZJONI

[L-għan tat-trasferiment huwa li:

—

Iwettaq trasferiment fiżiku tal-materjal kollu meħtieġ (pakketti ta’ software, dokumentazzjoni, biljetti, eċċ.);

—

Iwettaq trasferiment tal-għarfien dwar l-applikazzjoni permezz ta’ sessjonijiet ta’ ħidma ta’ taħriġ u sessjonijiet ta’ shadowing;

—

Iwettaq trasferiment tal-għarfien operazzjonali permezz ta’ sessjonijiet ta’ ħidma ta’ taħriġ u sessjonijiet ta’ shadowing;

—

Jittrasferixxi r-responsabbiltà mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX lill-eu-LISA għas-servizzi kollha;

Għall-attivitajiet ta’ akkwiżizzjoni, l-objettiv huwa li jitwettaq trasferiment u akkwiżizzjoni tal-għarfien permezz ta’:

—

Parteċipazzjoni fit-trasferiment tal-għarfien, fis-sessjonijiet ta’ appoġġ u taħriġ mogħtija mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX;

—

Analiżi u valutazzjoni tal-istatus u l-użabilità tal-informazzjoni akkwistata. Jekk xi informazzjoni titqies li teħtieġ titjib, din tiġi eskalata lill-Kummissjoni;

—

Organizzazzjoni, monitoraġġ u rfinar tat-tħaddim parallel (prova) tal-proġett jekk applikabbli;

—

Parteċipazzjoni f’laqgħat tekniċi ad-hoc mal-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX;

—

Tħejjija, integrazzjoni u applowdjar tad-data fl-għodod tal-eu-LISA.]

5.1.   Laqgħa introduttiva

[L-attivitajiet kollha ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni jibdew b’laqgħa introduttiva mal-partijiet kollha involuti. Ir-rwoli u r-responsabbiltajiet u l-ippjanar ta’ livell għoli huma ppreżentati matul din il-laqgħa.]

5.2.   Laqgħat ta’ sinkronizzazzjoni

[Se jsiru laqgħat regolari ta’ koordinazzjoni tal-ġestjoni (kull ġimagħtejn) mal-partijiet kollha sabiex isir segwitu dwar l-istatus tal-attivitajiet ta’ trasferiment u ta’ akkwiżizzjoni u biex l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX u l-eu-LISA jkunu jistgħu jissinkronizzaw l-attivitajiet tagħhom.]

5.3.   Pjan ta’ Trasferiment

[L-attivitajiet kollha ta’ trasferiment huma deskritti fil-Pjan ta’ Trasferiment, jiġifieri dan id-dokument.]

5.4.   Trasferiment inizjali tal-assi

[Huwa ppjanat trasferiment inizjali tal-materjal kollu fil-bidu tal-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni. Dan jinkludi bħala minimu: l-aħħar verżjoni tal-pakketti tal-applikazzjonijiet (inkluża d-dokumentazzjoni), is-software aġġornat u l-inventarju tad-dokumentazzjoni, u estratt mill-bażi tad-data tal-biljetti (jew format ieħor).]

5.4.1.    Applikazzjonijiet

[Lista tal-assi li għandhom jiġu kkonsenjati għandha tiżdied hawn]

5.4.2.    Dokumentazzjoni

[Lista tal-assi li għandhom jiġu kkonsenjati għandha tiżdied hawn]

5.4.3.    Proċeduri

[Lista tal-assi li għandhom jiġu kkonsenjati għandha tiżdied hawn]

5.4.4.    Backlog (RfC, Biljetti, Kwistjonijiet, eċċ...)

[Lista tal-assi li għandhom jiġu kkonsenjati għandha tiżdied hawn]

6.   TRASFERIMENT FINALI TAL-ASSI

[Mat-trasferiment tar-responsabbiltà, l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX se tipprovdi verżjoni finali (aġġornata) ta’ kwalunkwe assi li ġie mmodifikat matul il-perjodu ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni kif ukoll estratt ġdid tal-bażi tad-data tal-biljetti (jew format ieħor).]

6.1.   Applikazzjonijiet

[Lista tal-assi li għandhom jiġu kkonsenjati għandha tiżdied hawn]

6.2.   Dokumentazzjoni

[Lista tal-assi li għandhom jiġu kkonsenjati għandha tiżdied hawn]

6.3.   Proċeduri

[Lista tal-assi li għandhom jiġu kkonsenjati għandha tiżdied hawn]

6.4.   Backlog (RfC, Biljetti, Kwistjonijiet, eċċ.)

[Lista tal-assi li għandhom jiġu kkonsenjati għandha tiżdied hawn]

7.   TRASFERIMENT TAL-GĦARFIEN

[It-trasferiment tal-għarfien tal-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX isir matul diversi sessjonijiet ta’ ħidma u sessjoni(jiet) ta’ shadowing li jsiru matul il-perjodu ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni. Dan l-approċċ u l-appoġġ matul il-perjodu ta’ segwitu se jiżguraw it-trasferiment sħiħ tal-għarfien tal-operazzjonijiet.

Is-sessjonijiet ta’ ħidma kollha se jkunu bbażati fuq preżentazzjonijiet/dokumenti ddedikati, użati minn taħriġ preċedenti jew magħmula apposta mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX. Il-preżentazzjonijiet jingħataw lill-eu-LISA ġimgħa qabel kull sessjoni ta’ ħidma.]

8.   DETTALJI TA’ KUNTATT TAT-TRASFERIMENT

[Żid id-dettalji ta’ kuntatt hawnhekk]

9.   DETTALJI TA’ KUNTATT TAL-AKKWIŻIZZJONI

[Żid id-dettalji ta’ kuntatt hawnhekk]

10.   ĦTIĠIJIET TAL-INFRASTRUTTURA FL-EU-LISA

10.1.   Applikazzjonijiet

10.2.   Rekwiżiti tal-hardware/tas-sistema

10.3.   COTS (prodott kummerċjalment disponibbli)

11.   REKWIZITI TA’ SIGURTÀ

[F’din it-taqsima, il-miżuri li għandhom jiġu stabbiliti mill-eu-LISA jenħtieġ li jiġu deskritti biex ikopru l-punti li ġejjin:

—

Il-ġestjoni ġenerali tas-sigurtà fil-livell tal-proġett;

—

Il-ġestjoni tas-sigurtà fil-livell tas-sistema li tkopri l-miżuri ta’ sigurtà fil-livell tas-sistema e-CODEX kollha u l-komponenti kollha tagħha, inkluża l-infrastruttura,

—

Il-ġestjoni tas-sigurtà fil-livell tal-applikazzjoni li tkopri l-applikazzjonijiet fl-ambitu tal-attivitajiet tal-eu-LISA;

—

Il-ġestjoni tas-sigurtà fil-livell tan-network;

—

Il-proċessi u l-proċeduri ta’ ġestjoni tal-utenti għall-ġestjoni, l-aġġornament u l-manutenzjoni tal-lista tal-utenti awtorizzati, il-kredenzjali tal-utenti, id-drittijiet ta’ aċċess u l-awtorizzazzjonijiet.

Barra minn hekk u jekk tintalab, l-eu-LISA jenħtieġ li tkun tista’ tipprovdi d-dokumenti li ġejjin:

—

Politika ta’ sigurtà;

—

Pjan ta’ sigurtà;

—

Miżuri ta’ sigurtà għall-ġestjoni tal-utent;

—

Pjan għall-Kontinwità tal-Operat li jinkludi r-rekwiżiti tal-Pjan ta’ Rkupru minn Diżastri (DRP)]

12.   SKEDA TAS-SESSJONI TA’ ĦIDMA

12.1.   Sessjoni ta’ ħidma ġenerali dwar is-servizzi kollha

[Data

Żid Data

Durata

Żid Durata

Post

Żid Post

Udjenza

Kollha

Ambitu

Introduzzjoni u ħarsa ġenerali funzjonali tal-applikazzjonijiet u s-servizzi kollha tal-e-CODEX.]

12.2.   Sessjonijiet ta’ Ħidma dwar il-Helpdesk u l-Operazzjonijiet

[Data

Żid Data

Durata

Żid Durata

Post

Żid Post

Udjenza

Tim tal-Helpdesk

Ambitu

Appoġġ, trattament tal-inċidenti, rappurtar, notifiki, ġestjoni tas-sigurtà...]

12.3.   Sessjonijiet ta’ Ħidma dwar l-Installazzjoni u l-Ittestjar

12.3.1.    Installazzjonijiet

[Data

Żid Data

Durata

Żid Durata

Post

Żid Post

Udjenza

Tim tekniku

Ambitu

installazzjonijiet ta’ verżjonijiet u patches]

12.3.2.    Ittestjar

[Data

Żid Data

Durata

Żid Durata

Post

Żid Post

Udjenza

Tim tal-ittestjar

Ambitu

ittestjar tal-applikazzjonijiet kollha]

12.3.3.    Sessjonijiet ta’ ħidma dwar suġġetti oħra

[Data

Żid Data

Durata

Żid Durata

Post

Żid Post

Udjenza

Ad-Hoc

Ambitu

L-elementi kollha li jifdal]

12.3.4.    Mistoqsijiet & tweġibiet u Sessjonijiet ta’ Ħidma dwar is-Shadowing

[Data

Żid Data

Durata

Żid Durata

Post

Żid Post

Udjenza

Ad-Hoc

Ambitu

Skont is-suġġett fl-ambitu]

13.   KRITERJI GĦAL PROĊESS TA’ TRASFERIMENT B’SUĊĊESS U GĦAT-TLESTIJA B’SUĊĊESS TA’ DAK IL-PROĊESS

[Għandu jiġi elenkat f’konformità mal-kriterji msemmija fil-Kapitoli 5 u 6 tal-Anness u fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament (UE) 2022/850 (2) *.]

14.   PERJODU TA’ SHADOWING, TRASFERIMENT TAR-RESPONSABBILTÀ U PERJODU TA’ SEGWITU

15.   IPPJANAR

15.1.   Ippjanar ta’ livell għoli

[Tista’ tkun dijagramma bi stadji importanti]

15.2.   Ippjanar dettaljat

[Fil-forma ta’ fajl mpp]

16.   PJAN TAT-TEST TA’ AKKWIŻIZZJONI

[L-ambitu tal-proċess tat-test ta’ akkwiżizzjoni huwa l-eżekuzzjoni ta’ każijiet tat-test imħejjija biex jagħtu prova li l-għarfien tan-negozju nkiseb mill-eu-LISA u teżisti tħejjija għall-attivitajiet previsti li se jiġu akkwiżiti.

Kull każ tat-test se jiġi assenjat lit-tim(ijiet) speċifiku/speċifiċi, il-membru/i ta’ kull tim se jkollhom jikkollaboraw sabiex iwettqu l-eżekuzzjoni tal-passi speċifiċi. Il-kompitu tal-Eżekutur tat-Test huwa li jwettaq l-eżekuzzjoni tal-każijiet tat-test kif definit f’dan il-pjan tat-test, jinterpreta u jiddokumenta r-riżultat għal kull każ tat-test.

Il-kriterji ta’ aċċettazzjoni huma definiti fl-Anness.

Il-każijiet tat-test jenħtieġ li jkopru l-elementi kollha elenkati fl-approċċ ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni.

Matul il-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni, il-Pjan tat-Test jista’ jittejjeb kif xieraq u l-Każijiet tat-Test dettaljati jistgħu jiżdiedu f’każ li jkun hemm bżonn.

Ir-rapport tat-test se jelenka l-eżitu ta’ kull test.]

17.   MATERJAL TA’ TRASFERIMENT

[Lista dettaljata tal-materjal identifikat fl-ambitu ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni, u li se tkun disponibbli għall-eu-LISA.]

18.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DRITTIJIET TA’ PROPRJETÀ INTELLETTWALI U D-DRITTIJIET TA’ UŻU

[Dikjarazzjoni eżawrjenti mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX dwar id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u d-drittijiet ta’ użu rigward il-komponenti kollha tas-sistema e-CODEX u l-prodotti tas-software ta’ appoġġ, id-dokumentazzjoni u assi oħra elenkati fl-Anness tar-Regolament (UE) 2022/850.

Dikjarazzjoni mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX li hija u l-membri tagħha huma legalment f’pożizzjoni li jittrasferixxu lill-eu-LISA d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u d-drittijiet ta’ użu kollha msemmija hawn fuq b’mod li jippermetti lill-eu-LISA twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2022/850.]


(1)  Ir-Regolament (UE) 2022/850 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2022 dwar sistema kompjuterizzata għall-iskambju elettroniku transfruntier ta’ data fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kriminali (is-sistema e-CODEX), u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1726 (ĠU L 150, 1.6.2022, p. 1).

(2)  Ir-Regolament (UE) 2022/850 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2022 dwar sistema kompjuterizzata għall-iskambju elettroniku transfruntier ta’ data fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kriminali (is-sistema e-CODEX), u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1726 (ĠU L 150, 1.6.2022, p. 1).