16.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/3


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10406 — CD&R/MCC Group)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 328/03)

1.   

Fis-6 ta’ Awwissu 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Clayton, Dubilier & Rice (“CD&R”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

LABL Holding Corporation (l-Istati Uniti tal-Amerka), kumpanija prinċipali tal-grupp LABL, Inc. li jinkludi W/S Packaging Group, Inc. u s-sussidjarji tagħha, kif ukoll Multi-Colour Corporation u s-sussidjarji tagħha (flimkien “MCC”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

CD&R takkwista indirettament, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ MCC kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

CD&R: ditta ta’ investiment ta’ ekwità privata li toriġina, tistruttura u taġixxi bħala investitur ewlieni ta’ ekwità f’akkwiżizzjonijiet mill-maniġment, investimenti strateġiċi ta’ ekwità minoritarji u investimenti strateġiċi oħra,

—

MCC: manifattur u fornitur tat-tikketti lill-klijenti kummerċjali f’firxa ta’ setturi, inklużi: kura fid-dar u kura personali; ikel u x-xorb; kura tas-saħħa; speċjalità oġġetti għall-konsum li jservu fit-tul u nbejjed u spirti.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:

M.10406 - CD&R/MCC Group

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.