|
17.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 375/7 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10445 - Seventh Cinven Fund/Restaurant Brands Iberia)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 375/05)
1.
Fis-7 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ proposta, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Cinven Capital Management (VII) General Partner Limited (Guernsey, “Cinven”) |
|
— |
Restaurant Brands Iberia S.A. (Spanja, “RBI”) |
Cinven takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ RBI.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Cinven: impriża ta’ ekwità privata impenjata fil-provvediment ta’ ġestjoni tal-investiment u servizzi ta’ konsulenza dwar l-investiment għal għadd ta’ fondi tal-investiment. Cinven tikkontrolla għadd ta’ kumpaniji tal-portafoll li huma attivi f’varjetà ta’ setturi f’firxa ta’ ġurisdizzjonijiet. |
|
— |
RBI: kumpanija li tipprovdi attivitajiet ta’ ristoranti ta’ servizz rapidu bl-isem tad-ditta Burger King fi Spanja, il-Portugall, Ġibiltà u Andorra, u l-isem tad-ditta Tim Hortons u Popeyes fi Spanja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:
M.10445 - Seventh Cinven Fund/Restaurant Brands Iberia S.A.
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).