31984L0527

Id-Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta’ Settembru 1984 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward ta’ ċilindri tal-gass iwweldjati ta’ l-azzar mhux ligat

Official Journal L 300 , 19/11/1984 P. 0048 - 0071
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 14 P. 0050
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 18 P. 0058
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 14 P. 0050
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 18 P. 0058
CS.ES Chapter 13 Volume 007 P. 248 - 271
ET.ES Chapter 13 Volume 007 P. 248 - 271
HU.ES Chapter 13 Volume 007 P. 248 - 271
LT.ES Chapter 13 Volume 007 P. 248 - 271
LV.ES Chapter 13 Volume 007 P. 248 - 271
MT.ES Chapter 13 Volume 007 P. 248 - 271
PL.ES Chapter 13 Volume 007 P. 248 - 271
SK.ES Chapter 13 Volume 007 P. 248 - 271
SL.ES Chapter 13 Volume 007 P. 248 - 271


Id-Direttiva tal-Kunsill

tas-17 ta’ Settembru 1984

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward ta’ ċilindri tal-gass iwweldjati ta’ l-azzar mhux ligat

(84/527/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu;

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi, fl-Istati Membri l-kostruzzjoni u l-kontrolli ta' ċilindri tal-gass huma soġġetti għal disposizzjonijiet mandatarji li jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor u li, konsegwentement, jostakolaw il-kummerċ ta' ċilindri bħal dawn; billi, huwa għaldaqstant neċessarju li dawn id-disposizzjonijiet jiġu approssimati;

Billi, id-Direttiva tal-Kunsill 76/767/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward ta' disposizzjonijiet komuni għal reċipjenti tal-pressjoni u l-metodi ta' spezzjoni tagħhom [4], tistabbilixxi, b’mod partikolari, il-proċeduri ta’ l-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE u l-verifika ta' dawn ir-reċipjenti; billi, skond din id-Direttiva, huwa ta’ min li jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet tekniċi li għandhom jikkonformaw magħhom ċilindri tal-gass iwweldjati ta’ l-azzar mhux ligat tat-tip tal-KEE b’volum ta’ bejn 0,5 u 150 litru, sabiex dawn ikunu jistgħu joħorġu fiċ-ċirkulazzjoni, jiġu kkummerċjalizzati u wżati mingħajr restrizzjoni wara li dawn ikunu għaddew minn spezzjoni u għalhekk ikollhom marka u simbolu,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva għandha tapplika għal ċilindri tal-gass iwweldjati ta’ l-azzar mhux ligat magħmulin minn bosta biċċiet, ta’ ħxuna attwali ta’ 5 mm jew inqas, li jistgħu jerġgħu jimtlew ħafna drabi, b’volum ta’ bejn 0,5 u 150 litru inklussivi u ddisinjati biex iżommu u jittrasportaw gassijiet ikkompressati, illikwidifikati, imdewbin, għajr gassijiet li huma llikwidifikati f’temperaturi baxxi ħafna u l-aċitelina. Il-pressjoni tad-disinn (Ph) ta’ dawn iċ-ċilindri ma għandhiex taqbeż is-60 bar. Minn hawn 'il quddiem, issir referenza għal dawn iċ-ċilindri tal-gass bħala 'ċilindri'.

Artikolu 2

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, "ċilindru tat-tip tal-KEE" għandu jfisser kull ċilindru ddisinjat u ffabbrikat b'tali mod li jissodisfa l-kondizzjonijiet ta' din id-Direttiva u tad-Direttiva 76/767/KEE.

Artikolu 3

L-ebda Stat Membru ma jista', għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kostruzzjoni jew ma' l-ispezzjoni ta' ċilindru skond it-tifsira tad-Direttiva 76/767/KEE u ta' din id-Direttiva, jirrifjuta, jipprojbixxi jew jillimità li ċilindru tat-tip tal-KEE jitqiegħed fis-suq u jibda jitħaddem.

Artikolu 4

Iċ-ċilindri kollha tat-tip tal-KEE għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE.

Iċ-ċilindri kollha tat-tip tal-KEE għandhom ikunu soġġetti għall-verifika tal-KEE bl-eċċezzjoni ta’ ċilindri b'volum ta' mhux aktar minn litru.

Artikolu 5

Kull emenda neċessarja biex is-sezzjonijiet 1, 2.1.1, 2.3 għajr għal 2.3.3, 2.4 għajr għal 2.4.1 u 2.4.2.1, 3.1.1, 3.1.2, 3.3,3.4, 3.5, 5 għajr għal 5.2.2 u 5.3, u 6 ta’ l-Anness I u l-Annessi II u III għal din id-Direttiva jiġu addattati għall-progress tekniku, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilità fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 76/767/KEE.

Artikolu 6

Il-proċedura stabbilità fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 76/767/KEE tista' tapplika għas-sezzjonijiet 2.2, 2.3.2 u 3.4.1.1 ta’ l-Anness I għal din id-Direttiva.

Artikolu 7

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva fi żmien tmintax-il xahar tan-notifika tagħha [5] u għandhom jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni minnufih.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-test tad-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni.

Artikolu 8

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, is-17 ta’ Settembru 1984.

Għall-Kunsill

Il-President

P. Barry

[1] ĠU Nru C 104, 13.09.1974. pġ. 59.

[2] ĠU Nru C 5, 8.1.1975. pġ. 52.

[3] ĠU Nru C 62, 15.3.1975. pġ. 31.

[4] ĠU Nru C 262, 27.9.1976. pġ. 153.

[5] Din id-Direttiva ġiet innotifikata lill-Istati Membri nhar is-26 ta’ Settembru 1984.

--------------------------------------------------

ANNESS I

1. SIMBOLI U TERMINI WŻATI F’DAN L-ANNESS

1.1. Is-simboli wżati f’dan l-Anness għandhom it-tifsiriet li ġejjin:

Ph = pressjoni idrawlika tat-test (pressjoni tad-disinn), f’bars;

Pr = pressjoni tal-fqigħ taċ-ċilindru mkejla matul it-test tal-fqigħ, f'bars,

Prt = il-pressjoni tal-fqigħ minima teoretika ikkalkulata, f'bars;

Re = il-valur minimu tal-qawwa ta’ ċediment iggarantit mill-fabbrikant taċ-ċilindru għaċ-ċilindru lest, f’N/mm2;

Rm = is-saħħa minima tat-tensjoni ggarantita mill-istandard tal-materjal, f’N/mm2;

Rmt = is-saħħa attwali tat-tensjoni, f'N/mm2;

a = il-ħxuna minima mkejla tal-ħajt tal-qafas taċ-ċilindru, f'mm;

b = il-ħxuna minima kkalkulata tat-trufijiet forma ta’ tubu, f’mm;

D = id-dijametru nominali ta' barra taċ-ċilindru, f’mm;

R = ir-raġġ ta’ kurvatura ta’ ġewwa tal-qiegħ konvess, f’mm;

t = ir-raġġ ta' kurvatura ta' fejn jingħaqad il-qiegħ konvess, f'mm;

H = it-tul ta’ barra tal-parti f’għamla ta’ skutella tat-tarf taċ-ċilindru, f'mm;

h = it-tul tal-parti ċilindrika tal-parti f’għamla ta’ skutella, f’mm;

L = it-tul tal-qafas taċ-ċilindru li jiflaħ għat-tensjoni, f’mm;

A = titwil tal-metall omm, f’%;

Vo = il-volum tal-bidu taċ-ċilindru fil-mument meta, fit-test tal-fqigħ, il-pressjoni tiġi miżjuda, f’litri;

V = il-volum finali taċ-ċilindru waqt il-fqigħ, f’litri;

Z = fattur ta’ riduzzjoni tat-tensjoni.

1.2. Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, "pressjoni ta' fqigħ" tfisser il-pressjoni f'instabilità plastika, jiġifieri l-pressjoni massima miksuba matul prova tal-pressjoni li biha jkun hemm fqigħ.

1.3. NORMALIZZAZZJONI

F’din id-Direttiva, t-terminu ‘normalizzazzjoni’ huwa wżat skond il-paragrafu 68 ta’ l-EURONORM 52-83.

1.4. TNAQQIS TAT-TENSJONI

It-terminu ‘tnaqqis tat-tensjoni’ huwa relatat mat-trattament ta’ sħana li jkun soġġett għalih ċilindru lest, li matulu, ċ-ċilindru jiġi msaħħan għal temperatura inqas mill-inqas punt kritiku ta’ l-azzar (Acl) sabiex jitnaqqsu it-tensjonijiet li jkun fadal.

2. ĦTIĠIET TEKNIĊI

2.1. MATERJALI

2.1.1. Il-materjal użat għall-fabbrikazzjoni ta’ l-oqfsa ta' ċilindri li jifilħu għat-tensjoni għandu jkun azzar kif speċifikat fil-EURONORM 120-83.

2.1.2. Il-komponenti kollha tal-bodi taċ-ċilindru u l-partijiet kollha wweldjati miegħu għandhom jkunu magħmulin minn materjali li huma kompatibbli wieħed ma' l-ieħor.

2.1.3. Il-materjali li jimlew għandhom ikunu kompatibbli ma’ l-azzar sabiex jiffurmaw weldjaturi li l-karatteristiċi tagħhom ikunu ekwivalenti għal dawk speċifikati għall-metall omm.

2.1.4. Il-fabbrikant taċ-ċilindru għandu jikseb u jipprovdi ċ-ċertifikati ta’ l-analiżi tal-forma kimika fir-rigward ta’ l-azzar fornut għall-fabbrikazzjoni tal-partijiet ta’ pressjoni.

2.1.5. Għandhom ikunu jistgħu jsiru analiżi indipendenti. Dawn l-analiżi għandhom isiru, jew fuq kampjuni meħudin mill-materjal kif ipprovdut mill-fabbrikant taċ-ċilindri, jew fuq ċilindri lesti.

2.1.6. Il-fabbrikant għandu jforni r-riżultati tat-testijiet metallurġiċi u mekkaniċi u l-analiżi mwettqa fuq il-weldjaturi lill-korp ta’ spezzjoni, u għandu jipprovdilu wkoll deskrizzjoni tal-metodi ta’ wweldjar u tal-proċessi adottati li jistgħu jitqiesu bħala rappreżentattivi tal-weldjaturi magħmulin waqt il-produzzjoni.

2.2. TRATTAMENT TA’ SĦANA

Iċ-ċilindri għandhom jiġu kkunsinnjati jew fil-kondizzjoni normalizzata jew fil-kondizzjoni ta’ tensjoni mnaqqsa. Il-fabbrikant taċ-ċilindru għandu jiċċertifika li ċ-ċilindri ġew ittrattati bis-sħana wara li jkun tlesta l-iwweldjar u għandu jiċċertifika li jkun ġie applikat il-proċess ta' trattament ta' sħana. Mhux permess trattament tas-sħana llokalizzat.

2.3. KALKOLI GĦALL-PARTIJIET TA’ PRESSJONI

2.3.1 Il-ħxuna tal-ħajt tal-qafas ċilindriku, fi kwalunkwe punt tal-qafas li jiflaħ għat-tensjoni taċ-ċilindri tal-gass, ma għandhiex tkun inqas minn dik ikkalkulata bil-formula:

2.3.1.1. għal ċilindri mingħajr weldjaturi lonġitudinali

a =

P

· D

20

+ P

2.3.1.2. għal ċilindri b'weldjaturi lonġitudinali:

a =

P

· D

20

Z+ P

Z ikun ugwali għal:

- 0,85 fejn il-fabbrikant jirradjografika l-intersezzjoni tal-weldjaturi għal distanza ta’ 100mm ‘l hinn mill-intersezzjoni fil-każ ta’ weldjatura lonġitudinali u ta’ 50mm (25mm fuq kull naħa) fil-każ ta’ weldjaturi ċirkomferenzjali. Għandu jiġi rradjografikat ċilindru wieħed magħżul fil-bidu u ieħor magħżul fl-aħħar ta' kull perjodu ta' sostituzzjoni u għal kull magna,

- 1 fejn il-fabbrikant jirradjografika fil-post l-intersezzjoni tal-weldjaturi għal distanza ta' 100mm 'l hinn mill-intersezzjoni fil-każ ta' weldjatura lonġitudinali u ta' 50mm (25mm fuq kull naħa) fil-każ ta' weldjaturi ċirkomferenzjali.

Din l-eżaminazzjoni għandha ssir fuq 10% taċ-ċilindri ffabrikati, magħżulin fuq bażi każwali.

Jekk dawn it-testijiet radjografiji jikxfu diffetti mhux aċċettabbli, kif definit fi 3.4.1.4, għandhom jittieħdu l-miżuri neċessarji biex tiġi eżaminata il-produzzjoni kkonċernata u jiġu eliminati d-difetti.

2.3.2. Dimensjonijiet u kalkoli tat-trufijiet (ara l-figuri fl-Appendiċi 1)

2.3.2.1. It-trufijiet taċ-ċilindri għandhom jissodisfaw dawn il-kondizzjonijiet:

- trufijiet torisferiċi

Limiti simultanji:

0,003 D ≤ b ≤ 0,08 D

r ≥ 0,1 D

R ≤ D

H ≥ 0,18 D

r ≥ 2 b

h ≥ 4 b

- trufijiet ellitiċi

Limiti simultanji:

0,003 D ≤ b ≤ 0,08 D

H ≥ 0,18 D

h ≥ 4 b

- trufijiet emisferiċi

Limiti: 0,003 D ≤ b ≤ 0,08 D

2.3.2.2. Il-ħxuna ta’ dawn it-trufijiet f’għamla ta’ skutella ma għandha fl-ebda mument tkun inqas mill-figura kkalkulata permezz tal-formula li ġejja:

b =

P

· D

20

C

Il-ko-effiċjent tal-forma C li għandu jintuża għal trufijiet sħaħ huwa mogħti fit-tabella fl-Appendiċi 1.

Madankollu, il-ħxuna nominali tax-xifer ċilindriku tat-tarf ma għandhiex tkun inqas mill-ħxuna nominali tal-parti ċilindrika.

2.3.3. Il-ħxuna nominali tal-ħajt tal-parti ċilindrika u tat-tarf f’għamla ta’ skutella ma tista', fl-ebda ċirkostanza, tkun inqas minn:

- + 0,7

mm, ha Ph < 30 bar

- +1

mm, ha Ph ≥ 30 bar

b’minimu ta’ 1,5 fiż-żewġ każijiet.

2.3.4. Il-bodi taċ-ċilindru, għajr is-sit tal-valv, jista’ jkun magħmul minn żewġ jew tliet partijiet. It-trufijiet għandhom ikunu magħmulin minn biċċa waħda u konvessi.

2.4. KOSTRUZZJONI U XOGĦOL MILL-BNIEDEM

2.4.1. Ħtiġiet ġenerali

2.4.1.1. Il-fabbrikant jiggarantixxi fuq ir-responsabbilità tiegħu, li għandu l-faċilitajiet u l-proċessi tal-fabbrikazzjoni biex jiżgura li ċ-ċilindri prodotti jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.

2.4.1.2. Il-fabbrikant għandu jiżgura permezz ta’ sorveljanza adegwata li l-plakek tal-bidu u l-partijiet ippressati wżati fil-fabbrikazzjoni taċ-ċilindri ma fihomx difetti li għandhom tendenza li jaffettwaw ħażin is-sigurtà tat-tħaddim taċ-ċilindru.

2.4.2. Partijiet ta’ pressjoni

2.4.2.1. Il-fabbrikant għandu jiddiskrivi l-metodi ta’ l-iwweldjar u l-proċessi wżati u għandu jindika l-ispezzjonijiet li saru matul il-produzzjoni.

2.4.2.2. Ħtiġiet tekniċi ta’ l-iwweldjar

Il-weldjaturi tar-ras għandhom isiru bi proċess ta’ wweldjar awtomatiku.

Il-weldjaturi tar-ras fuq il-qafas li jiflaħ għat-tensjoni ma jistgħux ikunu lokalizzati f’xi parti fejn hemm tibdil fil-profil.

Ma jistgħux isiru fillet welds fuq weldjaturi tar-ras u għandhom ikunu ta' l-anqas 10 mm 'l bogħod minnhom.

Il-weldjaturi li jgħaqqdu biċċiet tal-qafas taċ-ċilindru flimkien għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet li ġejjin (ara l-figuri mogħtija fl-Appendiċi 2):

- weldjatura lonġitudinali: din il-weldjatura għandha ssir fil-forma ta' weldjatura tar-ras fuq is-sezzjoni sħiħa tal-metall tal-ħajt,

- weldjatura ċirkomferenzjali, għajr dawk li jwaħħlu l-kullar tal-flanġ tal-valv mat-tarf tan-naħa ta’ fuq: din il-weldjatura għandha ssir fil-forma ta' weldjatura tar-ras fuq is-sezzjoni sħiħa tal-metall mal-ħajt, Joggle joint weld hija kkunsidrata bħala tip speċjali ta’ weldjatura tar-ras.

- weldjatura ċirkomferenzjali li twaħħal il-kullar tal-flanġ tal-valv mat-tarf tan-naħa ta’fuq: din il-weldjatura tista’ tkun jew weldjatura tar-ras, jew fillet weld. Jekk inhi weldjatura tar-ras, din għandha tiġi applikata fuq is-sezzjoni sħiħa tal-metall tal-ħajt. Joggle joint weld hija kkunsidrata bħala tip speċjali ta’ weldjatura tar-ras.

Il-ħtiġiet ta’ dan l-inċiż mhumiex applikabbli meta t-tarf tan-naħa ta’ fuq għandu fejn joqgħod fiċ-ċilindru u fejn dan il-post huwa mwaħħal mat-tarf permezz ta’ weldjatura li mhiex relatata ma’ l-issikkar kontra l-ħruġ ta’ gass miċ-ċilindru (ara l-Appendiċi 2 ta’ din id-Direttiva, figura 4).

Fil-każ ta’ weldjaturi tar-ras, alinjament ħażin ta’ l-uċuħ magħqudin ma għandux jaqbeż il-wieħed minn ħamsa tal-ħxuna tal-ħitan (1/5a).

2.4.2.3. Spezzjoni tal-weldjaturi

Il-fabbrikant għandu jiżgura li l-weldjaturi juru penetrazzjoni kontinwa mingħajr kwalunkwe devjazzjoni mix-xifer tal-weldjatura, u li ma fihomx difetti li jistgħu jipperikolaw is-sigurtà ta' l-użu taċ-ċilindru.

Għal ċilindri li fihom żewġ biċċiet, bl-eċċezzjoni ta’ weldjaturi li jaqblu mal-figura 2A fl-Appendiċi 2, il-weldjaturi tar-ras f’għamla ta’ ċirku għandhom jiġu rradjografikati fuq tul ta’ 100mm, fuq ċilindru wieħed magħżul fil-bidu u ieħor magħżul fl-aħħar tal-perjodu ta’ sostituzzjoni matul il-produzzjoni kontinwa, u, fil-każ ta’ produzzjoni li tkun interrotta għal perjodu ta’ aktar minn 12-il siegħa, fuq l-ewwel ċilindru wweldjat.

2.4.2.4. Ħruġ minn forma tonda

Il-ħruġ minn forma tonda tal-qafas ċilindriku taċ-ċilindru għandha tiġi llimitata b’tali mod li d-differenza ta’ bejn id-dijametru massimu u minimu ta' barra fl-istess sezzjoni trasverali ma tkunx aktar minn 1 % tal-medja ta’ dawn id-dijametri.

2.4.3. Fittings

2.4.3.1. L-imqabad u l-kullari ta’ protezzjoni għandhom jiġu ffabbrikati u wweldjati mal-bodi taċ-ċilindru b'tali mod li ma jikkawżawx konċentrazzonijiet perikolużi ta' tensjonijiet jew iwasslu għall-ġbir ta' ilma.

2.4.3.2. Il-qiegħ taċ-ċilindru għandu jkun b’saħħtu biżżejjed u magħmul minn metall kompatibbli mat-tip ta' azzar użat għaċ-ċilindru; il-forma tal-qiegħ għandha tkun tali li tagħti biżżejjed stabbilità liċ-ċilindru. Ix-xifer tan-naħa ta’ fuq tal-qiegħ irid ikun iwweldjat maċ-ċilindru b’tali mod li ma jinġabarx ilma u lanqas jidħol l-ilma bejn il-qiegħ u ċ-ċilindru.

2.4.3.3. Fejn imwaħħla, il-plakek ta’ identifikazzjoni għandhom jeħlu mal-qafas li jiflaħ għat-tensjoni u ma jkunux jistgħu jitneħħew; għandhom jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa għall-prevenzjoni tal-korrużjoni.

2.4.3.4. Madankollu, jista’ jintuża kull materjal ieħor għall-fabbrikazzjoni tal-qigħan, l-imqabad u l-kullari ta’ protezzjoni, jekk tkun iggarantita s-saħħa tagħhom u jekk jiġu eliminati r-riskji li jikkorrodi t-tarf taċ-ċilindru.

2.4.3.5. Protezzjoni tal-vit jew tal-valv

Il-vit jew il-valv taċ-ċilindru għandu jiġi protett b’mod effettiv, jew permezz tad-disinn tiegħu jew permezz tad-disinn taċ-ċilindru fih innifsu (eż. l-kullar ta’ protezzjoni), jew permezz ta' kappa ta’ protezzjoni jew ta’ għatu mwaħħal b’mod sod.

3. TESTIJIET

3.1. TESTIJIET MEKKANIĊI

3.1.1. Ħtiġiet ġenerali

3.1.1.1. It-testijiet mekkaniċi, jekk ma jkunux koperti mill-ħtiġiet li hemm f'dan l-Anness, għandhom isiru skond il-EURONORMS:

(a) 2-8 jew 11-80 rispettivament fil-każ tat-test tat-tensjoni, skond jekk il-ħxuna tal-biċċa tal-prova tkunx 3mm jew aktar jew jekk din tkunx inqas minn 3mm;

(b) 6-55 jew 12-55 rispettivament fil-każ tat-test tal-liwja, skond jekk il-ħxuna tal-biċċa tal-prova tkunx 3mm jew aktar jew jekk din tkunx inqas minn 3mm;

3.1.1.2. It-testijiet mekkaniċi kollha li jsriu biex jiġu kkontrollati l-kwalitajiet tal-metall omm u l-weldjaturi ta’ l-oqfsa li jifilħu għat-tensjoni taċ-ċilindri tal-gass, għandhom isiru fuq biċċiet tal-prova meħudin minn ċilindri lesti.

3.1.2. Tipi ta' testijiet u evalwazzjoni tar-riżultati tat-testijiet

3.1.2.1. Kull ċilindru kampjun għandu jkun soġġett għat-testijiet li ġejjin:

(A) Għal ċilindri li fihom biss weldjaturi ċirkomferenzjali (ċilindri ta’ żewġ biċċiet), fuq biċċiet tal-prova meħudin mill-partijiet li jidhru fil-figura 1 ta’ l-Appendiċi 3:

1 test tat-tensjoni: | metall omm fid-direzzjoni lonġitudinali ġeometrika taċ-ċilindru (a); jew, jekk dan mhux possibbli, fid-direzzjoni ċirkomferenzjali; |

1 test tat-tensjoni: | perpendikulari mal-weldjatura ċirkomferenzjali (b); |

1 test tal-liwja: | fuq id-dahar tal-weldjatura ċirkomferenzjali (ċ); |

1 test tal-liwja: | fuq id-dahar tal-weldjatura ċirkomferenzjali (d); |

1 test makroskopiku: | fuq is-sezzjoni wweldjata. |

(B) Għal ċilindri li fihom weldjaturi lonġitudinali u weldjaturi ċirkumferenzjali (ċilindri ta’ tliet biċċiet), fuq biċċiet tal-prova meħudin mill-partijiet li jidhru fil-figura 2 ta’ l-Appendiċi 3:

1 test tat-tensjoni: | metall omm tal-parti ċilindrika f’direzzjoni lonġitudinali (a); jew, jekk dan mhuwiex possibbli, f’direzzjoni ċirkomferenzjali; |

1 test tat-tensjoni: | metall omm mill-qiegħ (b); |

1 test tat-tensjoni: | perpendikulari għall-weldjatura lonġitudinali (ċ); |

1 test tat-tensjoni: | perpendikulari għall-weldjatura ċirkomferenzjali (d); |

1 test tal-liwja: | id-dahar tal-weldjatura lonġitudinali (e); |

1 test tal-liwja: | quddiem tal-weldjatura lonġitudinali (f); |

1 test tal-liwja: | id-dahar tal-weldjatura ċirkomferenzjali (g); |

1 test tal-liwja: | quddiem tal-weldjatura ċirkomferenzjali (h); |

1 test makroskopiku: | tas-sezzjoni wweldjata. |

3.1.2.1.1. Biċċiet tal-prova li mhumiex ċatti biżżejjed għandhom jiġu ċċattjati permezz ta’ ppressar kiesaħ.

3.1.2.1.2. Fil-biċċiet kollha tal-prova li fihom weldjatura, il-weldjatura għandha tiġi mgħoddija bil-makna sakemm tiġi ċċattjata għal kollox, biex iż-żejjed jiġi maqtugħ.

3.1.2.2. Test tat-tensjoni

3.1.2.2.1. Test tat-tensjoni fuq metall omm

3.1.2.2.1.1. Il-proċedura għat-twettiq tat-test tat-tensjoni hija dik mogħtija fil-EURONORM addattat skond 3.1.1.1.

Iż-żewġ uċuħ tal-biċċa tal-prova, li jirrapreżentaw il-ħitan ta’ ġewwa u ta’ barra taċ-ċilindru rispettivament, ma għandhomx jiġu mgħoddija bil-makna.

3.1.2.2.1.2. Il-valuri kkalkulati għall-qawwa ta’ ċediment għandhom ikunu għallinqas ugwali għall-valuri minimi ggarantiti mill-fabbrikant taċ-ċilindru.

Il-valuri kkalkulati għas-saħħa tat-tensjoni u għat-titwil wara li l-biċċa tal-prova tal-metall omm tinqasam għandhom jikkonformaw mal-EURONORM 120-83 (tabella III).

3.1.2.2.2. Test tat-tensjoni fuq il-weldjaturi

3.1.2.2.2.1. It-test tat-tensjoni perpendikulari għall-weldjatura għandha ssir fuq biċċa tal-prova li jkollha sezzjoni trasversali ridotta ta' 25mm fil-wisa' għal tul li jestendi sa 15mm ‘l hinn mix-xfar tal-weldjatura, kif jidher fil-figura fl-Appendiċi 4. ‘L hinn minn din il-parti ċentrali, il-wisa’ tal-biċċa tal-prova għandha tiżdied progressivament.

3.1.2.2.2.2. Il-valur tas-saħħa tat-tensjoni miksub għandu jkun ta’ l-anqas ugwali għal dak iggarantit għall-metall omm irrispettivament minn fejn isseħħ il-qasma fis-sezzjoni trasversali tal-parti ċentrali tal-biċċa tal-prova.

3.1.2.3. Test tal-liwja

3.1.2.3.1. Il-proċedura biex isir it-test tal-liwja hija dik mogħtija fil-EURONORM addattat skond 3.1.1.1. Madankollu, it-test tal-liwja, għandu jsir trasversalment mal-weldjatura fuq il-biċċa tal-prova ta’ wisa’ ta' 25mm. Waqt li jkun qiegħed isir it-test, il-mandrin għandu jitpoġġa fiċ-ċentru tal-weldjatura.

3.1.2.3.2. Meta l-biċċa tal-prova tintlewa madwar mandrin, b'tali mod li x-xfar ta' ġewwa jkunu separati b'distanza li mhiex ikbar mid-dijametru tal-mandrin, ma għandhomx jidhru xquq fil-biċċa tal-prova (ara figura 2 fl-Appendiċi 5).

3.1.2.3.3. Il-proporzjon (n) ta' bejn id-dijametru tal-mandrin u l-ħxuna tal-biċċa tal-prova ma għandux jaqbeż il-valuri mogħtija fit-tabella li ġejja:

Saħħa attwali tat-tensjoni Rmt f’N/mm2 | Valur ta’ n |

Sa 440 inklussiv | 2 |

Ogħla minn 440 sa 520 inklussivi | 3 |

Ogħla minn 520 | 4 |

3.2. TEST TAL-FQIGĦ TAĦT PRESSJONI IDRAWLIKA

3.2.1. Kondizzjonijiet tat-test

Iċ-ċilindri soġġetti għal dan it-test għandu jkollhom l-iskrizzjonijiet li huma pproposti li jkollhom, fuq is-sezzjoni taċ-ċilindru li tkun soġġetta għall-pressjoni.

3.2.1.1. It-test tal-fqigħ taħt pressjoni idrawlika għandu jsir bit-tagħmir li jippermetti li l-pressjoni tiġi miżjuda b’rata regolari sakemm jinfaqa’ ċ-ċilindru u li tiġi rreġistrata il-bidla fil-pressjoni mal-ħin.

3.2.2. Interpretazzjoni tat-test

3.2.2.1. Il-kriterji adottati għall-interpretazzjoni tat-test tal-fqigħ huma kif ġej:

3.2.2.1.1. Espansjoni volumetrika taċ-ċilindru; din hija ugwali għal:

- il-volum ta' ilma wżat minn meta l-pressjoni tibda tiela’ sal-mument meta jinfaqaw iċ-ċilindri ta’ volum ta’ ≥ 6,5 litri,

- id-differenza ta’ bejn il-volum taċ-ċilindru fil-bidu u fl-aħħar tat-test għal ċilindri b’volum, < 6,5 litri,

3.2.2.1.2. Eżaminazzjoni tat-tiċrita u tal-forma tat-trufijiet tagħha.

3.2.3. Ħtiġiet minimi tat-test

3.2.3.1. Il-pressjoni ta’ fqigħ imkejla (Pr) ma għandha, fl-ebda ċirkostanza, tkun inqas minn 9/4 tal-pressjoni tat-test (Ph).

3.2.3.2. Il-proporzjon ta’ l-espansjoni volumetrika taċ-ċilindru mal-volum inizzjali tiegħu:

- 20% jekk it-tul taċ-ċilindru jkun ikbar mid-dijametru,

- % jekk it-tul taċ-ċilindru jkun daqs jew iżgħar mid-dijametru,

3.2.3.3. It-test ta' fqigħ ma għandux jikkawża kwalunkwe tifrik taċ-ċilindru.

3.2.3.3.1. Il-qasma prinċipali ma għandhiex turi fraġilità, jiġifieri, t-trufijiet tal-ksur ma għandhomx ikunu radjali iżda għandhom ikunu f’angolu ma’ pjan dijametriku u għandhom juru riduzzjoni ta’ l-erja matul il-ħxuna kollha tagħhom.

3.2.3.3.2. Il-qasma ma għandhiex tikxef xi diffett ovvju fil-metall.

3.3. TEST IDRAWLIKU

3.3.1. Il-pressjoni ta’ l-ilma fiċ-ċilindru għandha tiżdied b’rata regolari sakemm tintlaħaq il-pressjoni tat-test..

3.3.2. Iċ-ċilindru għandu jibqa’ taħt il-pressjoni tat-test għal żmien twil biżżejjed li fih ikun jista' jiġi stabbilit li l-pressjoni mhiex qegħda taqa' u li ċ-ċilindru jista' jiġi ggarantit bħala li ma jnixxix.

3.3.3. Wara t-test, iċ-ċilindru ma għandu jkollu l-ebda sinjal ta’ deformazzjoni permanenti.

3.3.4. Kull ċilindru ttestjat li ma jissodisfax il-ħtiġiet tat-test għandu jiġi rrifjutat.

3.4. EŻAMINAZZJONI MHUX DISTRUTTIVA

3.4.1. Eżaminazzjoni radjografika

3.4.1.1. Il-weldjaturi għandhom jiġu radjografikati skond l-ispeċifikazzjoni ta’ l-ISO R 1106-1969, klassi B.

3.4.1.2. Meta jintuża indikatur tat-tip tal-wajer, l-iżgħar dijametru ta’ wajer viżibbli ma jistax jaqbeż 0,10 mm.

Meta jintuża indikatur tat-tip imtarraġ u mtaqqab, id-dijametru ta’ l-iżgħar toqba viżibbli ma jistax jaqbeż 0,25 m.

3.4.1.3. Stima tar-radjografi tal-weldjatura għandha tkun ibbażata fuq il-films oriġinali skond il-prattika rrakkommandata fl-istandard ta’ l-ISO, 2504 -1973 paragrafu 6.

3.4.1.4. Id-difetti li ġejjin mhumiex aċċettabbli:

- xquq, weldjaturi mhux adegwati jew penetrazzjoni mhux adegwata tal-weldjatura.

L-inklużjonijiet elenkati hawn taħt huma kkunsidrati bħala mhux aċċettabbli:

- kull inklużjoni mtawwla jew kull grupp ta’ inklużjonijiet tondi waħda wara l-oħra fejn it-tul irrappreżentat (fuq tul ta’ weldjatura ta’ 12a) huwa ikbar minn 6mm,

- kull inklużjoni ta' gass ta' qies ta’ aktar minn a/3 mm li hija aktar minn 25 mm minn kull inklużjoni oħra ta’ gass,

- kull inklużjoni oħra ta’ gass ta' qies ta’ aktar minn a/4mm,

- inklużjonijiet ta’ gass ta’ aktar minn 100 mm ta’ tul ta’ weldjatura, fejn l-erja totali tal-figuri kollha hija ikbar minn 2 a mm2.

3.4.2. Eżaminazzjoni makroskopika

L-eżaminazzjoni makroskopika ta’ sezzjoni trasversali sħiħa ta’ weldjatura, għandha turi fużjoni sħiħa fuq il-wiċċ ittrattat bi kwalunkwe aċidu minn preparazzjoni makro u ma għandu juri l-ebda difett ta’ assemblaġġ jew inklużjoni sinjifikanti jew xi difetti oħra.

Fil-każ ta’ dubju, għandha ssir eżaminazzjoni mikroskopika tal-parti sospettata.

3.5. EŻAMINAZZJONI TAN-NAĦA TA’ BARRA TAL-WELDJATURA

3.5.1. Din l-eżaminazzjoni għandha ssir meta l-weldjatura tkun tlestiet. Il-wiċċ iwweldjat eżaminat għandu jkun imdawwal sew, u ma għandux ikollu griż, trab, fdal ta' qoxra jew kisi ta’ protezzjoni ta’ kwalunkwe tip.

3.5.2. Il-fużjoni tal-metall iwweldjat u tal-metall omm għandha tkun lixxa u mingħajr inċiżjoni. Ma għandux ikun hemm xquq, taljiet jew irqajja porużi fil-wiċċ iwweldjat u fil-wiċċ ta’ maġenb il-ħajt. Il-wiċċ iwweldjat għandu jkun regolari u lixx. Meta tiġi wżata weldjatura tar-ras, il-ħxuna eċċessiva ma għandhie tkun aktar minn 1/4 tal-wisa’ tal-weldjatura.

4. APPROVAZZJONI TAL-MUDELL TAL-KEE

4.1. L-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 4 tista' tinħareġ għal tipi jew familji ta’ ċilindri.

“Tip ta’ ċilindru” tfisser ċilindri ta’ l-istess disinn u ħxuna, mgħammra bl-istess aċċessorji, ffabbrikati fl-istess workshops, minn folji tal-metall li għandhom speċifikazzjonijiet tekniċi identiċi, iwweldjati bl-istess proċess u ttrattati bis-sħana taħt l-istess kondizzjonijiet.

“Familja ta’ ċilindri” tfisser ċilindri ta’ tliet biċċiet li ġejjin mill-istess fabbrika, li huma differenti biss fit-tul, iżda li jibqgħu fil-limiti li ġejjin:

- it-tul minimu ma għandux ikun inqas minn 3 darbiet id-dijametru taċ-ċilindru,

- it-tul massimu ma għandux ikun aktar minn 1,5 darba tat-tul taċ-ċilindru ttestjat.

4.2. L-applikant għall-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE, għandu, għal kull tip jew familja ta’ ċilindri, jissottometti d-dokumentazzjoni neċessarja għall-verifia preskritta hawn taħt, u jforni lill-Istat Membru b’lott ta' 50 ċilindru, li minnhom ikunu sejrin jittieħdu n-numru ta’ ċilindri neċessarji biex isiru t-testijiet li ġejjin, flimkien ma' kull informazzjoni addizzjonali meħtieġa mill-Istat Membru. L-applikant għandu jindika t-tip u kemm ikun dam it-trattament ta' sħana, t-temperaturi wżati u l-proċess ta’ wweldjar. Għandu jikseb u jipprovdi ċ-ċertifikati ta’ l-analiżi tal-forma għall-azzar ipprovdut mill-fabbrikant taċ-ċilindri.

4.3. Matul il-proċess ta’ l-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE, għandu jiġi vverifikat li:

- l-kalkoli preskritti fi 2,3. huma korretti,

- il-kondizzjonijiet preskritti fi 2.1, 2.2 u 2.4 u 3.5 huma sodisfatti.

Dan li ġej għandu jsir fuq iċ-ċilindri li jiġu sottomessi bħala prototipi:

- it-test preskritt fi 3.1, fuq ċilindru wieħed,

- it-test preskritt fi 3.2, fuq ċilindru wieħed,

- it-test preskritt fi 3.4, fuq ċilindru wieħed,.

Jekk ir-riżultati tal-kontrolli huma sodisfaċenti, l-Istat Membru għandu joħroġ ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE skond il-mudell li hemm fl-Anness II.

5. VERIFIKA TAL-KEE

5.1. Għall-għan tal-verifika tal-KEE, il-fabbrikant taċ-ċilindru għandu jipprovdi lill-korp ta' spezzjoni bi:

5.1.1. iċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE;

5.1.2. iċ-ċertifikati ta’ l-analiżi tal-forma għall-azzar fornut għall-fabbrikazzjoni taċ-ċilindri;

5.1.3. mezz ta’ identifikazzjoni tal-forma ta’ l-azzar li minnha jkun ġej kull ċilindru;

5.1.4. id-dokumentazzjoni – b’mod partikolari d-dokumenti relatati mat-trattament ta’ sħana – dwar iċ-ċilindri fornuti minnu, fejn jistqarr il-proċess użat skond 2.2;

5.1.5. lista taċ-ċilindri, fejn jingħataw in-numri u l-iskrizzjonijiet preskritti fis-sezzjoni 6;

5.1.6. ir-riżultati tat-testijiet mhux distruttivi mwettqa matul il-produzzjoni u l-metodi ta’ wweldjar wżati biex tiġi żgurata riproduċibilità tajba taċ-ċilindri matul il-fabbrikazzjoni. Il-fabbrikant għandu jipprovdi wkoll dikjarazzjoni fejn huwa jaċċetta li għall-produzzjoni tas-serje juża metodu ta’ wweldjar identiku għal dak li huwa kien juża għaċ-ċilindri ppreżentati għall-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE.

5.2. MATUL IL-VERIFIKA TAL-KEE

5.2.1. Il-korp ta’ spezzjoni għandu:

- jaċċerta li ċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ikun ġie miksub u li ċ-ċilindri jikkonformaw miegħu,

- jivverifika d-dokumenti li jagħtu informazzjoni dwar il-materjali u l-proċessi ta’ fabbrikazzjoni, b’mod partikolari dawk speċifikati f’2.1.6,

- jikkontrolla jekk il-ħtiġiet tekniċi mogħtija fis-sezzjoni 2 ġewx sodisfatti u jwettaq eżaminazzjoni viżwali minn barra u minn ġewwa ta' kull ċilindru minn kampjun magħżul fuq bażi każwali,

- jkun preżenti għat-testijiet preskritti fi 3.1 u 3.2 u jikkontrolla l-progress tagħhom,

- jikkontrolla jekk l-informazzjoni mogħtija mill-fabbrikant imsemmija f’5.1.6 hiex korretta, u jekk il-verifiki li huwa jkun wettaq ikunux sodisfaċenti,

- joħroġ ċertifikat ta’ verifika tal-KEE fuq il-linji tal-mudell mogħti fl-Anness III.

5.2.2. Għall-għan tat-twettiq tal-verifiki, għandu jittieħed kampjun ta’ ċilindri, magħżul fuq bażi każwali, minn kull lott, kif indikat hawn taħt,

Lott għandu jikkonsisti f’massimu ta’ 3000 ċilindru ta’ l-istess tip, kif definit fit-tieni paragrafu ta’ 4.1, iffabbrikati fl-istess ġurnata jew fi ġranet konsekuttivi.

TABELLA 1

N attwali f’lott | Ċilindri meħudin bħala kampjuni | Ċilindri soġġetti għal |

| | Testijiet mekkaniċi | Verifiki tal-fqigħ |

N ≤ | 500 | 3 | 1 | 2 |

500 < N ≤ | 1500 | 9 | 2 | 7 |

1500 < N ≤ | 3000 | 18 | 3 | 15 |

Skond id-daqs tal-lott, iċ-ċilindri kampjuni għandhom jiġu soġġetti għat-testijiet mekkaniċi li għalihom hemm provdut fi 3.1 u għall-verifika ta' fqigħ ta' pressjoni idrawlika li għaliha hemm provdut fi 3.2, skond id-distribuzzjoni indikata fit-tabella1.

Jekk żewġ ċilindri jew aktar ma jgħaddux minn dawn it-testijiet, il-lott għandu jiġi rrifjutat.

Jekk wieħed miċ-ċilindri ma jgħaddix mit-testijiet mekkaniċi jew mit-test tal-fqigħ, għandhom jintagħżlu numru ta’ ċilindri fuq bażi każwali, kif hemm indikat fit-tabella 2, u għandhom isiru t-testijiet skond id-distribuzzjoni fit-tabella 1.

TABELLA 2

Numru N f’lott | Ċilindri meħudin bħala kampjuni | Ċilindri soġġetti għal | Testijiet mhux sodisfaċjenti |

| | Testijiet mekkaniċi | Test tal-fqigħ |

250 < N ≤ | 500 | 3 | Testijiet mekkaniċi | 2 | 1 |

Testijit tal-fqigħ | 1 | 2 |

500 < N ≤ | 1500 | 9 | Testijiet mekkaniċi | 5 | 4 |

Testijiet tal-fqigħ | 2 | 7 |

1500 < N ≤ | 3000 | 18 | Testijiet mekkaniċi | 9 | 9 |

Testijiet tal-fqigħ | 3 | 15 |

Jekk wieħed jew aktar minn dawn iċ-ċilindri ma jkunx sodisfaċjenti, il-lott għandu jiġi rrifjutat.

5.2.3. L-għażla ta’ kampjuni u t-testijiet kollha għandhom isiru fil-preżenza ta’ rappreżentant tal-korp ta’ spezzjoni.

5.2.4. Iċ-ċilindri kollha tal-lott għandhom jgħaddu mill-verifika idrawlika speċifikata f’3.3 fil-preżenza u taħt is-sorveljanza ta’ rappreżentant tal-korp ta’ spezzjoni.

5.3. EŻENZJONI MILL-VERIFIKA TAL-KEE

Fil-każ ta’ ċilindri ta’ volum inqas minn litru, it-testijiet u l-kontrolli kollha speċifikati fis-sezzjoni 5, għandhom isiru mill-fabbrikant fuq ir-responsabilità tiegħu. Il-fabbrikant għandu jforni lill-korp ta' spezzjoni d-dokumenti kollha u r-rapporti kollha li għandhom x’jaqsmu mat-testijiet u mal-kontrolli.

6. MARKI U SKRIZZJONIJIET

6.1. Meta l-korp ta’ spezzjoni jkun wettaq il-kontrolli kollha preskritti u jekk ir-riżultati jkunu sodisfaċenti, għandu joħroġ ċertifikat li jiddikkjara li jkunu saru l-kontrolli.

6.2. Għal ċilindri ta’ volum ta’ inqas minn 6,5 litri, il-marki u l-iskrizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-kostruzzjoni taċ-ċilindru jistgħu isiru fuq il-qiegħ; għaċ-ċilindri l-oħra, dawn għandhom isiru fuq ir-ras jew fuq parti rrinforzata taċ-ċilindru jew fuq plakka ta’ identifikazzjoni. Madankollu, uħud minn dawn l-iskrizzjonijiet jistgħu isiru fuq it-tarf matul il-formazzjoni jekk l-integrità taċ-ċilindru ma tiġix imdgħajfa.

6.3. APPROVAZZJONI TAL-MUDELL TAL-KEE

B'deroga mill-ħtiġiet tas-sezzjoni 3 ta' l-Anness I tad-Direttiva 76/767/KEE, il-fabbrikant għandu jagħmel il-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE fl-ordni li ġejja:

- l-ittra stilizzata

+++++ TIFF +++++

- in-numru 3 li jidentifika d-Direttiva,

- l-ittra/i kapitali li jidentifikaw l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE u ż-żewġ figuri finali tas-sena li fiha tkun inħarġet l-approvazzjoni tal-mudell,

- in-numru li jidentifika l-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE (e.g.

+++++ TIFF +++++

3 D 79 45).

6.4. MARKA TAL-VERIFIKA TAL-KEE

B'deroga mill-ħtiġiet tas-sezzjoni 3 ta' l-Anness II tad-Direttiva 76/767/KEE, il-korp ta' spezzjoni għandu jagħmel il-marka tal-verifika tal-KEE fl-ordni li ġejja:

- l-ittra żgħira ‘e’,

- l-ittra/i kapitali li tidentifika l-Istat Membru fejn tkun saret il-verifika, flimkien ma', fejn ikun neċessarju, wieħed jew żewġ figuri li jidentifikaw is-sud-diviżjoni territorjali,

- il-marka tal-korp ta’ spezzjoni magħmula mill-aġent tal-verifika, flimkien mal-marka ta' l-aġent tal-verifika jekk ikun addattat,

- eżagonu,

- tal-verifika: sena, xahar (e.g. e D 12 48

+++++ TIFF +++++

80/01).

6.5. SKRIZZJONIJIET TA’ KOSTRUZZJONI

6.5.1. Fir-rigward ta’ l-azzar

- Numru li jindika il-valur ta’ Re f’N/mm2 li fuqu ġie bbażat il-kalkolu,

- is-simbolu N (ċilindru fil-kondizzjoni normalizzata) jew is-simbolu S (ċilindru fil-kondizzjoni ta’ tensjoni mnaqqsa).

6.5.2. Fir-rigward tat-test idrawliku

Il-valur tal-pressjoni tat-test f'bars segwit bis-simbolu "bars";

6.5.3. Fir-rigward tat-tip ta’ ċilindru:

Il-volum minimu f’litri, ggarantit mill-fabbrikant taċ-ċilindru.

Dan il-volum għandu jiġi espress b’post deċimali wieħed u magħluq għall-eqreb figura.

6.5.4. Fir-rigward ta’ l-oriġini

L-ittra/i kapitali li jindikaw il-pajjiż ta’ oriġini segwiti mill-marka tal-fabbrikant u n-numru tas-serje:

6.6. SKRIZZJONIJIET OĦRA

Fejn ikun hemm bżonn ta’ skrizzjonijiet oħra li ma jkollomx x’jaqsmu la mal-kostruzzjoni u lanqas ma’ l-ispezzjoni ta’ l-oġġett, dawn għandhom isiru fuq iċ-ċilindri skond 6.2.

--------------------------------------------------

ANNESS II

+++++ TIFF +++++

ANNESS TEKNIKU GĦAĊ-ĊERTIFIKAT TA’ L-APPROVAZZJONI TAL-MUDELL TAL-KEE

1. Riżultati ta’ l-eżaminazzjoni tal-KEE tal-mudell għall-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE.

2. Karatteristiċi prinċipali tal-mudell b’mod partikolari:

- s-sezzjoni trasversali lonġitudinali tat-tip ta' ċilindru li jkun irċieva l-approvazzjoni tal-mudell, fejn jidher:

- id-dijametru nominali minn barra, D,

- il-ħxuna minima tal-ħajt taċ-ċilindru, a,

- il-ħxuna minima tal-qiegħ u tar-ras,

- it-tul(ijiet) minimu(i) u massimu(i), Lmin, Lmass,

- l-għoli minn barra tal-parti li ġejja fit-tond tal-qiegħ taċ-ċilindru H, f'mm,

- il-volum jew volumi, Vmin, Vmass;

- il-pressjoni, Ph;

- l-isem tal-fabbrikant/Numru tad-disinn u d-data;

- l-isem tat-tip taċ-ċilindru;

- l-azzar skond is-sezzjoni 2.1.

--------------------------------------------------

ANNESS III

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------