|
9.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/3 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9097 — Boeing/Embraer)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 304/03)
1.
Fit-30 ta’ Awwissu 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
The Boeing Company (“Boeing”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Embraer S.A. (“Embraer”, il-Brażil), |
|
— |
In-negozju tal-avjazzjoni kummerċjali tal-Embraer (il-Brażil), li jappartjenu għall-Embraer, |
|
— |
EB Defense, LLC (l-Istati Uniti tal-Amerika), ikkontrollata minn Embraer. |
Boeing takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani tan-negozju tal-avjazzjoni kummerċjali kollu kemm hu tal-Embraer u l-operazzjonijiet relatati u l-kapaċità tal-inġinerija, kif ukoll il-kontroll konġunt flimkien mal-Embraer tal-EB Defense, LLC biex tinbea faċilità tal-produzzjoni għall-ajuplan tat-trasport militari KC-390 tal-Embraer.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Boeing hija kumpanija Amerika tal-ajruspazju u tad-difiża bbażat f’Chicago, Illinois. Boeing tiddisinja, timmanifattura u tikkummerċjalizza ajruplani kummerċjali, ajruplani militari u inġenji spazjali, kif ukoll sistemi tad-difiża, tal-ispazju u tas-sigurtà. Boeing tipprovdi wkoll servizzi ta’ wara l-bejgħ għas-suq ajruspazjali inkluża l-loġistika bbażata fuq il-prestazzjoni u t-taħriġ. |
|
— |
Embraer hija kumpanija Bażiljana bbażata f’São José dos Campos, São Paulo, man-negozji fl-avjazzjoni kummerċjali u eżekuttivi, fid-difiża u s-sigurtà. |
|
— |
In-negozju tal-avjazzjoni kummerċjali tal-Embraer jiddisinja, jimmanifattura u jikkummerċjalizza ajruplani kummerċjali b’150 seat u jipprovdi servizzi ta’ wara l-bejgħ għall-ajruplani tagħha inkluż appoġġ operazzjonali u tekniċi u taħriġ, |
|
— |
EB Defense, LLC se tagħmel l-assemblaġġ finali, tikkummerċjalizza u tbigħ u tipprovdi servizzi ta’ wara l-bejgħ fir-rigward l-ajruplan tat-trasport militari KC-390 tal-Embraer li bħalissa għaddej miċ-ċertifikazzjoni. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9097 — Boeing/Embraer
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).