31.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 139/2010

tal-10 ta’ Diċembru 2010

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 123/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (2) ġie inkorporat fil-Ftehim bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 69/2009 (3) tad-29 ta’ Mejju 2009, b’adattamenti speċifiċi għal kull pajjiż.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 357/2010 tat-23 ta’ April 2010 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 tal-4 ta’ Marzu 2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 66he (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010) tal-Anness XIII tal-Ftehim:

“—

32010 R 0357: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 357/2010 tat-23 ta' April 2010 (ĠU L 105, 27.4.2010, p. 10).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 357/2010 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Diċembru 2010, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)   ĠU L 58, 3.3.2011, p. 81.

(2)   ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72.

(3)   ĠU L 232, 3.9.2009, p. 25.

(4)   ĠU L 105, 27.4.2010, p. 10.

(*1)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.