Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tal-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta’ April 1979, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 103, p.1) flimkien mal-Artikolu 4(4) tad-Direttiva, kif emendata bl-Artikolu 6(2) sa (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, p.7) – Nuqqas ta’ protezzjoni taż-żoni ta’ protezzjoni speċjali (ŻPS) – Eżistenza ta’ attivitajiet li jistgħu jheddu l-integrità taż-ŻPS u li jistgħu jwasslu għal konsegwenzi negattivi fuq l-għanijiet ta’ preservazzjoni taż-ŻPS u tal-ispeċi li għalihom dawn iż-żoni ġew stabbiliti.
Dispożittiv
1) Billi ma adottatx il-miżuri neċessarji kollha sabiex tistabbilixxi u tapplika sistema legali koerenti, speċifika u sħiħa ta’ natura tali li tiżgura ġestjoni vijabbli u protezzjoni effettiva taż-żoni magħżula bħala żoni ta’ protezzjoni speċjali fid-dawl tal-għanijiet ta’ konservazzjoni stabbiliti mid-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta’ April 1979, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(1) u (2) ta’ din id-direttiva, kif ukoll taħt l-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(4) tagħha, fil-verżjoni tagħha kif tirriżulta mill-Artikolu 6(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa.
2) Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3) Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.