2012R0823 — MT — 19.03.2014 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 823/2012 tal-14 ta’ Settembru 2012 li jagħti deroga mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tad-dati tal-iskadenza tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2,4-DB, l-aċidu benżojku, il-beta-ċiflutrin, l-etil tal-karfentrażon, ir-razza Coniothyrium minitans CON/M/91-08 (DSM 9660), iċ-ċjażofammid, iċ-ċiflutrin, id-deltametrina, id-dimetenammid-P, l-etofumesat, l-etossisulfuron, il-fenamidon, il-flażasulfuron, il-flufenaket, il-flurtamon, il-foramsulfuron, il-fostijażat, l-imażamoks, l-iodosulfuron, l-iprodion, l-isossaflutol, il-linuron, l-idrażidu malejku, il-mekoprop, il-mekoprop-P, il-meżosulfuron, il-meżotrion, l-ossadiarġil, l-ossasulfron, il-pendimetalina, il-pikossistrobin, il-piraklostrobin, il-propikonażol, il-propineb, il-propossikarbażon, il-propiżammid, is-siltofamu, it-triflossistrobin, il-warfarin u ż-żossammid (ĠU L 250, 15.9.2012, p.13) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 186/2014 tas-26 ta’ Frar 2014 |
L 57 |
22 |
27.2.2014 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 823/2012
tal-14 ta’ Settembru 2012
li jagħti deroga mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tad-dati tal-iskadenza tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2,4-DB, l-aċidu benżojku, il-beta-ċiflutrin, l-etil tal-karfentrażon, ir-razza Coniothyrium minitans CON/M/91-08 (DSM 9660), iċ-ċjażofammid, iċ-ċiflutrin, id-deltametrina, id-dimetenammid-P, l-etofumesat, l-etossisulfuron, il-fenamidon, il-flażasulfuron, il-flufenaket, il-flurtamon, il-foramsulfuron, il-fostijażat, l-imażamoks, l-iodosulfuron, l-iprodion, l-isossaflutol, il-linuron, l-idrażidu malejku, il-mekoprop, il-mekoprop-P, il-meżosulfuron, il-meżotrion, l-ossadiarġil, l-ossasulfron, il-pendimetalina, il-pikossistrobin, il-piraklostrobin, il-propikonażol, il-propineb, il-propossikarbażon, il-propiżammid, is-siltofamu, it-triflossistrobin, il-warfarin u ż-żossammid
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE ( 1 ), u b’mod parikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,
Billi:|
(1) |
Għas-sustanzi attivi stabbiliti fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati ( 2 ) li għalihom approvazzjonijiet jiskadu qabel l-14 ta’ Ġunju 2014, l-applikanti ma setgħux jagħtu l-avviż ta’ tliet snin meħtieġ skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għal tiġdid. |
|
(2) |
Għalhekk, huwa neċessarju li jkun estiż il-perijodu ta’ approvazzjoni ta’ dawk is-sustanzi attivi filwaqt li jkunu kkunsidrati l-elementi pprovduti fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
|
(3) |
Fid-dawl tal-għan tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fir-rigward ta’ każijiet fejn l-ebda applikazzjoni ma tkun sottomessa tliet snin qabel id-data tal-iskadenza rispettiva stabbilita fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni se tistabbilixxi data ta’ skadenza fl-istess data qabel dan ir-Regolament jew fl-eqreb data wara. |
|
(4) |
Fid-dawl tal-għan tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fir-rigward ta’ każijiet fejn il-Kummissjoni se tadotta Regolament li jipprovdi li l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva msemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament ma tiġġeddidx minħabba li l-kriterji għall-approvazzjoni mhumiex sodisfatti, il-Kummissjoni se tistabbilixxi data ta’ skadenza fl-istess data bħal qabel dan ir-Regolament jew fid-data tal-adozzjoni tar-Regolament li jipprovdi li l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva ma tiġġeddidx, skont liema data hi l-aktar tard. |
|
(5) |
Il-miżuri sabbiliti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dati tal-iskadenza
B’deroga mill-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, dawn id-dati tal-iskadenza li ġejjin għandhom japplikaw:
(1) il-31 ta’ Lulju 2016, fir-rigward tas-sustanzi attivi: l-etofumesat (entrata 29), l-imażamoks (entrata 41), l-ossasulfron (entrata 42), il-foramsulfuron (entrata 44), iċ-ċjażofammid (entrata 46), il-linuron (entrata 51), il-pendimetalina (entrata 53), it-triflossistrobin (entrata 59), l-etil tal-karfentrażon (entrata 60), il-meżotrion (entrata 61), il-fenamidon (entrata 62), u l-isossaflutol (entrata 63);
(2) Il-31 ta’ Ottubru 2016, rigward is-sustanzi attivi: id-deltametrina (entrata 40), 2,4-DB (entrata 47), il-beta-ċiflutrin (entrata 48), iċ-ċiflutrin (entrata 49), l-iprodion (entrata 50) l-idrażidu malejku (entrata 52), il-flurtamon (entrata 64), il-flufenaket (entrata 65), l-iodosulfuron (entrata 66), id-dimetenammid-P (entrata 67), il-pikossistrobin (entrata 68), il-fostijażat (entrata 69), is-siltofamu (entrata 70) u r-razza Coniothyrium minitans CON/M/91-08 (DSM 9660) (entrata 71);
(3) Il-31 ta’ Jannar 2017, rigward is-sustanzi attivi: Il-propineb (entrata 54), il-propiżammid (entrata 55), il-mekoprop (entrata 56), il-mekoprop-P (entrata 57), il-propikonażol (entrata 58), il-meżosulfuron (entrata 75), il-propossikarbażon (entrata 76), iż-żossammid (entrata 77), l-aċidu benżojku (entrata 79), il-flażasulfuron (entrata 80) u l-piraklostrobin (entrata 81);
(4) il-31 ta’ Marzu 2014, fir-rigward tas-sustanzi attivi: etossisulfuron (entrata 43), ossadiarġil (entrata 45) u warfarin (entrata 120).
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
( 2 ) ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1.