Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali) (Il-Ħames Awla), tal-10 ta’ Ġunju 2009, ArchiMEDES vs Il-Kummissjoni (Kawżi magħquda T‑396/05 u T‑397/05), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikorsi tar-rikorrenti intiżi, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-irkupru ta’ somom imħallsa bil-quddiem fil-kuntest ta’ kuntratt li jorbotha mar-rikorrenti u għal tpaċija ta’ djun reċiproki u, min-naħa l-oħra, għall-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas tal-bilanċ tas-sussidju dovut abbażi tal-istess kuntratt - Inapplikabbiltà tal-prinċipju ta’ litis denuntiatio - Ċaħda tat-talba għar-responsabbiltà in solidum tal-partijiet kontraenti - Ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal smigħ xieraq.
Dispożittiv
1) L-appell huwa miċħud.
2) Architecture, microclimat, énergies douces - Europe et Sud SARL (ArchiMEDES) hija kkundannata għall-ispejjeż.