Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Novembru 2010 – ArchiMEDES vs Il-Kummissjoni

(Kawża C‑317/09 P)

“Appell – Tpaċija ta’ djun li jaqgħu taħt sistemi legali differenti – Talba għar-rimbors tas-somom imħallsa bil-quddiem – Prinċipju ta’ litis denuntiatio – Drittijiet tad-difiża u dritt għal smigħ xieraq”

1.                     Proċeduri - Motivazzjoni tas-sentenzi - Portata (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36) (ara l-punti 76-78)

2.                     Appell - Aggravji - Motiv ippreżentat għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell - Inammissibbiltà (ara l-punti 88-91)

3.                     Appell - Aggravji - Motivi ta’ sentenza vvizzjati bi ksur tad-dritt tal-Unjoni (ara l-punt 105)

4.                     Appell - Aggravji - Motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ mekkaniżmu ta’ kjamata in kawża (ara l-punti 121-125)

5.                     Appell - Aggravji - Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u tal-argumenti ppreżentati quddiem il-Qorti Ġenerali - Inammissibbiltà (ara l-punti 130-134)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali) (Il-Ħames Awla), tal-10 ta’ Ġunju 2009, ArchiMEDES vs Il-Kummissjoni (Kawżi magħquda T‑396/05 u T‑397/05), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikorsi tar-rikorrenti intiżi, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-irkupru ta’ somom imħallsa bil-quddiem fil-kuntest ta’ kuntratt li jorbotha mar-rikorrenti u għal tpaċija ta’ djun reċiproki u, min-naħa l-oħra, għall-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas tal-bilanċ tas-sussidju dovut abbażi tal-istess kuntratt - Inapplikabbiltà tal-prinċipju ta’ litis denuntiatio - Ċaħda tat-talba għar-responsabbiltà in solidum tal-partijiet kontraenti - Ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal smigħ xieraq.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Architecture, microclimat, énergies douces - Europe et Sud SARL (ArchiMEDES) hija kkundannata għall-ispejjeż.