|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/5793 |
4.11.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12526 – HBIS / DITH)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/5793)
1.
Fis-26 ta’ Ottubru 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
HBIS Group Co., Ltd. (“HBIS”, iċ-Ċina), |
|
— |
Duferco International Trading Holding S.A. (“DITH”, il-Lussemburgu), li bħalissa hija kkontrollata b’mod konġunt minn HBIS u Duferco Participations Holding S.A. (“DPH”, il-Lussemburgu). |
HBIS se takkwista b’mod indirett fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll eskużiv tat-totalità ta’ DITH.
Il-konċentrazzjoni se titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
HBIS hija attiva globalment fil-produzzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tal-ħadid u tal-azzar, |
|
— |
DITH hija attiva globalment fil-kummerċ u d-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-azzar u materja prima għall-produzzjoni tal-azzar. |
3.
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) jenħtieġ jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12526 — HBIS / DITH
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/5793/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)