Official Journal L 183 , 06/07/2001 P. 0035 - 0035
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2001 dwar l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mar-Regolament Nru 109 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti li tikkonċerna l-approvazzjoni tat-tyres pnewmatiċi li jingħataw wiċċ ġdid għal vetturi kummerċjali u l-karrijiet tagħhom (2001/507/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta' Novembru 1997 bil-għan ta' l-adezzjoni mill-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti li tikkonċerna l-adozzjoni ta' preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jkunu mmuntati fuq u/jew użati fuq vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għal rikonoxximent reċiproku mogħti abbażi ta' dawk il-preskrizzjonijiet ("Il-Ftehim Rivedut tal-1958") [1], u partikolarment l-Artikolu 3(3) u t-tieni inċiż ta' l-Artikolu 4(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [2], Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew [3], Billi: (1) L-għan tad-dispożizzjonijiet uniformi tar-Regolament 109 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-approvazzjoni tal-produzzjoni tat-tyres pnewmatiċi li jingħataw wiċċ ġdid għal vetturi kummerċjali u l-karrijiet tagħhom huwa li jabbolixxi l-barrieri tekniċi għall-kummerċ fil-vetturi bil-magna bejn il-Partijiet Kontraenti u fir-rigward tat-tyres prewmatiċi li jingħataw wiċċ ġdid waqt li jassigura livell għoli ta' sigurtà u protezzjoni ambjentali. (2) Ir-Regolament Nru 109 ġie nnotifikat lill-Partijiet Kontraenti u daħal fis-seħħ fir-rigward tal-Partijiet Kontraenti kollha li ma kienux ippreżentaw notifikaw tan-nuqqas ta' qbil tagħhom sad-data jew sad-dati speċifikati fir-Regolament anness mal-Ftehim Rivedut tal-1958. (3) Sabiex biex l-operaturi ekonomiċi ikunu awtorizzati li jieħdu l-miżuri xierqa sabiex ikunu konformi fi żmien xieraq mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament 109 sabiex ma jiddisturbawx is-suq tat-tyres pnewmatiċi li jingħataw wiċċ ġdid, partikolarment sad-dati tad-dħul fis-seħħ li jistgħu jkunu differenti minn Stat Membru wieħed għall-ieħor, l-applikazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament matul il-Komunità għandha tkun irregolata aktar tard permezz ta' Direttiva tal-Komunità. Madankollu, ir-Regolament 109 m'għandux ikun integrat fis-sistema ta' l-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu uniku Il-Komunità Ewropea għandha taderixxi għar-Regolament 109 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti li tikkonċerna l-approvazzjoni tal-produzzjoni tat-tyres pnewmatiċi li jingħataw wiċċ ġdid għall-vetturi kummerċjali u l-karrijiet tagħhom. It-test ta' dan ir-Regolament huma mehmuż ma' din id-Deċiżjoni [4]. Magħmula fil-Lussemburgu, fis-26 ta' Ġunju 2001. Għall-Kunsill Il-President T. Östros [1] ĠU L 346, tas-17.12.1997, p. 78 [2] ĠU C 212 E, tal-25.7.2000, p. 79. [3] Il-kunsens mogħti fil-15 ta' Mejju 2001 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali). [4] Dan ir-Regolament għandu jkun ippubblikat fil-futur fil-Ġurnal Uffiċjali. --------------------------------------------------