|
18.10.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
126 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJON
ta' l-1 ta' Marzu 2005
li tikkonċerna programm ta' monitoraġġ Komunitarju kkoordinat għas-sena 2005 sabiex tiġi aċċertata l-konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi ġewwa u fuq iċ-ċereali u ċerti prodotti oħra li joriġinaw mill-pjanti u li tikkonċerna programmi nazzjonali ta' monitoraġġ għall-2006
(Test b'relevanza għaż-ŻEE)
(2005/178/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 211 tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta' l-24 ta' Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi ġewwa u fuq iċ-ċereali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu (7)(2)(b) tagħha
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta' Novembru ta' l-1990 dwar l-iffissar ta' livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi ġewwa u fuq ċerti prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inklużi l-frott u l-ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu (4)(2)(b) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttivi 86/362/KEE u 90/642/KEE jistipulaw li l-Kummissjoni għandha taħdem b'mod progressiv sabiex tikseb sistema li tkun tista' tippermetti l-istima ta' l-espożizzjoni tad-dieta għall-pestiċidi. Sabiex isiru stimi realistiċi, id-data dwar il-monitoraġġ ta' residwi minn pestiċidi trid tidher fuq numru ta' prodotti ta' l-ikel li jikkostitwixxu parti sostanzjali tad-dieta Ewropea. Huwa ġeneralment magħruf li partijiet sostanzjali tad-dieta Ewropea huma magħmula minn 20-30 prodott ta' l-ikel. B'viżjoni għar-riżorsi disponibbli fuq livell nazzjonali għall-finijiet ta' monitoraġġ ta' residwi minn pestiċidi, l-Istati Membri huma kapaċi janalizzaw biss kampjuni ta' tmien prodotti fis-sena, fl-ambitu ta' programm ta' monitoraġġ ikkoordinat. L-użu tal-pestiċidi jinbidel fil-kwadru ta' żmien ċikliku ta' tliet snin. Għalhekk ġeneralment għal kull pestiċida jrid isir monitoraġġ f'20-30 prodott ta' l-ikel fuq serje ta' ċikli ta' tliet snin. |
|
(2) |
Ir-residwi ta' pestiċidi li huma koperti minn din id-Direttiva jridu jiġu mmonitorjati fl-2005, għaliex dan jippermetti li tintuża din id-data għall-istima ta' l-espożizzjoni attwali tad-dieta għalihom. |
|
(3) |
Hemm il-ħtieġa ta' metodu ta' statistika sistematiku għan-numru ta' kampjuni li jridu jinġabru f'kull eżerċizzju ta' monitoraġġ ikkoordinat. Tali metodu ġie stipulat mill-Kummissjoni tal-Codex Alimentarius (3) Fuq bażi ta' distribizzjoni ta' probabbiltà binomjali, jista' jiġi kkalkulat li l-eżaminazzjoni ta' 613-il kampjun twassal b'ċertezza ta' aktar minn 99 %, għall-iskoperta ta' kampjun li jkun fih ammont ta' residwi ta' pestiċidi ogħla mil-limitu li ġie ffissat (LOD), bil-kundizzjoni li anqas minn 1 % mill-prodotti li joriġinaw mill-pjanti jkun fihom residwi ta' livell ogħla minn dak il-limitu. Il-ġbir ta' dawn il-kampjuni jrid ikun proporzjonat skond l-Istat Membru fuq il-bażi ta' numru ta' popolazzjoni u ta' konsumaturi, bil-valur minimu ta' 12-il kampjun kull sena. |
|
(4) |
Il-Linji gwida dwar “Kontroll tal-Kwalità għall-Analiżi ta' Residwi ta' Pestiċidi” huma ppubblikati fuq il-portal tal-Kummissjoni (4) Kulħadd jaqbel li dawn il-linji gwida jridu jiġu applikati kemm jista' jkun mil-laboratorji analitiċi ta' l-Istati Membri u jridu jiġu riveduti kontinwament fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba dwar programm ta' monitoraġġ. |
|
(5) |
Id-Direttivi 86/362/KEE u 90/642/KEE jitolbu li l-Istati Membri jispeċifikaw il-kriterju applikat fit-tfassil tal-programmi nazzjonali ta' spezzjoni tagħhom. Din l-informazzjoni trid tinkludi l-kriterju applikat ta' kif ġew iddeterminati n-numri ta' kampjuni li jridu jittieħdu għall-analiżi li trid issir u l-livelli ta' rappurtar applikati, il-kriterju li bih il-livelli ta' rappurtar ġew stipulati u d-dettalji dwar akkreditazzjoni skond id-Direttiva tal-Kunsill 93/99/KEE tad-29 t' Ottubru 1993 dwar miżuri addizzjonali li jikkonċernaw il-kontroll uffiċjali ta' l-affarijiet ta' l-ikel (5) mil-laboratorji li jkunu qed iħejju l-analiżi. In-numru u t-tip ta' infrazzjonijiet u l-azzjoni li trid tittieħed iridu wkoll jiġu indikati. |
|
(6) |
Il-livelli massimi ta' residwi għall-ikel tat-trabi ġew stabbiliti skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 91/321/KEE ta' l-14 ta' Mejju 1991 dwar ħalib tat-trabi u ħalib tat-trabi ta' eta iktar minn sitt xhur (6) u l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/5/KE, Euratom tas-16 ta' Frar 1996 dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq ċereali u ikel tat-trabi u tat-tfal żgħar (7). |
|
(7) |
L-informazzjoni dwar riżultati ta' programmi ta' monitoraġġ hija partikolarment xierqa għat-trattament, ħażna u trażmissjoni permezz ta' metodi elettroniċi/informatiċi. Ġew imfassla formats għall-forniment tad-data permezz ta' l-email mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. L-Istati Membri jridu għalhekk ikunu f'pożizzjoni li jibagħtu r-rapporti tagħhom lill-Kummissjoni bil-format standard. L-iżvilupp ulterjuri ta' tali format standard huwa mfassal b'mod aktar effettiv permezz ta' linji gwida stipulati mill-Kummissjoni. |
|
(8) |
Il-miżuri pprovduti f'din ir-rakkomandazzjoni huma stipulati skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimal, |
B'DAN TIRRAKKOMANDA:
|
1. |
L-Istati Membri huma mistiedna, matul is-sena 2005, li jiġbru u janalizzaw kampjuni għall-kombinazzjoni ta' prodott/residwu minn pestiċida stipulat fl-Annes I, fuq il-bażi tan-numru ta' kampjuni ta' kull prodott allokat lilhom fl-Anness II, li jirrifletti b'mod xieraq, il-proporzjon nazzjonali, Komunitarju u tat-tielet pajjiż, tas-suq ta' l-Istat Membru.
Preferibbilment għall-pestiċidi li jippreżentaw riskju akut, eż. l-OP-ester, l-endosulfan u l-N-methylċarbamates, numru raġonevoli ta' kampjuni tal-prodotti: lanġas, patata, zunnarija, larinġ jew mandolin u ħjar iridu jiġu soġġetti għall-analiżi individwali ta' l-unitajiet individwali fit-tieni kampjun tal-laboratorju jekk tali pestiċidi jiġu skoperti u partikolarment jekk hija l-produzzjoni ta' produttur wieħed. In-numru ta' unitajiet irid ikun konformi mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE (8). Iridu jittieħdu żewg kampjuni. Jekk l-ewwel kampjun tal-laboratorju ikun fih ammont rintraċċabbli tal-pestiċida kkonċernat, l-unitajiet tat-tieni kampjun iridu jiġu analizzati individwalment. Mill-inqas għaxar kampjuni ta' ikel tat-trabi li huma bbażati fuq ħxejjex, frott jew ċereali jridu jinġabru minn kull Stat Membru. Il-kampjuni jridu jinġabru minn produzzjoni li originat minn biedja organika. In-numru ta' kampjuni jrid ikun proporzjonat mas-sehem mis-suq ta' produzzjoni organika fi ħdan kull Stat Membru, b'numru minimu ta' kampjun wieħed. |
|
2. |
L-Istati Membri huma mistiedna li jirrappurtaw ir-riżultati mill-analiżi ta' kull kampjun ittestjat għall-kombinazzjoni ta' prodott/residwu minn pestiċida stipulat fl-Anness I sa mhux iktar tard mill-31 ta' Awissu 2006, u jindikaw:
Ir-rapport irid isir skond format — inkluż il-format elettroniku — li huwa konformi mal-linji gwida għall-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar programmi ta' monitoraġġ tal-Komunità pprovduti mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimal. Ir-riżultati miksuba minn kampjuni meħuda minn produzzjoni ta' biedja organika jridu jiġu rrappurtati fuq formoli tad-data separati. |
|
3. |
L-Istati Membri huma mistiedna li jibagħtu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, sa mhux iktar tard mill-31 ta' Awissu 2005, l-informazzjoni meħtieġa skond l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 86/362/KEE u l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 90/642/KEE dwar l-eżerċizzju ta'monitoraġġ fl-2004, mill-inqas bl-iċċekkjar tal-kampjuni, konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi inklużi:
|
|
4. |
L-Istati Membri huma mistiedna li jibagħtu lill-Kummissjoni, mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2005, il-programm nazzjonali tagħhom ppjanat għall-monitoraġġ ta' livelli massimi ta' residwi minn pestiċidi li ġew stipulati mid-Direttivi 90/642/KEE u 86/362/KEE għas-sena 2006, inkluża l-informazzjoni dwar:
|
Magħmula fi Brussell, fl-1 ta' Marzu 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 221, tas-7.8.1986, p. 37. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/61/KE (ĠU L 127, tad-29.4.2004, p. 81).
(2) ĠU L 350, ta'l-14.12.1990, p. 71. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/95/KE (ĠU L 301, tat-28.9.2004, p. 42).
(3) Codex Alimentarius, Residwi ta' Pestiċidi f'Affarijiet ta' l-Ikel, Ruma 1994, ISBN 92-5-203271-1 ; Vol.2, paġna 372.
(4) Dokument Numru SANCO/10476/2003, http://europa.eu.int/comm/food/plant/proteċtion/resources/qualcontrol_en.pdf
(5) ĠU L 290, ta'l-24.11.1993, p. 14. Direttiva emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (GU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).
(6) ĠU L 175, ta'l-4.7.1991, pġ. 35. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/14/KE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 37).
(7) ĠU L 49, tat-28.2.1996, pġ. 17. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2003/13/KE (ĠU L 41. 14.2.2003, p. 33).
ANNESS I
Kombinazzjoni Pestiċida/prodott li jrid jiġi mmonitorjat
|
Residwu minn pestiċida li trid issir analiżi għalih |
|||||||||
|
|
2005 |
2006 (*1) |
2007 (*1) |
||||||
|
Acephate |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Aldicarb |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Azinphos-methyl |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Azoxystrobin |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Il-grupp Benomyl |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Bifenthrin |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Bromopropylate |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Bupirimate |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Captan |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Carbaryl |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Chlormequat (*2) |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Chlorothalonil |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Chlorpropham |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Chlorpyriphos |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Chlorpyriphos-methyl |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Cypermethrin |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Cyprodinil |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Deltamethrin |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Diazinon |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Dichlofluanid |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Dicofol |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Dimethoate |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Diphenylamine (*3) |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Endosulfan |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Fenhexamid |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Fludioxonil |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Folpet |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Imazalil |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Imidacloprid |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Iprodione |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Kresoxim-methyl |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Lambda-cyhalothrin |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Malathion |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Il-gruppManeb |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Metalaxyl |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Methamidophos |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Methidathion |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Methiocarb |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Methomyl |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Myclobutanil |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Oxydemeton-methyl |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Parathion |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Phosalone |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Pirimicarb |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Pirimiphos-methyl |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Procymidone |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Propargite |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Pyretrins |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Pyrimethanil |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Spiroxamine |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Thiabendazole |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Tolcloflos-methyl |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Tolylfluanid |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Triadimefon |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
Vinclozolin |
(a) |
(b) |
(ċ) |
||||||
|
|||||||||
(*1) Indikattiv għall-2006 u l-2007, soġġett għall-programmi li ser jiġu rrakomandati għal dawn is-snin.
(*2) Il-Chlormequat trid issir analiżi għalih fil-lanġas u fiċ-ċererali biss
(*3) Id-Diphenylamine trid issir analiżi għalih fit-tuffieħ u fil-lanġas biss.
ANNESS II
Numru ta' kampjuni ta' kull prodott li jridu jinġabru minn kull Stat Membru
|
Kodiċi tal-pajjiż |
Kampjuni |
|
A |
12 |
|
B |
12 |
|
CY |
12 |
|
CZ |
12 |
|
D |
93 |
|
DK |
12 |
|
E |
45 |
|
EE |
12 |
|
EL |
12 |
|
F |
66 |
|
FIN |
12 |
|
HU |
12 |
|
I |
65 |
|
IRL |
12 |
|
L |
12 |
|
LT |
12 |
|
LV |
12 |
|
MT |
12 |
|
NL |
17 |
|
P |
12 |
|
PL |
45 |
|
S |
12 |
|
SI |
12 |
|
SK |
12 |
|
UK |
66 |
|
Numru totali ta' kampjuni: 613 |
|