|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/72 |
17.1.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/72
tal-15 ta’ Jannar 2025
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/936 fir-rigward tal-istandards armonizzati għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-Istati Membri għandhom iqisu prodott li għalih ikunu ġew applikati standards armonizzati, u li jkollu n-numri ta’ referenza tiegħu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, bħala konformi mar-rekwiżiti rilevanti kollha tal-miżura implimentattiva applikabbli li dawn l-istandards jirrigwardaw. Ir-rekwiżiti rilevanti tal-kejl u tal-kalkolu għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi huma stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2023 (3) u fl-Anness III ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), wara l-adozzjoni ta’ att delegat skont l-Artikolu 16 ta’ dak ir-Regolament li jistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi għat-tikkettar, il-Kummissjoni għandha tippubblika referenzi għall-istandards armonizzati li jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tal-kejl u tal-kalkolu tal-att delegat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Meta tali standards armonizzati jiġu applikati waqt il-valutazzjoni tal-konformità ta’ prodott, il-mudell għandu jkun preżunt konformi mar-rekwiżiti tal-kejl u tal-kalkolu rilevanti tal-att delegat. Ir-rekwiżiti tal-kejl u tal-kalkolu għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi huma stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2014 (5) u fl-Anness IV ta’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2023) 3518 (6), il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) għar-reviżjoni tal-istandards armonizzati eżistenti dwar il-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u l-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2019/2023 u r-Regolament Delegat (UE) 2019/2014 (it-“talba”). Ir-reviżjoni kienet meħtieġa sabiex jiġi sostitwit id-deterġent ta’ referenza li fih is-sustanza perborat tas-sodju msemmi fl-istandard armonizzat EN 60456:2016, kif emendat b’EN 60456:2016/A11:2020, li ma għandux jitqiegħed fis-suq wara s-27 ta’ Mejju 2023 f’konformità mal-Artikolu 56(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u mal-entrata 48 tal-Anness XIV ta’ dak ir-Regolament. Bit-talba seta’ wkoll jitqies il-progress tekniku u xjentifiku, isiru bidliet editorjali u jiġi allinjat l-ittondjar tan-numri rrapportati mal-emendi li saru bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/341 (8) u bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/340 (9). |
|
(4) |
Abbażi tat-talba, CENELEC irreveda l-istandard armonizzat EN 60456:2016, kif emendat b’EN 60456:2016/A11:2020, li r-referenza tiegħu hija ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/936 (10). Dan wassal għall-adozzjoni tal-emenda EN 60456:2016/A12:2023. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni, flimkien ma’ CENELEC, ivvalutat jekk l-istandard armonizzat EN 60456:2016, kif emendat bl-istandard EN 60456:2016/A12:2023, jikkonformax mat-talba. |
|
(6) |
L-istandard armonizzat EN 60456:2016, kif emendat b’EN 60456:2016/A12:2023, jissodisfa r-rekwiżiti li għandu jkopri u li huma stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/2023 u fir-Regolament Delegat (UE) 2019/2014. Għalhekk, jixraq li r-referenza ta’ dak l-istandard tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(7) |
L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/936 jipprovdu r-referenzi tal-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni tal-konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2019/2014 u mar-Regolament (UE) 2019/2023, rispettivament. Biex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għal dawk ir-Regolamenti jkunu elenkati kollha f’att wieħed, jenħtieġ li r-referenzi tal-istandard armonizzat EN 60456:2016, kif emendat bl-istandard EN 60456:2016/A12:2023, jiġu inklużi f’dawk l-Annessi. |
|
(8) |
Jeħtieġ li r-referenza għall-istandard armonizzat EN 60456:2016, kif emendat b’EN 60456:2016/A11:2020, tiġi rtirata minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, peress li huwa sostitwit bl-istandard armonizzat EN 60456:2016, kif emendat b’EN 60456:2016/A12:2023. Għalhekk, jixraq li dik ir-referenza titħassar mill-Annessi I u II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/936. |
|
(9) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/936 tiġi emendata kif xieraq. |
|
(10) |
Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/936 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Jannar 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1025/oj.
(2) Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/125/oj).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2023 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1015/2010 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 285, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/2023/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1369/oj).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2014 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 u d-Direttiva tal-Kummissjoni 96/60/KE (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/2014/oj).
(6) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2023)3518 tat-2 ta’ Ġunju 2023 dwar talba għall-istandardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika rigward ir-rekwiżiti tal-ekodisinn u tat-tikkettar tal-enerġija għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u l-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’appoġġ għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2023 u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2014.
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni, (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1907/oj).
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/341 tat-23 ta’ Frar 2021 li jemenda r-Regolamenti (UE) 2019/424, (UE) 2019/1781, (UE) 2019/2019, (UE) 2019/2020, (UE) 2019/2021, (UE) 2019/2022, (UE) 2019/2023 u (UE) 2019/2024 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal servers u prodotti tal-ħżin tad-data, muturi elettriċi u sistemi ta’ trażmissjoni b’veloċità varjabbli, apparat refriġeranti, sorsi tad-dawl u tagħmir ta’ kontroll separat, unitajiet tal-wiri elettroniċi, magni tal-ħasil tal-platti domestiċi, magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’funzjoni ta’ bejgħ dirett (ĠU L 68, 26.2.2021, p. 108, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/341/oj).
(9) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/340 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jemenda r-Regolamenti Delegati (UE) 2019/2013, (UE) 2019/2014, (UE) 2019/2015, (UE) 2019/2016, (UE) 2019/2017 u (UE) 2019/2018 fir-rigward tar-rekwiżiti tat-tikkettar tal-enerġija tal-unitajiet tal-wiri elettroniċi, tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, tas-sorsi tad-dawl, tal-apparat refriġeranti, tal-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi u ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett (ĠU L 68, 26.2.2021, p. 62, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2021/340/oj).
(10) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/936 tat-3 ta’ Ġunju 2021 dwar l-istandards armonizzati għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2019/2023 u għar-Regolament Delegat (UE) 2019/2014 (ĠU L 204, 10.6.2021, p. 42, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2021/936/oj).
ANNESS
L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/936 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/72/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)