European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/1350

5.2.2024

Avviż għall-attenzjoni tal-persuna fiżika u l-entità soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/254, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/457; u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/287, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/455 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Gwatemala

(C/2024/1350)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuna u l-entità li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/254 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/457 (2), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2024/287 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/455 (4) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Gwatemala.

L-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2024/287 jeħtieġ li l-persuni, l-entitajiet jew il-korpi elenkati jridu jirrapportaw, fi żmien sitt ġimgħat mid-data tal-elenkar fl-Anness I, fondi jew riżorsi ekonomiċi fil-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru li jappartjenu lilhom, huma proprjetà tagħhom, jinżammu jew huma kkontrollati minnhom, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsabu dawk il-fondi jew riżorsi ekonomiċi. Huma jridu jikkooperaw mal-awtorità kompetenti nazzjonali fi kwalunkwe verifika ta' tali informazzjoni. In-nuqqas ta’ konformità ma' dawn l-obbligi ser titqies bħala ċirkomvenzjoni tal-miżuri dwar l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi.

L-informazzjoni li trid tiġi rrapportata trid tintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti permezz tas-sit web tagħha kif indikat fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2024/287 (5).


(1)   ĠU L, 2024/254, 15.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/254/oj.

(2)   ĠU L, 2024/457, 2.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/457/oj.

(3)   ĠU L, 2024/287, 15.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/287/oj.

(4)   ĠU L, 2024/455, 2.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/455/oj.

(5)  L-aħħar verżjoni konsolidata hija disponibbli fuq Regolament - UE - 2024/287 - MT - EUR-Lex (europa.eu)


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1350/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)