<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-496/18</NO.CASE><NO.CASE>C-497/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CC0496</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1002">EU:C:2019:1002</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>24</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>24</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Bobek – Kawżi magħquda C‑496/18 u C‑497/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">HUNGEOD <HT TYPE="ITALIC">et</HT></HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Bobek</HT></P><P>ippreżentati fil‑<DATE ISO="20191121">21 ta’ Novembru 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawżi magħquda C‑496/18 u C‑497/18</HT></P><P>HUNGEOD Közlekedésfejlesztési, Földmérési, Út- és Vasúttervezési Kft.,</P><P>SIXENSE Soldata,</P><P>Budapesti Közlekedési Zrt. (C‑496/18)</P><P>Budapesti Közlekedési Zrt. (C‑497/18)</P><P>vs</P><P>Közbeszerzési Hatóság Közbeszerzési Döntőbizottság</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (il-Qorti tal-Belt ta’ Budapest, l-Ungerija))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratti pubbliċi</KEYWORD><KEYWORD>Tibdil ta’ kuntratti pubbliċi</KEYWORD><KEYWORD>Direttivi dwar rimedji</KEYWORD><KEYWORD>Reviżjoni mibdija <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> minn awtorità pubblika ta’ allegat ksur tar-regoli tal-kuntratti pubbliċi</KEYWORD><KEYWORD>Termini għall-bidu ta’ reviżjoni</KEYWORD><KEYWORD>Skadenza tat-termini skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ fil-mument tal-allegat ksur</KEYWORD><KEYWORD>Reviżjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> mibdija taħt leġiżlazzjoni ġdida</KEYWORD><KEYWORD>Impożizzjoni ta’ multi fuq l-awtorità kontraenti u l-offerenti</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ nuqqas ta’ retroattività</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 83 tad-Direttiva 2014/24/UE u Artikolu 99 tad-Direttiva 2014/25/UE</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Budapesti Közlekedési Zrt. (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>awtorità kontraenti<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) ikkonkludiet żewġ kuntratti pubbliċi, fl-2006 u fl-2009, rigward il-kostruzzjoni tal-Linja 4 tal-Metro ta’ Budapest. Fl‑2017, il-Közbeszerzési Hatóság Elnöke (il-President tal-Awtorità tal-Kuntratti Pubbliċi, l-Ungerija; iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>President tal-AKP<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) beda reviżjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, skont dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fl‑2015, ta’ tibdiliet magħmula lil dawn il-kuntratti fl‑2009 u fl‑2010 rispettivament. Wara dawn ir-reviżjonijiet, il-Közbeszerzési Döntőbizottság (il-Bord tal-Arbitraġġ tal-Kuntratti Pubbliċi, l-Ungerija; iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Bord tal-Arbitraġġ<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) impona multi fuq l-awtorità kontraenti u fuq l-offerenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Id-domanda prinċipali magħmula minn dawn il-kawżi tista’ tiġi mqassra kif isegwi: id-dritt tal-Unjoni Ewropea jippermetti li jinbdew reviżjonijiet ta’ tibdiliet ta’ kuntratti pubbliċi <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> minn awtoritajiet pubbliċi <HT TYPE="ITALIC">wara</HT> l-iskadenza tat-termini stabbiliti għal dan l-għan mil-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ fil-mument tat-tibdiliet, meta dawn ir-reviżjonijiet iwasslu, snin wara li seħħew it-tibdiliet, għall-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet fuq iż-żewġ partijiet fil-kuntratti?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, id-dritt tal-Unjoni la jirrikjedi u lanqas ma jipprekludi reviżjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> ta’ kuntratti pubbliċi jew tibdiliet ta’ dawn il-kuntratti. Madankollu, il-prinċipju tad-dritt tal-Unjoni ta’ ċertezza legali jċaħħad lill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali milli jibdew dawn ir-reviżjonijiet ġaladarba t-termini applikabbli jiskadu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 89/665 u d-Direttiva 92/13, kif emendati bid-Direttiva 2007/66</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KE tal‑<DATE ISO="19891221">21 ta’ Diċembru 1989</DATE> dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 246, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="063" PAGE.FIRST="44" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 63, p. 44</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> u l-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE tal‑<DATE ISO="19920225">25 ta’ Frar 1992</DATE> li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi ta’ l-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 315.</P></NOTE>, it-tnejn kif emendati bid-Direttiva 2007/66<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20071211">11 ta’ Diċembru 2007</DATE> li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/665/KEE u 92/13/KEE fir-rigward tat-titjib fl-effettività ta’ proċeduri ta’ reviżjoni dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="335" PAGE.FIRST="31" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 335, p. 31</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, jipprevedu, fil-kampijiet ta’ applikazzjoni rispettivi tagħhom:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1. […]</P><P>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw illi […] id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kontraenti jkunu jistgħu jiġu riveduti b’mod effettiv u, partikolarment, malajr kemm jista’ jkun skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli […] għal raġunijiet li dawn id-deċiżjonijiet ikunu jiksru l-liġi Komunitarja fil-qasam ta’ l-akkwist jew ir-regoli nazzjonali li jittrasponu dik il-liġi.</P><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="001.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri ta’ reviżjoni jkunu disponibbli, taħt regoli ddettaljati li l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu, għal-kwalunkwe persuna li jkollha jew interess tikseb kuntratt partikolari u li jkun sarilha jew tkun tinsab fir-riskju li jsirilha dannu minħabba ksur allegat.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Iktar minn hekk, il-premessa 25 tad-Direttiva 2007/66 hija fformulata kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>[…] il-bżonn li maż-żmien tkun żgurata ċ-ċertezza ġuridika tad-deċiżjonijet meħuda mill-awtoritajiet kontraenti u mill-entitajiet kontraenti jeħtieġ l-istabbiliment ta’ perijodu minimu raġonevoli ta’ limitazzjoni fuq reviżjonijiet li jkunu qed ifittxu li jistabbilixxu li kuntratt hu ineffettiv.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Iktar minn hekk, il-premessa 27 tad-Direttiva 2007/66 tistabbilixxi: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>[…] Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali l-infurzabbiltà ta’ l-ineffettività ta’ kuntratt hija limitata għal ċertu perijodu. L-effettività ta’ dawn it-termini ta’ żmien għandha tkun rispettata<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttivi 2014/24 u 2014/25</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Il-premessa 122 tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20140226">26 ta’ Frar 2014</DATE> dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="094" PAGE.FIRST="65" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 94, p. 65</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="275" PAGE.FIRST="68" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 275, p. 68</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> u l-premessa 128 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20140226">26 ta’ Frar 2014</DATE> dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 19.</P></NOTE>jiddikjaraw li l-proċeduri ta’ reviżjoni previsti mid-Direttivi 89/665 u 92/13<?PAGE NO="3"?> rispettivament <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>m’għandomx jiġu affettwati minn<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> dawn id-direttivi. Madankollu, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>iċ-ċittadini, il-partijiet interessati kkonċernati, kemm jekk organizzati jew le, u persuni jew korpi oħrajn li ma għandhomx aċċess għall-proċeduri ta’ reviżjoni skont [waħda minn dawn id-direttivi] xorta għandhom interess leġittimu, bħala persuni li jħallsu t-taxxa, fi proċeduri tal-akkwist tajbin. Għaldaqstant huma għandhom jingħataw possibbiltà, b’mod differenti mis-sistema ta’ reviżjoni skont [dawn id-direttivi] u mingħajr ma neċessarjament jinvolvi li huma jidhru quddiem qrati u tribunali, biex jindikaw ksur possibbli ta’ din id-Direttiva lil awtorità jew struttura kompetenti. Sabiex ma jiġux idduplikati awtoritajiet jew strutturi eżistenti, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jipprevedu rikors għal awtoritajiet jew strutturi ta’ monitoraġġ ġenerali, korpi ta’ superviżjoni settorjali, awtoritajiet ta’ superviżjoni muniċipali, awtoritajiet ta’ kompetizzjoni, l-ombudsman jew l-awtoritajiet nazzjonali ta’ verifika.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 83 tad-Direttiva 2014/24 u l-Artikolu 99 tad-Direttiva 2014/25, li huma intitolati <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Infurzar<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> u li jaqgħu taħt it-Titolu IV <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Governanza<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprevedu li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="083.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjoni ta’ regoli dwar l-akkwist pubbliku tiġi mmonitorjata.</ALINEA><ALINEA>Meta l-awtoritajiet jew l-istrutturi ta’ monitoraġġ jidentifikaw, fuq inizjattiva proprja jew wara li taslilhom informazzjoni, ksur speċifiku jew problemi sistemiċi, huma għandhom jingħataw is-setgħa biex jindikaw dawk il-problemi lill-awtoritajiet ta’ verifika, lill-qrati jew lit-tribunali nazzjonali jew awtoritajiet jew strutturi adegwati oħra, bħall-ombudsman, il-parlamenti nazzjonali jew il-kumitati tagħhom.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ungeriż</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi tal‑2003 dwar il-Kuntratti Pubbliċi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 303(1) tal-közbeszerzésekről szóló 2003. évi CXXIX. törvény (il-Liġi CXXIX tal‑2003 dwar il-Kuntratti Pubbliċi, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Liġi tal‑2003 dwar il-Kuntratti Pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>) tiddikjara kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Il-partijiet jistgħu jemendaw il-parti tal-kuntratt stabbilita fis-sejħa għal offerti jew fid-dokumentazzjoni relatata, u fuq il-bażi tal-kontenut tas-sejħa għal offerti, biss meta l-kuntratt, bħala riżultat ta’ ċirkustanza li seħħet wara li ġie konkluż il-kuntratt – għal raġuni li ma kinitx prevedibbli meta sar il-kuntratt – tikser l-aspettattivi leġittimi ta’ wieħed mill-kontraenti.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 306/A huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="306.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Kwalunkwe kuntratt li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-liġi jkun null fejn</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi ġiet illegalment miksura fil-mument li l-kuntratt imsemmi ġie konkluż […].</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Permezz tal-Artikolu 307(3), <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>il-Közbeszerzések Tanácsának elnöke [Il-President tal-Kunsill tal-Kuntratti Pubbliċi] għandu jieħu l-inizjattiva sabiex jibda proċedura <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> quddiem [il-Bord tal-Arbitraġġ] jekk ikun possibbli li l-emenda tal-kuntratt seħħet bi ksur tal-Artikolu 303 […]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-Artikolu 327 jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="327.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>L-organi jew persuni segwenti jistgħu jieħdu l-inizjattiva sabiex jiftħu proċeduri <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> quddiem [il-Bord tal-Arbitraġġ] jekk, fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom, huma jsiru jafu b’azzjoni jew ommissjoni kuntrarja għal din il-liġi:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-President tal-Kunsill tal-Kuntratti Pubbliċi;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="327.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA><P>Tista’ tinfetaħ proċedura <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> minn organu quddiem [il-Bord tal-Arbitraġġ]:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>fuq l-inizjattiva ta’ wieħed mill-organi msemmija fil-punt 1(a), (b) u (d) sa (i), fi 30 jum mid-data li fiha dan l-organu jsir jaf bil-ksur jew, fil-każ fejn il-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi tkun ġiet miksura, mid-data tal-konklużjoni tal-kuntratt, jew jekk din id-data ma tkunx tista’ tiġi stabbilita mid-data li fiha l-organu jsir jaf dwar il-bidu tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt minn waħda mill-partijiet, iżda mhux iktar tard minn sena wara t-twettiq tal-ksur, jew fi żmien 3 snin f’każijiet fejn il-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi tkun inkisret.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 328(1):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Il-President tal-Kunsill tal-Kuntratti Pubbliċi għandu jieħu l-inizjattiva sabiex jibda proċedura <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> quddiem [il-Bord tal-Arbitraġġ]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 307(3).<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 379(2):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Il-Kunsill [tal-Kuntratti Pubbliċi] […]</ALINEA><ALINEA>(l) għandu jsegwi bir-reqqa l-emenda u l-eżekuzzjoni tal-kuntratti konklużi wara proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi (l-Artikolu 307(4)).<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi tal‑2015 dwar il-Kuntratti Pubbliċi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>L-Artikolu 152 tal-közbeszerzésekről szóló 2015. évi CXLIII. törvény (il-Liġi Nru CXLIII tal‑2015 dwar il-Kuntratti Pubbliċi, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Liġi tal‑2015 dwar il-Kuntratti Pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>) jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="152.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>L-organi jew persuni segwenti jistgħu jieħdu l-inizjattiva sabiex jibdew proċeduri <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> quddiem [il-Bord tal-Arbitraġġ] jekk, fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom, huma jsiru jafu b’azzjoni jew ommissjoni kuntrarja għal din il-liġi:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-[President tal-AKP];</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="152.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA><P>Wieħed mill-organi li jsir riferiment għalihom fil-paragrafu 1 jista’ jieħu l-inizjattiva sabiex jibda proċedura <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> quddiem [il-Bord tal-Arbitraġġ] f’60 jum mid-data li fiha dan l-organu jsir jaf bil-ksur, iżda</P><?PAGE NO="5"?><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>mhux iktar tard mit-terminu ta’ 3 snin mit-twettiq tal-ksur,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>b’deroga minn (a) iktar ’il fuq, fejn isiru l-akkwisti mingħajr ma tkun ġiet organizzata proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi, fi żmien massimu ta’ 5 snin mid-data li fiha l-kuntratt ikun ġie konkluż, jew jekk din id-data ma tistax tiġi stabbilita mill-bidu tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt minn waħda mill-partijiet, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>b’deroga minn (a) u (b) iktar ’il fuq, fejn ikunu saru akkwisti b’riżultat ta’ għajnuna, għall-perijodu taż-żamma tad-dokumenti stabbilit speċifikament bil-liġi rigward il-ħlas u l-użu tal-għajnuna kkunsidrata, iżda bħala minimu f’terminu ta’ 5 snin mit-twettiq tal-ksur – fejn ikunu saru akkwisti mingħajr ma tkun ġiet organizzata proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi, mid-data li fiha l-kuntratt ikun ġie konkluż, jew jekk din id-data ma tkunx tista’ tiġi stabbilita, mill-bidu tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt minn waħda mill-partijiet.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>L-Artikolu 153(1) huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>[Il-President tal-AKP] għandu jieħu l-inizjattiva sabiex jiftaħ il-proċedura <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> quddiem [il-Bord tal-Arbitraġġ]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>jekk ikun possibbli, fid-dawl tar-riżultat tas-sorveljanza amministrattiva wettqa mill-Awtorità tal-Kuntratti Pubbliċi skont l-Artikolu 187(2)(j), jew anki mingħajr ma tkun twettqet is-sorveljanza amministrattiva, li l-emenda jew eżekuzzjoni tal-kuntratt tkun twettqet bi ksur ta’ din il-liġi, b’mod partikolari jekk ikun twettaq ksur tat-tip li jsir riferiment għalih fl-Artikolu 142(2) […]</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>L-Artikolu 187 jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>[…]</ALINEA><PARAG IDENTIFIER="187.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Awtorità [tal-Kuntratti Pubbliċi] […]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(j)</NO.P><TXT>għandha ssegwi bir-reqqa l-emenda tal-kuntratti konklużi wara proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi u, fil-kuntest tar-reviżjoni amministrattiva skont il-közigazgatási hatósági eljárás és szolgáltatás általános szabályairól 2004. Évi CXL. törvény (il-Liġi Nru CXL tal‑2004 li Tistabbilixxi Dispożizzjonijiet Ġenerali dwar Proċedura u Servizzi Amministrattivi), l-eżekuzzjoni għandha wkoll tiġi ssorveljata — skont ir-regoli ddettaljati previsti speċifikament mil-liġi — u, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, tadotta l-miżuri li jsir riferiment għalihom fl-Artikolu 153(1)(c) u fl-Artikolu 175;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 197(1):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Id-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi għandhom japplikaw għal kuntratti konklużi wara l-proċeduri ta’ għoti [ta’ konċessjonijiet] jew ta’ kuntratti pubbliċi li bdew wara li daħlet fis-seħħ, għal proċeduri ta’ kompetizzjoni li bdew wara din id-data, kif ukoll għal proċeduri ta’ reviżjoni relatati magħhom li jkunu ntalbu, inbdew jew tressqu <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> minn awtorità, inklużi l-proċeduri ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim li jippreċedu rikors. L-Artikoli 139, 141, 142, 153(1)(c) u 175 għandhom japplikaw għall-possibbiltà ta’<?PAGE NO="6"?> emenda, mingħajr ma titwettaq proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi ġdida, għal kuntratti li ġew konklużi wara proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi li bdew qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din il-liġi, u għas-sorveljanza ta’ emendi u l-eżekuzzjoni ta’ kuntratti. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu XXI għandhom japplikaw għall-proċeduri ta’ reviżjoni relatati ma’ dawn il-kuntratti.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-Digriet Nru 4/2011</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 80(3) tal‑2007‑2013 programozási időszakban az Európai Regionális Fejlesztési Alapból, az Európai Szociális Alapból és a Kohéziós Alapból származó támogatások felhasználásának rendjéről szóló 4/2011. (I. 28.) Korm. rendelet (id-Digriet Nru 4/2011 tat‑<DATE ISO="20110128">28 ta’ Jannar 2011</DATE> dwar l-użu ta’ għajnuna mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, mill-Fond Soċjali Ewropew u mill-Fond ta’ Koeżjoni għall-perijodu ta’ programmazzjoni tal‑2007‑2013):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Il-benefiċjarju u l-organi involuti fil-ħlas ta’ għajnuna għandhom iżommu kontijiet separati għal kull proġett, jirreġistraw id-dokumenti kollha relatati mal-proġett separatament u jżommuhom tal-inqas sal‑<DATE ISO="20201231">31 ta’ Diċembru 2020</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-proċedura u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-Kawża C‑496/18</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20050930">30 ta’ Settembru 2005</DATE>, l-awtorità kontraenti ppubblikat sejħa għal offerti f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> għall-finijiet tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>akkwist ta’ sistema ta’ monitoraġġ għas-sorveljanza ta’ movimenti tal-istrutturi u l-kontroll tal-ħoss u l-vibrazzjonijiet matul l-ewwel stadju ta’ kostruzzjoni tal-Linja 4 tal-Metro ta’ Budapest<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>. L-istima tal-valur tal-kuntratt eċċediet il-limiti tal-Komunità (tal-Unjoni). Il-proġett irċieva finanzjament mill-Unjoni (taħt il-Programm Operazzjonali għat-Trasport).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Il-kuntratt ingħata lil konsorzju ta’ fornituri ta’ servizzi li jikkonsisti f’Sol‑Data SA (li iktar tard biddlet isimha għal SIXENSE Soldata) u HUNGEOD Kft. Fl‑<DATE ISO="20060301">1 ta’ Marzu 2006</DATE>, l-awtorità kontraenti kkonkludiet kuntratt pubbliku mal-membri ta’ Sol‑Data – Hungeod Konzorcium.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20091005">5 ta’ Ottubru 2009</DATE>, il-partijiet biddlu l-kuntratt, peress li ddikjaraw li rriżultaw ċirkustanzi imprevedibbli. Fit‑<DATE ISO="20091118">18 ta’ Novembru 2009</DATE>, ġie ppubblikat avviż tat-tibdil tal-kuntratt fil-Közbeszerzési Értesítő (il-Ġurnal tal-Kuntratti Pubbliċi).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Skont id-deċiżjoni tar-rinviju, proċedura ta’ reviżjoni rigward it-tibdil tal-kuntratt ma’ Sol‑Data SA u HUNGEOD Kft. inbdiet <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> mill-Az Európai Támogatásokat Auditáló Főigazgatóság (id-Direttorat Ġenerali għall-Awditu ta’ Għajnuna Ewropea, l-Ungerija). Madankollu, fid‑<DATE ISO="20101109">9 ta’ Novembru 2010</DATE>, il-Bord tal-Arbitraġġ ċaħad dan ir-rikors ta’ reviżjoni bħala tardiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20170529">29 ta’ Mejju 2017</DATE>, il-President tal-AKP, l-intervenjent insostenn tal-Bord tal-Arbitraġġ, fetaħ proċedura <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, konformement mal-Artikolu 153(1)(c) tal-Liġi tal‑2015 dwar il-Kuntratti Pubbliċi, kontra HUNGEOD Kft., Sol‑Sata u l-awtorità kontraenti (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>rikorrenti<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>). Fil-fehma tiegħu, bit-tibdil tal-kuntratt inkwistjoni, ir-rikorrenti kisru l-Artikolu 303(1) tal-Liġi tal‑2003 dwar il-Kuntratti Pubbliċi minħabba li l-kundizzjonijiet għat-tibdil stabbiliti f’din id-dispożizzjoni ma ġewx issodisfatti. Il-President tal-AKP identifika d-data tat-tibdil tal-kuntratt, jiġifieri l‑<DATE ISO="20091005">5 ta’ Ottubru 2009</DATE>, bħala d-data tal-ksur. Madankollu, huwa kkomunika t‑<DATE ISO="20170330">30 ta’ Marzu 2017</DATE> bħala d-data li fiha huwa sar jaf bil-ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20170803">3 ta’ Awwissu 2017</DATE>, fid-deċiżjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-Bord tal-Arbitraġġ ikkonstata li r-rikorrenti kisru l-Artikolu 303 tal-Liġi tal‑2003 dwar il-Kuntratti Pubbliċi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni tiegħu, qabel il-konstatazzjoni tiegħu fuq il-merti, il-Bord tal-Arbitraġġ ċaħad oġġezzjoni proċedurali rigward il-kwistjoni dwar jekk il-President tal-AKP bediex il-proċedura fil-ħin. Skont il-Bord tal-Arbitraġġ, filwaqt li l-Liġi tal‑2003 dwar il-Kuntratti Pubbliċi kienet applikabbli għall-mertu tal-kawża, il-Liġi tal‑2015 dwar il-Kuntratti Pubbliċi kienet tapplika sa fejn il-proċedura kienet ikkonċernata. It-tieni sentenza tal-Artikolu 197(1) tal-Liġi tal‑2015 dwar il-Kuntratti Pubbliċi tipprevedi, bħala dispożizzjoni tranżitorja, li huwa neċessarju li tiġi applikata, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, il-Liġi tal‑2015 dwar il-Kuntratti Pubbliċi għas-sorveljanza ta’ tibdil ta’ kuntratti konklużi wara proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi li jkunu nbdew qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din il-liġi, u li jiġi applikat il-kapitolu ta’ din il-liġi rigward ir-regoli li jirregolaw proċeduri ta’ reviżjoni għal proċeduri ta’ reviżjoni relatati mas-sorveljanza ta’ dawn it-tibdiliet. Konsegwentement, il-Bord tal-Arbitraġġ ma kkunsidrax li r-rikorrenti setgħu jinvokaw il-prinċipji ta’ nuqqas ta’ retroattività u ta’ ċertezza legali. Għalhekk, huwa ġustament li l-President tal-AKP beda r-reviżjoni fit-termini stabbiliti fl-Artikolu 152(2) tal-Liġi tal‑2015 dwar il-Kuntratti Pubbliċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Il-Bord tal-Arbitraġġ ikkonstata wkoll li parti sinjifikattiva tal-proġett inkwistjoni, u tat-tibdil tal-kuntratt inkwistjoni, twettqet b’finanzjament mill-Unjoni, u għaldaqstant taqa’ taħt id-Digriet Nru 4/2001. Il-Bord tal-Arbitraġġ ikkonstata li kien neċessarju li jiġi applikat l-Artikolu 80(3) ta’ dan id-digriet għat-tibdil tal-kuntratt inkwistjoni. Għaldaqstant, it-terminu li fih organu jista’ jiftaħ proċedura <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> kellu jiskadi fil‑<DATE ISO="20201231">31 ta’ Diċembru 2020</DATE>. Minn dan jirriżulta li l-President tal-AKP osserva dan it-terminu meta beda l-proċedura <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> fid‑<DATE ISO="20170529">29 ta’ Mejju 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Bħala konsegwenza tal-konstatazzjoni tal-ksur, il-Bord tal-Arbitraġġ impona multa fuq l-awtorità kontraenti fl-ammont ta’ <FT TYPE="NUMBER">25000000</FT> forint Ungeriż (HUF). Huwa impona wkoll multa fl-ammont ta’ HUF <FT TYPE="NUMBER">5000000</FT> fuq HUNGEOD Kft. u SIXENSE Soldata <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti kkontestaw id-deċiżjoni tal-Bord tal-Arbitraġġ quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Fővárosi Törvényszék (il-Qorti tal-Belt ta’ Budapest, l-Ungerija). Minħabba d-dubji li kellha rigward l-interpretazzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni, il-qorti tar-rinviju ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikoli 41(1) u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-premessi 2, 25, 27 u 36 tad-[Direttiva 2007/66], l-Artikolu 1(1) u (3) tad-[Direttiva 92/13], u, f’dan il-kuntest, il-prinċipju ta’ ċertezza legali, bħala prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, u r-rekwiżit ta’ effettività u ċelerità tar-rimedji disponibbli fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi fil-konfront tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kontraenti għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, inkonnessjoni mal-kuntratti pubbliċi konklużi qabel id-dħul fis-seħħ tagħha, ladarba jkunu skadew it-termini ta’ dekadenza għall-preżentata ta’ rikors stabbiliti fil-leġiżlazzjoni preċedenti tal-Istat Membru sabiex jiġi investigat il-ksur fil-qasam tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi mwettaq qabel id-dħul fis-seħħ tal-imsemmija leġiżlazzjoni, tawtorizza b’mod ġenerali lill-awtorità (ta’ superviżjoni) kompetenti sabiex din tistitwixxi, fit-terminu stabbilit fl-imsemmija leġiżlazzjoni, proċedura sabiex jiġi investigat ksur partikolari fil-qasam tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi u li tagħti deċiżjoni fuq il-mertu u, b’konsegwenza ta’ dan, li tiddikjara li twettaq ksur, timponi sanzjoni fil-qasam tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi u tapplika l-konsegwenzi tan-nullità tal-kuntratt?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jistgħu jiġu applikati l-liġijiet u l-prinċipji li hemm riferiment għalihom fl-ewwel domanda — minbarra għall-eżerċizzju [kif ukoll l-eżerċizzju] effettiv tad-dritt (suġġettiv u personali) għal rimedju li għandhom il-persuni kkonċernati mill-għoti tal-kuntratt pubbliku — għad-dritt li tiġi istitwita u żvolġuta proċedura ta’ reviżjoni li għandhom l-awtoritajiet (ta’ superviżjoni) stabbiliti mill-ordinament ġuridiku tal-Istat Membru, li għandhom il-fakultà jindividwaw u jinvestigaw <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> ksur fil-qasam tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi u li għandhom l-għan li jiddefendu l-interess pubbliku?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="8"?><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 99(1) u (2) tad-[Direttiva 2014/25] jista’ jiġi dedott li, permezz tal-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni ġdida, id-dritt tal-Istat Membru jista’ — sabiex jiddefendi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni fil-qasam tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi — jawtorizza b’mod ġenerali lill-awtoritajiet (ta’ superviżjoni), li għandhom il-fakultà mogħtija lilhom mill-ordinament ġuridiku tal-Istat Membru sabiex jindividwaw u jinvestigaw <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> ksur fil-qasam tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi u li għandhom l-għan li jiddefendu l-interess pubbliku, sabiex jinvestigaw ksur fil-qasam tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi mwettaq qabel id-dħul fis-seħħ tal-imsemmija leġiżlazzjoni u sabiex jistitwixxu u jiżvolġu proċedura, minkejja jkunu diġà skadew it-termini ta’ dekadenza skont il-leġiżlazzjoni preċedenti?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Sabiex tiġi evalwata — filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-liġijiet u l-prinċipji li hemm riferiment għalihom fl-ewwel domanda — il-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni tal-fakultà ta’ investigazzjoni mogħtija lill-awtoritajiet (ta’ superviżjoni) kif deskritta fl-ewwel u fit-tielet domanda, huwa rilevanti liema kienu dawk il-lakuni legali, leġiżlattivi, tekniċi u strutturali jew l-ostakoli ta’ xi tip ieħor li minħabba fihom ma kienx ġie investigat il-ksur fil-qasam tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi fil-mument li dan kien twettaq?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>L-Artikoli 41(1) u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-premessi 2, 25, 27 u 36 tad-[Direttiva 2007/66], l-Artikolu 1(1) u (3) tad-[Direttiva 92/13] u, f’dan il-kuntest, il-prinċipju ta’ ċertezza legali, bħala prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, u r-rekwiżit ta’ effettività u ċelerità tar-rimedji disponibbli fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi fil-konfront tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kontraenti u l-prinċipju ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li — inkluż jekk, fid-dawl ta’ dawn il-prinċipji, tista’ tingħata l-fakultà li hemm riferiment għaliha fl-ewwel u fir-raba’ domanda lill-awtoritajiet (ta’ superviżjoni), li għandhom il-fakultà mogħtija lilhom mill-ordinament ġuridiku tal-Istat Membru sabiex jindividwaw u jinvestigaw <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> ksur fil-qasam tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi u li għandhom l-għan li jiddefendu l-interess pubbliku — il-qorti nazzjonali tista’ tevalwa n-natura raġonevoli u l-proporzjonalità tal-perijodu ta’ żmien li jkun iddekorra bejn it-twettiq tal-ksur, l-iskadenza tat-terminu ta’ dekadenza għall-preżentata tar-rikors previst preċedentement u l-bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni tal-ksur u minn dan tiddeduċi l-konsegwenza legali tal-ineffikaċja tad-deċiżjoni kkontestata jew xi konsegwenza oħra stabbilita mid-dritt tal-Istat Membru?<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-Kawża C‑497/18</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20090703">3 ta’ Lulju 2009</DATE>, l-awtorità kontraenti ppubblikat sejħa għal offerti f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> għall-finijiet tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>provvista ta’ servizzi li jeħtieġu għarfien rigward il-ġestjoni tal-proġett DBR matul l-ewwel stadju ta’ kostruzzjoni tal-Linja 4 tal-Metro<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>. Il-valur stmat tal-kuntratt (HUF <FT TYPE="NUMBER">90000000</FT> matul perijodu ta’ 3 snin) eċċeda l-limiti tal-Komunità (UE). Il-proġett irċieva finanzjament mill-Unjoni (taħt il-Programm Operazzjonali għat-Trasport).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Il-kuntratt pubbliku ngħata lil Matrics Consult Ltd. L-awtorità kontraenti kkonkludiet il-kuntratt fl‑<DATE ISO="20090514">14 ta’ Mejju 2009</DATE>. Hija xoljiet il-kuntratt fis‑<DATE ISO="20111116">16 ta’ Novembru 2011</DATE>, b’effett mill‑<DATE ISO="20111231">31 ta’ Diċembru 2011</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20170530">30 ta’ Mejju 2017</DATE>, il-President tal-AKP beda proċedura <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, konformement mal-Artikolu 153(1)(c) tal-Liġi tal‑2015 dwar il-Kuntratti Pubbliċi, kontra l-awtorità kontraenti u Matrics Consult Ltd, sabiex jiġi ddikjarat li r-regoli tal-kuntratti pubbliċi nkisru u tiġi imposta multa. Minkejja li l-partijiet ma biddlux bil-miktub il-kuntratt inkwistjoni, fil-parti l-kbira dawn ma kinux konformi mal-kundizzjonijiet ta’ ħlas stabbiliti fil-mument tas-sottomissjoni tal-offerta u li ġew inklużi fil-kuntratt, bħala riżultat tal-aġir tagħhom fil-ħlas tal-fatturi u fl-għoti ta’ ċertifikati ta’ twettiq. Dawn it-tibdiliet tqiesu bħala tibdil fil-kuntratt li jirriżulta fi ksur tal-Artikolu 303(1) tal-Liġi tal‑2003 dwar il-Kuntratti Pubbliċi minħabba li l-kundizzjonijiet għat-tibdil kuntrattwali stabbiliti f’dan l-artikolu ma<?PAGE NO="9"?> ġewx issodisfatti. Fir-rikors ta’ reviżjoni tiegħu, il-President tal-AKP ikkomunika t‑<DATE ISO="20100208">8 ta’ Frar 2010</DATE> bħala d-data tal-ksur, jiġifieri d-data li fiha tħallset il-fattura, li l-ħlas tagħha wassal lill-partijiet sabiex jeċċedu l-ammont tal-korrispettiv maqbul fil-kuntratt. Id-data meta l-President tal-AKP sar jaf bil-ksur kienet il‑<DATE ISO="20170331">31 ta’ Marzu 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20170818">18 ta’ Awwissu 2017</DATE>, il-Bord tal-Arbitraġġ ikkonstata li l-awtorità kontraenti u Matrics Consult Ltd kisru l-Artikolu 303 tal-Liġi tal‑2003 dwar il-Kuntratti Pubbliċi billi illegalment biddlu l-kuntratt relatat ma’ proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi li kienu kkonkludew. Il-Bord tal-Arbitraġġ impona multa fuq l-awtorità kontraenti fl-ammont ta’ HUF <FT TYPE="NUMBER">27000000</FT> u multa fl-ammont ta’ HUF <FT TYPE="NUMBER">13000000</FT> fuq Matrics Consult Ltd.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Qabel ma għamel din il-konstatazzjoni fuq il-mertu, il-Bord tal-Arbitraġġ ċaħad oġġezzjoni proċedurali rigward jekk il-bidu tal-proċedura ta’ reviżjoni mill-President tal-AKP sarx fit-termini applikabbli. Il-Bord tal-Arbitraġġ ikkunsidra li d-dispożizzjonijiet rigward it-termini stabbiliti fil-Liġi tal‑2015 dwar il-Kuntratti Pubbliċi kienu applikabbli għat-tibdil <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> tal-kuntratt li seħħ qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din il-liġi, li jfisser li l-partijiet fil-kuntratt ma setgħux jinvokaw il-prinċipji ta’ nuqqas ta’ retroattività u ċertezza legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>L-awtorità kontraenti kkontestat id-deċiżjoni tal-Bord tal-Arbitraġġ quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Fővárosi Törvényszék (il-Qorti tal-Belt ta’ Budapest). Din il-qorti ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikoli 41(1) u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-premessi 2, 25, 27 u 36 tad-[Direttiva 2007/66], l-Artikolu 1(1) u (3) tad-[Direttiva 89/665] u, f’dan il-kuntest, il-prinċipju ta’ ċertezza legali, bħala prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, u r-rekwiżit ta’ effettività u ċelerità tar-rimedji disponibbli fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi fil-konfront tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kontraenti għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, inkonnessjoni mal-kuntratti pubbliċi konklużi qabel id-dħul fis-seħħ tagħha, ladarba jkunu skadew it-termini ta’ dekadenza għall-preżentata ta’ rikors stabbiliti fil-leġiżlazzjoni preċedenti tal-Istat Membru sabiex jiġi investigat il-ksur fil-qasam tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi mwettaq qabel id-dħul fis-seħħ tal-imsemmija leġiżlazzjoni, tawtorizza b’mod ġenerali lill-awtorità (ta’ superviżjoni) kompetenti sabiex din tistitwixxi, fit-terminu stabbilit fl-imsemmija leġiżlazzjoni, proċedura sabiex jiġi investigat ksur partikolari fil-qasam tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi u, b’konsegwenza ta’ dan, li tiddikjara li twettaq ksur, timponi sanzjoni fil-qasam tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi u tapplika l-konsegwenzi tan-nullità tal-kuntratt pubbliku?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jistgħu jiġu applikati l-liġijiet u l-prinċipji li hemm riferiment għalihom fl-ewwel domanda — minbarra għall-eżerċizzju [kif ukoll l-eżerċizzju] effettiv tad-dritt (suġġettiv u personali) għal rimedju li għandhom il-persuni kkonċernati mill-għoti tal-kuntratt pubbliku — għad-dritt li tiġi istitwita u żvolġuta proċedura ta’ reviżjoni li għandhom l-awtoritajiet (ta’ superviżjoni) stabbiliti mill-ordinament ġuridiku tal-Istat Membru, li għandhom il-fakultà jindividwaw u jinvestigaw <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> ksur fil-qasam tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi u li għandhom l-għan li jiddefendu l-interess pubbliku?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 99[83](1) u (2) tad-[Direttiva 2014/24] jista’ jiġi dedott li, permezz tal-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni ġdida, id-dritt tal-Istat Membru jista’ — sabiex jiddefendi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni fil-qasam tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi — jawtorizza b’mod ġenerali lill-awtoritajiet (ta’ superviżjoni), li għandhom il-fakultà mogħtija lilhom mill-ordinament ġuridiku tal-Istat Membru sabiex jindividwaw u jinvestigaw <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> ksur fil-qasam tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi u li għandhom l-għan li jiddefendu l-interess pubbliku, sabiex jinvestigaw ksur fil-qasam tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi mwettaq qabel id-dħul fis-seħħ tal-imsemmija leġiżlazzjoni u sabiex jistitwixxu u jiżvolġu proċedura, minkejja jkunu diġà skadew it-termini ta’ dekadenza skont il-leġiżlazzjoni preċedenti?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="10"?><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Sabiex tiġi evalwata — filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-liġijiet u l-prinċipji li hemm riferiment għalihom fl-ewwel domanda — il-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni tal-fakultà ta’ investigazzjoni mogħtija lill-awtoritajiet (ta’ superviżjoni) kif deskritta fl-ewwel u fit-tielet domanda, huwa rilevanti liema kienu dawk il-lakuni legali, leġiżlattivi, tekniċi u strutturali jew l-ostakoli ta’ xi tip ieħor li minħabba fihom ma kienx ġie investigat il-ksur fil-qasam tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi fil-mument li dan kien twettaq?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>L-Artikoli 41(1) u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-premessi 2, 25, 27 u 36 tad-[Direttiva 2007/66], l-Artikolu 1(1) u (3) tad-[Direttiva 89/665] u, f’dan il-kuntest, il-prinċipju ta’ ċertezza legali, bħala prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, u r-rekwiżit ta’ effettività u ċelerità tar-rimedji disponibbli fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi fil-konfront tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kontraenti u l-prinċipju ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li — inkluż jekk, fid-dawl ta’ dawn il-prinċipji, tista’ tingħata l-fakultà li hemm riferiment għaliha fl-ewwel u fir-raba’ domanda lill-awtoritajiet (ta’ superviżjoni), li għandhom il-fakultà mogħtija lilhom mill-ordinament ġuridiku tal-Istat Membru sabiex jindividwaw u jinvestigaw <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> ksur fil-qasam tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi u li għandhom l-għan li jiddefendu l-interess pubbliku — il-qorti nazzjonali tista’ tevalwa n-natura raġonevoli u l-proporzjonalità tal-perijodu ta’ żmien li jkun iddekorra bejn it-twettiq tal-ksur, l-iskadenza tat-terminu ta’ dekadenza għall-preżentata tar-rikors previst preċedentement u l-bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni tal-ksur u minn dan tiddeduċi l-konsegwenza legali tal-ineffikaċja tad-deċiżjoni kkontestata jew xi konsegwenza oħra stabbilita mid-dritt tal-Istat Membru?<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20180918">18 ta’ Settembru 2018</DATE>, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja għaqqad iż-żewġ kawżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Sottomissjonijiet bil-miktub ġew ippreżentati mill-awtorità kontraenti, mill-Bord tal-Arbitraġġ, mill-President tal-AKP, mill-Gvern Ungeriż u mill-Kummissjoni Ewropea. Kollha kemm huma għamlu sottomissjonijiet orali fis-seduta li nżammet fl‑<DATE ISO="20190904">4 ta’ Settembru 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Dawn il-konklużjonijiet huma strutturati kif ġej. Ser nibda b’diversi rimarki introduttorji dwar il-partikolaritajiet tas-sistema Ungeriża ta’ reviżjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> ta’ kuntratti pubbliċi minn awtoritajiet pubbliċi. Huwa neċessarju wkoll li jiġu ddeterminati, qabel kollox, ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni applikabbli għal din il-kawża, u li d-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju jiġu fformulati mill-ġdid (A). Sussegwentement, ser nindirizza t-tieni domanda dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttivi 89/665 u 92/13 (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>Direttivi dwar Rimedji<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>), kif emendati bid-Direttiva 2007/66, u d-Direttivi 2014/24 u 2014/25: reviżjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> ta’ kuntratti pubbliċi mibdija minn awtoritajiet pubbliċi jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn id-direttivi? (B). Sussegwentement, ser nittratta l-ewwel, it-tielet u r-raba’ domanda, li ser nevalwahom flimkien, minħabba li kollha huma relatati essenzjalment mal-istess kwistjoni: id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ ċertezza legali, jipprekludi l-bidu <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> ta’ dawn ir-reviżjonijiet <HT TYPE="ITALIC">wara</HT> l-iskadenza tat-termini għar-reviżjoni, stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ fil-mument tat-tibdil allegatament illegali tal-kuntratti? (C). Finalment, ser nikkonkludi bil-ħames domanda dwar is-setgħa tal-qrati nazzjonali fir-rigward tal-evalwazzjoni ta’ ksur potenzjali magħmula <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> minn awtoritajiet pubbliċi nazzjonali (D).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Kunsiderazzjonijiet preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Is-sistema Ungeriża ta’ reviżjoni fi kwistjonijiet ta’ kuntratti pubbliċi u l-kawżi inkwistjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Id-dritt Ungeriż jipprevedi żewġ tipi ta’ reviżjoni ta’ kuntratti pubbliċi, skont l-identità tal-persuna li tibda r-reviżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Minn naħa waħda, reviżjoni tista’ tintalab minn persuni li għandhom <HT TYPE="ITALIC">interess suġġettiv</HT> (fis-sens ta’ interess reali u individwali) fil-kuntratt pubbliku inkwistjoni, bħall-offerent rebbieħ, l-offerenti (attwalment jew potenzjalment) telliefa, jew anki l-awtorità kontraenti rilevanti. Dan it-tip ta’ reviżjoni jiffaċilita l-infurzar <HT TYPE="ITALIC">privat</HT> tar-regoli ta’ kuntratti pubbliċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, id-dritt Ungeriż jipprevedi wkoll reviżjonijiet li jistgħu jinbdew <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> minn numru ta’ awtoritajiet pubbliċi inkarigati sabiex jipproteġu l-<HT TYPE="ITALIC">interess ġenerali</HT>, inkluż pereżempju, il-protezzjoni tal-prinċipju ta’ legalità u/jew is-sorveljanza tal-użu ta’ fondi pubbliċi. Dan it-tip ta’ reviżjoni jirrappreżenta l-infurzar <HT TYPE="ITALIC">pubbliku</HT> tar-regoli ta’ kuntratti pubbliċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Il-President tal-AKP huwa wieħed minn dawn l-awtoritajiet pubbliċi. Huwa għandu d-dritt jibda proċedura <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> skont l-Artikolu 153(1) tal-Liġi tal‑2015 dwar il-Kuntratti Pubbliċi. Ladarba din ir-reviżjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tinbeda, sussegwentement ikun il-Bord tal-Arbitraġġ li għandu jwettaq ir-reviżjoni kemm fir-rigward tal-ammissibbiltà, kif ukoll tal-mertu. Meta jiġi kkonstatat ksur ta’ regoli ta’ kuntratti pubbliċi, il-Bord tal-Arbitraġġ jista’ jimponi multa fuq il-persuni responsabbli għall-ksur. L-impożizzjoni ta’ multa jidher li hija mandatorja meta l-konstatazzjoni ta’ ksur tirriżulta minn reviżjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> miftuħa mill-President tal-AKP skont l-Artikolu 153 tal-Liġi tal‑2015 dwar il-Kuntratti Pubbliċi. Barra minn hekk, fis-seduta ġie spjegat li l-konstatazzjoni ta’ ksur tista’ twassal ukoll għall-annullament tal-kuntratt, iżda esklużivament wara deċiżjoni ta’ qorti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Fil-kawżi inkwistjoni, il-President tal-AKP beda reviżjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tat-tibdiliet taż-żewġ kuntratti pubbliċi inkwistjoni. It-tibdiliet seħħew fl‑2009 u fl‑2010 rispettivament. Fil-mument tat-tibdiliet, il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli kienet il-Liġi tal‑2003 dwar il-Kuntratti Pubbliċi. Madankollu, id-dispożizzjonijiet tranżitorji tal-Liġi tal‑2015 dwar il-Kuntratti Pubbliċi (fl-Artikolu 197) ġew interpretati b’tali mod li d-dispożizzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">proċedurali</HT> ta’ din il-liġi japplikaw għat-tibdiliet tal-kuntratti pubbliċi li twettqu <HT TYPE="ITALIC">qabel</HT> ma daħlet fis-seħħ dik il-liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Skont dan ir-raġunament, il-President tal-AKP ressaq reviżjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> quddiem il-Bord tal-Arbitraġġ fl‑2017, jiġifieri, seba’ u tmien snin rispettivament wara li twettaq il-ksur allegat. F’dan il-mument, it-termini għar-reviżjoni stabbiliti mil-Liġi tal‑2003 dwar il-Kuntratti Pubbliċi kienu diġà skadew. Il-President tal-AKP iġġustifika dawn ir-reviżjonijiet allegatament tardivi bil-fatt li kien biss fl‑2017 li huwa sar jaf dwar il-ksur inkwistjoni. Sussegwentement, il-Bord tal-Arbitraġġ evalwa jekk ir-reviżjonijiet kinux inbdew fil-ħin b’riferiment għal-Liġi tal‑2015 dwar il-Kuntratti Pubbliċi u kkonkluda li hekk kien sar. Fiż-żewġ kawżi, il-Bord tal-Arbitraġġ finalment impona l-multi kkontestati kemm fuq l-awtorità kontraenti, kif ukoll fuq l-offerenti. Madankollu, la l-kuntratti u lanqas it-tibdiliet allegatament illegali ma ġew iddikjarati nulli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Huwa f’dan l-isfond fattwali u proċedurali li l-qorti tar-rinviju għamlet sett ta’ domandi lill-Qorti tal-Ġustizzja. Ma hijiex il-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tinterpreta l-kuntest nazzjonali leġiżlattiv u l-isfond proċedurali pjuttost kumplessi. Madankollu, nixtieq nenfasizza żewġ punti li jidher li ma ġewx ikkontestati u li dawn il-konklużjonijiet jieħdu bħala punti tat-tluq.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, kemm il-Liġi tal‑2003 dwar il-Kuntratti Pubbliċi, kif ukoll il-Liġi tal‑2015 dwar il-Kuntratti Pubbliċi jinkludu termini li l-awtorità li hija intitolata tiftaħ reviżjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> għandha taġixxi fihom. Nifhem li dawn ir-regoli huma inklużi fl-Artikolu 327(2) tal-Liġi tal‑2003 dwar il-Kuntratti Pubbliċi u fl-Artikolu 152(2) tal-Liġi tal‑2015 dwar il-Kuntratti Pubbliċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Riprodotti iktar ’il fuq, fil-punti 12 u 15 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. L-istruttura taż-żewġ dispożizzjonijiet hija simili. It-tnejn li huma jinkludu taħlita ta’ termini ta’ preskrizzjoni suġġettivi u oġġettivi. Madankollu, dak li nbidel bejn l-iterazzjonijiet tal‑2003 u tal‑2015 ta’ dawn id-dispożizzjonijiet kien it-tul tat-termini ta’ preskrizzjoni, li ġew iktar minn irduppjati permezz tal-Liġi tal‑2015 dwar il-Kuntratti Pubbliċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>It-tieni nett, u fil-fehma tiegħi fatt pjuttost importanti, il-qorti tar-rinviju tiddikjara, mingħajr ma tiġi kontradetta fuq dan il-punt minn ebda parti f’dawn il-proċeduri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>L-argument sostnut mill-President tal-AKP u l-Bord tal-Arbitraġġ, diġà msemmi iktar ’il fuq fil-punti 26, 34 u 44, jidher li huwa ta’ natura differenti, jiġifieri li għal reviżjonijiet miftuħa wara l‑2015, it-termini tal-Liġi tal‑2015 dwar il-Kuntratti Pubbliċi jsiru applikabbli, inkluż għal tibdiliet ta’ kuntratti pubbliċi mwettqa qabel l‑2015.</P></NOTE>, li t-termini għal reviżjoni li kienu fis-seħħ u applikabbli fil-mument tat-tibdiliet kienu diġà skadew qabel ma l-Liġi tal‑2015 dwar il-Kuntratti Pubbliċi daħlet fis-seħħ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Kif ġie nnotat iktar ’il fuq f’punt 23 ta’ dawn il-konklużjonijiet, fil-Kawża C‑496/18, proċedura ta’ reviżjoni li tirrigwarda l-emenda tal-kuntratt ma’ Sol‑Data SA u HUNGEOD Kft. inbdiet <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> minn awtorità pubblika Ungeriża oħra, jiġifieri d-Direttorat Ġenerali għall-Awditu ta’ Għajnuna Ewropea. Madankollu, fid‑<DATE ISO="20101109">9 ta’ Novembru 2010</DATE>, il-Bord tal-Arbitraġġ ċaħad dan ir-rikors bħala tardiv. Nista’ nassumi biss li dan sar bl-applikazzjoni tat-terminu applikabbli f’dak iż-żmien (fl‑2010) li jirriżulta mil-Liġi tal‑2003 dwar il-Kuntratti Pubbliċi.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u l-formulazzjoni mill-ġdid tad-domandi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>F’kull waħda mill-kawżi magħquda, il-qorti tar-rinviju tagħmel ħames domandi kważi identiċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>L-unika differenza bejniethom tinsab fil-fatt li japplikaw direttivi differenti dwar kuntratti pubbliċi. Fil-Kawża C‑496/18 japplikaw id-Direttiva 92/13 u l-Artikolu 99 tad-Direttiva 2014/25, filwaqt li fil-Kawża C‑497/18 japplikaw id-Direttiva 89/665 u d-Direttiva 2014/24.</P></NOTE>. Sfortunatament, il-formulazzjoni ta’ dawn id-domandi ma hijiex ċara ħafna. Il-kontenut tagħhom joħloq ukoll sovrappożizzjoni sa ċertu punt. Għalhekk, hija meħtieġa ċerta formulazzjoni mill-ġdid sabiex il-qorti tar-rinviju tiġi pprovduta b’risposta utli fid-dawl tal-kuntest fattwali u legali tal-kawżi preżenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Qabel ma jsir dan, hija meħtieġa nota dwar ir-regoli rilevanti tad-dritt tal-Unjoni. Il-qorti tar-rinviju tiċċita fid-domandi tagħha numru ta’ dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>), u ta’ diversi direttivi dwar kuntratti pubbliċi, flimkien ma’ ċerti prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni. Madankollu, jidher li dawk rilevanti bis-sħiħ għal dawn il-kawżi huma biss ftit. Min-naħa l-oħra, regoli oħra tad-dritt tal-Unjoni li għalihom ma jsirx riferiment jistgħu fil-fatt ikunu rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ma naħsibx li l-Artikolu 41 u l-Artikolu 47 tal-Karta huma rilevanti għal dawn il-kawżi. L-Artikolu 41, rigward id-dritt għal amministrazzjoni tajba, huwa indirizzat biss lill-istituzzjonijiet, lill-korpi u lill-organi tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara s-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111221">21 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Cicala</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑482/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:868">EU:C:2011:868</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140717">17 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>YS <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑141/12 u C‑372/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2081">EU:C:2014:2081</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141105">5 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mukarubega</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑166/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2336">EU:C:2014:2336</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>WebMindLicenses</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑419/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:832">EU:C:2015:832</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0083">83</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); u tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170309">9 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Doux</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑141/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:188">EU:C:2017:188</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. B’mod simili, l-Artikolu 47 tal-Karta ma huwiex applikabbli għall-kawżi inkwistjoni. Meta ssemmi dan l-artikolu, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk il-bidu ta’ reviżjoni, seba’ jew tmien snin wara t-twettiq tal-ksur allegat, huwiex kompatibbli mar-rekwiżit li jitwettqu proċeduri legali f’terminu raġonevoli. Madankollu, dwar il-fatti tal-kawżi inkwistjoni, id-dritt għal rimedju effettiv <HT TYPE="ITALIC">quddiem qorti</HT> fis-sens tal-Artikolu 47 ma jidhirx li huwa kkontestat. Il-kwistjoni vera jidher li hija l-konformità mat-termini ta’ preskrizzjoni minn awtorità amministrattiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>It-tieni nett, fir-rigward tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li ġew invokati mill-qorti tar-rinviju, il-prinċipju ta’ ċertezza legali huwa essenzjali għat-tweġiba tal-ewwel, tat-tielet u tar-raba’ domanda, filwaqt li l-prinċipju ta’ proporzjonalità għandu ċerta rilevanza għall-ħames domanda. Ir-rekwiżit ta’ ċelerità u effettività tar-rimedji kontra d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kontraenti huwa speċifikament imnaqqax fl-Artikolu 1(1) tad-Direttivi dwar Rimedji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>It-tielet nett, minħabba li l-qorti tar-rinviju invokat b’mod ġenerali l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, ser neżamina dan l-aspett tal-kawża fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li ma ġewx invokati mill-qorti tar-rinviju, iżda li ġew diskussi fis-seduta, jiġifieri r-Regolament Nru 2988/95<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95 tat‑<DATE ISO="19951218">18 ta’ Diċembru 1995</DATE> dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340).</P></NOTE> u r-Regolament Nru 1083/2006<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20060711">11 ta’ Lulju 2006</DATE> li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="210" PAGE.FIRST="25" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 210, p. 25</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="239" PAGE.FIRST="248" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 239, p. 248</REF.DOC.OJ>, fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="145" PAGE.FIRST="38" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 145, p. 38</REF.DOC.OJ>, fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="164" PAGE.FIRST="36" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 164, p. 36</REF.DOC.OJ>, u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="301" PAGE.FIRST="40" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 301, p. 40</REF.DOC.OJ>). Dan ir-regolament ġie mħassar fil‑<DATE ISO="20131231">31 ta’ Diċembru 2013</DATE>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-domandi speċifiċi magħmula mill-qorti tar-rinviju, dawn jistgħu, fil-fehma tiegħi, jinġabru mill-ġdid kif ġej.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda, il-qorti tar-rinviju trid, essenzjalment, tiddetermina jekk id-dritt tal-Unjoni – b’mod partikolari d-Direttivi dwar Rimedji, kif emendati notevolment bid-Direttiva 2007/66, u d-Direttivi 2014/24 u 2014/25 – jirregolax jew, b’xi mod, jillimitax il-possibbiltà li awtoritajiet pubbliċi jwettqu reviżjonijiet fl-interess pubbliku. B’mod iktar preċiż, nifhem din id-domanda bħala waħda li qiegħda tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar jekk reviżjonijiet bħal dawk inkwistjoni fil-kawżi prinċipali jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ kwalunkwe waħda minn dawn id-direttivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda, il-Qorti tal-Ġustizzja qiegħda tintalab tiddetermina jekk id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali, jippermettix lill-awtoritajiet pubbliċi jibdew reviżjonijiet ta’ tibdiliet ta’ kuntratti pubbliċi – u, jekk ikun il-każ, li jimponu sanzjonijiet – anki jekk it-termini għal dawn ir-reviżjonijiet skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ fil-mument tat-tibdiliet ikunu diġà skadew. It-tielet u r-raba’ domanda jirrigwardaw l-impatt li l-bżonn li jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jista’ jkollu fuq ir-risposta għall-ewwel domanda. Għaldaqstant, l-ewwel, it-tielet u r-raba’ domanda ser jiġu kkunsidrati flimkien.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Il-ħames domanda, min-naħa tagħha, hija rilevanti biss jekk jiġi preżunt li d-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix reviżjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> fiċ-ċirkustanzi tal-kawżi inkwistjoni. F’dan il-każ, id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ proporzjonalità, jagħti s-setgħa lill-qrati nazzjonali sabiex jirrevedu s-sanzjonijiet li ġew imposti?</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">It-tieni domanda</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda, il-qorti tar-rinviju tfittex li tiddetermina jekk id-dritt tal-Unjoni jirregolax jew jillimitax il-possibbiltà li awtoritajiet pubbliċi jaġixxu fl-interess ġenerali sabiex jiftħu reviżjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tat-tibdiliet ta’ kuntratti pubbliċi. B’mod partikolari, dawn ir-reviżjonijiet jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttivi dwar Rimedji, kif emendati bid-Direttiva 2007/66, jew bid-Direttivi 2014/24 u 2014/25?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Skont il-President tal-AKP, id-Direttivi dwar Rimedji ma jirregolawx reviżjonijiet miftuħa fl-interess pubbliku minn awtoritajiet pubbliċi. Huma esklużivament l-Istati Membri li għandhom jadottaw regoli f’dan is-sens. Minn dan jirriżulta li dawn il-kawżi jaqgħu barra l-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Il-Gvern Ungeriż jikkunsidra wkoll li d-dispożizzjonijiet nazzjonali rigward it-termini għall-ftuħ ta’ reviżjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> fl-interess pubbliku ma jimplimentawx id-Direttivi dwar Rimedji, u lanqas ma jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom. Huwa jinvoka l-Artikolu 83 tad-Direttiva 2014/24 u l-Artikolu 99 tad-Direttiva 2014/25 sabiex jispjega li l-prerogattivi tal-awtoritajiet ta’ sorveljanza huma, min-natura tagħhom, fundamentalment differenti mir-reviżjoni li tinsab għad-dispożizzjoni tal-operaturi ekonomiċi b’interess li jiksbu kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet f’dan is-sens, id-Direttivi dwar Rimedji ma jobbligawx lill-Istati Membri sabiex jistabbilixxu, jew jipprekluduhom milli jistabbilixxu, reviżjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kontraenti. Lanqas l-Artikolu 83 tad-Direttiva 2014/24 u l-Artikolu 99 tad-Direttiva 2014/25 ma jirrikjedu li l-Istati Membri jistabbilixxu reviżjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> fl-interess pubbliku. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jipproteġu l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, inkluż il-prinċipju ta’ ċertezza legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Naqbel b’mod ġenerali mal-Kummissjoni. Fil-fehma tiegħi, id-Direttivi dwar Rimedji, id-Direttiva 2014/24 u d-Direttiva 2014/25 la jobbligaw lill-Istati Membri sabiex jipprevedu reviżjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> mibdija minn awtoritajiet pubbliċi fl-interess pubbliku, u lanqas ma jipprekluduhom milli jagħmlu dan. Madankollu, anki jekk dawn ir-reviżjonijiet ma humiex imposti minn dawn id-direttivi, jekk Stat Membru jiddeċiedi li jipprevedi dawn il-mekkaniżmi, huma jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni (<HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT>) ta’ dawn id-direttivi. Għaldaqstant, id-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju, u b’mod partikolari t-tieni domanda, huma ammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Id-Direttivi dwar Rimedji jirrikjedu biss li l-Istati Membri jipprevedu reviżjonijiet <HT TYPE="ITALIC">fuq l-inizjattiva tal-impriżi affettwati</HT>. Fil-fatt, l-Artikolu 1(3) jirrikjedi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri ta’ reviżjoni jkunu disponibbli <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/><HT TYPE="ITALIC">ta’ l-anqas</HT> għal kull persuna li jkollha jew kellha interess li takkwista kuntratt partikolari ta’ provvista pubblika jew xogħlijiet publiċi u li tkun sofriet ħsara jew qiegħda f’riskju li ssofri ħsara minn ksur allegat<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Enfasi miżjuda minni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Il-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tissuġġerixxi li d-Direttivi dwar Rimedji ma jirrikjedux sistema komprensiva ta’ reviżjoni fi kwistjonijiet ta’ kuntratti pubbliċi. Kif iddikjarat il-Qorti tal-Ġustizzja, id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>Direttiva 89/665, kif jirriżulta, b’mod partikolari, mill-Artikolu 1(3) tagħha, ma tipprevedix armonizzazzjoni kompleta tar-regoli nazzjonali rilevanti<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101021">21 ta’ Ottubru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Symvoulio Apochetefseon Lefkosias</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑570/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:621">EU:C:2010:621</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Hija tistabbilixxi rekwiżit minimu (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>tal-inqas<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>) għall-Istati Membri sabiex jipprevedu mekkaniżmu ta’ reviżjoni għal impriżi, u mhux neċessarjament anki għal awtoritajiet pubbliċi li jkunu qegħdin jaġixxu fl-interess pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija kkonfermata wkoll mill-kuntest u l-għan tal-Artikolu 1(3) tad-Direttivi dwar Rimedji, kif emendati bid-Direttiva 2007/66. L-ewwel nett, fir-rigward tal-kuntest ġenerali tal-Artikolu 1(3), il-leġiżlatur tal-Unjoni introduċa mekkaniżmi mmirati sabiex isaħħu l-qafas għal reviżjonijiet <HT TYPE="ITALIC">miftuħa minn impriżi</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>B’mod partikolari, id-Direttiva 2007/66 introduċiet termini u perijodi sospensivi minimi <HT TYPE="ITALIC">għall-benefiċċju tal-offerenti</HT> fi proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi, speċjalment dawk telliefa, sabiex tiġi ggarantita l-effettività tad-dritt tagħhom għal reviżjoni. Ara l-Artikoli 2a(1) u 2c tad-Direttivi dwar Rimedji, kif emendati bid-Direttiva 2007/66.</P></NOTE>. It-tieni nett, fir-rigward tas-sistema u l-għan tad-Direttivi dwar Rimedji, hija ġurisprudenza stabbilita li huma intiżi sabiex jipproteġu lill-offerenti mill-arbitrarjetà tal-awtorità kontraenti, u sabiex jiżguraw l-applikazzjoni effettiva tar-regoli tal-Unjoni fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, b’mod partikolari fi stadju fejn il-ksur ikun għadu jista’ jiġi kkorreġut<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140911">11 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Fastweb</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑19/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2194">EU:C:2014:2194</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150312">12 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>eVigilo</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑538/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:166">EU:C:2015:166</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160915">15 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Star Storage <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑439/14 u C‑488/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:688">EU:C:2016:688</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Minn dan jirriżulta li, minkejja li l-protezzjoni tal-legalità hija ċertament ukoll għan prinċipali tad-Direttivi dwar Rimedji, it-tip ta’ reviżjoni prevista f’dawn id-direttivi sabiex jinkiseb dan l-għan hija b’mod ċar waħda mibdija minn <HT TYPE="ITALIC">operaturi ekonomiċi</HT>, kif issuġġerit ukoll mill-premessa 27 tad-Direttiva 2007/66<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>Peress li din id-Direttiva ssaħħaħ il-proċeduri ta’ reviżjoni nazzjonali, speċjalment fil-każi ta’ għoti dirett illegali, l-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu mħeġġa jagħmlu użu minn dawn il-mekkaniżmi l-ġodda.<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/></P></QUOT.S></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Il-fatt li d-Direttiva 2007/66 tipprevedi wkoll l-hekk imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>mekkaniżmu korrettiv<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara l-Artikolu 3 tad-Direttivi dwar Rimedji.</P></NOTE> ma jibdilx din il-fehma. Skont dan il-mekkaniżmu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa titlob il-korrezzjoni ta’ ksur serju tad-dritt tal-Unjoni li seħħ waqt proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti. Anki jekk dan il-mekkaniżmu jista’ jingħad li jikkonċerna l-infurzar <HT TYPE="ITALIC">pubbliku</HT> tar-regoli ta’ kuntratti pubbliċi, minn dan ma jistax jiġi dedott li d-Direttivi dwar Rimedji, kif emendati mid-Direttiva 2007/66, jirrikjedu l-istabbiliment minn Stati Membri ta’ reviżjonijiet fl-interess pubbliku. Dan il-mekkaniżmu pjuttost juri, <HT TYPE="ITALIC">a contrario</HT>, li d-Direttivi dwar Rimedji ma jipprevedu ebda forma <HT TYPE="ITALIC">oħra</HT> ta’ reviżjoni fl-interess pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Bl-istess mod, l-Artikolu 83 tad-Direttiva 2014/24 u l-Artikolu 99 tad-Direttiva 2014/25, li t-tnejn huma fformulati b’mod identiku, ma jistgħux jiġu interpretati bħala li <HT TYPE="ITALIC">jirrikjedu</HT> li l-Istati Membri jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ reviżjoni fl-interess pubbliku, bħal dak inkwistjoni fil-kawżi prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>L-Artikolu 83 tad-Direttiva 2014/24 u l-Artikolu 99 tad-Direttiva 2014/25 jirrikjedu biss li l-ksur speċifiku jew il-problemi sistemiċi rigward l-applikazzjoni tar-regoli ta’ kuntratti pubbliċi jistgħu jiġu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>indikati<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> lill-qrati jew tribunali jew awtoritajiet jew strutturi xierqa oħrajn. Ma hemm għaldaqstant l-ebda obbligu sabiex jinbdew proċeduri attwali, iżda sempliċement possibbiltà, f’każijiet fejn ksur <HT TYPE="ITALIC">speċifiku</HT> jiġi identifikat. L-inkarigu prinċipali tal-awtoritajiet pubbliċi skont l-Artikolu 83 tad-Direttiva 2014/24 u l-Artikolu 99 tad-Direttiva 2014/25 jidher li pjuttost jinkludi r-rappurtar ta’ problemi <HT TYPE="ITALIC">strutturali</HT> u s-suġġeriment ta’ rimedji xierqa<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara, f’dan is-sens, l-abbozz ta’ proposta tal-Kummissjoni għad-Direttiva 2014/24 (COM (2011) 896 finali, p. 12).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, minkejja li l-Artikolu 83 tad-Direttiva 2014/24 u l-Artikolu 99 tad-Direttiva 2014/25 jippromwovu b’mod ċar l-infurzar <HT TYPE="ITALIC">pubbliku</HT> ta’ regoli ta’ kuntratti pubbliċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Għalhekk jirriflettu t-tendenza li hija wkoll apparenti f’ċerti partijiet tal-istudju akkademiku dwar il-kuntratti pubbliċi, li titlob għal iktar infurzar pubbliku tar-regoli ta’ kuntratti pubbliċi. Ara, pereżempju, Sanchez‑Graells, A., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>‘If it ain’t broke, don’t fix it’? EU requirements of administrative oversight and judicial protection for public contracts<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, f’Folliot Lalliot, L. u Torricelli, S. (edituri), <HT TYPE="ITALIC">Contrôles et contentieux des contrats publics – Oversight and Challenges of public contracts</HT>, Bruylant, Brussell, 2018, p. 495.</P></NOTE>, dawn ma jirrikjedux li l-Istati Membri jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ reviżjoni bħal dawk inkwistjoni fil-kawżi prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li d-Direttivi dwar Rimedji, id-Direttiva 2014/24 u d-Direttiva 2014/25 la jirrikjedu u lanqas jipprekludu li l-Istati Membri jistabbilixxu xi tipi oħrajn ta’ reviżjonijiet, bħal xi reviżjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> mibdija minn awtoritajiet pubbliċi fl-interess tal-legalità u l-protezzjoni tal-fondi pubbliċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Madankollu, jekk dawn il-mekkaniżmi ta’ reviżjoni huma fil-fatt stabbiliti minn Stat Membru, dawn ir-reviżjonijiet, b’mod partikolari l-impatt u l-eżitu tagħhom, xorta jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, sa fejn il-kuntratti pubbliċi jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tad-direttivi dwar kuntratti pubbliċi, it-tibdiliet tagħhom huma rregolati wkoll mid-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080619">19 ta’ Ġunju 2008</DATE>, <NAME.CASE>pressetext Nachrichtenagentur</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑454/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:351">EU:C:2008:351</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160907">7 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Finn Frogne</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑549/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:634">EU:C:2016:634</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll l-Artikolu 72 tad-Direttiva 2014/24 u l-Artikolu 89 tad-Direttiva 2014/25, li huma l-ewwel dispożizzjonijiet komprensivi tad-dritt tal-Unjoni li jittrattaw tibdiliet ta’ kuntratti pubbliċi matul it-terminu tagħhom.</P></NOTE>. Loġikament, reviżjonijiet ta’ dawn it-tibdiliet jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni sa fejn dawn ifittxu li jiżguraw konformità mar-regoli sostantivi ta’ kuntratti pubbliċi tal-Unjoni dwar tibdiliet ta’ kuntratti pubbliċi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>It-tieni nett, bħala argument sussidjarju, it-tip speċifiku ta’ reviżjoni inkwistjoni f’dawn il-kawżi jikkonċerna d-Direttivi 2014/24 u 2014/25. Minkejja li l-Artikoli 83 u 99, rispettivament, ta’ dawn id-direttivi ma <HT TYPE="ITALIC">jirrikjedux</HT> li l-Istati Membri jistabbilixxu reviżjoni bħal dik fil-kawżi prinċipali, tali reviżjonijiet xorta jikkostitwixxu waħda mill-espressjonijiet possibbli (skont id-diskrezzjoni tal-Istati Membri) tal-irwol il-ġdid mogħti lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza mill-Artikolu 83 tad-Direttiva 2014/24 u l-Artikolu 99 tad-Direttiva 2014/25.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Kwalunkwe konklużjoni oħra jkollha l-konsegwenza unika li r-regolament tas-suġġett li fuqu tirrigwarda l-proċedura <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> ta’ reviżjoni pubblika (jiġifieri l-kuntratt pubbliku nnifsu u t-tibdiliet tiegħu) jiġi armonizzat mid-dritt tal-Unjoni, filwaqt li l-konsegwenzi potenzjalment sinjifikattivi tar-reviżjoni (sanzjonijiet imposti fuq l-awtorità kontraenti jew fuq l-offerenti, jew l-annullament tal-kuntratt pubbliku), li jista’ jkollhom impatt fuq il-proċedura sħiħa tal-offerti, jaqgħu kompletament ’il barra minn żona armonizzata b’mod ieħor, esklużivament minħabba li tkun inbdiet minn awtorità pubblika. Huwa diffiċli li dan ikun il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-fatt li ma hemm l-ebda miżura speċifika ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni li tirregola dan it-tip ta’ reviżjoni jfisser li japplikaw biss il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni għal dawn il-proċeduri ta’ reviżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li t-tieni domanda għandha tiġi mwieġba kif ġej: id-Direttivi dwar Rimedji, id-Direttiva 2014/24 u d-Direttiva 2014/25 la jirrikjedu li l-Istati Membri jistabbilixxu, u lanqas ma jipprekluduhom milli jistabbilixxu, reviżjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> minn awtoritajiet pubbliċi tal-ksur allegat ta’ regoli ta’ kuntratti pubbliċi. Madankollu, ladarba jiġu stabbiliti u miftuħa, dawn ir-reviżjonijiet jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel, it-tielet u r-raba’ domanda</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel, tat-tielet u tar-raba’ domanda, il-qorti tar-rinviju tfittex li tkun taf, essenzjalment, jekk id-dritt tal-Unjoni – b’mod partikolari l-prinċipji ġenerali ta’ ċertezza legali u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni – jippermettix lill-awtoritajiet pubbliċi, fuq il-bażi ta’ dispożizzjonijiet li għadhom kif ġew adottati ta’ dritt nazzjonali jew tad-dritt tal-Unjoni, li jibdew reviżjoni ta’ tibdiliet ta’ kuntratt pubbliku – u, jekk ikun il-każ, li jimponu multi – <HT TYPE="ITALIC">anki jekk</HT> it-termini għal reviżjoni skont id-dritt nazzjonali fis-seħħ fil-mument tat-tibdiliet ikunu diġà skadew.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, ir-risposta hija bla dubju <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>le<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-prinċipju tal-Unjoni ta’ ċertezza legali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrikonoxxi li l-Artikolu 83 tad-Direttiva 2014/24 u l-Artikolu 99 tad-Direttiva 2014/25 isaħħu r-rwol tal-awtoritajiet ta’ sorveljanza. Madankollu, hija tistaqsi jekk id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ ċertezza legali, jillimitax is-setgħat mogħtija lilhom, jew jekk l-Artikolu 194 tal-Liġi tal‑2015 dwar il-Kuntratti Pubbliċi, li ttraspona dawn id-dispożizzjonijiet, jistax jiġi invokat sabiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>jinfetħu mill-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> termini li jkunu diġà skadew sabiex ikun jista’ jsir l-eżerċizzju ta’ dawn il-kompetenzi l-ġodda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Skont l-awtorità kontraenti, ir-reviżjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> inkwistjoni fil-kawżi prinċipali jiksru l-prinċipju ta’ ċertezza legali. Anki jekk il-Liġi tal‑2015 dwar il-Kuntratti Pubbliċi ħolqot kompetenzi ġodda għall-awtoritajiet pubbliċi, dan ma jistax, bħala riżultat, jiftaħ mill-ġdid it-termini li kienu diġà skadew.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Skont il-Bord tal-Arbitraġġ, id-dritt Ungeriż jippermetti lill-President tal-AKP perijodu ta’ 60 jum mid-data li fiha huwa jsir jaf bil-ksur sabiex jibda reviżjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>. Din ir-reviżjoni tista’ tinfetaħ sal‑<DATE ISO="20201231">31 ta’ Diċembru 2020</DATE>, li jikkorrispondi għat-tmiem tad-dmir li jibqgħu disponibbli d-dokumenti rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Il-Gvern Ungeriż jirrikonoxxi r-rilevanza tal-prinċipju ta’ ċertezza legali. Dan il-prinċipju jeżiġi li regoli legali jkunu ċari, preċiżi u prevedibbli fl-effetti tagħhom. Madankollu, dan il-gvern huwa tal-fehma li d-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni huma prevedibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, il-prinċipju ta’ ċertezza legali jipprekludi r-reviżjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> ta’ deċiżjoni ta’ awtorità kontraenti, li twassal għall-impożizzjoni ta’ multa, meta t-termini f’dan is-sens ikunu diġà skadew. Termini jistgħu jinfetħu mill-ġdid esklużivament f’ċirkustanzi eċċezzjonali, li ma humiex preżenti fil-kawżi inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, ħlief f’ċirkustanzi eċċezzjonali ħafna, il-prinċipju tal-Unjoni ta’ ċertezza legali jipprekludi l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>ftuħ mill-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> ta’ termini li jkunu diġà skadew.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, bħala kwistjoni ta’ prinċipju, regoli ġodda japplikaw immedjatament għall-<HT TYPE="ITALIC">effetti futuri</HT> ta’ sitwazzjoni li tkun inħolqot taħt ir-regola l-qadima. Dan ikun differenti, u suġġett għall-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività tal-atti ġuridiċi, esklużivament jekk ir-regola l-ġdida jkollha magħha dispożizzjonijiet speċifiċi li jiddeterminaw, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150326">26 ta’ Marzu 2015</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Moravia Gas Storage</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑596/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:203">EU:C:2015:203</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Andersen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑303/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:647">EU:C:2015:647</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190115">15 ta’ Jannar 2019</DATE>, <NAME.CASE>E.B.</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑258/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:17">EU:C:2019:17</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Hija wkoll ġurisprudenza stabbilita li r-regoli proċedurali huma ġeneralment applikabbli għall-proċeduri kollha pendenti fil-mument meta dawn jidħlu fis-seħħ, filwaqt li regoli sostantivi ġeneralment jiġu interpretati bħala mhux applikabbli għal sitwazzjonijiet li seħħew qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19811112">12 ta’ Novembru 1981</DATE>, <NAME.CASE>Meridionale Industria Salumi <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>212/80 sa 217/80</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1981:270">EU:C:1981:270</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0009">9</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20021114">14 ta’ Novembru 2002</DATE>, <NAME.CASE>Ilumitrónica</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑251/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:655">EU:C:2002:655</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata); u tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060309">9 ta’ Marzu 2006</DATE>, <NAME.CASE>Beemsterboer Coldstore Services</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑293/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:162">EU:C:2006:162</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>din l-interpretazzjoni tiżgura l-konformità mal-prinċipji ta’ ċertezza legali u l-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, li permezz tagħhom l-effett tal-leġiżlazzjoni [tal-Unjoni] għandu jkun ċar u prevedibbli għal dawk li huma suġġetti għaliha<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19811112">12 ta’ Novembru 1981</DATE>, <NAME.CASE>Meridionale Industria Salumi <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>212/80 sa 217/80</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1981:270">EU:C:1981:270</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050512">12 ta’ Mejju 2005</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Huhtamaki Dourdan</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑315/03</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:284">EU:C:2005:284</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>B’mod iktar ġenerali, il-prinċipju ta’ ċertezza legali – li huwa wieħed mill-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni – jeħtieġ li r-regoli tad-dritt ikunu ċari u preċiżi u prevedibbli fl-effetti tagħhom, b’mod partikolari meta huma jista’ jkollhom konsegwenzi sfavorevoli fuq l-individwi u l-impriżi, sabiex il-persuni interessati jkunu jistgħu jidderieġu ruħhom f’sitwazzjonijiet u relazzjonijiet legali li huma parti mis-sistema ġuridika tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111208">8 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>France Télécom vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑81/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:811">EU:C:2011:811</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0100">100</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata); tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150611">11 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Berlington Hungary <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑98/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:386">EU:C:2015:386</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata); u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181017">17 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Klohn</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑167/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:833">EU:C:2018:833</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. L-istess prinċipju għandu jiġi osservat meta l-leġiżlatur nazzjonali jadotta leġiżlazzjoni li taqa’ taħt id-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050426">26 ta’ April 2005</DATE>, <NAME.CASE><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>Goed Wonen<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑376/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:251">EU:C:2005:251</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Sa fejn huma kkonċernati t-termini ta’ preskrizzjoni, dawn għandhom jiġu ffissati bil-quddiem sabiex tiġi żgurata ċertezza legali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19700715">15 ta’ Lulju 1970</DATE>, <NAME.CASE>ACF Chemiefarma vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>41/69</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1970:71">EU:C:1970:71</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), dwar is-setgħa tal-Kummissjoni li timponi multi għall-ksur tar-regoli dwar il-kompetizzjoni; tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020711">11 ta’ Lulju 2002</DATE>, <NAME.CASE>Marks &amp; Spencer</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑62/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:435">EU:C:2002:435</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110505">5 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Ze Fu Fleischhandel u Vion Trading</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑201/10 u C‑202/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:282">EU:C:2011:282</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u sabiex tkun suffiċjentement prevedibbli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara, fil-kuntest ta’ termini ta’ preskrizzjoni għall-irkupru ta’ ħlasijiet lura ta’ esportazzjoni rċevuti indebitament, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110505">5 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Ze Fu Fleischhandel u Vion Trading</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑201/10 u C‑202/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:282">EU:C:2011:282</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140917">17 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Cruz &amp; Companhia</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑341/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2230">EU:C:2014:2230</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>F’dawn il-kawżi, ma tinsabx inkwistjoni l-applikazzjoni ta’ regoli <HT TYPE="ITALIC">proċedurali</HT> ġodda għal sitwazzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">kurrenti</HT>. Mingħajr ma rrid niftaħ mill-ġdid id-dibattitu dwar jekk termini ta’ preskrizzjoni humiex regoli proċedurali jew sostantivi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Scialdone</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑574/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:553">EU:C:2017:553</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0145">145</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0166">166</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-punt importanti fil-fehma tiegħi pjuttost huwa li, sa fejn kienu kkonċernati t-termini, is-sitwazzjoni legali ngħalqet (u ġiet preskritta).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>Jista’ jitfakkar ukoll<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Iktar ’il fuq, punti 46 sa 47 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE> li skont il-leġiżlazzjoni preċedentement applikabbli, jiġifieri l-Artikolu 327(2) tal-Liġi tal‑2003 dwar il-Kuntratti Pubbliċi, it-termini (oġġettivi) għal reviżjoni skadew 3 snin wara t-twettiq tal-ksur. Għalhekk, fir-rigward tal-Kawża C‑496/18, huma skadew fl‑<HT TYPE="ITALIC">2012</HT>. Fil-Kawża C‑497/18, il-bidu tar-reviżjoni skadiet fl‑<HT TYPE="ITALIC">2013</HT>. Fl‑<HT TYPE="ITALIC">2015</HT>, l-Artikolu 153(1)(c) il-ġdid tal-Liġi tal‑<HT TYPE="ITALIC">2015</HT> dwar il-Kuntratti Pubbliċi daħal fis-seħħ. Fl‑<HT TYPE="ITALIC">2017</HT>, dawn it-termini l-ġodda ġew invokati bħala li apparentement bdew jgħoddu mill‑2015 u li, għalhekk, jippermettu l-ftuħ mill-ġdid tar-reviżjoni tat-tibdiliet tal-kuntratti pubbliċi inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Minħabba li l-proġetti ta’ kuntratti pubbliċi inkwistjoni rċevew fondi tal-Unjoni, il-Bord tal-Arbitraġġ jikkunsidra li t-termini għal reviżjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jistgħu potenzjalment jestendu sal‑<DATE ISO="20201231">31 ta’ Diċembru 2020</DATE>, jiġifieri 10 u 11‑il-sena, rispettivament, wara li seħħew it-tibdiliet allegatament illegali.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>Jekk l-interpretazzjoni tiegħi ta’ dawn il-fatti u tad-dritt nazzjonali – li finalment it-tnejn li huma għandhom jiġu vverifikati mill-qorti nazzjonali – hija korretta, mela ma hemm, fil-fehma tiegħi, l-ebda sitwazzjoni legali kurrenti li għaliha qegħdin jiġu applikati regoli proċedurali ġodda. Dan huwa każ ta’ <HT TYPE="ITALIC">retroattività vera</HT>. L-għan huwa li jinfetħu mill-ġdid termini diġà skaduti billi tiġi ppromulgata leġiżlazzjoni ġdida li tistabbilixxi termini ġodda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>Li kieku kien aċċettat li, f’ċirkustanzi ordinarji, termini għal reviżjoni li diġà skadew jistgħu jinfetħu mill-ġdid (jew effettivament jerġgħu jinbdew) kull darba li jiġu adottati dispożizzjonijiet nazzjonali ġodda li jinkludu termini ġenerali, dan jista’ jwassal għal sitwazzjoni fejn tibdiliet kuntrattwali jistgħu fil-fatt jiġu rreveduti mingħajr l-ebda limitu ta’ żmien<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ovvjament, f’ċirkustanzi fejn il-fatti rilevanti kollha seħħew snin jew saħansitra deċennji fil-passat. F’dawn il-kawżi, il-fatti rilevanti kollha seħħew waqt li l-Liġi tal‑2003 dwar il-Kuntratti Pubbliċi kienet fis-seħħ. L-uniku avveniment li seħħ waqt li l-Liġi tal‑2015 dwar il-Kuntratti Pubbliċi kienet fis-seħħ kien li l-awtorità rilevanti ddikjarat li hija saret taf (suġġettivament) dwar il-ksur.</P></NOTE>. B’dan il-mod, il-leġiżlazzjoni nazzjonali tista’ terġa’ tibda l-arloġġ mill-ġdid għal dejjem, sempliċement billi tippromulga termini ġodda. Eżitu bħal dan huwa manifestament inaċċettabbli fid-dawl tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92.</NO.P><TXT>L-ebda raġuni konvinċenti ma tressqet (tal-inqas quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja) li tista’ tiġġustifika tali ftuħ mill-ġdid tat-termini u, fil-fatt, retroattività (vera) ta’ regoli ġodda. Tali retroattività hija possibbli biss f’ċirkustanzi eċċezzjonali, esklużivament meta l-għan li jrid jintlaħaq hekk jitlob u meta l-aspettattivi leġittimi tal-persuni kkonċernati jkunu debitament irrispettati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040715">15 ta’ Lulju 2004</DATE>, <NAME.CASE>Gerekens u Procola</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑459/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:454">EU:C:2004:454</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93.</NO.P><TXT>Qabel ma ndur għall-argumenti rigward l-għan wara l-istabbiliment tar-regoli <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> mill-Bord tal-Arbitraġġ u l-Gvern Ungeriż (it-taqsimiet 2, 3 u 4 iktar ’l isfel), ninnota li l-istabbiliment ta’ skadenzi ġodda f’leġiżlazzjoni ġdida applikabbli għal avvenimenti passati, snin wara l-fatt, huwa diffiċli li jitqies prevedibbli jew li jikkonforma mal-aspettattivi leġittimi tal-persuni kkonċernati. Barra<?PAGE NO="19"?> minn hekk, naqbel mal-Kummissjoni li l-Artikolu 197 tal-Liġi tal‑2015 dwar il-Kuntratti Pubbliċi, li jirregola l-applikabbiltà <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> ta’ din il-liġi, huwa nieqes miċ-ċarezza u, għaldaqstant, mill-prevedibbiltà għall-partijiet fil-kuntratti. Għalhekk, din id-dispożizzjoni ma tinkludi xejn li huwa viċin il-livell ta’ ġustifikazzjoni li tkun meħtieġa sabiex tiġi ġġustifikata retroattività (vera).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94.</NO.P><TXT>L-ewwel domanda għandha għalhekk titwieġeb kif ġej: il-prinċipju ta’ ċertezza legali jipprekludi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jippermettu reviżjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tal-ksur tar-regoli ta’ kuntratti pubbliċi li seħħ qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom, f’sitwazzjoni fejn it-termini stabbiliti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli preċedentement ikunu diġà skadew.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-irwol il-ġdid tal-awtoritajiet ta’ sorveljanza skont l-Artikolu 83 tad-Direttiva 2014/24 u l-Artikolu 99 tad-Direttiva 2014/25</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95.</NO.P><TXT>Il-Bord tal-Arbitraġġ isostni li dawn il-kawżi ma humiex dwar il-ftuħ (mill-ġdid) ta’ termini li jkunu diġà skadew skont id-dispożizzjonijiet proċedurali preċedenti fis-seħħ fil-mument tat-tibdiliet, iżda dwar li jiġi permess l-eżerċizzju, fil-kuntest ta’ reviżjoni amministrattiva, ta’ kompetenzi ta’ sorveljanza ġodda stabbiliti fl-Artikolu 83 tad-Direttiva 2014/24 u l-Artikolu 99 tad-Direttiva 2014/25. Il-predeċessur tal-Awtorità tal-Kuntratti Pubbliċi ma kellux din il-kompetenza ta’ reviżjoni. Konsegwentement, il-Liġi tal‑2015 dwar il-Kuntratti Pubbliċi ma tippermettix li jinfetaħ mill-ġdid terminu skadut, iżda tippermetti l-eżerċizzju ta’ <HT TYPE="ITALIC">kompetenza kompletament ġdida</HT>. Il-President tal-AKP u l-Gvern Ungeriż għandhom l-istess fehma b’mod ġenerali, minkejja xi varjazzjonijiet minuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96.</NO.P><TXT>Ikolli nammetti li ninsab perpless ħafna b’dan l-argument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97.</NO.P><TXT>Suġġett għal verifika mill-qorti nazzjonali, jidhirli li l-Liġi tal‑2003 dwar il-Kuntratti Pubbliċi diġà inkludiet il-possibbiltà għal ċerti awtoritajiet pubbliċi sabiex jibdew reviżjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> fl-interess pubbliku<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Ara l-Artikoli 307 u 327 tal-Liġi tal‑2003 dwar il-Kuntratti Pubbliċi.</P></NOTE>. Fil-fatt, ir-riformulazzjoni tal‑2015 tal-liġi rriżultat f’xi emendi għal din il-kompetenza u, b’mod importanti, stabbilixxiet termini ġodda u itwal għall-eżerċizzju tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Iktar ’il fuq, punt 46 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Madankollu, huwa diffiċli li l-kompetenza sabiex jitwettaq dan it-tip ta’ reviżjoni tiġi deskritta bħala ġdida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi nnotat li l-Artikolu 83 tad-Direttiva 2014/24 u l-Artikolu 99 tad-Direttiva 2014/25 ma humiex applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> għal dawn il-kawżi. Iktar minn hekk, kif ġie kkonfermat fis-seduta, dawn id-dispożizzjonijiet ġew trasposti bl-Artikolu 194 tal-Liġi tal‑2015 dwar il-Kuntratti Pubbliċi. Madankollu, ir-reviżjonijiet inkwistjoni fil-kawżi prinċipali nfetħu fuq il-bażi tal-Artikolu 153, mhux tal-Artikolu 194.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99.</NO.P><TXT>Bit-tielet domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi speċifikament jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tistax tiġi affettwata mill-fatt li l-offerti inkwistjoni rċevew sussidji tal-Unjoni. Fi kliem ieħor, kif il-qorti tar-rinviju fformulatha: lil hinn miċ-ċertezza legali, hemm interessi pubbliċi oħrajn, bħall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, li jistgħu jiġġustifikaw ir-reviżjoni ta’ kuntratti pubbliċi wara l-iskadenza tat-terminu f’dan is-sens, potenzjalment sal‑2020<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Ara l-Artikolu 80(3) tad-Digriet 4/2001, kif interpretat mill-Bord tal-Arbitraġġ.</P></NOTE>?</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="20"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tat-tielet domanda, il-qorti tar-rinviju tinvoka l-Artikolu 83 tad-Direttiva 2014/24 u l-Artikolu 99 tad-Direttiva 2014/25. Hija tispjega wkoll li, skont il-Liġi tal‑2015 dwar il-Kuntratti Pubbliċi, it-terminu għar-reviżjoni fl-interess pubbliku ta’ kuntratti pubbliċi mwettqa bl-użu ta’ sussidji tal-Unjoni kien marbut mat-tul tal-obbligu li d-dokumenti jibqgħu disponibbli (b’rabta mas-sussidji tal-Unjoni), sabiex il-leġiżlatura nazzjonali tkun tista’, bħala riżultat, ittawwal dawn it-termini.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101.</NO.P><TXT>Skont l-awtorità kontraenti, il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni tista’ tiġi żgurata b’modi li huma differenti mir-reviżjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> fl-interess pubbliku, pereżempju, permezz ta’ korrezzjonijiet finanzjarji, li huma possibbli fi kwalunkwe mument. Korrezzjonijiet finanzjarji diġà ġew applikati f’dawn il-kawżi, jiġifieri l-impożizzjoni ta’ multi tikkostitwixxi, fil-prattika, it-tieni sanzjoni għall-istess allegat ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102.</NO.P><TXT>Skont il-Bord tal-Arbitraġġ, ir-reviżjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> inkwistjoni huma primarjament immirati sabiex jipproteġu fondi pubbliċi, speċjalment l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103.</NO.P><TXT>Skont il-Gvern Ungeriż, wieħed mill-għanijiet tal-Artikolu 152(2)(c) tal-Liġi tal‑2015 dwar il-Kuntratti Pubbliċi huwa li l-proċedura <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tista’ tinfetaħ fi kwalunkwe mument matul il-perijodu li fih l-Artikolu 90 tar-Regolament Nru 1083/2006 impona l-obbligu li jibqgħu disponibbli d-dokumenti ta’ sostenn kollha dwar l-infiq u l-awditi taħt il-programm operattiv ikkonċernat. Barra minn hekk, l-Artikolu 83 tad-Direttiva 2014/24 u l-Artikolu 99 tad-Direttiva 2014/25 juru l-importanza, minn perspettiva tad-dritt tal-Unjoni, li jkun żgurat li l-infiq pubbliku jiġi ssorveljat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104.</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, il-fatt li ksur ta’ regoli ta’ kuntratti pubbliċi jikkonċerna proġett parzjalment iffinanzjat minn fondi tal-Unjoni ma jirrikjedix li l-Istati Membri jiftħu mill-ġdid it-termini għall-investigazzjoni ta’ dan il-ksur. Anki jekk dawn jagħmlu hekk f’isem il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, l-Istati Membri xorta għandhom ikunu konformi mal-prinċipju ġenerali tal-Unjoni ta’ ċertezza legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105.</NO.P><TXT>Jiena naqbel mal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106.</NO.P><TXT>Għandu jiġi nnotat li l-Artikolu 83 tad-Direttiva 2014/24 u l-Artikolu 99 tad-Direttiva 2014/25 ma humiex direttament rilevanti għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Ċertament, l-abbozzi ta’ proposti għad-direttivi li kienu inizjalment ippreżentati mill-Kummissjoni insistew fuq id-dimensjoni tal-baġit tal-Unjoni fir-rigward ta’ dawn il-proposti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Ara COM (2011) 896 finali, b’mod partikolari l-Artikoli 83(3) u 84(2) tal-abbozz tad-Direttiva 2014/24.</P></NOTE>. Madankollu, fil-verżjonijiet fis-seħħ bħalissa, l-Artikolu 83 tad-Direttiva 2014/24 u l-Artikolu 99 tad-Direttiva 2014/25 ma jsemmux il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-atti tad-dritt sekondarju tal-Unjoni rilevanti pjuttost huma r-Regolament Nru 1083/2006 u r-Regolament Nru 2988/95<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Ara iktar ’il fuq, il-punt 52 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, fir-rigward tal-obbligu, stabbilit mill-Artikolu 90 tar-Regolament Nru 1083/2006, li jibqgħu disponibbli għal ċertu tul ta’ żmien id-dokumenti ta’ sostenn kollha dwar l-infiq, dan ma jinkludix neċessarjament il-possibbiltà li jiġu previsti proċeduri ta’ reviżjoni – u l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet – għal dan l-istess tul ta’ żmien.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109.</NO.P><TXT>Kif ġie ddikjarat tajjeb mill-awtorità kontraenti fis-seduta, termini ta’ preskrizzjoni għall-bidu ta’ reviżjonijiet huma sempliċement differenti minn perijodi li matulhom għandhom jinżammu d-dokumenti. Naturalment, bħala kwistjoni ta’ disinn leġiżlattiv, leġiżlatur nazzjonali (jew tal-Unjoni) jista’ jiddeċiedi li japplika l-istess termini għat-tnejn. Madankollu, għażla bħal din ikollha tiġi prevista b’mod ċar u inekwivoku fil-leġiżlazzjoni applikabbli, minħabba li waħda ma ssegwix awtomatikament<?PAGE NO="21"?> mill-oħra. Bl-istess mod, l-Artikolu 98 tar-Regolament Nru 1083/2006 jirrikjedi biss li l-Istati Membri jinvestigaw irregolaritajiet u jagħmlu l-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa matul dan il-perijodu. Huwa ma jipprevedix reviżjonijiet jew, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT>, sanzjonijiet bħala mezz ta’ rimedju għal irregolaritajiet identifikati fl-użu ta’ fondi tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110.</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni ma tistax tiġi interpretata bħala sempliċement superjuri għall-prinċipju tal-Unjoni ta’ ċertezza legali bħala regola ġenerali. Minflok, il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandha tiġi bbilanċjata mal-prinċipju ta’ ċertezza legali. Dan normalment isir permezz tal-adozzjoni ta’ termini ċari u prevedibbli. Għalhekk, filwaqt li l-importanza tal-protezzjoni ta’ interessi finanzjarji għandha tiġi rrikonoxxuta, f’mument partikolari anki deċiżjonijiet illegali għandhom isiru finali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111.</NO.P><TXT>Mingħajr ma nieħu pożizzjoni dwar l-applikabbiltà tiegħu għal dawn il-kawżi speċifiċi, ir-Regolament Nru 2988/95 iservi bħala <HT TYPE="ITALIC">illustrazzjoni</HT> ta’ dan l-eżerċizzju ta’ bilanċ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Dan ir-regolament jikkostitwixxi l-leġiżlazzjoni ġenerali (għall-kuntrarju ta’ settorjali) dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz ta’ verifiki, miżuri u sanzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">amministrattivi</HT>. Għall-aspett kriminali, ara d-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20170705">5 ta’ Lulju 2017</DATE> dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="198" PAGE.FIRST="29" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 198, p. 29</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95, it-terminu ta’ preskrizzjoni standard għall-proċeduri huwa ta’ 4 snin mill-mument meta tkun twettqet l-irregolarità. It-terminu ta’ preskrizzjoni għandu jiskadi mhux iktar tard mill-jum li fih ikun għadda perijodu ekwivalenti għal darbtejn dak tat-terminu ta’ preskrizzjoni, mingħajr ma l-awtorità kompetenti tkun imponiet multa<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Għandu jiġi nnotat li, skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2017/1371, il-perijodu standard għal reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni huwa ta’ 5 snin.</P></NOTE>. Dan jitqies xieraq sabiex jintlaħaq l-għan tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110505">5 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Ze Fu Fleischhandel u Vion Trading</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑201/10 u C‑202/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:282">EU:C:2011:282</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112.</NO.P><TXT>Dawn id-dispożizzjonijiet juru li, skont id-dritt tal-Unjoni, il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji la tiġġustifika termini li jistgħu jiġu estiżi u lanqas reviżjoni mingħajr limiti temporali. Kif iddikjarat il-Qorti tal-Ġustizzja, anki jekk l-Istati Membri jżommu l-possibbiltà li japplikaw perijodu itwal minn 4 snin, terminu ta’ preskrizzjoni nazzjonali itwal ma għandux, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, imur manifestament lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Fl-evalwazzjoni dwar jekk it-termini ta’ preskrizzjoni humiex raġonevoli, wieħed għandu jħares lejn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>it-tradizzjonijiet legali ta’ dawn l-Istati Membri kif ukoll fuq il-perċezzjoni fl-ordnijiet ġuridiċi rispettivi tagħhom tal-perijodu neċessarju u suffiċjenti sabiex amministrazzjoni diliġenti tkun tista’ tinvestiga irregolaritajiet imwettqa bi ħsara għall-awtoritajiet pubbliċi u għall-baġits nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110505">5 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Ze Fu Fleischhandel u Vion Trading</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑201/10 u C‑202/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:282">EU:C:2011:282</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113.</NO.P><TXT>Għalhekk, sa fejn it-termini ta’ preskrizzjoni nazzjonali huma kkonċernati, fil-fatt hemm riżerva fir-rigward tat-tul ta’ żmien raġonevoli tat-termini <HT TYPE="ITALIC">inizjali</HT>. Il-limitu ta’ barra huwa r-raġonevolezza. Huwa biss jekk it-termini inizjali jkunu tant qosra li jonqsu milli jiggarantixxu l-effettività tar-reviżjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151126">26 ta’ Novembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>MedEval</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑166/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:779">EU:C:2015:779</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Barra minn hekk, hija ġurisprudenza stabbilita li, skont id-Direttivi dwar Rimedji, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>l-iffissar ta’ termini raġonevoli għall-preżentata ta’ rikors taħt piena ta’ dekadenza, bħala prinċipju jissodisfa r-rekwiżit ta’ effettività li tirriżulta mid-[Direttivi dwar Rimedji], sa fejn dan jikkostitwixxi applikazzjoni tal-prinċipju fundamentali ta’ ċertezza legali.<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> Ara, pereżempju, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20021212">12 ta’ Diċembru 2002</DATE>, <NAME.CASE>Universale‑Bau <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑470/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:746">EU:C:2002:746</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100121">21 ta’ Jannar 2010</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Ġermanja</NAME.CASE>, (<NO.CASE>C‑17/09</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:33">EU:C:2010:33</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150312">12 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>eVigilo</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑538/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:166">EU:C:2015:166</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> li tista’ tqum il-kwistjoni tal-adegwatezza tagħhom. Fi kwalunkwe każ, dan il-prinċipju ċertament ma jippermettix awtomatikament ir-retroattività vera jew (wisq inqas) iċ-ċaħda selettiva tal-iskadenzi applikabbli minħabba li l-awtoritajiet amministrattivi ma setgħu għall-ebda raġuni jaġixxu fil-ħin.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="22"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114.</NO.P><TXT>Ma naħsibx li huwa neċessarju, fil-kuntest tal-kawżi prinċipali, li nidħol f’diskussjoni dwar is-sentenza Taricco<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150908">8 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Taricco <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑105/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:555">EU:C:2015:555</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u l-implikazzjonijiet potenzjali għall-kawżi inkwistjoni. Il-fatti ta’ din il-kawża kienu pjuttost differenti minn dawk tal-kawżi inkwistjoni. Is-sentenza Taricco kienet tikkonċerna sanzjonijiet kriminali għal <HT TYPE="ITALIC">frodi tal-VAT</HT> (il-VAT hija riżorsa tal-Unjoni nnifisha), fejn it-termini ta’ preskrizzjoni kienu <HT TYPE="ITALIC">għadhom għaddejjin</HT> meta l-leġiżlazzjoni l-ġdida ġiet adottata. Barra minn hekk, il-kwistjoni prinċipali kienet il-fatt li t-termini ta’ preskrizzjoni kienu <HT TYPE="ITALIC">qosra wisq</HT>, u b’hekk ipprekludew l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet effettivi u dissważivi sabiex tiġi miġġielda l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115.</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, fid-dawl tal-kjarifiki li saru sussegwentement fis-sentenzi fil-kawżi M.A.S u Scialdone<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171205">5 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>M.A.S. u M.B.</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑42/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:936">EU:C:2017:936</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180502">2 ta’ Mejju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Scialdone</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑574/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:295">EU:C:2018:295</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, ma nibqax nikkunsidra s-sentenza Taricco bħala preċedent tajjeb dwar il-punt speċifiku ta’ jekk it-termini li normalment japplikaw jistgħux jiġu skartati fl-isem ta’, u sabiex jiġu protetti, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">4.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Nuqqasijiet fil-proċedura ta’ reviżjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116.</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ domanda, il-qorti tar-rinviju tfittex li tkun taf jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tistax tiġi affettwata mill-fatt li ma kien hemm l-ebda investigazzjoni dwar il-ksur ta’ regoli ta’ kuntratti pubbliċi fil-mument tat-twettiq tal-ksur, u r-raġunijiet potenzjali għal dan in-nuqqas ta’ investigazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117.</NO.P><TXT>Skont il-Bord tal-Arbitraġġ u l-President tal-AKP, kien minħabba n-nuqqasijiet regolatorji fil-Liġi tal‑2003 dwar il-Kuntratti Pubbliċi li ma kienx possibbli li jiġu identifikati t-tibdiliet kuntrattwali illegali. L-awtorità kontraenti ma ppreżentatx avviż ta’ informazzjoni dwar it-tibdiliet tal-kuntratti u l-avviżi ppubblikati dwar l-eżekuzzjoni tal-kuntratti ma implikawx ksur. Konsegwentement, il-predeċessur tal-President tal-AKP ma kellux l-informazzjoni li kienet tippermettilu jivverifika t-twettiq u t-tibdil tal-kuntratt. Fil-qosor, il-Liġi tal‑2003 dwar il-Kuntratti Pubbliċi ma żguratx il-livell ta’ trasparenza u sorveljanza amministrattiva li sussegwentement inkisbet fil-Liġi tal‑2015 dwar il-Kuntratti Pubbliċi. Bħala riżultat, kien neċessarju li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta’ din l-aħħar leġiżlazzjoni nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118.</NO.P><TXT>Dan l-argument jista’ jiġi miċħud b’mod pjuttost faċli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119.</NO.P><TXT>Jekk wieħed jassumi, bħala stat ta’ fatt, li kien hemm nuqqasijiet strutturali bħal dawn, li kienu jipprekludu sorveljanza <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> u infurzar effettiv tar-regoli ta’ kuntratti pubbliċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Hemm bżonn jitfakkar biss, kif ġie ddikjarat iktar ’il fuq fil-punt 23, li tal-inqas fil-Kawża C‑496/18, reviżjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> ġiet fil-fatt miftuħa skont il-Liġi tal‑2003 dwar il-Kuntratti Pubbliċi, iżda mingħajr suċċess.</P></NOTE>, dan il-fatt xorta ma jiġġustifikax li wieħed jirrikorri għal miżuri verament retroattivi sabiex jirrimedja tali nuqqasijiet <HT TYPE="ITALIC">ex post</HT>. Il-massima tad-dritt Ruman <HT TYPE="ITALIC">nemo auditur propriam turpitudinem allegans</HT> tradizzjonalment tapplika fil-qasam tad-dritt ċivili. Naħseb li tista’ tiġi applikata wkoll għal stat jew awtorità pubblika li ħolqot u applikat ċerti regoli. Wara li forsi iktar tard irrealizzat li dawn ir-regoli, li esklużivament kellha r-responsabbiltà li tiżviluppa u tapplika, ma ħadmux sewwa, hija mbagħad ma tistax titħalla terġa’ tibda l-arloġġ mill-ġdid u jkollha ċans ieħor, għad-detriment tal-partijiet ikkonċernati.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="23"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120.</NO.P><TXT>Huma għalhekk l-Istati Membri li għandhom jiżguraw li jissorveljaw ksur tal-liġijiet tagħhom stess b’mod effettiv. Nuqqasijiet fil-liġijiet proprji jew fl-infurzar tagħhom ma jistgħux jiddawru kontra terzi billi jerġgħu jinbdew mill-ġdid termini li diġà skadew<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Jista’ jitfakkar li, fiż-żewġ kawżi inkwistjoni, sanzjonijiet ġew imposti mhux biss fuq l-awtorità kontraenti, iżda anki fuq l-offerenti rebbieħa — ara, iktar ’il fuq, punti 28 u 33. Filwaqt li jista’ potenzjalment ikun hemm marġini ta’ diskrezzjoni usa’ fejn Stat Membru jixtieq jissorvelja u jimponi sanzjonijiet baġitarji fuq id-dipartimenti jew istituzzjonijiet tiegħu filwaqt li ma jmissx kuntratti diġà konklużi, hija kwistjoni kompletament differenti li jinfetħu mill-ġdid proċeduri ta’ kuntratti pubbliċi, li jiġu ssanzjonati dawk kollha li pparteċipaw fihom, u anki li potenzjalment jiġu annullati l-kuntratti inkwistjoni numru ta’ snin wara.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">D.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-ħames domanda</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121.</NO.P><TXT>Il-formulazzjoni tal-ħames domanda ma hijiex ċara ħafna. Jien nifhimha kif ġej. Il-qorti tar-rinviju tibda mill-preżunzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi t-tieni domanda b’mod kontra dak issuġġerit f’dawn il-konklużjonijiet. Għalhekk, jekk reviżjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jistgħu jitwettqu fiċ-ċirkustanzi tal-kawżi inkwistjoni, id-dritt tal-Unjoni (speċjalment il-prinċipju ta’ proporzjonalità) jagħti setgħa lill-qrati nazzjonali sabiex jevalwaw is-sanzjoni imposta fil-kuntest ta’ dawk ir-reviżjonijiet sabiex iħarsu lejn l-aspetti speċifiċi tal-każ sabiex jiddeterminaw l-adegwatezza tas-sanzjoni?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122.</NO.P><TXT>Skont il-Bord tal-Arbitraġġ, il-qrati nazzjonali ma għandhomx ikunu jistgħu jiddikjaraw invalida d-deċiżjoni amministrattiva kkontestata, jew jimponu kwalunkwe konsegwenza legali oħra, minħabba li l-Bord tal-Arbitraġġ ikun diġà evalwa, fl-eżerċizzju tal-kompetenza tiegħu, l-elementi invokati mill-qorti tar-rinviju. B’mod partikolari, il-Bord tal-Arbitraġġ ikkunsidra, fid-deċiżjoni tal-ammont tal-multi, il-fatt li għaddew diversi snin bejn il-ksur u l-bidu tar-reviżjoni. Il-qrati nazzjonali ma għandhomx jagħmlu evalwazzjoni ġdida f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123.</NO.P><TXT>Skont il-Gvern Ungeriż, huwa l-leġiżlatur nazzjonali li għandu jiddeċiedi x’inhuma intitolati jagħmlu l-qrati nazzjonali fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-evalwazzjoni tagħhom tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Arbitraġġ, u t-tip ta’ konsegwenzi legali li jistgħu jsegwu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124.</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, ma hemmx bżonn li l-ħames domanda tiġi indirizzata separatament minħabba li toħloq sovrappożizzjoni fuq l-ewwel domanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125.</NO.P><TXT>Minħabba li r-risposta ssuġġerita minni għall-ewwel domanda hija waħda negattiva (il-prinċipju tad-dritt tal-Unjoni ta’ ċertezza legali jipprekludi r-reviżjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> ta’ ksur potenzjali ta’ regoli ta’ kuntratti pubbliċi f’każijiet fejn it-termini applikabbli jkunu diġà skadew), ma hemm fil-fatt l-ebda bżonn li tiġi indirizzata l-ħames domanda. Huwa għaldaqstant neċessarju, fiċ-ċirkustanzi ta’ dawn il-kawżi, li jiġi eżaminat jekk il-qrati nazzjonali li jisimgħu tali kawżi jistgħux jevalwaw is-sanzjoni(jiet) <HT TYPE="ITALIC">in concreto</HT>, fid-dawl ta’ fatturi bħall-mogħdija taż-żmien, il-fatt li t-termini skont il-leġiżlazzjoni preċedenti jkunu diġà skadew jew il-gravità tal-ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126.</NO.P><TXT>Lil hinn minn dan, jista’ jissemma biss minflok konklużjoni li t-tip speċifiku ta’ reviżjoni ta’ deċiżjonijiet amministrattivi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni huwa kwistjoni ta’ għażla ta’ leġiżlatur nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Madankollu ara, b’analoġija, ir-rekwiżiti li jikkonċernaw l-effettività ta’ kwalunkwe għażla istituzzjonali nazzjonali bħal din fis-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190729">29 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Torubarov</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑556/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:626">EU:C:2019:626</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, sakemm ikun iggarantit, fl-istadju ta’ reviżjoni amministrattiva jew reviżjoni minn qorti, li l-proporzjonalità tas-sanzjoni, li tikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, tiġi debitament evalwata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120209">9 ta’ Frar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Urbán</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑210/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:64">EU:C:2012:64</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Link Logistik N&amp;N</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑384/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:494">EU:C:2018:494</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0104">104</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0112">112</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="24"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127.</NO.P><TXT>Nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi d-domandi magħmula mill-Fővárosi Törvényszék (il-Qorti tal-Belt ta’ Budapest, l-Ungerija) kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>Id-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE tal‑<DATE ISO="19891221">21 ta’ Diċembru 1989</DATE> dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi, id-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE tal‑<DATE ISO="19920225">25 ta’ Frar 1992</DATE> li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi ta’ l-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni, id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20140226">26 ta’ Frar 2014</DATE> dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE, u d-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20140226">26 ta’ Frar 2014</DATE> dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE la jirrikjedu li l-Istati Membri jistabbilixxu u lanqas ma jipprekluduhom milli jistabbilixxu reviżjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> minn awtoritajiet pubbliċi ta’ allegat ksur ta’ regoli ta’ kuntratti pubbliċi. Madankollu, ladarba jiġu previsti u jinbdew, dawn ir-reviżjonijiet u l-eżiti tagħhom jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.</P></ITEM><ITEM><P>Il-prinċipju ta’ ċertezza legali jipprekludi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jippermettu reviżjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> ta’ ksur tar-regoli ta’ kuntratti pubbliċi li seħħew qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dawn id-dispożizzjonijiet il-ġodda, f’ċirkustanzi fejn it-termini stabbiliti għal dan l-għan fil-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli preċedentement kienu diġà skadew.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>