31984R1555



Official Journal L 150 , 06/06/1984 P. 0004 - 0004
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 17 P. 0145
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 30 P. 0245
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 17 P. 0145
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 30 P. 0245


Ir-Regolament Tal-Kunsill (KEE) Nru 1555/84

ta’ l-4 ta’ Ġunju 1984

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3671/81 dwar l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fit-Turkija

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi r-Regolament (KEE) Nru 367/81 [1] jisabbilixxi illi meta, skond l-Artikoli 25 u 25a tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72 [2], il-Kummissjoni ddaħħal imposta ta’ kontrobilanċ fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti frott u ħxejjex ta’ l-ikel li joriġinaw fit-Turkija, għandha fl-istess ħin iddaħħal mill-ġdid, rigward dawn il-prodotti, dazju tad-dwana fil-livell li kien japplika qabel l-1 ta’ Jannar 1981;

Billi fil-każ ta’ ċerti prodotti, l-applikazzjoni tad-disposizzjoni msemmija hawn fuq tista’ tirriżulta li jiġi impost fuq it-Turkija dazju tad-dwana li jkun ogħla minn dak li kien ġie miftiehem qabel l-1 ta’ Jannar 1982 għall-pajjiżi fornituri mhux membri li ma jgawdux mill-arranġamenti speċjali rigward l-importazzjonijiet fil-Komunità;

Billi l-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 367/181 għandu jiġi mmodifikat kif jixraq; billi, barra minn hekk, għandhom jitqiesu l-arranġamenti li japplikaw għall-importazzjonijiet li joriġinaw fit-Turkija skond il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni kif kien fil-31 ta’ Diċembru 1980,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 3671/81 huwa hawnhekk mibdul b’dan li ġej:

"Artikolu 1

Meta, skond l-Artikoli 25 u 25a tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72, il-Kummissjoni ddaħħal imposta ta’ kontrobilanċ fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti frott u ħxejjex ta’ l-ikel li joriġinaw fit-Turkija, għandha fl-istess ħin iddaħħal mill-ġdid:

- rigward dawk il-prodotti li joriġinaw fit-Turkija li, fil-31 ta’ Diċembru 1980, ma kenux igawdu minn tariffa preferenzali skond l-arranġamenti li joħorġu mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, id-dazju li japplika għall-pajjiżi mhux membri kopert bil-klawsola ta’ nazzjon l-iktar iffavorit,

- rigward dawk il-prodotti li joriġinaw fit-Turkija li jgawdu arranġament speċjali taħt il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, id-dazju skond id-Tariffa Doganali Komuni li tapplika korrentement għall-pajjiżi koperti bil-klawsola ta’ nazzjon l-iktar iffavorit, imnaqqas skond id-disposizzjonijiet ta’ l-iskema preferenzali fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 1980."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fl-4 ta’ Ġunju 1984.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Delors

[1] ĠU Nru L 367, tat-23. 12. 1981, p. 3.

[2] ĠU L 118, tal-20. 5. 1972, p. 1.

--------------------------------------------------