|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/2481 |
6.5.2025 |
Pubblikazzjoni ta’ talba għall-kanċellazzjoni, li waslet qabel it-13 ta’ Mejju 2024, skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel flimkien mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-istabbiliment ta' simboli tal-Unjoni għal denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u fir-rigward ta’ ċerti regoli dwar it-tiftix ta’ sorsi ta’ provvista, ċerti regoli proċedurali u ċerti regoli tranżitorji addizzjonali
(C/2025/2481)
Wara din il-pubblikazzjoni, l-awtoritajiet ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz, jew persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu u li tkun stabbilita jew residenti f’pajjiż terz, fi żmien 3 xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni, tista’ tippreżenta oppożizzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
TALBA GĦALL-KANĊELLAZZJONI
It-talba għal kanċellazzjoni f’konformità mal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
“Aceite de la Comunitat Valenciana”
Nru tal-UE: PDO-ES-0720-CANCEL — 20.2.2024
DOP (x) IĠP ( ) STG ( )
1. Isem reġistrat propost għall-kanċellazzjoni
“Aceite de la Comunitat Valenciana”
2. Stat membru jew pajjiż terz
Spanja
3. Tip ta’ prodott (bħal fl-anness xi)
Klassi 1.5. Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.)
4. Persuna jew entità li tagħmel it-talba għall-kanċellazzjoni
|
Asociación para la promoción de la D.O.P. “Aceite de la Comunitat Valenciana” |
|
[Assoċjazzjoni għall-promozzjoni tad-DOP “Aceite de la Comunitat Valenciana”] |
|
C/Sagunto, 39 |
|
12400 Segorbe (Castellón) |
|
ESPAÑA |
Tel. +34 964713812
5. Tip ta’ kanċellazzjoni u raġunijiet relatati
|
☐ |
F’konformità mal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 |
|
☐ |
il-punt (a) |
|
☐ |
il-punt (b) |
|
☒ |
F’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 |
Huwa mifhum mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li d-DOP ma tistax tiġi estiża għal żjut ta’ varjetà waħda. Minħabba din ir-restrizzjoni, u d-differenzi organolettiċi bejn il-varjetajiet indiġeni taż-żebbuġ imkabbra fil-Komunità ta’ Valenzja, il-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott hija diffiċli. Għalhekk huwa diffiċli li ż-żjut protetti jibqgħu eliġibbli. Il-prodott ma tqiegħedx fis-suq minn meta ġiet stabbilita d-denominazzjoni tal-oriġini.
(1) Ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (ĠU L, 2024/1143, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2481/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)