22002D0078



Official Journal L 266 , 03/10/2002 P. 0022 - 0023


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 78/2002

tal-25 ta' Ġunju 2002

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokol li jemenda l-ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ "il-Ftehim", partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Numru 112149/2001 tal-11 ta' Diċembru 2001 [1].

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Numru 2001/4/KE tad-19 ta' Diċembru 2000 li temenda d-Deċiżjoni Numru 95/408/KE dwar il-kondizzjonijiet għad-determinazzjoni, għal perjodu tan-nofs, ta' listi proviżorji ta' stabbilimenti f'pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti tas-sajd jew mulloski bivalvi ħajjin [2] għandu jiddaħħal f'dan il-Ftehim.

(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/7/KE tad-19 ta' Diċembru 2000 li temenda l-Anness I, Kapitolu 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE: tniżżel il-ħtiġijiet għas-saħħa ta' l-annimali u għas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ ġol u l-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti mhux soġġetti għall-ħtiġijiet stabbiliti f'regoli speċifiċi tal-Komunità skond l-Anness A(I) tad-Direttiva 89/662/KEE u, fir-rigward ta' patoġeni, għad-Direttiva 90/425/KEE [3] għandu jiddaħħal f'dan il-Ftehim.

(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/182/KE tat-8 ta' Marzu 2001 li jħassar id-Deċiżjoni 93/351/KEE li jistabilixxi metodi ta' analiżi, pjanijiet għat-teħid ta' kampjuni u l-ammonti massimi ta' kontenut tal-merkurju f'prodotti tas-sajd [4], kif irranġat skond ĠU L 321, tas-6.12.2001, p. 40.

, għandu jiddaħħal fil-Ftehim.

(5) Din id-Deċiżjoni m'għandiex tapplika lil-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I ta' l-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1. L-inċiż li ġej għandu jiżdied f'Parti 5.1 fil-punt numru 7 (Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE) u f'Parti 8.1 fil-punt numru 16 (Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE):

"- 32001 D 0007: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/7/KE tad-19 ta' Diċembru 2000 (ĠU L 2, tal-5.1.2001, p. 27.)."

2. F'Parti 6.2, il-punt li ġej għandu jiżdied wara il-punt numru 40 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/471/KE):

"41. 32001 D 0182: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/182/KE tat-8 ta' Marzu 2001 li jħassar id-Deċiżjoni Numru 93/351/KEE li jistabilixxi metodi ta' analiżi, pjanijiet għat-teħid ta' kampjuni u l-ammonti massimi ta' kontenut tal-merkurju f'prodotti tas-sajd (ĠU L 77, tas-16.3.2001, p. 22), kif irranġat skond ĠU L 321, tas-6.12.2001, p. 40.

L-Att japplika ukoll lill-Islanda."

3. F'Parti 6.2, it-test tal-punt numru 16 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/351/KEE) għandu jitħassar.

4. F'Parti 8.1, l-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt numrt 18 (Deċiżjoni tal-Kunsill Numru 95/408/KE):

"- 32001 D 0004: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/4/KE tad-19 ta' Diċembru 2000 (ĠU L 2, tal-5.1.2001, p. 21)."

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2001/4/KE, 2001/7/KE u 2001/182/KE, kif irranġati iskond ĠU L 321, tas-6.12.2001, p. 40, fil-lingwi ta' l-Islanda u tan-Norveġja, li għandhom jiġu ppublikati fil-qasam Supplimentari tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Ġunju 2002, jekk in-notifikazzjonijiet kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [5].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-taqsima taż-ŻEE ta', u fil-parti Supplimentari taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fi Brussel, fil-25 ta' Ġunju 2002.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 65, tas-7.3.2002, p. 20.

[2] ĠU L 2, tal-5.1.2001, p. 21.

[3] ĠU L 2, tal-5.1.2001, p. 27.

[4] ĠU L 77, tas-16.3.2001, p. 22.

[5] L-ebda ħtiġiet konsitituzzjonali m'huma indikati.

--------------------------------------------------