15.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/117


P9_TA(2020)0179

Ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA)

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2020 dwar il-proposta għall-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea (C9-0080/2020 – 2020/0905(NLE))

(Approvazzjoni)

(2021/C 371/17)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-proposta tal-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità Bankarja Ewropea tal-5 ta' Marzu 2020 (C9-0080/2020),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 51(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (1),

—

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2019 dwar il-bilanċ bejn is-sessi fin-nomini fis-settur tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE (2),

—

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2020 dwar l-istituzzjonijiet u l-korpi fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja: il-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess wara l-impjieg fis-servizz pubbliku (3),

—

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-30 ta' Jannar 2020 dwar il-proposta għall-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea (4),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0132/2020),

A.

billi d-Direttur Eżekuttiv preċedenti tal-Awtorità Bankarja Ewropea rriżenja mill-kariga fil-31 ta’ Jannar 2020;

B.

billi, fil-5 ta' Marzu 2020, il-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità Bankarja Ewropea, wara proċedura ta' selezzjoni miftuħa, ippropona li jaħtar lil François-Louis Michaud bħala Direttur Eżekuttiv għal mandat ta' ħames snin, f'konformità mal-Artikolu 51(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010;

C.

billi, fid-29 ta' Ġunju 2020, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji kellu seduta ta' smigħ ma' François-Louis Michaud, li fiha huwa għamel stqarrija preliminari u mbagħad wieġeb għal mistoqsijiet li saru mill-membri tal-Kumitat;

1.

Japprova l-ħatra ta' François-Louis Michaud bħala Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Awtorità Bankarja Ewropea kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.

(2)  Testi adottati, P8_TA(2019)0211.

(3)  Testi adottati, P9_TA(2020)0017.

(4)  Testi adottati, P9_TA(2020)0023.