7.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 182/82


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 88/2022

tat-18 ta’ Marzu 2022

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2022/1156]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1211 tat-22 ta’ Lulju 2021 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 li taġġorna l-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż segwenti jiżdied fil-punt 32fhd (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323) tal-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“—

32021 D 1211: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1211 tat-22 ta’ Lulju 2021 (ĠU L 263, 23.7.2021, p. 13).”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1211 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Marzu 2022, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L 263, 23.7.2021, p. 13.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.