11.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 359/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1784

tat-8 ta’ Ottubru 2021

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-aluminju llaminati ċatti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u, b’mod partikolari, l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Bidu

(1)

Fl-14 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-aluminju llaminati ċatti (“AFRPS” jew “il-prodott li qed jiġi investigat”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ” jew il-“pajjiż ikkonċernat”) abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku (2).

1.2.   Miżuri provviżorji

(2)

F’konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, fil-15 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni pprovdiet lill-partijiet b’sommarju tad-dazji provviżorji proposti u bid-dettalji dwar il-kalkolu tal-marġnijiet tad-dumping u tal-marġnijiet adegwati sabiex jitneħħa d-dannu għall-industrija tal-Unjoni. Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar l-akkuratezza tal-kalkoli fi żmien tlett ijiem. It-tliet produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ipprovdew kummenti (3). Il-Kummissjoni qieset il-kummenti u kkoreġiet l-iżbalji fil-kalkoli, fejn xieraq.

(3)

Fit-12 ta’ April 2021, il-Kummissjoni imponiet dazju anti-dumping provviżorju permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/582 (4) (“ir-Regolament provviżorju”).

1.3.   Proċedura sussegwenti

(4)

Wara l-iżvelar tal-fatti u tal-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom ġie impost dazju anti-dumping provviżorju (“żvelar provviżorju”), l-ilmentaturi, il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, produttur esportatur mhux inkluż fil-kampjun, diversi utenti fis-settur tal-iskambjaturi tas-sħana tal-karozzi u utent downstream wieħed, utent wieħed fis-settur tal-fojl, żewġ utenti fis-settur tal-kapaċitaturi elettrostatiċi, utent wieħed fis-settur tal-pannelli komposti tal-aluminju, utent wieħed fis-settur tal-venetian blinds u l-fornitur tiegħu, negozjant mhux relatat, importatur, l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Fornituri tal-Karozzi, l-assoċjazzjoni Ewropea tal-manifatturi awtomobilistiċi u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”) għamlu sottomissjonijiet bil-miktub li bihom qasmu l-fehmiet tagħhom dwar is-sejbiet provviżorji. Żewġ produtturi esportaturi talbu u rċevew aktar dettalji dwar il-kalkolu tal-marġnijiet tad-dannu tagħhom.

(5)

Il-partijiet li talbu li jinstemgħu ngħataw din l-opportunità. Il-Kummissjoni organizzat seduti mat-tliet produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, mal-ilmentaturi, mal-Kumpanija B, ma’ żewġ utenti fis-settur tal-iskambjaturi tas-sħana tal-karozzi, ma’ utent wieħed fis-settur tal-fojl, ma’ utent wieħed fis-settur tal-kapaċitaturi elettrostatiċi tal-aluminju, ma’ negozjant mhux relatat, ma’ importatur mhux relatat u ma’ assoċjazzjoni ta’ distributuri indipendenti (EURANIMI). Fuq talba ta’ Nanshan Group (“Nanshan”), saret seduta ta’ smigħ bejn Nanshan u l-Uffiċjal tas-Seduta għall-proċedimenti kummerċjali.

(6)

Il-Kummissjoni pproponiet li torganizza seduta ta’ smigħ ma’ partijiet li għandhom interessi avversi attivi fis-settur tal-Prodotti llaminati ċatti tal-iskambjaturi tas-sħana tal-karozzi (“AHEX AFRP”); jiġifieri Valeo Systèmes Thermiques SAS u kumpaniji relatati (“Valeo”) u produttur tal-Unjoni. Madankollu, din il-parti tal-aħħar ma qablitx li tipparteċipa. Valeo ddispjaċiha għall-imġiba tal-produttur tal-Unjoni u argumentat li jenħtieġ li l-argumenti ta’ Valeo dwar (in-nuqqas ta’) l-eżistenza tal-kapaċità fis-suq tal-Unjoni jkollhom valur ogħla bħala evidenza, minħabba li Valeo stess ma kinitx irrifjutat li tiffaċċja lill-produttur tal-Unjoni inkwistjoni.

(7)

Kif għarfet Valeo, is-smigħ mal-partijiet b’interessi avversi jista’ jiġi organizzat biss meta ż-żewġ partijiet jaqblu dwar tali seduta. Kif previst mill-Artikolu 6(6), il-fatt li parti tirrifjuta li tipparteċipa f’tali seduta ma għandux ikun ta’ preġudizzju. Għalhekk, l-affermazzjoni ta’ Valeo ġiet miċħuda.

(8)

Wara l-iżvelar definittiv, il-partijiet li talbu li jinstemgħu ngħataw opportunità li jinstemgħu. Il-Kummissjoni organizzat seduti ta’ smigħ mat-tliet produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, ma’ żewġ utenti fis-settur tal-iskambjaturi tas-sħana tal-karozzi u ma’ importatur mhux relatat wieħed. Saret ukoll seduta ta’ smigħ bejn Jiangsu Alcha Aluminum Group Co., Ltd. (“Jiangsu Alcha”) u l-Uffiċjal tas-Seduta għall-proċedimenti kummerċjali fuq talba ta’ dan l-esportatur.

(9)

Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li qieset neċessarja għas-sejbiet finali tagħha. F’dan ir-rigward, hija qieset li l-kumpanija Nilo Asia PTE Ltd/Lodec Metall-Handel Niederlassung Bremen der O. Wilms GMBH (“Nilo”), li kienet ippreżentat lilha nnifisha bħala importatur mhux relatat, kienet fil-fatt negozjant. F’dan il-kuntest, it-tweġiba għall-kwestjonarju ta’ din il-kumpanija ma ġietx ikkunsidrata għas-sejbiet definittivi. Madankollu, din il-kumpanija baqgħet titqies bħala parti interessata u kompliet tikkoopera fl-investigazzjoni.

(10)

Meta wieħed iqis li l-partijiet interessati kellhom biżżejjed żmien sabiex jipprovdu kummenti dwar il-kummenti ta’ partijiet oħrajn u bl-eċċezzjoni tat-tweġibiet għat-talbiet għal informazzjoni mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni ma kkunsidratx is-sottomissjonijiet ippreżentati wara s-17 ta’ Ġunju 2021 għas-sejbiet definittivi tagħha.

(11)

Fit-13 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati kollha dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien biħsiebha timponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti llaminati ċatti tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (l-“iżvelar finali”). Barra minn hekk, il-partijiet interessati rċevew żvelar addizzjonali fit-13 ta’ Awwissu 2021 (“l-ewwel żvelar finali addizzjonali”) u fit-3 ta’ Settembru 2021 (“it-tieni żvelar finali addizzjonali”) Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li matulu setgħu jikkummentaw dwar l-iżvelar finali.

(12)

Wara l-iżvelar definittiv, Airoldi Metalli S.p.a. (“Airoldi”), iddikjarat li d-drittijiet tad-difiża tagħha kienu nkisru peress li ma kellhiex l-opportunità li tikkummenta dwar id-dokumenti miżjuda mal-fajl mhux kunfidenzjali jum qabel ma ġew żvelati s-sejbiet definittivi u allegatament tqiesu fid-dokument ġenerali tal-iżvelar tal-informazzjoni. Abbażi ta’ dan, hija talbet l-irtirar tad-dokument ġenerali tal-iżvelar tal-informazzjoni.

(13)

F’dan ir-rigward, għandu l-ewwel jiġi nnotat li, kif imsemmi fil-premessa (10), bl-eċċezzjoni tad-dokument t21.004671, is-sottomissjonijiet kollha msemmija minn Airoldi ma ġewx ikkunsidrati għad-dokument ġenerali tal-iżvelar tal-informazzjoni fid-dawl tal-preżentazzjoni mhux fil-ħin tagħhom. F’dak li għandu x’jaqsam mal-affermazzjonijiet imqajmin fid-dokument t21.004671, kif jista’ jidher fil-premessa (527), dawn huma tal-istess natura bħall-affermazzjonijiet magħmulin minn partijiet interessati oħrajn inkluża Airoldi. Fuq din il-bażi, tqies li ma kien hemm l-ebda ksur tad-drittijiet tad-difiża ta’ Airoldi. Barra minn hekk, wara l-iżvelar definittiv, Airoldi kellha l-opportunità li tikkummenta dwar id-dokumenti ppreżentati mhux fil-ħin imsemmijin minn Airoldi fis-sottomissjoni tagħha.

(14)

Fit-28 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi, lill-importaturi, lill-utenti u lill-assoċjazzjonijiet tagħhom tal-Unjoni jipprovdu informazzjoni dwar l-iżviluppi ta’ wara l-PI sabiex tkun tista’ ssir valutazzjoni skont l-Artikolu 14(4) fi żmien debitu.

(15)

Il-kummenti ppreżentati mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u tqiesu fejn xieraq f’dan ir-Regolament.

1.4.   Kampjunar

(16)

Fil-premessa (35) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni rreferiet għal kampjun ta’ tliet produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw 35 % tal-produzzjoni tal-Unjoni. Dak il-perċentwal kien ibbażat fuq id-data tal-EU28.

(17)

Kif previst fit-Taqsima 1.9, is-sejbiet definittivi ta’ din l-investigazzjoni huma bbażati fuq id-data tal-EU27. Barra minn hekk, kif imsemmi fil-premessa (191), ċerti prodotti ġew esklużi mill-ambitu tal-prodott. Fuq dik il-bażi, it-tliet produtturi tal-Unjoni kienu jirrappreżentaw aktar minn 38 % tal-produzzjoni tal-Unjoni. Għalhekk, il-kampjun baqa’ rappreżentattiv.

1.5.   Talba għall-anonimità

(18)

Wara l-iżvelar provviżorju, produttur wieħed tal-Unjoni li ma huwiex fil-kampjun ippreżenta talba għall-anonimità. Il-ġustifikazzjoni għal din it-talba kienet li din il-parti interessata hija mħassba dwar esponiment pubbliku dirett li jagħmel ħsara għall-interessi tagħha f’pajjiżi oħrajn. Fuq il-bażi tal-elementi pprovduti fit-talba sensittiva tagħha, it-talba għall-anonimità ġiet aċċettata. Ma wasal l-ebda kumment.

1.6.   Eżami individwali

(19)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar din it-taqsima, il-premessa (43) tar-Regolament provviżorju hija kkonfermata.

1.7.   Żjarat ta’ verifika

(20)

Minbarra l-kontroverifiki remoti (“RCCs”) imsemmijin fil-premessa (48) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni wettqet RCC addizzjonali tal-utent Amcor Flexibles Singen GmbH (“Amcor”) ibbażata f’Singen, il-Ġermanja.

1.8.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat

(21)

Esportatur wieħed, Southwest Aluminium (Group) Co., Ltd (“SWA”) sostna li l-perjodu ta’ investigazzjoni (“PI”) kien affettwat mill-pandemija tal-COVID-19 u ma setax jitqabbel mas-snin l-oħrajn tal-perjodu kkunsidrat.

(22)

Il-Kummissjoni qieset l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fl-analiżi tagħha u indirizzat il-kummenti li rċeviet f’dan ir-rigward fit-Taqsima 5.1.2.2 tar-Regolament provviżorju u fit-Taqsima 5.2.2 ta’ dan ir-Regolament. Fuq din il-bażi, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(23)

Fin-nuqqas ta’ kummenti ulterjuri rigward il-PI u l-perjodu kkunsidrat, il-premessa (49) tar-Regolament provviżorju ġiet ikkonfermata.

1.9.   Bidla fl-ambitu ġeografiku

(24)

Mill-1 ta’ Jannar 2021, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (“ir-Renju Unit”) ma baqgħux jagħmlu parti mill-Unjoni Ewropea. Għalhekk, dan ir-regolament huwa bbażat fuq data għall-Unjoni Ewropea mingħajr ir-Renju Unit (“EU27”). Għalhekk, il-Kummissjoni talbet lill-ilmentatur u lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun sabiex jissottomettu ċerti partijiet tat-tweġibiet oriġinali tagħhom għall-kwestjonarju b’data għall-EU27 biss. L-ilmentatur u l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun issottomettew id-data mitluba. Peress li d-differenza bejn l-indikaturi makroekonomiċi ppubblikati fir-Regolament provviżorju u d-data makroekonomika għall-EU27 hija dovuta għall-esklużjoni tad-data minn produttur wieħed tar-Renju Unit, ċerti tabelli f’dan ir-Regolament huma pprovduti f’meded sabiex ma tiġix żvelata informazzjoni kunfidenzjali relatata ma’ dak il-produttur.

(25)

Fir-rigward tad-dumping, il-bejgħ għall-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun lejn l-EU27 biss tqies li jikkalkula l-marġnijiet tad-dumping definittivi.

(26)

Fl-aħħar nett, għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni, il-Kummissjoni stħarrġet ukoll l-impatt tal-ħruġ tar-Renju Unit fuq it-tweġibiet għall-kwestjonarju sottomessi minn importaturi u minn utenti mhux relatati, jiġifieri Nova Trading S.A., Airoldi, TitanX Engine Cooling AB (“TitanX”), Multilaque SAS, Valeo, Company A u Amcor Flexibles Singen GmbH u rċeviet data aġġornata, fejn applikabbli.

(27)

Fit-12 ta’ Jannar 2021, permezz ta’ nota għall-fajl (5) ,, il-Kummissjoni informat lill-kumpaniji u lill-assoċjazzjonijiet mir-Renju Unit li ma kinux se jibqgħu jikkwalifikaw bħala partijiet interessati fi proċedimenti ta’ rimedju kummerċjali. L-ebda parti interessata ma rreaġixxiet għal din in-nota.

2.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Bidla fl-ambitu tal-prodott sabiex tiġi evitata l-applikazzjoni ta’ żewġ dazji anti-dumping differenti fuq l-istess prodott

(28)

L-investigazzjoni żvelat li l-miżuri anti-dumping fuq l-AFRPs u l-miżuri kontra ċ-ċirkomvenzjoni fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu fojl tal-aluminju imposti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2213 (6) jirkbu ftit fuq xulxin f’termini tad-definizzjoni tal-prodott għal żewġ kodiċijiet TARIC, jiġifieri taħt 7607119044 u 7607119071. Għalkemm it-trikkib huwa estremament minuri u jkopri biss kojls minn 0,03 mm sa 0,045 mm meta ppreżentati b’tal-anqas żewġ saffi, ikun illegali li jiġu applikati b’mod simultanju u kumulattiv żewġ dazji anti-dumping differenti fuq l-istess prodott. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tikkoreġi l-ambitu tal-prodott tal-miżuri inkwistjoni sabiex issolvi din il-kwistjoni u tneħħi l-kojls minn 0,03 mm sa 0,045 mm meta jiġu ppreżentati b’tal-anqas żewġ saffi. Din il-korrezzjoni ma għandha l-ebda impatt materjali fuq l-analiżi tas-sejbiet tal-investigazzjoni.

(29)

Konsegwentement, il-prodotti tal-aluminju li jaqgħu taħt il-kodiċijiet TARIC 7607119044 u 7607119071 ġew esklużi mill-ambitu tal-prodott.

2.2.   Affermazzjonijiet dwar id-definizzjoni tal-prodott

(30)

Kif indikat fil-premessi minn (61) sa (105) tar-Regolament provviżorju, diversi partijiet ippreżentaw talbiet għall-esklużjoni tal-prodott fir-rigward tal-prodotti li ġejjin: stokk ta’ tubi mgħottija, pjanċi miksija, pinen miksija u pinen mhux miksija għall-użu fil-manifattura ta’ skambjaturi tas-sħana tal-karozzi tal-aluminju bbrejżjat u fil-manifattura ta’ berrieda tal-batteriji tal-vetturi elettriċi (“HEX AFRPs tal-karozzi”); kojls tal-aluminju għall-produzzjoni ta’ kojls miksijin u ta’ pannelli komposti tal-aluminju (“ACP”); folji litografiċi; folji tal-batteriji; fojl tal-aluminju konvertitur ta’ gauge minn 30 sa 60 mikroni (“ACF-30-60”) u AFRPs għall-użu fil-manifattura ta’ paletti għall-venetian blinds.

(31)

Wara l-iżvelar provviżorju, diversi partijiet ipprovdew kummenti dwar is-sejbiet provviżorji tal-Kummissjoni li huma indirizzati f’din it-taqsima ta’ hawn taħt. Barra minn hekk, erba’ utenti oħrajn; jiġifieri Amcor Flexibles Singen GmbH (“Amcor”), Hitachi ABB Power grids (“Hitachi”), TDK Foil Italy S.p.A. (“TDK IT”) u TDK Hungary Components Kft (“TDK HU”) ippreżentaw talbiet addizzjonali għal eżenzjoni tal-prodott relatati mal-prodotti li ġejjin: stokk tal-fojl, AFRPs għall-użu fil-produzzjoni ta’ transformers tal-enerġija u AFRPs għall-użu fil-produzzjoni ta’ kapaċitaturi elettrolitiċi tal-aluminju.

2.2.1.   HEX AFRPs tal-karozzi

2.2.1.1.   Aspetti proċedurali

(32)

Valeo sostniet li s-sottomissjonijiet ippreżentati mill-assoċjazzjoni European Aluminium (“EA”) u mill-Kumpanija B wara l-iżvelar provviżorju ma ġewx sottomessi b’mod puntwali ħlief għad-dokument t21.003825. Fuq il-bażi tat-Taqsimiet 7.ii u 8.ii tan-Notifika ta’ Bidu, Valeo ssottomettiet li l-iskadenza sabiex jiġu sottomessi kummenti dwar sottomissjonijiet ta’ partijiet oħrajn u sabiex jiġu sottomessi elementi fattwali ġodda kienet tikkoinċidi u kellha tiġi stabbilita għall-10 ta’ Mejju 2021 f’dak li għandu x’jaqsam mas-sottomissjonijiet tagħha. Fuq din il-bażi, hija sostniet li jenħtieġ li s-sottomissjonijiet ta’ EA u tal-Kumpanija B ippreżentati wara din id-data jiġu injorati għas-sejbiet definittivi.

(33)

Il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni. F’konformità mat-Taqsima 8, l-aħħar paragrafu tan-Notifika ta’ Bidu u mat-Taqsima 5.7 tal-istess Notifika, l-aħħar paragrafu, il-Kummissjoni kienet talbet lil EA u lill-Kumpanija B jissottomettu informazzjoni addizzjonali (7) fil-forma ta’ aġġornamenti ta’ informazzjoni diġà sottomessa jew ta’ evidenza ta’ sostenn fir-rigward ta’ ċerti talbiet u biċċiet ta’ informazzjoni. L-informazzjoni addizzjonali kienet neċessarja għall-valutazzjoni xierqa tal-affermazzjonijiet minn partijiet oħrajn. Fir-rigward tat-twaqqit tal-kummenti ta’ EA, il-Kummissjoni kienet tat estensjoni tal-iskadenza sat-28 ta’ Mejju 2021 wara li rċeviet talba debitament sostanzjata (8). Għalhekk, dawn il-kummenti ġew ippreżentati sal-iskadenza mitluba.

(34)

Fil-11 ta’ Ġunju 2021, Valeo pprovdiet kummenti dwar id-dokumenti ta’ partijiet oħrajn t21.003825, t21.004224, t21.004298 u t21.004304. Peress li dawn id-dokumenti kienu disponibbli fi TRON aktar minn 7 ijiem qabel is-sottomissjoni ta’ Valeo, il-Kummissjoni qieset li ma kinux ġew ippreżentati b’mod puntwali.

(35)

Wara l-iżvelar definittiv, Valeo sostniet li r-raġunament tal-Kummissjoni li tikkunsidra l-kummenti tagħha tal-11 ta’ Ġunju bħala ppreżentati b’mod mhux puntwali kien kontradittorju, mhux issostanzjat u jikser id-drittijiet tad-difiża ta’ Valeo. B’mod partikolari, hija argumentat li l-Kummissjoni qieset is-sottomissjoni bħala ppreżentata b’mod mhux puntwali iżda xorta waħda indirizzat il-kummenti tagħha b’tali mod li Valeo ma setgħetx tikkunsidra jekk il-kummenti kinux tqiesu ammissibbli fis-sħuħija tagħhom u kkunsidrati mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, Valeo rreferiet għat-tip ta’ dokumenti ppreżentati minn EA u mill-Kumpanija B; jiġifieri “Kummenti”, “Rapport tas-seduta / Sottomissjoni”, “Sottomissjoni” u “Tweġibiet”. Hija sostniet li l-iskadenza ta’ 7 ijiem sabiex tikkummenta dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħrajn b’reazzjoni għall-iżvelar tas-sejbiet provviżorji msemmijin fil-Punt 8.ii tan-notifika ta’ bidu ma kinitx tapplika għas-sottomissjoni tagħha li kien fiha tweġibiet għat-tweġibiet u kummenti dwar l-informazzjoni ġdida sottomessa.

(36)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni qieset li l-iskadenza ta’ 7 ijiem imsemmija fil-punt 8.ii tan-notifika ta’ bidu kienet tapplika bl-istess mod kemm għall-kummenti dwar is-sottomissjonijiet tal-partijiet l-oħrajn kif ukoll għat-tweġibiet għall-kummenti magħmulin minn partijiet oħrajn. F’dan ir-rigward speċifiku, il-Kummissjoni kkonfermat li s-sottomissjoni ta’ Valeo ma ġietx ippreżentata b’mod puntwali. Fi kwalunkwe każ, kif imsemmi fil-premessa (10), il-Kummissjoni qieset is-sottomissjonijiet kollha riċevuti sas-17 ta’ Ġunju 2021. Meta wieħed iqis li, għalhekk, il-Kummissjoni qieset il-kummenti ta’ Valeo tal-11 ta’ Ġunju, u tat lil Valeo opportunità sabiex tikkummenta dwar is-sejbiet tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ma qisitx li nkisru d-drittijiet tad-difiża ta’ Valeo. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(37)

Valeo argumentat ukoll li l-Kumpanija B allegatament ingħatat estensjoni ġeneruża ħafna u twila mingħajr ġustifikazzjoni tal-iskadenza ta’ 7 ijiem. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li t-tweġibiet tal-Kumpanija B ġew ippreżentati fi ħdan l-iskadenza ta’ 7 ijiem sabiex tikkummenta dwar il-kummenti tal-partijiet l-oħrajn ladarba dawn tal-aħħar kienu disponibbli fil-fajl miftuħ, u li ma ngħatat l-ebda estensjoni tal-iskadenza. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(38)

Valeo argumentat ukoll li l-Kummissjoni ċċitat ċerti dokumenti li ma kinux ippubblikati b’mod uffiċjali u affermat li dan kien jirrappreżenta ksur tad-drittijiet proċedurali tagħha peress li hija qieset is-sottomissjoni ta’ EA (t21.004221) bħala mhux puntwali, inammissibbli u, għalhekk, ma kienx jistħoqqilha subtweġiba. Barra minn hekk, Valeo rreferiet għat-Taqsima 9 tan-Notifika ta’ Bidu u qieset li EA kienet ġiet iffavorita b’mod arbitrarju u diskriminatorju meta l-iskadenza tagħha sabiex tikkummenta dwar il-kummenti tal-partijiet l-oħra ġiet estiża bi 18-il jum filwaqt li partijiet oħrajn ġeneralment ingħataw estensjonijiet ta’ 7 ijiem.

(39)

L-affermazzjoni ta’ Valeo dwar id-disponibbiltà ta’ ċerti dokumenti nstabet li kienet leġittima peress li d-dokumenti msemmijin ma kinux saru disponibbli, b’mod involontarju, bħala parti mill-fajl miftuħ għall-partijiet wara l-iżvelar definittiv. Sadanittant, dawn id-dokumenti żdiedu mal-fajl miftuħ. Fir-rigward tal-affermazzjoni ta’ Valeo relatata mal-inammissibbiltà tal-kummenti u mal-valutazzjoni tagħha ta’ dawn il-kummenti, il-Kummissjoni nnotat li Valeo kellha biżżejjed żmien sabiex tipprovdi kummenti dwar il-kummenti ta’ partijiet oħrajn, inkluża s-sottomissjoni ta’ EA, u li fil-fatt hija kkummentat dwar sottomissjonijiet oħrajn ippreżentati diversi jiem wara s-sottomissjoni ta’ EA. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tivvaluta kull talba għal estensjoni tal-iskadenza individwalment peress li r-raġunijiet għat-talba ta’ tali estensjonijiet huma speċifiċi għall-kumpaniji u l-Kummissjoni qieset li ċ-ċirkostanzi mressqin minn EA kienu ta’ natura li jippermettu l-estensjoni tal-iskadenza mitluba. Fil-fatt, il-Kummissjoni ma rrifjutat l-ebda talba għal estensjoni tal-iskadenza fil-qafas tal-kummenti wara l-iżvelar definittiv. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ma qisitx li kienet iffavorixxiet lil EA b’mod arbitrarju u diskriminatorju. Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħudin.

(40)

Wara l-iżvelar definittiv, Valeo talbet lill-Kummissjoni tikkunsidra s-sottomissjonijiet tagħha li saru bejn il-11 ta’ Ġunju u l-11 ta’ Lulju 2021. (9) Il-Kummissjoni qablet u dawn il-kummenti ġew ikkunsidrati.

(41)

Fuq l-istess nota, TitanX affermat, wara l-iskadenza sabiex tikkummenta dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħrajn b’reazzjoni għall-iżvelar tas-sejbiet provviżorji, li l-kummenti sottomessi mill-Kumpanija B (10) ma ġewx ippreżentati b’mod puntwali u ma setgħux jiġu vverifikati. Hija stiednet lill-Kummissjoni sabiex tibbaża s-sejbiet tagħha fuq l-informazzjoni ppreżentata mill-partijiet interessati sal-10 ta’ Mejju 2021. Jekk il-Kummissjoni tibbaża s-sejbiet tagħha fuq is-sottomissjoni mhux puntwali tal-Kumpanija B, TitanX affermat li jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra wkoll l-informazzjoni li hija ppreżentat bħala tweġiba għall-argumenti tal-Kumpanija B. Barra minn hekk, TitanX affermat ukoll li s-sottomissjoni tal-Kumpanija B kisret id-drittijiet tad-difiża ta’ partijiet interessati oħrajn peress li ma identifikatx id-dokumenti li kienet qed twieġeb jew il-kumpanija fil-mira ta’ dawn il-kummenti.

(42)

F’dan il-kuntest, u kif imsemmi fil-premessa (10), il-Kummissjoni ma qisitx is-sottomissjonijiet ippreżentati wara s-17 ta’ Ġunju għall-iżvelar definittiv tagħha. Madankollu, sabiex jiġu żgurati d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati kollha, il-kummenti ta’ TitanX ippreżentati fil-21 ta’ Ġunju 2021 ġew ikkunsidrati, fejn xieraq, bħala kummenti wara l-iżvelar finali. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonfermat li hija qieset is-sottomissjonijiet kollha magħmulin mill-partijiet interessati f’dan ir-Regolament.

(43)

F’dak li għandu x’jaqsam mad-drittijiet tad-difiża, il-Kummissjoni ma qisitx li s-sottomissjoni tal-Kumpanija B kisret id-drittijiet tad-difiża ta’ partijiet oħrajn. Għall-kuntrarju, is-sottomissjoni tal-Kumpanija B, billi ma identifikatx b’mod speċifiku partijiet interessati oħrajn, żgurat li s-sigrieti kummerċjali, li l-iżvelar tagħhom jista’ jkun ta’ detriment għal kwalunkwe parti jew għat-tnejn li huma, ma ġewx żvelati. Barra minn hekk, meta wieħed iqis li n-numru ta’ partijiet għal din l-investigazzjoni attivi fis-settur tal-AHEX AFRP huwa limitat u meta wieħed iqis li l-kummenti sottomessi mill-Kumpanija B kienu speċifiċi biżżejjed sabiex jippermettu lil partijiet oħrajn jifhmu b’mod raġonevoli s-sustanza tagħhom, il-Kummissjoni ma qisitx li tali kummenti kisru d-drittijiet tad-difiża ta’ partijiet interessati oħrajn. Fuq din il-bażi, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

2.2.1.2.   Analiżi tal-affermazzjonijiet

(44)

Wara l-iżvelar provviżorju, waslu kummenti mingħand tliet utenti, l-assoċjazzjoni tal-fornituri tal-karozzi, l-Assoċjazzjoni tal-manifatturi tal-karozzi Ewropej (ACEA), BMW, esportatur wieħed mhux inkluż fil-kampjun, Shanghai Huafon Aluminium Corporation (“Huafon”), u EA.

(45)

Diversi partijiet affermaw li l-AHEX AFRPs u AFRPs ta’ komoditajiet oħrajn li jaqgħu fl-ambitu jappartjenu għal klassijiet differenti ta’ prodotti peress li għandhom karatteristiċi differenti f’termini ta’ ligi, ta’ proċessi differenti ta’ riċerka u ta’ żvilupp u ta’ validazzjoni. Il-produttur esportatur Huafon afferma li 95 % tal-HVACR (11) u applikazzjonijiet oħrajn ma jużawx l-ibbrejżjar bħala teknoloġija ta’ tgħaqqid għal HEX AFRPs u kienu jirriżultaw minn proċess ta’ manifattura differenti. Huwa sostna wkoll li l-applikazzjonijiet tal-HEX fl-HVACR u f’segment ieħor ma jużawx pinen miksija u stokk ta’ tubi mgħottija. L-istess produttur esportatur afferma li sehem għoli ħafna tal-bejgħ tal-AFRP fl-Ewropa jikkonsisti fi prodotti standard kif iddefiniti fl-ilment li jikkontradixxi d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fil-premessa (69) tar-Regolament provviżorju li l-biċċa l-kbira tal-AFRPs għandhom l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom stess skont l-applikazzjoni jew ir-rekwiżiti tal-utent finali kkonċernat. Huafon żied li l-produtturi tal-Unjoni ma kinux ippreparati sabiex jipprovdu l-prodotti uniċi li jesportaw.

(46)

Dawn il-partijiet affermaw ukoll li dawn id-differenzi jwasslu għal nuqqas ta’ interkambjabbiltà.

(47)

Il-Kummissjoni rreferiet għall-valutazzjoni inizjali tagħha li l-AHEX AFRPs jikkondividu l-istess karatteristiċi kimiċi, tekniċi u fiżiċi bażiċi ma’ AFRPs oħrajn li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni (ara l-premessi (67) sa (68) tar-Regolament provviżorju). Barra minn hekk, dawn il-prodotti huma simili għal HEX AFRPs, li jaqgħu wkoll fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni. Dawn jintużaw għal applikazzjonijiet oħrajn bħal HVACR li huma magħmulin minn ligi simili (kemm jekk miksijin kif ukoll jekk le) u jiġu mmanifatturati bl-istess tagħmir tal-produzzjoni. Barra minn hekk, kif imsemmi fil-premessa (73) tar-Regolament provviżorju u kkonfermat minn EA, l-AHEX AFRPs ma humiex l-uniċi prodotti mibjugħin lill-fornituri tal-karozzi tal-Grad 1 (li huma l-akbar fis-suq), li, fost ħafna prodotti oħrajn jeħtieġ li jgħaddu minn proċess ta’ riċerka u ta’ żvilupp u ta’ validazzjoni.

(48)

L-affermazzjonijiet ta’ Huafon relatati mal-HVACR ma ġewx issostanzjati. Fi kwalunkwe każ, l-evidenza fil-fajl turi li l-AHEX AFRPs u l-HVACR AFRPs jikkondividu l-istess karatteristiċi kimiċi, tekniċi u fiżiċi bażiċi u li jiġu mmanifatturati bl-użu tal-istess tagħmir tal-produzzjoni. Barra minn hekk, is-sorsi disponibbli għall-pubbliku (12) jikkontradixxu l-affermazzjoni li l-HVACR AFRPs ma jużawx l-ibbrejżjar bħala teknoloġija tat-tgħaqqid. Barra minn hekk, Huafon ma pprovda l-ebda evidenza ta’ sostenn għall-affermazzjoni li sehem għoli ħafna tal-bejgħ tal-AFRPs fl-Ewropa kien jikkonsisti minn prodotti standard u lanqas li l-prodotti tiegħu ma setgħux jiġu mmanifatturati mill-industrija tal-Unjoni jew jiġu ssostitwiti bi prodotti oħrajn.

(49)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-interkambjabbiltà, il-Kummissjoni rreferiet għall-premessa (70) tar-Regolament provviżorju. B’mod simili għal prodotti oħrajn li jaqgħu taħt l-ambitu, l-AHEX AFRPs jistgħu ma jkunux interkambjabbli ma’ AFRPs oħrajn peress li jista’ jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom stess skont l-applikazzjoni jew ir-rekwiżiti tal-utent finali kkonċernat. Madankollu, kif indikat minn EA, dan ma jagħmilhomx uniċi u ma jimplikax li ma għandhomx l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi bħal prodotti oħrajn li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni. F’dak ir-rigward, EA argumentat ukoll li l-AHEX AFRPs huma interkambjabbli ma’ HEX AFRPs oħrajn peress li huma simili fil-kompożizzjoni kimika u/jew fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tagħhom fi ħdan it-tolleranzi tekniċi rilevanti għall-applikazzjonijiet speċifiċi. Fuq din il-bażi, dawn l-affermazzjonjiet ġew miċħudin.

(50)

TitanX u Valeo saħqu li, f’konformità mal-ġurisprudenza eżistenti (13), jenħtieġ li l-Kummissjoni ma tattribwixxix importanza deċiżiva għall-eżistenza ta’ karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi allegatament identiċi taż-żewġ klassijiet tal-prodott. L-istess partijiet affermaw ukoll li l-Kummissjoni naqset milli tispjega liema elementi oħrajn huma deċiżivi sabiex tikkonkludi dwar l-eżistenza tal-istess karatteristiċi bażiċi bejn iż-żewġ klassijiet ta’ prodotti.

(51)

Sa mill-bidu nett, irid jitfakkar li r-Regolament bażiku ma jiddefinixxix direttament il-kunċett tal-“prodott ikkonċernat” u li l-Kummissjoni għandha diskrezzjoni konsiderevoli f’dan il-qasam, dment biss li “[l-]kundizzjoni li tirrigwarda l-omoġenità tal-prodott taħt kunsiderazzjoni ma għandhiex tiġi totalment imneħħija mill-interpretazzjoni tar-Regolament bażiku”. (14) Barra minn hekk, il-ġurisprudenza li fuqha bbażaw il-partijiet interessati tiddikjara li l-karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi huma “naturalment importanti” iżda mhux neċessarjament għandhom prijorità. Fil-fatt, hemm firxa ta’ fatturi li tista’ tiddependi fuqhom il-Kummissjoni, iżda dawn huma indikattivi u l-Kummissjoni hija obbligata tiddetermina l-prodott ikkonċernat billi tuża dawk il-kriterji kollha. Huwa importanti li minn dan bilfors isegwi li l-prodotti li ma jkunux identiċi jistgħu jinġabru flimkien taħt l-istess definizzjoni tal-prodott ikkonċernat, u l-eżami ta’ jekk prodott speċifiku ġiex inkluż b’mod validu għandu jkun ibbażat fuq il-karatteristiċi tal-prodott ikkonċernat kif iddefiniti mill-Kummissjoni. (15) Fl-analiżi tagħha f’dan il-każ, il-Kummissjoni ma bbażatx biss fuq il-fatt li l-AHEX AFRPs għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi bħal AFRPs oħrajn. Tabilħaqq, il-Kummissjoni stabbiliet li:

(1)

l-AHEX AFRPs jappartjenu għall-grupp ta’ prodotti ta’ HEX AFRPs li jinkludi mhux biss l-HEX tal-karozzi iżda wkoll HEX destinati għal HVACR u applikazzjonijiet oħrajn u li dawn il-prodotti jistgħu jkunu miksijin jew mhux miksijin;

(2)

it-tipi ta’ ligi użati għall-AHEX AFRPs huma simili jew jixbhu ferm ligi oħrajn użati għal AFRPs oħra li jaqgħu taħt l-ambitu;

(3)

l-AHEX AFRPs huma prodotti bl-użu tal-istess proċess ta’ manifattura kif deskritt fil-premessa (56) tar-Regolament provviżorju u fil-biċċa l-kbira jużaw l-istess tagħmir bħal AFRPs oħrajn;

(4)

ma humiex prodott niċċa;

(5)

b’mod simili għal AFRPs oħrajn li jaqgħu taħt l-ambitu, jinbiegħu lil fornituri tal-karozzi tal-Grad 1 u / jew isegwu proċess ta’ validazzjoni; u

(6)

il-prezz tagħhom ma kienx ogħla b’mod sinifikanti mill-prodotti l-oħrajn li jaqgħu taħt l-ambitu tal-prodott tal-AFRPs.

(52)

Fuq dik il-bażi, l-affermazzjoni ta’ TitanX u ta’ Valeo ġiet miċħuda.

(53)

Diversi partijiet affermaw li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kapaċità tal-produzzjoni tal-Unjoni kienet ibbażata fuq fatti żbaljati u kienet nieqsa minn motivazzjoni. Huma indikaw li l-konklużjonijiet ma kinux appoġġati minn evidenza rreġistrata jew ma kinux motivati biżżejjed u li partijiet interessati oħrajn ma setgħux jikkummentaw dwar it-tali data.

(54)

TitanX u Valeo affermaw li l-Kummissjoni ma misshiex iddependiet fuq id-deċiżjoni tad-DĠ COMP rigward l-akkwist minn Gränges ta’ Impexmetal peress li t-tali deċiżjoni kienet tassumi l-preżenza ta’ partijiet fornituri oħrajn inklużi produtturi Ċiniżi u s-sitwazzjoni fis-suq tal-AHEX AFRPs inbidlet b’mod sinifikanti peress li l-fornituri tal-UE ma għandhomx il-kapaċità disponibbli u l-fornituri Ċiniżi ma għadhomx jirrappreżentaw għażla ta’ provvista vijabbli wara l-impożizzjoni tal-miżuri tal-AD.

(55)

Is-sejba tal-Kummissjoni li l-industrija tal-Unjoni għandha kapaċità suffiċjenti sabiex tissodisfa d-domanda kurrenti kif imsemmi fil-premessa (75) tar-Regolament provviżorju ma hijiex ibbażata biss fuq id-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-fużjoni ta’ Gränges u ta’ Impexmetal (16). Tabilħaqq, kienet ibbażata wkoll fuq informazzjoni oħra (17) li diġà kienet fil-fajl meta l-Kummissjoni waslet għall-konklużjonijiet provviżorji tagħha (u kkonfermata mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija aktar ’il fuq). Barra minn hekk, hija bbażat fuq informazzjoni addizzjonali pprovduta wara l-iżvelar provviżorju li kkonfermat u appoġġat il-valutazzjoni provviżorja tal-Kummissjoni. Ta’ min jinnota li l-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar informazzjoni ġdida bħal din (18).

(56)

Valeo sostniet ukoll li l-Kummissjoni injorat l-informazzjoni estensiva li tindika nuqqas ta’ kapaċità disponibbli fir-Regolament provviżorju. Valeo u TitanX ipprovdew ukoll dokumenti addizzjonali li jindikaw żieda fil-ħinijiet għat-tlestija tal-proċessi u fil-problemi ta’ kapaċità fil-forma ta’ estratti mill-posta elettronika. F’dan ir-rigward, l-industrija tal-Unjoni argumentat li l-ħinijiet għat-tlestija tal-proċess ftit itwal u l-problemi temporanji ta’ kapaċità kienu marbutin mal-irkupru f’daqqa u b'saħħtu ta’ wara l-COVID. Dan wassal għal żieda ġenerali fid-domanda. Elementi oħrajn, bħal nuqqas ta’ kontejners fir-RPĊ, ikkontribwew ukoll għal żieda addizzjonali fid-domanda fl-UE. L-industrija tal-Unjoni spjegat ukoll li l-volumi mitlubin marru lil hinn mill-volumi miftehmin u li, meta titqies is-sitwazzjoni ta’ wara l-COVID, tali żieda fid-domanda ma setgħetx tiġi assorbita minnufih mingħajr ma tiżdied il-forza tax-xogħol. Sabiex tagħmel dan, l-industrija tal-Unjoni affermat li kienet teħtieġ viżibbiltà fit-terminu medju fil-forma ta’ kuntratti ffirmati, u mhux ordnijiet immedjati, sabiex jiġu ddeterminati l-volumi mistennijin u l-forza tax-xogħol meħtieġa. Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni pprovdiet spjegazzjonijiet sodisfaċenti li juru li ċerti estratti minn posta elettronika pprovduti mill-utenti jistgħu jiġu interpretati ħażin bħala li jindikaw nuqqas strutturali ta’ kapaċità iżda li fil-fatt kienu relatati ma’ sitwazzjoni ta’ nuqqas temporanju.

(57)

Wara l-iżvelar definittiv, Valeo affermat li ma setgħetx tingħata tort talli talbet volumi li jmorru lil hinn mill-ftehimiet kuntrattwali u li hemm ħtieġa dejjem akbar għal AHEX AFRP minħabba l-isplużjoni fid-domanda fis-settur tal-mobilità elettrika. Valeo żiedet ukoll li l-inabbiltà tal-industrija tal-Unjoni li tadatta malajr għad-domanda dejjem akbar kienet l-aktar sinjal ċar tal-limitazzjonijiet ewlenin u strutturali tal-kapaċità li qed taffaċċja l-industrija tal-Unjoni.

(58)

F’dan ir-rigward, anki jekk jitqiesu l-allegazzjonijiet dwar l-iżviluppi ta’ wara l-PI, il-Kummissjoni qieset li l-industrija tal-Unjoni kienet qed tadatta għaż-żieda fid-domanda u li l-limitazzjonijiet tal-kapaċità kienu ta’ natura temporanja. Tabilħaqq, dawk l-allegazzjonijiet urew li l-utenti kienu qed jinnegozjaw kuntratti ġodda mal-industrija tal-Unjoni. Fuq din il-bażi, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(59)

Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni argumentat li l-utenti ewlenin tal-AHEX AFRPs li affermaw nuqqas ta’ kapaċità ma ssottomettewx talbiet għal kwotazzjonijiet li jappartjenu għal volumi addizzjonali li kellhom jiġu kkonsenjati b’mod supplimentari għall-volumi tal-kuntratti diġà eżistenti għall-maġġoranza tal-fornituri tal-AHEX AFRPs. Din l-affermazzjoni twaqqa’ n-nuqqas ta’ kapaċità disponibbli. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni osservat li mill-informazzjoni fil-fajl jidher li ċerti utenti jistgħu jakkwistaw jew qed jippjanaw li jakkwistaw kwantitajiet addizzjonali mill-industrija tal-Unjoni. Konsegwentement, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni li l-industrija tal-Unjoni ma għandhiex biżżejjed kapaċità tal-produzzjoni.

(60)

Wara l-iżvelar definittiv, Valeo spjegat li l-fatt li ma kinitx nediet talbiet formali għall-kwotazzjonijiet kien marbut mal-bosta rifjuti li kienet affaċċjat u, għalhekk, kienet qed tistenna tweġiba negattiva. Barra minn hekk, Valeo argumentat li hija kienet involuta f’negozjati għall-konsenja ta’ AHEX AFRPs ma’ produttur tal-Unjoni.

(61)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni qieset li l-kumment ta’ Valeo kien spekulattiv u ma setax jitqies bħala evidenza ta’ sostenn relatata mat-talbiet għall-kwotazzjonijiet. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li n-negozjati li għalihom irreferiet Valeo ma kinux relatati ma’ volumi addizzjonali iżda ma’ tiġdid tal-kuntratt wara l-PI u, għalhekk, dawk l-allegazzjonijiet ġew miċħudin.

(62)

Wara l-iskadenza għall-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħrajn b’reazzjoni għall-iżvelar tas-sejbiet provviżorji, TitanX affermat li t-termini tal-kuntratt il-ġdid tagħha kienu anqas favorevoli mill-kuntratti preċedenti u li l-kuntratt il-ġdid ma solviex il-problemi li rriżultaw mid-dħul fis-seħħ ta’ dazji anti-dumping provviżorji. Barra minn hekk, hija argumentat li l-kuntratt il-ġdid ma jindirizzax bis-sħiħ il-problema tal-provvista peress li TitanX ikollha tkompli takkwista bi prezzijiet artifiċjalment għoljin mir-RPĊ għal perjodu ta’ żmien partikolari.

(63)

Wara l-iskadenza għall-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħrajn b’reazzjoni għall-iżvelar tas-sejbiet provviżorji, Valeo tenniet li l-produtturi tal-Unjoni ma għandhomx il-kapaċità li jissodisfaw id-domanda kollha tal-UE għal AHEX AFRPs u pprovdiet dokumenti sensittivi li jiddeskrivu ċerti problemi tal-kapaċità u mġibiet kummerċjali.

(64)

Wara l-iżvelar definittiv, TitanX sostniet li jenħtieġ li l-problema tal-kapaċità li qed taffaċċja l-industrija tal-Unjoni ma titqiesx bħala temporanja fid-dawl tad-durata tagħha. Hija rrapportat problemi riċenti oħrajn li għandhom impatt fuq il-katina tal-provvista tagħha u lmentat dwar l-imġiba opportunistika u abbużiva ta’ ċerti produtturi ewlenin tal-Unjoni.

(65)

Wara l-iżvelar definittiv, Valeo sostniet li r-raġunijiet invokati mill-Kummissjoni sabiex tirrifjuta l-affermazzjoni ta’ Valeo ta’ nuqqas ta’ kapaċità (rkupru ta’ wara l-COVID, kostijiet tan-nol u nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ materja prima) ma kinux jindirizzaw il-ħafna każijiet iddokumentati b’mod uffiċjali li allegatament jindikaw il-problemi kroniċi u sistemiċi ta’ kapaċità esperjenzati mill-produtturi tal-Unjoni.

(66)

F’dan ir-rigward, anki jekk tikkunsidra l-allegazzjonijiet dwar l-iżviluppi ta’ wara l-PI, il-Kummissjoni qieset li, minħabba d-durata tagħha, is-sitwazzjoni deskritta minn TitanX u minn Valeo ma kinitx ta’ natura sistemika, kronika jew strutturali, iżda pjuttost sitwazzjoni temporanja li tippermetti lill-industrija tal-Unjoni taġġusta għas-sitwazzjoni l-ġdida tas-suq f’kuntest ta’ rkupru ekonomiku b’saħħtu ta’ wara l-COVID. Dan huwa pprovat ukoll mis-sitwazzjoni deskritta fil-premessa (61) li tindika problema temporanja marbuta mal-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping provviżorji. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonfermat is-sejbiet tagħha fuq il-bażi tal-evidenza matul il-PI u ċaħdet din l-affermazzjoni.

(67)

Fir-rigward tal-problemi l-oħrajn imsemmijin, anki jekk titqies l-informazzjoni dwar l-iżviluppi ta’ wara l-PI, il-Kummissjoni ma qisitx li dawn ikunu jikkorrispondu għal żviluppi anormali fir-relazzjonijiet kummerċjali b’mod ġenerali iżda pjuttost għal prattiki ta’ negozjar f’perjodu ta’ tensjoni fis-suq. Għalhekk, is-sejbiet li saru fuq il-bażi tal-evidenza matul il-PI jibqgħu l-istess. Fi kwalunkwe każ, kif imsemmi fil-premessa (552), jenħtieġ li jitfakkar li l-iskop tal-miżuri anti-dumping huwa li jirrestawraw kundizzjonijiet ġusti u ekwi, bir-riżultat tagħhom li normalment ikun żieda fil-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni.

(68)

Barra minn hekk, kif imsemmi fil-premessa (56), il-Kummissjoni ma invokatx raġunijiet bħall-kostijiet tan-nol u n-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ materja prima sabiex tirrifjuta l-affermazzjoni ta’ Valeo dwar in-nuqqas ta’ kapaċità. Kif imsemmi fil-premessa (152), it-tali elementi ntużaw sabiex jispjegaw iż-żieda riċenti fil-prezzijiet, u mhux in-nuqqas ta’ kapaċità. Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni qagħdet fuq l-irkupru ekonomiku ta’ wara l-COVID sabiex tispjega s-sitwazzjoni attwali tas-suq. Fuq din il-bażi, dawn l-affermazzjonjiet ġew miċħudin.

(69)

Wara l-iżvelar definittiv, Valeo sostniet ukoll li l-Kummissjoni naqset milli tikkunsidra l-evidenza uffiċjali kollha u naqset milli tipprovdi motivazzjoni suffiċjenti u konsistenti b’appoġġ għas-sejbiet tagħha dwar il-kapaċità tal-AHEX AFRP. Hija żiedet li l-Kummissjoni għandha obbligu li tikkunsidra d-data uffiċjali kuntrarja kollha u tiddeċiedi liema għandha l-ogħla valur evidenzjarju. B’mod partikolari, Valeo l-ewwel ilmentat dwar is-sommarji pubbliċi allegatament b’nuqqasijiet “estremi” ta’ ċerti dokumenti (19) użati mill-Kummissjoni għas-sejbiet tagħha. F’dan ir-rigward, Valeo qieset li l-użu ta’ tali informazzjoni riklassifikata kien jikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tad-difiża ta’ Valeo. Barra minn hekk, Valeo affermat li l-użu ta’ 54 % tal-kapaċità tal-produzzjoni rrapportat mill-industrija tal-Unjoni għall-AHEX AFRPs fl-2020 kien jikkontradixxi l-allegati problemi “temporanji” ta’ kapaċità affaċċjati fl-ewwel parti tal-2021 u ma setax jiġi spjegat mill-“irkupru f’daqqa u b’saħħtu ta’ wara l-COVID”. F’dan ir-rigward, Valeo indikat id-dannu li l-industrija tal-Unjoni kkawżat lilha nnifisha meta allegatament ma setgħetx tforni fl-2021 filwaqt li kellha tali rata ta’ użu tant baxxa fl-2020.

(70)

Il-Kummissjoni ma qablitx u qieset li kienet qieset l-evidenza uffiċjali rilevanti kollha sabiex toħroġ konklużjonijiet sinifikattivi u imparzjali bbażati fuq motivazzjonijiet suffiċjenti u konsistenti. L-ewwel nett, il-Kummissjoni qieset li l-verżjoni miftuħa tad-dokumenti li bbażat fuqhom kienet tinkludi sommarju tal-informazzjoni sensittiva li ppermettiet lill-partijiet interessati kollha jkollhom fehim raġonevoli tagħhom. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li Valeo ma talbitx verżjoni miftuħa riveduta ta’ dawn id-dokumenti. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ma qisitx li d-drittijiet tad-difiża ta’ Valeo nkisru. F’dak li għandu x’jaqsam mar-rata ta’ użu tal-kapaċità u l-allegat dannu kkawżat mill-industrija fuqha nnifisha, l-ewwel jenħtieġ li jiġi nnotat li, kif imsemmi fil-premessa (117), il-Kummissjoni ma bbażatx fuq is-sottomissjoni tal-EA li turi użu ta’ 54 % tal-kapaċità fl-2020 sabiex tivvaluta l-kapaċità tal-produzzjoni iżda bbażat b’mod konservattiv fuq il-vjeġġi mill-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, ta’ min jinnota li l-kontradizzjoni deskritta minn Valeo tikkorrispondi għal sentejn differenti (2020 vs 2021) meta s-sitwazzjoni ekonomika kienet differenti b’mod sinifikanti, li jwassal għal livelli differenti ħafna ta’ tkabbir u ta’ domanda għall-AFRPs.

(71)

Barra minn hekk, TitanX ikkontestat xi dikjarazzjonijiet magħmulin mill-Kumpanija B rigward allegati diffikultajiet sabiex takkwista mir-RPĊ minħabba fatturi bħan-nuqqas ta’ kontejners jew diffikultajiet fil-provvista relatati mal-fornituri Ċiniżi. Hija kkontestat ukoll id-dikjarazzjonijiet li s-sitwazzjoni tal-konsenji tal-Kumpanija B kienet tjiebet u li l-produtturi tal-HEX ma kinux eżawrixxew l-għażliet sabiex isibu sorsi addizzjonali minn produtturi oħrajn tal-Unjoni jew li l-volumi mitlubin għall-2022 kienu jkunu aktar baxxi milli fl-2021.

(72)

Il-Kummissjoni qieset li l-allegazzjonijiet mhux appoġġati u kontradittorji magħmulin mill-Kumpanija B u t-tweġibiet sussegwenti minn TitanX kienu relatati ma’ elementi speċifiċi għall-kumpanija f’relazzjoni kummerċjali li l-Kummissjoni ma setgħetx tivverifika.

(73)

Valeo argumentat ukoll li EA kienet ingannat lill-Kummissjoni dwar il-kapaċità disponibbli tagħha b’sottomissjonijiet foloz f’dan ir-rigward. EA sostniet li l-allegazzjonijiet ta’ Valeo dwar is-sottomissjonijiet tagħha kienu foloz u inaċċettabbli. Hija argumentat ukoll li dawn l-affermazzjonijiet ma kinux issostanzjati b’evidenza fil-fajl miftuħ. Il-Kummissjoni kkonfermat il-kumment ta’ EA u ċaħdet l-affermazzjoni ta’ Valeo f’dan ir-rigward.

(74)

Diversi partijiet interessati affermaw li l-investimenti tal-industrija tal-Unjoni ma jkunux biżżejjed sabiex jissodisfaw iż-żieda mbassra fid-domanda xprunata mill-bidla minn vetturi b’magna ta’ kombustjoni interna (“ICE”) għal vetturi elettriċi/ibridi sal-2026. Fl-istess kuntest, ACEA qieset li ż-żieda fid-domanda se taggrava l-problemi ta’ kapaċità.

(75)

TitanX sostniet li hemm nuqqas ta’ kapaċità disponibbli għall-provvista ta’ AHEX AFRPs għall-manifattura ta’ soluzzjonijiet għat-tkessiħ tas-sistema tal-motopropulsjoni għall-vetturi kummerċjali. Id-domanda għat-tali prodott hija mistennija tikber fl-2021 u x-xejra hija mistennija li tkompli fl-2022.

(76)

F’dan ir-rigward, Valeo u l-industrija tal-Unjoni pprovdew il-projezzjoni tal-konsum tagħhom sal-2026 f’dak li għandu x’jaqsam mal-AHEX AFRPs. Dawn il-projezzjonijiet kienu bbażati fuq in-numru ta’ vetturi ħfief għal kull tip ta’ magna li għandhom jiġu prodotti u fuq il-piż li l-AHEX AFRPs se jirrappreżentaw għal kull tip ta’ magna (kombustjoni interna, elettrika, ibrida sħiħa, ibrida plug-in, ibrida ħafifa, eċċ.).

(77)

Fuq il-bażi tal-projezzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-konsum / id-domanda tal-AHEX AFRP huma mistennijin jiżdiedu minn [195 – 215] (20) elf tunnellata fl-2019 għal [220 – 270] elf tunnellata fl-2026, li jikkorrispondu għal żieda ġenerali ta’ 28 %. Fil-kalkoli dettaljati tagħha, l-industrija tal-Unjoni pprovdiet il-piż tal-AHEX AFRP għal kull karozza (fuq il-bażi tal-intelliġenza tas-suq ipprovduta mill-membri ta’ European Aluminium) u l-volum mistenni tal-produzzjoni tal-vetturi skont it-tip ta’ magna (fuq il-bażi ta’ Ducker Frontier / LMC Automotive (21) Awwissu 2020) b’mod trasparenti. Min-naħa tagħha, Valeo indikat biss li l-kapaċità totali disponibbli tal-Unjoni, bħala medja, tkun 17 % anqas mid-domanda matul il-perjodu 2021-2027 mingħajr ma pprovdiet informazzjoni oħra li dwarha setgħu jikkummentaw partijiet oħrajn.

(78)

Kif imsemmi fil-premessa (34), is-sottomissjoni tal-11 ta’ Ġunju 2021 ta’ Valeo ma ġietx ippreżentata b’mod puntwali u parti mill-kummenti mqajmin kienu relatati ma’ dokument dwar il-projezzjonijiet tal-kapaċità u tal-provvista (22) miżjud mal-fajl minn EA qabel l-iżvelar provviżorju, u li għalih Valeo diġà kellha aċċess.

(79)

Fil-kummenti l-oħrajn tagħha, Valeo qablet mal-volum tal-konsum għas-sena 2019 u qieset li dan kien validu għas-sena 2021 ukoll. Madankollu, Valeo qieset li l-qsim minn EA tal-volum tal-produzzjoni bejn ICE u vetturi ibridi oħrajn (madwar 50 % vs 50 %) ma kinitx korretta peress li s-sehem ta’ vetturi ibridi jkun ħafna ogħla fl-2026 (madwar 73 % vs 27 %). F’dan ir-rigward, hija rreferiet għal IHS Markit, kumpanija tal-intelliġenza tas-suq allegatament ikkonsultata mill-industrija tal-karozzi kollha u li użat fil-projezzjoni tagħha (23). Madankollu, ma setax jiġi aċċertat li l-informazzjoni kienet ipprovduta minn IHS. Fi kwalunkwe każ, il-kalkoli ta’ Valeo tas-sehem ta’ vetturi ICE fl-2026 fuq il-bażi tal-projezzjoni ta’ EA ma humiex akkurati. Tabilħaqq, il-projezzjoni ta’ EA hija li l-vetturi ICE se jirrappreżentaw 40 % (u mhux 50 %) tal-produzzjoni. Barra minn hekk, l-affermazzjoni ta’ Valeo li l-projezzjoni tal-produzzjoni totali ta’ EA tkun ta’ madwar 16-il miljun vettura fl-2026 hija żbaljata wkoll peress li EA rrapportat output totali ta’ madwar 20 miljun għal dak il-perjodu.

(80)

Meta kienet qed tfittex sors ieħor ta’ informazzjoni, il-Kummissjoni kkonsultat artiklu ppubblikat minn Boston Consulting group (“BCG”) (24), ipprovdut mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-fornituri tal-karozzi (CLEPA), li kkonferma li s-sehem ta’ vetturi mhux ICE se jiżdied fis-snin li ġejjin. Skont dan is-sors, is-sehem mis-suq projettat tal-vetturi ICE (diżil u petrol) se jonqos għal 36 % fl-2025; jiġifieri ħafna eqreb għaċ-ċifra ta’ EA milli għal ta’ Valeo. Konsegwentement, il-Kummissjoni sabet li l-projezzjonijiet ta’ EA tal-iżviluppi futuri tas-suq fir-rigward ta’ ICE jirriflettu aktar mill-qrib dawk li bħalissa huma mistennijin li jkunu x-xejriet futuri fil-ħames snin li ġejjin.

(81)

Valeo sostniet ukoll li EA qieset li l-vetturi ICE u ibridi jeħtieġu volum ugwali ta’ AHEX AFRPs li allegatament jikkontradixxi l-informazzjoni kondiviża bejn il-Kumpanija B u Valeo, li tindika piż u ħtieġa akbar tal-AHEX AFRP għal vetturi ibridi milli għal vetturi ICE.

(82)

F’dan ir-rigward, l-ewwel jenħtieġ li jiġi nnotat li EA fil-fatt għamlet distinzjoni fil-konsum ta’ AHEX AFRPs bejn vetturi ICE u vetturi ibridi u qieset li bħala medja l-vetturi ibridi jkunu jeħtieġu aktar AHEX AFRPs milli vetturi ICE. It-tieni, l-informazzjoni kondiviża bejn il-produttur tal-Unjoni, jiġifieri l-Kumpanija B, u Valeo ma tistax titqies rappreżentattiva tad-differenza attwali bejn il-vetturi ICE standard u vetturi ibridi. Tabilħaqq, din l-informazzjoni tirreferi biss għal prodott partikolari li juża l-AHEX AFRPs (chiller) u l-kwantitajiet imsemmijin jirrappreżentaw biss parti insinifikanti mill-volum tax-xiri ta’ Valeo għas-sena 2019 jew għall-PI. Barra minn hekk, ma setax jiġi stabbilit l-impatt tad-daqs tal-proġett u ta’ żieda potenzjali fin-numru ta’ biċċiet ordnati mill-utent OEM downstream. It-tielet, l-investigazzjoni żvelat li l-piż tal-AHEX AFRPs għal kull mudell ivarja skont it-tip ta’ vettura ibrida (ibrida ħafifa / plug-in / sħiħa). Fil-fatt, il-vetturi ibridi ħfief jeħtieġu biss ftit aktar AHEX AFRP mill-vetturi ICE u se jirrappreżentaw sehem kbir mill-vetturi mhux ICE sal-2026. Fuq din il-bażi u fin-nuqqas ta’ kummenti oħrajn dwar il-kwantità ta’ AHEX AFRPs meħtieġa għal kull tip ta’ vettura, il-Kummissjoni qieset li l-istima ta’ EA dwar il-proporzjon tal-konsum għal tipi differenti ta’ vetturi kienet raġonevoli.

(83)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-kapaċità eżistenti u mal-investimenti addizzjonali fil-kapaċità, xi partijiet affermaw li jenħtieġ li l-Kummissjoni ma testrapolax id-data tal-produttur tal-Unjoni inkluż fil-kampjun Elval għall-industrija kollha tal-Unjoni. Barra minn hekk, Valeo sostniet li, fuq il-bażi ta’ “data akkurata u konservattiva ħafna”, il-pjan ta’ investiment ippreżentat mill-Kumpanija B ma kienx biżżejjed sabiex ikopri d-domanda prevista għal AHEX AFRPs bejn l-2022 u l-2025, fuq il-bażi tal-projezzjoni tal-konsum tagħha. Min-naħa tagħha, il-CLEPA affermat li l-industrija tal-Unjoni ma ssostanzjatx l-investimenti tagħha sabiex tespandi l-kapaċità b’evidenza konvinċenti jew b’motivazzjoni suffiċjenti. Valeo affermat ukoll li d-dikjarazzjoni tal-Kumpanija B li bħalissa qed toqrob lejn il-kapaċità massima tal-park tal-makkinarju kienet f’kunflitt mal-użu tal-kapaċità rrapportat ippreżentat fid-dokument t21.004224 fejn il-Kumpanija B tirrapporta previżjoni ta’ użu ta’ [80-88 %] tal-kapaċità għall-2021.

(84)

L-ewwel nett, ta’ min jinnota li l-Kummissjoni ma estrapolatx id-data ta’ Elval lill-industrija tal-Unjoni u kkunsidrat it-tali informazzjoni għal Elval biss. Barra minn hekk, fir-rigward tad-data tal-Kumpanija B, Valeo bbażat fuq suppożizzjoni mhux akkurata relatata mal-allokazzjoni tal-kapaċità tal-produzzjoni għall-AHEX AFRPs. Fil-fatt hija qieset l-allokazzjoni ta’ [60-70 %] għal HEX applikabbli biss fl-2021, għall-perjodu kollu tal-2022-2026 filwaqt li l-Kumpanija B indikat li l-kapaċità installata addizzjonali tiġi allokata għal HEX skont il-kundizzjonijiet kummerċjali iżda tal-anqas tikber mad-domanda. Billi għamlet dan, Valeo ssottovalutat bi [30-40 %] l-installazzjoni ta’ kapaċità addizzjonali għall-prodotti HEX.

(85)

Wara l-kummenti tal-CLEPA, il-Kummissjoni talbet lill-industrija tal-Unjoni sabiex tikkomplementa l-informazzjoni sensittiva diġà disponibbli fil-fajl fil-forma ta’ tweġibiet għall-kwestjonarju, ta’ esibiti mill-missjonijiet u ta’ dokumenti sensittivi oħrajn b’evidenza addizzjonali disponibbli għal partijiet oħrajn kif ukoll sabiex tiċċara ċerti ċifri u tagħmel ċerti korrezzjonijiet. L-informazzjoni addizzjonali pprovduta minn EA (25) u mill-Kumpanija B (26) ikkonfermat is-sejbiet provviżorji.

(86)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni naqset milli tara l-kontradizzjoni bejn it-tbassir tal-użu tal-kapaċità u d-dikjarazzjoni tal-Kumpanija B. Tabilħaqq, għall-kuntrarju tal-affermazzjoni ta’ Valeo, il-Kumpanija B ma tiddikjarax li hija tinsab fi stat ta’ kapaċità sħiħa, iżda li bħalissa qed toqrob lejn tali użu tal-kapaċità filwaqt li t-tbassir tal-użu ta’ [80-88] % tal-kapaċità huwa relatat mas-sena 2021 kollha kemm hi; jiġifieri jenħtieġ li s-sitwazzjoni f’mument partikolari (meta l-Kumpanija B bħalissa qed toqrob lejn il-kapaċità sħiħa) ma tiġix estrapolata u ma titqabbilx ma’ previżjoni relatata ma’ sena sħiħa.

(87)

Fil-qosor, il-Kummissjoni ġabret il-previżjonijiet tad-domanda u tal-provvista (“FC”) li ġejjin għas-snin 2021 u 2026.

Tabella 1

Provvista u domanda għall-AHEX AFRP fl-UE (1 000 tunnellata)

 

2021 FC

2026 FC mingħajr importazzjonijiet mir-RPĊ

2026 FC b’importazzjonijiet mir-RPĊ

2026 Valeo FC mingħajr importazzjonijiet mir-RPĊ

2026 Valeo FC b’importazzjonijiet mir-RPĊ

Domanda

[200 - 220]

[265 - 275]

[265 - 275]

[295 - 315]

[295 - 315]

Importazzjonijiet miċ-Ċina

[20 - 30]

 

[20 - 30]

 

[20 - 30]

Importazzjonijiet mit-Turkija

[15 - 25]

[15 - 25]

[15 - 25]

[15 - 25]

[15 - 25]

Kapaċità tal-Unjoni

[180-200]

[180-200]

[180-200]

[195-215]

[180-200]

Kapaċità addizzjonali

 

[50 - 70]

[50 - 70]

[50 - 70]

[50 - 70]

Surplus (nuqqas)

[15 - 25]

[5 - 10]

[25 -35]

-[10 - 20]

[5 - 15]

% tad-domanda

9,5  %

2,3  %

11,7  %

-5,5  %

2,7  %

(88)

Is-sorsi għall-valuri ta’ hawn fuq huma dawn li ġejjin. Għat-tabella ta’ hawn fuq, id-domanda kienet ibbażata fuq il-projezzjoni tal-konsum ta’ EA (27) adattata għall-qsim ta’ BCG bejn vetturi ICE u mhux ICE. Il-projezzjoni tal-konsum ta’ Valeo (28) ġiet irrapportata bħala sottomessa.

(89)

Wara l-iskadenza sabiex tikkummenta dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħrajn b’reazzjoni għall-iżvelar tas-sejbiet provviżorji, Valeo pprovdiet ċifri tat-tbassir riveduti bbażati fuq rapport tas-suq ta’ Mejju 2021 mid-ditta tar-riċerka IHS Markit. Fuq il-bażi ta’ dan ir-rapport u tal-piż tal-AHEX AFRPs projettat ta’ Valeo għal kull tip ta’ magna tal-karozzi, Valeo affermat li d-domanda kienet se tilħaq it-[320 – 350] elf tunnellata fl-2026 wara żieda mistennija fil-produzzjoni tal-karozzi u aċċellerazzjoni fix-xejra ta’ elettrifikazzjoni. Fuq din il-bażi, hija sostniet li l-projezzjoni tad-domanda ta’ EA kienet qed tissottovaluta d-domanda futura saħansitra aktar u tenniet li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tissodisfa d-domanda attwali u pprovdiet skambji tal-posta elettronika f’dan ir-rigward. Valeo tenniet ukoll li l-investimenti ppjanati tal-industrija tal-Unjoni ma kinux biżżejjed sabiex jissodisfaw id-domanda futura.

(90)

Wara l-iżvelar definittiv, Valeo kkontestat ukoll id-dipendenza tal-Kummissjoni fuq l-artiklu ta’ BCG sabiex tirrifjuta l-istimi tad-domanda għall-AHEX AFRPs futuri għal diversi raġunijiet u qieset li l-istima tad-domanda tal-Kummissjoni kienet skaduta u jenħtieġ li tiġi rriveduta fid-dawl tat-tbassir il-ġdid ipprovdut.Barra minn hekk, Valeo rreferiet għall-pakkett leġiżlattiv “Lest għall-mira ta’ 55 %” skont il-Patt Ekoloġiku Ewropew bħala żvilupp importanti li ma ġiex ikkunsidrat fi previżjonijiet oħrajn u li kien jinkludi speċifikament proposti li għandhom l-għan li jnaqqsu l-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra u li jnaqqsu l-emissjonijiet medji ta’ karozzi ġodda b’55 % mill-2030 u b’100 % mill-2035 meta mqabblin mal-2021. F’dan il-kuntest, hija argumentat li l-projezzjoni tad-domanda tat-Tabella 1 u tal-premessa (87) kienet obsoleta u li l-projezzjonijiet futuri jiżdiedu b’mod sinifikanti bħala riżultat tal-Patt Ekoloġiku. F’dan il-kuntest, hija talbet lill-Kummissjoni tuża l-previżjoni tad-domanda ta’ Valeo fuq il-bażi tar-rapport tal-IHS Markit ta’ Mejju 2021 li wera żieda aktar mgħaġġla fid-domanda futura għal AHEX AFRPs mir-rapporti pprovduti qabel minn Valeo jew minn EA. Barra minn hekk, Valeo argumentat li IHS Markit kienet sors aħjar minn Ducker u minn LMC Automotive (“LMC”), li kienet aktar aġġornata (fiż-żmien tas-sottomissjoni) u kienet aċċessibbli għal partijiet oħrajn (permezz ta’ verżjonijiet mhux kunfidenzjali sinifikattivi jew max-xiri).

(91)

L-affermazzjoni mtennija ta’ Valeo (ara l-premessa (89)) li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tiffaċċja d-domanda attwali diġà kienet indirizzata fil-premessi (64) sa (66).

(92)

Minbarra l-kummenti ta’ Valeo dwar l-eżistenza ta’ informazzjoni aktar aġġornata, EA ntalbet tipprovdi previżjoni aġġornata tad-domanda. Il-previżjoni tad-domanda pprovduta minn EA kienet ibbażata fuq żewġ sorsi; Previżjoni tal-Produzzjoni ta’ Vetturi Ħfief ta’ IHS Markit tal-5 ta’ Lulju 2021 u DuckerFrontier (Mejju 2021) fuq il-bażi ta’ LMC Automotive Q1/2021. Id-data ta’ IHS Markit kienet dettaljata ħafna u kienet tinkludi l-volumi ta’ produzzjoni previsti għal kull pajjiż tal-produzzjoni, u b’hekk tippermetti l-identifikazzjoni tal-volum li għandu jiġi prodott fl-Unjoni. Is-sett tad-data ta’ LMC automotive Q1/2021 ma kienx relatat mas-suq tal-Unjoni biss u ġie aġġustat ’l isfel fuq il-bażi tat-tbassir tal-produzzjoni ta’ IHS Markit tal-5 ta’ Lulju 2021 sabiex jikkorrispondi mal-EU27. Barra minn hekk, id-data ta’ LMC Automotive ntużat ukoll sabiex tiġi stabbilita l-qasma bejn it-tipi differenti ta’ magni. Fuq il-bażi ta’ din l-istatistika aġġornata u fuq il-bażi tal-piż tal-AHEX AFRP għal kull tip ta’ magna tal-karozzi ta’ EA, EA pproġettat li d-domanda se tiżdied minn [188 – 195] elf tunnellata fl-2019 għal [222 – 263] elf tunnellata fl-2026.

(93)

Wara s-sottomissjoni ta’ EA, Valeo kkummentat li l-limitu aktar baxx għall-2026 kien taħt id-domanda stmata mill-Kummissjoni fit-Tabella 1 u li dan il-valur kien illoġiku fid-dawl tat-tkabbir mistenni fid-domanda minħabba l-elettrifikazzjoni tas-settur tal-karozzi.

(94)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat li, għall-kuntrarju tal-projezzjonijiet tad-domanda preċedenti, l-aħħar projezzjoni ta’ EA kienet relatata esklussivament mal-EU27, li spjegat għaliex, minkejja li wriet żieda sinifikanti fid-domanda, il-projezzjoni bdiet minn livell aktar baxx. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-istima ta’ EA kienet loġika peress li wriet żieda fid-domanda matul il-perjodu 2019 – 2026 f’konformità max-xejra ta’ elettrifikazzjoni.

(95)

Valeo sostniet ukoll li s-sorsi użati minn EA seħħet qabel it-tħabbira tal-Kummissjoni dwar il-pakkett “Lesti għall-Mira ta’ 55 %” tal-Patt Ekoloġiku tal-14 ta’ Lulju 2021 u li EA kienet konxja minn dik it-tħabbira, iżda li EA ma kinitx qieset dak l-element fl-istima tagħha tad-domanda. Fuq il-bażi ta’ dan, hija argumentat li EA ma kkooperatx kemm verament setgħet. Barra minn hekk, Valeo talbet lill-Kummissjoni tistma d-domanda futura jew fuq il-bażi tar-rapport ta’ IHS Markit imsemmi fil-premessa (90) wara li taġġornah ’il fuq sabiex tqis l-impatt tal-Patt Ekoloġiku jew fuq il-bażi tal-istatistika aġġornata li għadha kif ġiet ippreżentata ta’ LMC Automotive (29) tad-29 ta’ Lulju 2021 li allegatament ikkunsidrat l-impatt tal-Patt Ekoloġiku. Fuq din il-bażi, l-istima tad-domanda ta’ Valeo għall-2026 laħqet it-[340 – 380] elf tunnellata.

(96)

Il-Kummissjoni qieset li EA kienet ikkooperat kemm verament setgħet peress li EA kienet użat l-aktar statistika riċenti ta’ IHS Markit li kellha għad-dispożizzjoni tagħha. Fi kwalunkwe każ, skont Valeo u “assoċjazzjoni ewlenija fl-industrija”, IHS Markit hija sors aħjar minn Ducker u LMC. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li l-informazzjoni pprovduta minn EA kienet riċenti biżżejjed sabiex tiġi stmata d-domanda futura bl-aktar mod akkurat possibbli. Barra minn hekk, Valeo ma pprovdietx evidenza li turi li t-tħabbira tal-Patt Ekoloġiku ma kinitx antiċipata minn ditti tar-riċerka bħal IHS Markit jew LMC, speċjalment meta jitqies li huma jipproduċu rapporti bħal dawn fuq bażi regolari u li t-tħabbira tal-Patt Ekoloġiku sempliċiment ifformalizzat dak li l-esperti tas-suq kienu diġà antiċipaw minn qabel (30). Barra minn hekk, kif indikat minn Valeo, previżjonijiet futuri preċiżi fi kwalunkwe każ ikunu soġġetti għal diskussjonijiet mal-klijenti OEM tagħha sabiex jiġu ddeterminati l-ħtiġijiet futuri.

(97)

Il-Kummissjoni qieset ukoll it-tbassir l-aktar reċenti pprovdut minn Valeo iżda rrifjutatu billi l-analiżi tal-informazzjoni mogħtija minn Valeo msemmija fil-premessi (89) u (95), u li kienet appoġġata b’data sottostanti fil-kummenti tagħha dwar l-iżvelar definittiv, uriet li l-istimi tad-domanda tagħha (kemm jekk ibbażati fuq IHS Markit jew LMC) kienu sopravalutati peress li ma kinux relatati mal-installazzjoni tal-magni jew mal-produzzjoni tal-karozzi fl-Unjoni, iżda kienu jinkludu wkoll l-installazzjoni tal-magni jew il-produzzjoni tal-karozzi f’pajjiżi oħrajn bħar-Renju Unit, ir-Russja u t-Turkija. Fil-fatt, ir-rapporti ta’ IHS Markit użati minn Valeo ssopravalutaw l-installazzjoni annwali tal-magni fl-Unjoni b’aktar minn 18 % matul il-perjodu 2021-2026. Filwaqt li r-rapporti ta’ LMC ipprovduti ma kinux jippermettu li ssir distinzjoni għal kull pajjiż tal-produzzjoni tal-karozzi, kienu jirreferi b’mod ċar għal ambitu ġeografiku akbar mill-Unjoni peress li kienu jinkludu pajjiżi tas-CIS u preżumibbilment pajjiżi oħrajn, bħar-Renju Unit u t-Turkija, fejn il-produzzjoni tal-karozzi sseħħ fi kwantitajiet sinifikanti. Fuq din il-bażi, tqies li l-ambitu ġeografiku ta’ din l-istatistika kien wiesa’ wisq u jenħtieġ li ma jintużax sabiex tiġi vvalutata d-domanda tal-AHEX AFRP fl-Unjoni. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni qieset li d-domanda mbassra pprovduta minn EA, kif imsemmi fil-premessa (103), kienet aktar xierqa peress li kienet relatata mal-UE biss u, kienet ibbażata fuq rapport riċenti biżżejjed ta’ IHS Markit, Li, kif imsemmi fil-premessa (90), Valeo tqis bħala sors aħjar minn Ducker u LMC.

(98)

Wara l-iżvelar definittiv, TitanX sostniet li t-tbassir tad-domanda tal-Kummissjoni kien obsolet u ma kienx iqis il-vetturi kummerċjali. Hija rreferiet għall-Patt Ekoloġiku Ewropew u għall-proposti leġiżlattivi mħabbrin li għandhom l-għan li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra b’mod ġenerali u fis-settur tal-karozzi b’mod partikolari. F’dan il-kuntest, hija affermat li l-miri l-ġodda tal-emissjonijiet ikunu jżidu r-rata tal-elettrifikazzjoni fl-industrija tal-karozzi u jwasslu għal żieda fid-domanda għall-AHEX AFRPs. F’dan ir-rigward, hija stiednet lill-Kummissjoni tikkunsidra l-previżjoni tad-domanda ta’ Valeo msemmija fil-premessa (89)(104).

(99)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-affermazzjoni ta’ TitanX relatata mal-vetturi kummerċjali, kif imsemmi fil-premessa (115), il-Kummissjoni qieset biss 85 % tal-volum medju tal-vjeġġi lejn l-UE ddestinat għat-trasport sabiex tivvaluta b’mod konservattiv id-domanda għall-vetturi ħfief biss. Bħala tali, il-15 % li jifdal kienu jinkludu vjeġġi destinati għal vetturi kummerċjali. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni li tindika konklużjonijiet differenti f’dan ir-rigward jew evidenza dwar id-domanda futura għall-vetturi kummerċjali, tqies li l-industrija tal-Unjoni kellha kapaċità suffiċjenti sabiex taqdi d-domanda għal dan is-settur partikolari. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(100)

Wara l-iżvelar addizzjonali, Valeo u CLEPA kkontestat l-approċċ tal-Kummissjoni li teskludi l-produzzjoni tal-karozzi f’pajjiżi bħat-Turkija, ir-Russja u r-Renju Unit mill-kalkoli tagħha. F’dan ir-rigward, Valeo argumentat fuq il-bażi tal-istatistika tal-Eurostat u tar-rekords tagħha stess li hemm esportazzjonijiet sinifikanti ta’ komponenti tal-HEX lejn ir-Russja, it-Turkija u r-Renju Unit. Barra minn hekk, hija argumentat li hemm produzzjoni limitata ħafna tal-komponenti tal-HEX f’dawn il-pajjiżi u li dawn il-pajjiżi jiddependu ħafna fuq l-importazzjonijiet mill-Unjoni. Min-naħa tagħha, il-CLEPA saħqet li l-produzzjoni tal-vetturi barra mill-Unjoni hija responsabbli għal sehem sinifikanti tal-produzzjoni mill-fornituri tal-karozzi fl-UE u li hemm kapaċità limitata tal-produzzjoni għall-AHEX barra mill-UE. Il-CLEPA affermat ukoll li s-sehem tal-partijiet tal-UE jew tal-valur miżjud tal-UE f’vetturi prodotti fir-Renju Unit, fir-Russja jew fit-Turkija kien sinifikanti. Għalhekk, il-CLEPA affermat li l-esportazzjonijiet jiġġeneraw dħul sinifikanti għall-fornituri tal-karozzi tal-UE u li jenħtieġ li l-produzzjoni tal-fornituri tal-karozzi ma tiġix iddeterminata biss mill-produzzjoni tal-vetturi fl-UE nnifisha, iżda wkoll mir-reġjun usa’. Fuq din il-bażi, Valeo u l-CLEPA argumentaw li jenħtieġ li d-domanda għall-AHEX AFRPs tkun ibbażata fuq il-ħtiġijiet attwali tal-produtturi tal-AHEX, irrispettivament mid-destinazzjoni tal-prodotti tagħhom. Barra minn hekk, Valeo argumentat li kieku ma jiġux ikkunsidrati l-AHEX iddestinati għall-esportazzjoni, l-interess tal-Unjoni ma jkunx analizzat kif xieraq.

(101)

Kif imsemmi fil-premessa (145), il-Kummissjoni għarfet l-eżistenza ta’ esportazzjonijiet ta’ komponenti tal-HEX minn ċerti produtturi tal-AHEX. Madankollu, il-Kummissjoni ma qablitx mal-fatt li l-produzzjoni tal-karozzi f’dawn il-pajjiżi jenħtieġ li titqies fit-totalità tagħha għall-valutazzjoni tad-domanda fl-UE. Tabilħaqq, l-affermazzjoni li tali pajjiżi kienu jiddependu ħafna fuq l-importazzjonijiet mill-Unjoni ma kinitx issostanzjata b’evidenza ta’ sostenn. Kif irrikonoxxut minn Valeo, l-istatistika tal-Eurostat ma kinitx relatata esklussivament mal-AHEX u kienet tinkludi prodotti oħrajn. Filwaqt li rrikonoxxiet l-eżistenza tal-kapaċità tal-produzzjoni tal-AHEX f’dawn il-pajjiżi, Valeo ma kkwantifikatx il-kapaċità tal-produzzjoni tal-produtturi domestiċi tal-AHEX li semmiet. Barra minn hekk, ma setax jiġi eskluż li dawn is-swieq ma jiġux fornuti minn fornituri domestiċi tal-AHEX (31) minbarra dawk ikkwotati minn Valeo jew minn produtturi tal-AHEX mhux tal-UE. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni qieset li Valeo ma kinitx uriet li l-produtturi tal-AHEX li jinsabu fl-Unjoni kienu qed jipprovdu lil dawn il-pajjiżi b’tali proporzjonijiet li tali swieq kienu qed jiddependu ħafna fuq il-produtturi tal-Unjoni ta’ AHEX. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li l-affermazzjonijiet tal-CLEPA ma kinux speċifiċi biżżejjed peress li ma kinux relatati b’mod partikolari mal-AHEX iżda pjuttost mal-attivitajiet ta’ esportazzjoni tal-fornituri tal-karozzi b’mod ġenerali.

(102)

Fuq il-bażi tal-elementi fil-fajl, il-Kummissjoni rrikonoxxiet l-eżistenza ta’ ċerti rabtiet kummerċjali bejn il-produtturi tal-AHEX li jinsabu fl-Unjoni u l-manifatturi tal-karozzi f’pajjiżi bħar-Russja, it-Turkija u r-Renju Unit. Madankollu, fin-nuqqas ta’ informazzjoni speċifika li tippermetti l-identifikazzjoni tal-esportazzjonijiet tal-AHEX lejn dawn il-pajjiżi, il-Kummissjoni ma setgħetx tibbaża s-sejbiet tagħha fuq l-ambitu ġeografiku msemmi minn Valeo fid-domanda projettata tagħha għall-AHEX AFRP. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni qieset li jenħtieġ li d-domanda fis-suq tal-Unjoni tkun ibbażata primarjament fuq il-produzzjoni tal-karozzi fl-Unjoni, speċjalment fid-dawl tal-Patt Ekoloġiku, li jikkonċerna l-Unjoni b’mod esklussiv. Barra minn hekk, l-analiżi tad-domanda kif ippreżentata fil-premessa (127) u tal-provvista kif ippreżentata fit-Tabella 1 xorta waħda tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tipprovdi kwantitajiet addizzjonali neċessarji għall-produzzjoni tal-AHEX li għandhom jiġu esportati. Barra minn hekk, il-produtturi tal-AHEX fl-Unjoni jistgħu japplikaw għal awtorizzazzjoni għall-importazzjoni ta’ AFRPs taħt il-proċedura ta’ proċessar attiv li, jekk jingħata mill-awtoritajiet doganali f’konformità mal-leġiżlazzjoni doganali, ikun jippermettilhom sabiex imbagħad jesportaw l-AHEX li jirriżultaw mingħajr ma jkunu soġġetti għad-dazji anti-dumping. Għalhekk, il-piż u l-impatt finanzjarju fuq l-attivitajiet ta’ esportazzjoni tal-produtturi tal-AHEX ikunu limitati ħafna. Fuq din il-bażi, l-affermazzjonijiet ta’ Valeo u tal-CLEPA ġew miċħudin u l-Kummissjoni qieset li l-interess tal-Unjoni kien ġie vvalutat kif xieraq.

(103)

Fit-12 ta’ Awwissu 2021, EA pprovdiet previżjoni aġġornata tad-domanda għall-AHEX AFRP ibbażata fuq rapport aktar dettaljat tal-Produzzjoni tal-vetturi ħfief ta’ IHS Markit li jidentifika t-tipi ta’ magni. Dak ir-rapport inħareġ fl-istess ħin bħar-rapport tal-5 ta’ Lulju 2021 imsemmi fil-premessa (91) u dawn ir-rapporti kienu konsistenti. Fuq dik il-bażi, it-tbassir finali aktar baxx ta’ EA żdied minn 222 għal 232 elf tunnellata. It-tbassir ta’ EA bbażat fuq DuckerFrontier / LMC Automotive Q1/2021 baqa’ identiku għal 263 elf tunnellata.

(104)

Meta qabblet IHS Markit tal-5 ta’ Lulju 2021 mal-qsim tad-29 ta’ Lulju 2021 ta’ LMC għal kull tip ta’ magna, il-Kummissjoni osservat li d-data ta’ LMC, li allegatament ikkunsidrat il-pakkett leġiżlattiv “Lesti għall-Mira ta’ 55 %”, xorta waħda kienet tipprevedi sehem ħafna ogħla għal ICE (40 %) għas-sena 2026 mid-data ta’ IHS Markit tal-5 ta’ Lulju (22 %) ippubblikata qabel it-tħabbira tal-pakkett leġiżlattiv “Lesti għall-Mira ta’ 55 %” u użata minn EA għall-projezzjoni tagħha.

(105)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni qieset li kien diffiċli li jiġi previst il-livell tad-domanda tal-AHEX AFRP għall-2026 bi grad għoli ta’ akkuratezza peress li għad hemm numru ta’ inċertezzi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-pakkett leġiżlattiv “Lesti għall-Mira ta’ 55 %” dwar l-elettrifikazzjoni tal-mobilità u b’mod partikolari, il-produzzjoni ta’ karozzi ħfief. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni qieset li l-previżjonijiet ta’ EA fuq talba, kemm jekk ibbażati fuq l-aħħar data ta’ IHS Markit disponibbli kif irrakkomandat minn Valeo jew fuq il-valuri ogħla tad-data ta’ LMC, kienu raġonevoli.

(106)

Wara l-iżvelar addizzjonali, Valeo kkummentat li l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni relatati mad-data ta’ LMC tad-29 ta’ Lulju 2021 ma kinux korretti. Valeo indikat li d-data ta’ LMC ma kinitx relatata biss mal-EU27, iżda qieset ukoll l-isforzi aktar bil-mod tal-elettrifikazzjoni tal-karozzi fit-Turkija u fir-Russja, li jirriżultaw min-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni ekwivalenti għall-Patt Ekoloġiku. Fuq din il-bażi, Valeo affermat li d-data ta’ LMC kienet kompluta u affidabbli, u għalhekk missha tqieset mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, hija affermat li l-Kummissjoni ma ppreżentatx data rilevanti relatata mas-sehem ta’ vetturi ICE, elettriċi u ibridi u li l-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra d-data ta’ LMC fil-valutazzjoni tagħha tad-domanda prevista għal AHEX AFRPs għar-raġunijiet li, filwaqt li IHS Markit hija l-aktar sors awtorevoli, id-data ta’ LMC hija l-unika data uffiċjali li tikkwantifika l-impatt tat-tħabbira tal-Patt Ekoloġiku.

(107)

Fin-nuqqas ta’ data ta’ LMC disponibbli għal kull pajjiż tal-produzzjoni, il-Kummissjoni ma kinitx f’pożizzjoni li tikkonferma l-kummenti ta’ Valeo relatati ma’ rata aktar bil-mod ta’ elettrifikazzjoni fir-Russja u fit-Turkija allegatament ikkunsidrati minn LMC. Fi kwalunkwe każ, kif imsemmi fil-premessi (97) u (101), il-Kummissjoni qieset li l-ambitu ġeografiku tad-data ta’ LMC ma kienx adattat sabiex tiġi vvalutata d-domanda domestika; li l-informazzjoni pprovduta minn EA kienet riċenti biżżejjed sabiex tiġi stmata d-domanda futura; u li hemm indikazzjonijiet li l-esperti tas-suq kienu antiċipaw it-tħabbira tal-Patt Ekoloġiku. Barra minn hekk, Valeo ma pprovdietx evidenza li turi li t-tħabbira tal-Patt Ekoloġiku ma kinitx antiċipata minn ditti tar-riċerka bħal IHS Markit. Fin-nuqqas ta’ data xierqa ta’ LMC; jiġifieri limitata għall-EU27, il-Kummissjoni għalhekk qieset id-data ta’ IHS Markit tal-5 ta’ Lulju bħala l-aktar bażi riċenti u l-aktar xierqa għall-valutazzjoni tad-domanda ta’ AHEX AFRP fl-2026. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota wkoll li Valeo ma tistax tikkunsidra lil IHS bħala sors aktar awtorevoli minn LMC u mbagħad titlob lill-Kummissjoni tuża d-data ta’ LMC, speċjalment meta l-ambitu ġeografiku tagħha ma huwiex adegwat. Fuq din il-bażi, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(108)

Wara żvelar addizzjonali, Valeo pprovdiet ukoll simulazzjonijiet ġodda dwar il-projezzjonijiet tal-kapaċità u tal-investimenti tal-industrija tal-Unjoni fuq il-bażi tad-data ta’ LMC tad-29 ta’ Lulju 2021. Valeo affermat li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tissodisfa d-domanda futura fil-perjodu 2021-2027 anke jekk il-volumi tal-produzzjoni tal-karozzi tnaqqsu bi 18 %.

(109)

F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li tali sottomissjoni ta’ simulazzjonijiet ġodda saret wara l-iskadenza għall-kummenti dwar l-iżvelar definittiv u li l-iżvelar addizzjonali ma kienx relatata mal-kapaċità jew mal-investimenti tal-Unjoni. Fuq din il-bażi, dawn l-elementi ma setgħux jiġu kkunsidrati. Fi kwalunkwe każ, kif stabbilit fil-premessa (107), id-data ta’ LMC ma setgħetx tiġi aċċettata. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li d-data ta’ LMC, anki meta mnaqqsa bi 18 %, xorta ssopravalutat id-domanda mbassra tal-EU27 b’mod sinifikanti. Fil-fatt, fuq il-bażi tal-aħħar data ta’ IHS Markit (il-5 ta’ Lulju 2021), il-produzzjoni f’pajjiżi mhux tal-UE matul il-perjodu 2021-2027 kienet tirrappreżenta bejn 26,8 u 30,5 % tal-produzzjoni tal-karozzi tal-UE, għall-kuntrarju ta’ 18 %. Fuq il-bażi ta’ dan li ntqal hawn fuq, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(110)

Wara l-iżvelar addizzjonali, Valeo u l-CLEPA affermaw li l-konklużjoni tal-Kummissjoni li d-domanda tal-Unjoni tista’ tiġi assorbita mill-kapaċità mbassra tal-industrija tal-Unjoni u mill-importazzjonijiet projettati minn pajjiżi terzi kienet ivvizzjata minn nuqqas ta’ motivazzjoni u ma kienet appoġġata minn ebda analiżi kwantitattiva. B’mod aktar speċifiku, Valeo sostniet li, għall-kuntrarju tad-dokument ta’ żvelar ġenerali, l-iżvelar addizzjonali ma kienx fiha sommarju ekwivalenti għat-Tabella 1, li ma kienx jippermetti lil Valeo teżerċita kif xieraq id-drittijiet tad-difiża tagħha u tikkummenta dwar il-kapaċità suffiċjenti fl-UE sabiex tissodisfa d-domanda tal-AHEX AFREPs. Barra minn hekk, Valeo sostniet li l-iżvelar addizzjonali ma kienx jindirizza “għexieren ta’ ittri elettroniċi u evidenza oħra sottomessi minn Valeo” fir-rigward tar-rifjut ripetut mill-produtturi tal-Unjoni li jfornu kwantitajiet suffiċjenti ta’ AHEX AFRPs. Billi ma vvalutatx kif xieraq it-tali evidenza, Valeo affermat li l-iżvelar addizzjonali kien ivvizzjat minn motivazzjoni insuffiċjenti u minn żball manifest ta’ valutazzjoni tal-fatti.

(111)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni qieset li d-dokument ta’ żvelar addizzjonali kien fih informazzjoni dettaljata biżżejjed dwar is-sottomissjonijiet li saru wara d-dokument ta’ żvelar ġenerali u li l-partijiet faċilment setgħu jirreferu għas-sottomissjonijiet oriġinali tal-partijiet. Barra minn hekk, id-dokument ta’ żvelar addizzjonali, kif rifless fil-premessi (92) u (98), irrapporta l-aħħar domanda mbassra għall-AHEX AFRP kif sottomessa minn EA. Il-Kummissjoni kienet użat informazzjoni li kienet disponibbli għall-partijiet u Valeo setgħet sempliċiment tissostitwixxi d-domanda prevista, li tinsab fit-Tabella 1 għas-sena 2026, bl-informazzjoni li tinsab fid-dokument ta’ żvelar addizzjonali, li wkoll kienet tirreferi għas-sottomissjonijiet minn EA. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-iżvelar addizzjonali kien fiha l-motivazzjoni u l-analiżi kwantitattiva neċessarji. F’dak li għandu x’jaqsam mad-drittijiet tad-difiża ta’ Valeo, il-Kummissjoni qieset li l-iżvelar addizzjonali kien dettaljat biżżejjed sabiex jippermetti lil Valeo teżerċita d-drittijiet tad-difiża tagħha. Barra minn hekk, l-iżvelar addizzjonali dwar il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni ma kien fih l-ebda element ġdid li ma kienx diġà disponibbli fil-fajl miftuħ.

(112)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li l-evidenza pprovduta minn Valeo fir-rigward tad-diffikultajiet fil-provvista ma kinitx tiġġustifika żvelar addizzjonali peress li n-natura ta’ dawk l-affermazzjonijiet ma kinitx ġdida. Dawk l-affermazzjonijiet diġà ġew indirizzati fil-premessa (91).

(113)

Valeo affermat ukoll li s-sejbiet tal-iżvelar addizzjonali kienu illoġiċi u ma kellhomx motivazzjoni suffiċjenti u adegwata. Essenzjalment, hija affermat li peress li l-Kummissjoni kienet ikkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma jkollhiex biżżejjed kapaċità sabiex tissodisfa domanda ta’ [295 – 315] (32) elf tunnellata, ma setgħetx tassorbi domanda ogħla bbażata fuq il-projezzjonijiet ta’ Valeo sa [340 – 380] (33) elf tunnellata. Fuq din il-bażi, hija affermat li l-Kummissjoni kienet qed tinjora l-impatt tal-Patt Ekoloġiku.

(114)

Kif imsemmi fil-premessa (97), il-Kummissjoni qieset li l-projezzjonijiet preċedenti u tal-aħħar domanda ta’ Valeo ma kinux ibbażati fuq ambitu ġeografiku xieraq u ssopravalutaw b’mod sinifikanti l-produzzjoni tal-karozzi fl-Unjoni u, konsegwentement, id-domanda għall-AHEX AFRPs fl-Unjoni. Fuq il-bażi tal-aħħar ċifri tal-produzzjoni tal-karozzi mbassrin u bl-użu tal-ambitu ġeografiku xieraq kif imsemmi fil-premessa (98), il-Kummissjoni qieset li l-istimi ta’ EA li jvarjaw minn 232 sa 263 elf tunnellata kienu raġonevoli. Fuq din il-bażi u fuq il-bażi tal-istimi tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni u tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, il-Kummissjoni kkonkludiet li jkun hemm kapaċità suffiċjenti sabiex tassorbi ż-żieda fid-domanda kemm jekk l-importazzjonijiet mir-RPĊ jibqgħu fis-suq kif ukoll jekk le. Fuq din il-bażi, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(115)

L-importazzjonijiet miċ-Ċina ta’ AHEX AFRPs kienu bbażati fuq is-sottomissjoni ta’ Valeo. L-importazzjonijiet mit-Turkija ġew ivvalutati fuq il-bażi tal-verifika minn EA tal-esibit Nru 11 li jipprovdi vjeġġi fl-istess format bħad-dokument t21.004336. Sabiex tinżamm interpretazzjoni konservattiva, 85 % biss tal-volum medju tal-vjeġġi lejn l-UE ddestinati għat-trasport għas-snin 2017-2019 tqies li jirrappreżenta l-AHEX AFRPs mhux maħsubin għal vetturi ħfief.

(116)

Wara l-iżvelar definittiv, Valeo qajmet dubji dwar il-volumi tal-importazzjoni mit-Turkija iżda ma speċifikatx għal liema raġuni u lanqas ma ppreżentat kwalunkwe evidenza li ssostni l-affermazzjonijiet tagħha. Kif imsemmi fil-premessa (89), tali volum tal-importazzjoni ġie vvalutat b’mod konservattiv fuq il-bażi ta’ vjeġġi mit-Turkija lejn l-UE kif irrapportati lil EA. Fuq din il-bażi, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(117)

Il-kapaċità tal-Unjoni kienet ibbażata fuq is-sottomissjoni tal-EA relatata ma’ vjeġġi tal-AFRP għall-produzzjoni tal-HEX fis-settur tat-trasport. Dan huwa approċċ pjuttost konservattiv peress li l-produzzjoni u l-kapaċità attwali jistgħu jkunu ħafna ogħla mill-vjeġġi. Fuq l-istess nota, 85 % biss tal-volum medju tal-vjeġġi fl-UE ddestinati għat-trasport għas-snin 2017-2019 tqies li jirrappreżenta l-AHEX AFRPs mhux maħsubin għal vetturi ħfief. Iċ-ċifra tal-kapaċità ta’ Valeo ttieħdet mill-istess sottomissjoni.

(118)

Wara l-iżvelar definittiv, EA sostniet li l-Kummissjoni ma misshiex iddependiet fuq id-data dwar il-vjeġġi li tikkorrispondi għall-bejgħ tagħha iżda pjuttost fuq il-kapaċità kif sottomessa lill-Kummissjoni li kienet tammonta għal [400 – 450] elf tunnellata fil-PI (34).

(119)

Bħala tweġiba għal dawk il-kummenti, Valeo u TitanX affermaw li l-kapaċità rrapportata ma tidhirx fil-fajl mhux kunfidenzjali, li l-preżentazzjoni tard ta’ tali informazzjoni ma ppermettitilhomx jikkummentaw dwar il-kontenut tagħha u li ma kinitx tinkludi spjegazzjoni sinifikattiva dwar il-metodoloġija użata ħlief li l-informazzjoni nġabret mill-membri ta’ EA. Barra minn hekk, huma xeħtu dubju fuq ir-relazzjoni bejn is-sottomissjoni msemmija minn EA u ċerti sottomissjonijiet preċedenti (35). Barra minn hekk, huma affermaw li l-kapaċità rrapportata kellha tqis il-validazzjoni tal-produtturi bi programmi ewlenin tal-HEX. Fuq din il-bażi, hija affermat li n-nuqqas ta’ spjegazzjonijiet dettaljati fil-fajl miftuħ kiser id-drittijiet tad-difiża tagħhom. Barra minn hekk, Valeo u TitanX affermaw li l-kapaċità rrapportata ma kinitx realistika fid-dawl tal-użu baxx tal-kapaċità rrapportat għall-PI u tal-problemi temporanji ta’ kapaċità sussegwenti li kienu affaċċjati matul l-ewwel nofs tal-2021 li wasslu għal imġiba allegatament opportunistika u abbużiva fl-ipprezzar mill-industrija tal-Unjoni. Fuq din il-bażi, Valeo u TitanX appoġġaw l-approċċ tal-Kummissjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-kapaċità.

(120)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni qieset li l-kapaċità rrapportata minn EA ma kinitx tqis il-kapaċità normalment allokata għal AFRPs tal-HEX oħrajn immanifatturati mill-industrija tal-Unjoni jew għal prodotti oħrajn immanifatturati bl-istess tagħmir. Peress li l-Kummissjoni ma bbażatx fuq id-dokument t21.004414 għas-sejbiet tagħha, il-Kummissjoni ma qisitx li nkisru d-drittijiet tad-difiża ta’ Valeo jew ta’ TitanX, għalkemm ammettiet li l-verżjoni mhux kunfidenzjali tad-dokument ma kienx fiha sommarju sinifikattiv tal-kontenut sensittiv tiegħu. Fuq din il-bażi u sabiex tirrapporta l-kapaċità tal-produzzjoni fuq bażi konservattiva, il-Kummissjoni kkonfermat l-approċċ tagħha u bbażat l-istima tal-kapaċità tagħha fuq il-vjeġġi fl-Unjoni. Konsegwentement, l-affermazzjoni ta’ EA ġiet miċħuda.

(121)

Wara l-iżvelar addizzjonali, Valeo argumentat li, f’konformità mal-metodoloġija tal-Kummissjoni għall-valutazzjoni tad-domanda tas-suq, jenħtieġ li l-valutazzjoni tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni teskludi l-AHEX AFRPs li fl-aħħar mill-aħħar tintuża fil-produzzjoni tal-karozzi f’pajjiżi mhux tal-UE.

(122)

Kif spjegat fil-premessa (117), il-kapaċità tal-Unjoni ġiet ivvalutata b’mod konservattiv fuq il-bażi tal-vjeġġi destinati għas-suq tal-Unjoni. Meta wieħed iqis li dan l-indikatur jirrifletti b’mod konservattiv il-kwantità li l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi twassal għas-suq tal-Unjoni, il-Kummissjoni ma qisitx li jenħtieġ li tali kwantità tiġi rriveduta ’l isfel sabiex jitqies is-sehem tal-AHEX esportati lejn pajjiżi mhux tal-UE u prodotti mill-AFRPs immanifatturati mill-industrija tal-Unjoni. Fi kwalunkwe każ, Valeo ma pprovdietx il-kwantità tal-HEX immanifatturati fl-Unjoni li ġiet esportata lejn pajjiżi mhux tal-UE. Fuq din il-bażi, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(123)

Il-kapaċità addizzjonali projettata li tiżdied mill-industrija tal-Unjoni ġiet stabbilita kemm fuq il-bażi tas-sottomissjoni ta’ Valeo msemmija fil-premessa (88), fuq is-sottomissjoni tal-Kumpanija B dwar din il-kwistjoni speċifika appoġġata minn evidenza konkreta dwar proġetti ta’ investiment kif ukoll (36) fuq l-informazzjoni vverifikata tal-produttur tal-Unjoni kkonċernat inkluż fil-kampjun.

(124)

Wara l-iżvelar definittiv, Valeo qajmet dubji dwar l-investimenti f’kapaċità addizzjonali tal-industrija tal-Unjoni għas-snin 2022 u 2023 u sostniet li ma kinitx se tkun kompletament operazzjonali qabel l-2024 minħabba provi, ottimizzazzjoni tat-tagħmir u tneħħija tal-konġestjonijiet. Valeo qajmet ukoll dubji dwar l-allokazzjoni tal-investiment għal AHEX AFRPs.

(125)

Madankollu, dawn l-affermazzjonijiet ma kinux issostanzjati. Fi kwalunkwe każ, l-industrija tal-Unjoni indikat li l-kapaċità tagħha ssegwi l-evoluzzjoni tad-domanda tas-suq u li tkun allokata l-kapaċità addizzjonali għall-AHEX AFRPs jekk ikun hemm kundizzjonijiet tas-suq ekwu.

(126)

Fuq il-bażi tat-tbassir konservattiv ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni qieset li l-industrija tal-Unjoni kellha kapaċità suffiċjenti sabiex tissodisfa d-domanda attwali u li kien hemm kapaċità ta’ riżerva suffiċjenti. F’dak li għandu x’jaqsam mad-domanda futura, il-Kummissjoni kkonkludiet li, meta titqies il-kapaċità addizzjonali, ikun hemm biżżejjed provvista sabiex tiġi assorbita ż-żieda fid-domanda kemm jekk l-importazzjonijiet mir-RPĊ jibqgħu fis-suq kif ukoll jekk le. Fi kwalunkwe każ, jista’ jkun mistenni li xi importazzjonijiet mir-RPĊ ikomplu bi prezzijiet mhux dannużi.

(127)

. Il-Kummissjoni osservat ukoll li d-domanda għas-sena 2026, ibbażata fuq id-data ta’ IHS Markit għall-EU27 tal-5 ta’ Lulju 2021 u fuq l-istima interna ta’ Valeo għall-piż tal-AHEX AFRP għal kull tip ta’ magna, xorta waħda tkun aktar baxxa mill-materjal disponibbli fis-suq tal-Unjoni kemm jekk fornit mill-industrija tal-Unjoni kif ukoll jekk jiġi akkwistat minn pajjiżi terzi.

(128)

Meta qieset it-tbassir tal-konsum ta’ Valeo, filwaqt li fl-istess ħin tikkoreġi l-projezzjonijiet tal-kapaċità addizzjonali kif spjegat fil-premessa (118) aktar ’il fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li jkun hemm nuqqas materjali li kieku l-importazzjonijiet mir-RPĊ kellhom jieqfu kompletament. Madankollu, dan in-nuqqas ikun ħafna anqas (5,5 %) min-nuqqas previst minn Valeo għall-perjodu 2022-2027 (17 %) jew għas-sena 2026 (21,7 %). Fi kwalunkwe każ, jekk l-importazzjonijiet mir-RPĊ ikomplu fl-istess kwantitajiet, dan in-nuqqas jispiċċa. Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, l-affermazzjonijiet relatati mal-kapaċità, mal-investimenti u man-nuqqas materjali fid-dawl taż-żieda fid-domanda ġew miċħudin.

(129)

L-utenti u l-assoċjazzjoni tagħhom, appoġġati mill-ACEA, affermaw li l-Kummissjoni ma vvalutatx kif xieraq l-impatt tal-miżuri fid-dawl tan-nuqqas ta’ kapaċità disponibbli. Huma affermaw li anke jekk tkun disponibbli l-kapaċità, il-validazzjoni tkun ostaklu għal żmien qasir u li ma setgħux jissostitwixxu malajr l-importazzjonijiet mir-RPĊ bi provvista Ewropea. Fuq din il-bażi, huma affermaw ukoll li kienu skoperti għal riskju kummerċjali sinifikanti u għat-telf ta’ opportunitajiet ta’ negozju. F’dan ir-rigward, il-CLEPA żiedet ukoll li ċerti proġetti globali tal-klijenti, fejn tiġi prodotta l-istess parti, jeħtieġu l-istess kontribut materjali sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tal-prestazzjoni tal-programm. Madankollu, din l-affermazzjoni ma ġietx issostanzjata b’evidenza ta’ sostenn relatata mal-AHEX AFRPs. Fl-istess rigward, l-ACEA affermat li l-livell ta’ miżuri provviżorji jżid b’mod sinifikanti l-kostijiet tal-manifattura.

(130)

Valeo indikat li sostituzzjoni rapida ma kinitx possibbli peress li, skont it-tbassir tal-provvista tal-AHEX AFRPs tal-2021 tagħha, il-ligi Ċiniżi vvalidati ma humiex disponibbli fis-suq tal-Unjoni u ma jeżisti l-ebda sors alternattiv. Barra minn hekk, Valeo u diversi partijiet oħrajn affermaw li s-sorsi doppji (jiġifieri l-istess prodott ikun iggarantit simultanjament minn aktar minn fornitur wieħed) spiss ma jkunux aċċettati mill-klijenti.

(131)

Il-Kummissjoni osservat li għal diversi ligi speċifiċi b’sehem importanti ta’ xirjiet minn Valeo, din tal-aħħar kienet akkwistathom f’dawn l-aħħar snin mingħand produttur tal-Unjoni u kienet sussegwentement issostitwiethom bi prodotti bl-istess speċifikazzjonijiet tekniċi mir-RPĊ. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kellha evidenza fil-fajl li l-produttur tal-Unjoni inkwistjoni għandu l-kapaċità neċessarja li jforni dan il-prodott speċifiku u ma jkunx jeħtieġ validazzjoni kompletament ġdida mill-utent. Barra minn hekk, l-allegazzjoni ta’ Valeo kienet ibbażata fuq previżjoni tal-provvista tal-2021 filwaqt li l-informazzjoni pprovduta għall-perjodu ta’ investigazzjoni (2019 u 2020) ma kienet tappoġġa l-affermazzjoni tagħha. Konsegwentement, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni li l-ligi inkwistjoni ma baqgħux jistgħu jiġu akkwistati mis-suq tal-Unjoni.

(132)

L-evidenza fil-fajl uriet li ċerti klijenti jeħtieġu sorsi doppji u li ċerti utenti jsibu soluzzjonijiet alternattivi għax-xirjiet tagħhom ta’ AHEX AFRPs meta jaffaċċjaw problemi tal-konsenja. Dan huwa appoġġat ukoll mill-bażi ta’ data ta’ previżjoni tal-provvista ta’ Valeo għas-snin 2019 u 2020 li tindika l-fatt li sehem sinifikanti tal-materjal fornit miċ-Ċina kellu t-tieni sors validat fl-UE f’dawk is-snin. Sorsi doppji huma evidenza ulterjuri li l-istess ligi u materjali huma vvalidati għall-fornituri Ċiniżi u tal-Unjoni fl-istess ħin.

(133)

EA kkonfermat ukoll li l-bidla mill-akkwist miċ-Ċina għall-akkwist mill-Unjoni kienet diġà qed isseħħ fl-2021, inkluż minn xi klijenti kbar. Barra minn hekk, hija indikat li l-biċċa l-kbira tal-materjal miċ-Ċina importat bħalissa inizjalment kien jiġi pprovdut mill-industrija tal-Unjoni qabel ma ġie ssostitwit minn fornituri b’kost baxx. Din hija evidenza ulterjuri li s-sostituzzjoni tal-importazzjonijiet mir-RPĊ bil-provvista mill-industrija tal-Unjoni tista’ sseħħ malajr. Barra minn hekk, EA indikat li l-bidla tal-fornituri ma tiħux ħafna żmien u tiswiex ħafna flus iżda hija r-riżultat ta’ proċess ta’ normalizzazzjoni tal-ipprezzar wara li jiġu imposti l-miżuri anti-dumping.

(134)

Barra minn hekk, fir-rigward tal-ligi ekwivalenti, Valeo affermat li r-raġuni għad-diskrepanza bejn l-2019/2020 u l-2021 kienet marbuta mal-akkwist u mal-iżvilupp ta’ pjanċi tat-tkessiħ tal-batteriji u affermat li tali informazzjoni hija kruċjali għall-valutazzjoni tal-impatt tal-validazzjoni. Fir-rigward tas-sorsi doppji, Valeo affermat li, minkejja l-aġġustament tal-Kummissjoni, anqas minn [SENSITTIV] % tal-AHEX AFRPs akkwistati mir-RPĊ kellhom it-tieni sors ivvalidat fl-UE.

(135)

Fir-rigward tas-sostituzzjoni u tal-validazzjoni, l-ewwel jenħtieġ li jitfakkar li l-utenti tal-AHEX AFRP xtraw il-maġġoranza tal-AFRPs tagħhom fl-UE matul il-perjodu kkunsidrat u wkoll wara dak il-perjodu, skont id-data ta’ wara l-PI disponibbli għall-Kummissjoni.

(136)

Fir-rigward ta’ ligi ekwivalenti, ta’ min jinnota li, filwaqt li jenħtieġ li d-data ta’ wara l-PI ma tiġix injorata, jenħtieġ li s-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni jkunu bbażati primarjament fuq data li tappartjeni għall-perjodu ta’ investigazzjoni. L-informazzjoni disponibbli relatata ma’ utent wieħed uriet li maġġoranza kbira tal-ligi mixtrijin kellhom ekwivalenti fl-UE għas-snin 2019 u 2020. Għas-sena 2021, il-perċentwal ta’ ligi mixtrija fir-RPĊ li kellhom ekwivalenti fl-UE naqas, bħala konsegwenza tal-iżvilupp ta’ AFRPs tal-pjanċi tat-tkessiħ tal-batteriji akkwistati mir-RPĊ, iżda xorta kienu jirrappreżentaw aktar minn nofs il-volum mixtri mir-RPĊ. Meta wieħed iqis ir-rekord storiku li jappartjeni għall-PI u d-data l-aktar reċenti, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni ta’ Valeo li “ligi Ċiniżi vvalidati ma humiex disponibbli fis-suq tal-Unjoni”.

(137)

Fir-rigward tas-sorsi doppji, il-Kummissjoni qieset li l-evidenza fil-fajl imsemmija fil-premessa (132) u s-sehem sinifikanti tal-AHEX AFRPs li kellhom sorsi doppji kienu evidenza suffiċjenti li tikkontradixxi l-affermazzjoni li “s-sorsi doppji ma jkunux aċċettati mill-klijenti”.

(138)

Wara l-iżvelar definittiv, TitanX tenniet li l-kapaċità tagħha li tikseb AHEX AFRPs minn produtturi oħrajn kienet serjament indebolita minn ostakli għall-validazzjoni li ma setgħux jingħelbu fit-terminu qasir. Fin-nuqqas ta’ elementi evidenzjarji ġodda f’dan ir-rigward jew ta’ kummenti dwar is-sejbiet tal-Kummissjoni, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(139)

L-utenti u l-assoċjazzjoni tagħhom, appoġġati mill-ACEA, affermaw ukoll li s-sitwazzjoni fis-suq tal-Istati Uniti hija differenti mis-sitwazzjoni fl-UE peress li ma hemm l-ebda kapaċità disponibbli fl-UE jew f’pajjiżi oħrajn, u li l-proċess ta’ rieżami amministrattiv tal-Istati Uniti joffri aktar flessibbiltà li ma hijiex irreplikata fir-Regolament bażiku.

(140)

L-ewwel nett, kif imsemmi fil-premessi (126) u (127), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni kellha biżżejjed kapaċità sabiex tassorbi d-domanda attwali u futura dment li jipprevalu l-kundizzjonijiet tas-suq.

(141)

It-tieni, minkejja li l-liġijiet tal-Istati Uniti u tal-UE dwar it-TDI ivarjaw, ir-Regolament bażiku jipprevedi l-eżistenza ta’ rieżamijiet interim skont l-Artikolu 11(3) li jippermettu reviżjoni tal-miżuri fis-seħħ f’ċerti ċirkostanzi. L-Artikolu 11(8) tar-Regolament bażiku jipprevedi wkoll li d-dazji anti-dumping jistgħu jiġu rrimborżati dment li jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet.

(142)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, l-affermazzjonijiet relatati mal-validazzjoni, mas-sostituzzjoni, mas-sorsi doppji u mad-differenzi mis-suq tal-Istati Uniti ġew miċħudin.

(143)

L-utenti u l-assoċjazzjoni tagħhom affermaw ukoll li d-dazji jkollhom impatt materjali fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom u li ma setgħux jassorbu żieda fil-kost marbuta ma’ dazji anti-dumping sinifikanti jew ma’ kostijiet ta’ validazzjoni fid-dawl tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom. L-utent MAHLE GmbH (“Mahle”) żied li l-Kummissjoni kienet assumiet ħażin li kienet profittabbli fis-sitwazzjoni ta’ qabel il-COVID.

(144)

EA indikat li l-livell tal-miżuri anti-dumping kien raġonevoli u seta’ jwassal għal kundizzjonijiet ekwi sabiex jerġgħu jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet normali tal-kompetizzjoni.

(145)

Il-Kummissjoni osservat li l-livell tal-miżuri definittivi huwa aktar baxx minn dawk provviżorji. Barra minn hekk, l-investigazzjoni żvelat li l-utenti kienu prinċipalment qed jakkwistaw l-AHEX AFRPs tagħhom mill-UE. Fuq din il-bażi, hija qieset li l-miżuri jkollhom biss impatt limitat fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-utenti. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ Mahle, fin-nuqqas ta’ tweġiba għall-kwestjonarju, il-Kummissjoni ma kinitx f’pożizzjoni li tivvaluta l-impatt tal-miżuri fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha. Barra minn hekk, l-informazzjoni kondiviża minn Valeo dwar l-impatt tal-miżuri kienet tinvolvi ċerti nuqqasijiet u l-impatt tagħhom kien sopravalutat. L-investigazzjoni żvelat ukoll li sehem sinifikanti mill-volumi tal-bejgħ tal-utent magħmulin mill-AHEX AFRPs miksubin mir-RPĊ ġie esportat lejn pajjiżi mhux tal-UE. Konsegwentement, huwa raġonevoli li wieħed jistenna li dawk l-importazzjonijiet jistgħu jikkwalifikaw taħt ir-reġim ta’ proċessar attiv u b’hekk jiġi evitat il-ħlas ta’ dazji anti-dumping u jitnaqqas l-impatt tal-kostijiet addizzjonali assoċjati. Barra minn hekk, kif muri fil-premessi (130) sa (133), l-utenti jistgħu jevitaw il-kostijiet tal-validazzjoni billi jiksbu l-materjali bħalissa mixtrijin mir-RPĊ minn fornituri vvalidati fl-UE jew billi jaqilbu volumi addizzjonali minn sorsi Ċiniżi għal sorsi Ewropej għall-AHEX AFRPs li għandhom sorsi doppji. Fuq din il-bażi, dawn l-affermazzjonjiet ġew miċħudin.

(146)

Wara l-iżvelar definittiv, TitanX affermat li l-valutazzjoni tal-impatt tal-miżuri kienet difettuża peress li, anki b’dazji aktar baxxi, il-miżuri anti-dumping ikollhom konsegwenzi finanzjarji serji għall-operazzjonijiet tagħha. F’dan ir-rigward, hija pprovdiet kalkoli li juru l-impatt tal-miżuri fuq il-profittabbiltà tagħha.

(147)

Wara l-analiżi ta’ dawn il-kalkoli, deher li TitanX ma kinitx illimitat il-valutazzjoni tal-impatt tagħha għall-impożizzjoni tal-miżuri. Tabilħaqq, hija kienet qieset ukoll żieda fil-prezz fis-suq tal-Unjoni fil-kalkoli tagħha għall-perjodu ta’ investigazzjoni u għall-perjodu ta’ wara l-perjodu ta’ investigazzjoni. Madankollu, tali żidiet fil-prezzijiet jew ma seħħewx fil-PI jew ma kellhomx jiġu kkunsidrati għall-perjodu kollu wara l-perjodu ta’ investigazzjoni. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni qieset li TitanX kienet issopravalutat l-impatt tal-miżuri. Fi kwalunkwe każ, l-impatt tal-miżuri u taż-żieda fil-prezz ma tqiesx sinifikanti.

(148)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-impatt tal-miżuri, jenħtieġ li jitqies li l-eżistenza ta’ miżuri anti-dumping għandha l-għan li terġa’ tistabbilixxi kundizzjonijiet ekwi li jippermettu kummerċ ġust. Barra minn hekk, kif imsemmi fil-premessa (447) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impożizzjoni ta’ miżuri ma tmurx kontra l-interess tal-utenti attivi fis-settur tal-HEX tal-karozzi. Barra minn hekk, ta’ min jinnota li l-livell tal-miżuri anti-dumping ġie rrivedut ’l isfel fl-iżvelar definittiv.

(149)

Wara l-iżvelar definittiv, Valeo affermat li l-Kummissjoni ma żvelatx il-fatti li fuqhom hija bbażat il-motivazzjoni tagħha sabiex tiddikjara li l-kalkoli ta’ Valeo kien fihom ċerti nuqqasijiet u kienu qed jissopravalutaw l-impatt tal-miżuri. F’dan ir-rigward, hija pprovdiet analiżi riveduta tal-profittabbiltà u ddikjarat li l-impatt fuq il-profittabbiltà kellu jiġi vvalutat għal kull sit ta’ Valeo li jimmanifattura l-AHEX u li kien irrilevanti li wieħed iħares lejn il-profittabbiltà tal-grupp Valeo.

(150)

Il-Kummissjoni kkonfermat li l-kalkoli ta’ Valeo kienu qed jissopravalutaw l-impatt tal-miżuri. Pereżempju, ma kkunsidrawx il-fatt li, kif spjegat fil-premessa (145), Valeo tista’ tirrikorri sabiex timporta AFRPs skont ir-reġim ta’ proċessar attiv sabiex tnaqqas l-impatt tal-miżuri anti-dumping. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonfermat il-valutazzjoni tagħha kif imsemmi fil-premessa (145), jiġifieri li l-miżuri jkollhom biss impatt limitat fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-utenti.

(151)

Il-CLEPA u Mahzle affermaw, għall-kuntrarju tal-analiżi tal-Kummissjoni dwar il-kapaċità disponibbli fir-Regolament provviżorju, li l-livell tal-prezzijiet kien żdied b’allegat 30 %. Mahle affermat ukoll li hemm domanda għolja għall-istokk tal-fojl u nuqqas ta’ kapaċità tal-produzzjoni. Fid-dawl tal-allegat nuqqas ta’ kapaċità tal-produzzjoni disponibbli u tal-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping, Mahle esprimiet it-tħassib tagħha dwar żieda strutturali fil-prezzijiet. Diversi partijiet affermaw ukoll li d-dazji jkollhom impatt detrimentali fuq il-katina tal-provvista. Il-CLEPA affermat li l-użu tal-vetturi elettriċi u l-irkupru ekonomiku jaċċennaw in-nuqqasijiet fil-kapaċità u jipperikolaw l-irkupru u l-iżvilupp ta’ industrija tal-manifattura tal-karozzi tal-UE b’saħħitha wara li d-dħul u l-marġnijiet naqsu fl-aħħar snin. Hija argumentat ukoll li l-manifatturi tal-AHEX jirriskjaw li ma jkunux jistgħu jissodisfaw l-obbligi kuntrattwali tagħhom mal-klijenti tagħhom jew li jaraw il-marġnijiet tagħhom jixxejnu mill-kostijiet akbar. Valeo żiedet li l-isforzi ta’ elettrifikazzjoni mill-industrija tal-karozzi tal-UE ma jistgħux isiru mingħajr ma din tikkomplementa x-xirjiet tagħha mill-industrija tal-Unjoni b’importazzjonijiet mir-RPĊ. Għal Mahle, l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping tkun toħloq żvantaġġ kompetittiv għall-fornituri tal-karozzi tal-UE. Il-kumpanija tenniet li ma tistax tittrasferixxi ż-żieda mistennija fil-prezzijiet lill-klijenti tagħha. BMW indikat li l-impożizzjoni tal-miżuri tkun twassal għal tfixkil fil-katina tal-provvista tagħha fid-dawl tal-proċeduri twal u għaljin ta’ validazzjoni tal-materjali li għandhom isiru sabiex teqleb għal fornituri alternattivi. Eventwalment, l-ACEA affermat li l-industrija tal-karozzi diġà kienet soġġetta għal diversi miżuri oħrajn li jwasslu għal piżijiet finanzjarji addizzjonali għall-OEMs bħall-miżuri ta’ salvagwardja tal-azzar, li jagħmlu ħsara lill-kompetittività tagħhom fis-swieq domestiċi u tal-esportazzjoni.

(152)

EA indikat li ż-żieda riċenti fil-prezz kienet dovuta għal diversi fatturi bħaż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima għal-ligi u għaċ-ċangaturi, nuqqas fil-kontejners fit-tbaħħir internazzjonali, żieda fil-kostijiet tan-nol u ż-żieda qawwija u f’daqqa wara l-COVID fid-domanda fis-setturi industrijali kollha. Barra minn hekk, EA qieset li filwaqt li l-prezzijiet x’aktarx kienu influwenzati mill-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji, iż-żieda fil-prezzijiet mhux bilfors tkun marbuta ma’ nuqqas ta’ kapaċità u jenħtieġ li ma titqiesx bħala kwistjoni strutturali, iżda pjuttost sitwazzjoni temporanja li hija mistennija tgħaddi malli s-sitwazzjoni tad-domanda u tal-provvista tinnormalizza wara l-perjodu inizjali ta’ tensjoni fis-suq. F’dan il-kuntest, EA kienet indikat ukoll li l-livell tal-miżuri anti-dumping kien maħsub sabiex jillivella l-kundizzjonijiet ekwi u jerġa’ jirrestawra l-kundizzjonijiet normali tal-kompetizzjoni. Barra minn hekk, EA affermat li l-kapaċità ma tkunx problema f’dak li għandu x’jaqsam mal-appoġġ għall-iżvilupp tal-elettrifikazzjoni tal-karozzi sa fejn huma kkonċernati l-AHEX AFRPs peress li ċerta kapaċità addizzjonali diġà kienet ġiet installata jew kienet qed tiġi installata progressivament sabiex l-industrija tal-Unjoni tkun tista’ tissodisfa d-domanda dejjem akbar.

(153)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżuri definittivi jkollhom biss impatt limitat fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-utenti. Barra minn hekk, kif imsemmi fil-premessi (131) sa (133), is-sostituzzjoni tal-importazzjonijiet miċ-Ċina bi provvista mill-industrija tal-Unjoni tista’ sseħħ relattivament malajr peress li ċerti produtturi tal-Unjoni vvalidati kienu jfornu l-AHEX AFRPs fil-passat u peress li jeżisti issorsjar doppju fl-UE. Barra minn hekk, kif analizzat fil-premessi (87) sa (127), huwa probabbli li l-kapaċità kurrenti u futura tal-industrija tal-Unjoni tkun biżżejjed sabiex tissodisfa domanda dejjem akbar. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni qieset li ma kien hemm l-ebda raġuni konvinċenti sabiex l-AHEX AFRPs jiġu esklużi għal raġunijiet ta’ interess tal-Unjoni.

(154)

EA sostniet li ċerti utenti kienu qed jużaw AFRPs bi prezz baxx miċ-Ċina sabiex jikkompetu kontra produtturi oħrajn li jużaw materjal Ewropew li jwassal għal erożjoni tal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni. F’dan il-kuntest, EA naqset milli tifhem kif utent jista’ jsostni li hemm nuqqas ta’ kapaċità, meta skont l-istħarriġ riċenti ta’ EA, huma tassew ftit il-produtturi tal-Unjoni li rċevew talba għal kwotazzjoni għal volumi addizzjonali fl-2021 minbarra l-volumi ggarantiti fil-kuntratti eżistenti. Hija żiedet ukoll li l-allegat nuqqas futur ta’ kapaċità fid-dawl taż-żieda fid-domanda ma tqisx l-espansjonijiet tal-kapaċità addizzjonali eżegwiti jew imħabbrin minn 2 produtturi oħrajn tal-Unjoni.

(155)

F’dan ir-rigward, Valeo affermat li l-affermazzjoni ta’ EA li l-utenti tal-AHEX AFRPs, inkluża Valeo, kienu qed jikkontribwixxu għall-erożjoni tal-prezzijiet mill-fornituri Ċiniżi ma kinitx korretta. B’appoġġ għall-affermazzjoni tagħha, Valeo pprovdiet estratt tal-evoluzzjoni storika tal-prezzijiet u tal-volum tal-AHEX AFRPs ipprovduti mill-produtturi tal-Unjoni lil Valeo għall-perjodu 2017-2022. Barra minn hekk, Valeo tenniet li kienet teħtieġ ftehimiet fit-tul sabiex tiżgura provvista bla xkiel mal-OEMs tal-karozzi u li l-produtturi tal-Unjoni deliberatament ma kinux lesti li jfornu jew li ma kellhomx il-kapaċità meħtieġa. Valeo indikat ukoll id-dewmien riċenti fil-provvista ma’ produttur wieħed tal-Unjoni.

(156)

EA affermat ukoll li kwalunkwe nuqqas ta’ kapaċità jkun marbut ma’ prattiki ta’ dumping li ma jħallux lill-produtturi tal-Unjoni jallokaw il-kapaċità għall-produzzjoni tal-AHEX AFRPs. F’dak li għandu x’jaqsam mad-dewmien riċenti fil-provvista, issir referenza għall-premessa (56) li fiha EA pprovdiet spjegazzjonijiet għal dan id-dewmien.

(157)

Fir-rigward tal-erożjoni tal-prezzijiet, l-evidenza pprovduta minn Valeo b’appoġġ għat-tweġiba tagħha nstabet li kienet frammentarja u, għalhekk, inkonklużiva. Fil-fatt, l-analiżi ta’ Valeo hija bbażata fuq numru limitat ta’ fornituri tal-Unjoni, u l-konklużjonijiet huma bbażati fuq perjodu li jmur lil hinn mill-perjodu kkunsidrat li jintemm f’Ġunju 2020 u, għalhekk, huma potenzjalment affettwati minn din l-investigazzjoni (bidu, impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji). Barra minn hekk, ma tqisx l-evoluzzjoni tad-domanda. Għall-kuntrarju, it-tweġiba għall-kwestjonarju ta’ Valeo turi li s-sehem relattiv tax-xirjiet mir-RPĊ żdied bejn l-2019 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. Barra minn hekk, kif imsemmi fit-Taqsima 7.1, ġew stabbiliti marġnijiet sinifikanti ta’ bejgħ taħt il-prezz li jikkonfermaw l-eżistenza ta’ erożjoni tal-prezzijiet. Fuq din il-bażi, l-affermazzjoni ta’ Valeo ġiet miċħuda.

(158)

Fir-rigward tal-miri tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, il-CLEPA affermat li l-miżuri jkunu jillimitaw l-investimenti fl-innovazzjoni li jfittxu li jilħqu għanijiet diġitali u ekoloġiċi stabbiliti mill-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-iżvilupp ta’ katina Ewropea tal-provvista ta’ batteriji tal-karozzi.

(159)

Kif imsemmi fil-premessa (145), il-miżuri huma mistennijin ikollhom biss impatt limitat fuq l-utenti minħabba s-sehem tal-AHEX AFRPs akkwistati mir-RPĊ u l-livell tal-miżuri. Fuq din il-bażi, jenħtieġ li jkollhom impatt limitat fuq l-investimenti deskritti.

(160)

Fl-istess kuntest, EA indikat li x-xiri ta’ AFRPs tal-UE jkun ta’ għajnuna għall-industriji tal-karozzi u awtomotivi f’termini ta’ tnaqqis tal-impronta tal-karbonju tagħhom u rreferiet għall-premessi (78), (451) u (452) tar-Regolament provviżorju fejn ġie konkluż b’mod provviżorju li l-industrija tal-Unjoni kienet qed tikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-miri tal-emissjonijiet tal-UE permezz tal-użu dejjem akbar tagħha ta’ materjal riċiklat u billi bħala medja tiġġenera kważi tliet darbiet anqas CO2 milli fir-RPĊ meta tipproduċi l-AFRPs.

(161)

EA xeħtet ukoll dubju dwar ir-raġunament ta’ ċerti utenti tal-AHEX AFRPs li jakkwistaw mir-RPĊ minħabba li dan kien imur kontra l-ambizzjoni tal-UE li tikseb il-Patt Ekoloġiku Ewropew fid-dawl tal-impronta tal-karbonju aktar baxxa tal-produzzjoni primarja tal-aluminju fl-UE. Hija rreferiet ukoll għall-esperjenza tal-passat fis-settur tal-pannelli solari, li bata minn importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping wara li ffavoriet “strateġija ta’ provvista miċ-Ċina” fuq terminu qasir minflok ma żammet katina tal-valur b’saħħitha fl-UE.

(162)

F’dan ir-rigward, Valeo sostniet li kienet qed tixtri biss kwantitajiet limitati ta’ materjal li joriġina mir-RPĊ u li ma kinitx qed tixtri AHEX AFRPs irħas u niġġiesa mir-RPĊ. Valeo argumentat ukoll li, bl-istrateġija tagħha, kienet qed tappoġġa l-elettrifikazzjoni rivoluzzjonarja tal-mobilità u tgħin ukoll fl-ilħuq tal-objettivi ambjentali tal-UE.

(163)

Madankollu, Valeo ma pprovdiet l-ebda evidenza dwar l-impronta tal-karbonju tal-fornituri tagħha jew biċċa evidenza oħra li tikkontradixxi l-valutazzjoni tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, filwaqt li jista’ jkun li Valeo qed tixtri kwantitajiet limitati ta’ AHEX AFRPs mill-pajjiż ikkonċernat, is-sehem tax-xirjiet tagħha mir-RPĊ kien qed jiżdied f’dawn l-aħħar snin.

(164)

Wara l-iżvelar definittiv, TitanX affermat li l-miri l-ġodda tal-emissjonijiet tal-Kummissjoni u r-rwol li għandha taqdi l-industrija tal-karozzi tal-UE kienu jiġġustifikaw l-esklużjoni tal-AHEX AFRPs għal raġunijiet ta’ interess tal-Unjoni.

(165)

F’dan ir-rigward, issir referenza għall-premessi (160) u (161) li jikkonfermaw li x-xiri tal-AFRPs fl-UE jkun ta’ għajnuna għall-industriji tal-karozzi u awtomotivi f’termini ta’ tnaqqis tal-impronta tal-karbonju tagħhom.

(166)

Fid-dawl ta’ din l-analiżi dettaljata, il-Kummissjoni kkonfermat is-sejbiet provviżorji tagħha kif stabbiliti fit-taqsima 2.3.1 tar-Regolament provviżorju u ma eskludietx l-AHEX AFRPs mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-investigazzjoni.

2.2.2.   Kojls tal-aluminju għall-produzzjoni ta’ kojls miksija u ta’ ACP

(167)

Kif stabbilit fit-Taqsima 2.3.2 tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni kienet eskludiet il-kojls tal-aluminju għall-produzzjoni ta’ kojls miksija u ta’ ACP mill-ambitu tal-prodott. EA affermat li d-definizzjoni tal-prodott eżentat b’mod provviżorju ma kinitx speċifika biżżejjed. Fil-fehma tagħha, il-Kumpanija utent A ma kinitx ipprovdiet informazzjoni teknika dettaljata li tippermetti lil partijiet oħra jipprovdu kummenti sinifikattivi, u b’hekk illimitat id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

(168)

Il-Kumpanija A wieġbet li d-definizzjoni pprovduta kienet speċifika biżżejjed u pprovdiet evidenza li ċerti produtturi tal-Unjoni ma setgħux jipproduċu prodotti b’dawk l-ispeċifikazzjonijiet. Fuq din il-bażi, hija kkonkludiet li l-karatteristiċi tekniċi jirriżultaw fi prodott speċifiku ħafna. Il-Kummissjoni qieset li s-sottomissjonijiet kemm ta’ EA kif ukoll tal-Kumpanija A kienu sinifikattivi, kienu jippermettu għal fehim raġonevoli tal-informazzjoni sensittiva u li d-drittijiet tad-difiża taż-żewġ partijiet kienu rrispettati.

(169)

EA affermat ukoll li l-Kumpanija A ma kinitx ippreżentat it-talba tagħha fil-ħin. Il-Kummissjoni osservat li l-Kumpanija A kienet għamlet it-talba fi stadju bikri ħafna tal-proċedimenti. Ġiet ukoll issostanzjata kif xieraq u ppreżentata fil-ħin biżżejjed sabiex il-Kummissjoni setgħet tiġbor l-informazzjoni rilevanti kollha bl-għan li tasal għal konklużjonijiet sinifikattivi.

(170)

EA kkontestat ukoll is-sejba provviżorja li l-industrija tal-Unjoni ma jkollhiex il-kapaċità li tipproduċi l-volumi meħtieġa tal-prodott eżentat bl-istandards tekniċi u tal-kwalità mitlubin. Hija pprovdiet dikjarazzjonijiet minn ħames produtturi tal-Unjoni li affermaw li għandhom it-tagħmir rilevanti sabiex jimmanifatturaw il-prodott eżentat b’mod provviżorju b’mhux aktar minn restrizzjoni waħda fuq il-wisa’, u żiedet li produtturi oħrajn jistgħu jipproduċu l-prodott eżentat b’mod provviżorju fl-UE. Barra minn hekk, EA pprovdiet dikjarazzjonijiet minn erba’ produtturi tal-ACP li jistgħu jakkwistaw il-materjal eżentat fi kwantitajiet suffiċjenti u, għalhekk, ma jaffaċċjawx l-istess problemi bħall-Kumpanija A.

(171)

Il-Kumpanija A aċċettat li ċerti produtturi fl-UE jistgħu jimmanifatturaw il-prodott eżentat. Madankollu, hija enfasizzat li ma tistax takkwistah fi kwantitajiet suffiċjenti fl-UE. Kien hemm bżonn li jiġu akkwistati ċerti volumi tal-prodott eżentat mir-RPĊ minħabba n-nuqqas ta’ provvista u ż-żminijiet itwal konsegwenti ta’ tlestija tal-proċess fl-UE u f’pajjiżi oħrajn. Hija ssostanzjat l-affermazzjonijiet tagħha b’evidenza ta’ sostenn addizzjonali u rreferiet għall-evidenza diġà pprovduta li turi l-inkapaċità ta’ ċerti produtturi li jimmanifatturaw il-prodott eżentat minħabba restrizzjonijiet tekniċi jew l-inkapaċità li jakkwistaw il-prodott eżentat fi kwantitajiet suffiċjenti.

(172)

Barra minn hekk, il-Kumpanija A argumentat ukoll li wħud mid-dikjarazzjonijiet magħmulin mill-produtturi tal-Unjoni ma kinux preċiżi peress li ma jistgħux jipprovdu l-prodott eżentat b’mod provviżorju jew li huma speċjalizzati fi prodotti oħrajn. Fil-fehma tagħha, dawn id-dikjarazzjonijiet jikkonfermaw li l-produtturi Ewropej ma għandhom l-ebda pjan li jinvestu f’kapaċità addizzjonali.

(173)

EA kkontradixxiet lill-Kumpanija A, billi ddikjarat li hemm biżżejjed kapaċità fis-suq tal-Unjoni. Hija affermat ukoll li l-konsenji mdewmin huma relatati ma’ ordnijiet li jmorru lil hinn mill-ftehimiet konklużi. F’dak li għandu x’jaqsam mad-dewmien, il-Kummissjoni nnotat li l-evidenza fil-fajl ikkonfermat li ċertu/i produttur(i) tal-Unjoni li ma setax/setgħux jissodisfa(w) ir-rekwiżiti tekniċi tal-Kumpanija A kellu/kellhom jirrimborża(w)ha għal vjeġġi mhux konformi u, għalhekk, ma jistax/jistgħux iforni/u lill-Kumpanija A. Għalhekk, il-Kumpanija A ma kellha l-ebda għażla ħlief li titlob kwantitajiet addizzjonali mingħand fornituri oħrajn.

(174)

Il-Kumpanija A wieġbet li erbgħa mill-ħames produtturi tal-ACP għandhom sors garantit ta’ provvista minħabba raġunijiet storiċi, ġeografiċi, kuntrattwali jew ta’ parteċipazzjoni azzjonarja / sjieda u li għandhom interess vestit li jillimitaw il-kompetizzjoni minn produttur ieħor tal-ACP fl-UE. Il-Kumpanija A argumentat ukoll li d-disa’ kumpaniji li pprovdew dikjarazzjonijiet huma membri ta’ EA, u xi wħud minnhom huma rrappreżentati fil-kumitat eżekuttiv ta’ EA, li ftit li xejn iħalli dubju dwar il-pożizzjoni tagħhom dwar it-talba għall-esklużjoni.

(175)

Il-Kumpanija A affermat ukoll li jenħtieġ li d-dikjarazzjonijiet ipprovduti mill-produtturi tal-ACP jiġu miċħuda minħabba li ma humiex partijiet interessati rreġistrati, li ma kkooperawx mal-investigazzjoni u ma ssostanzjawx id-dikjarazzjonijiet tagħhom b’evidenza ta’ sostenn.

(176)

Il-Kummissjoni kkonfermat li d-dikjarazzjonijiet ta’ ċerti produtturi tal-AFRP ma kinux appoġġati minn evidenza suffiċjenti. Hija sabet ukoll li ma kinux jirriflettu bis-sħiħ il-kapaċità teknika tagħhom. Filwaqt li xi produtturi tal-AFRP tabilħaqq jistgħu jimmanifatturaw il-prodott eżentat, oħrajn ma setgħux jissostanzjaw id-dikjarazzjonijiet tagħhom b’elementi addizzjonali fil-fajl. Għall-kuntrarju, dawn il-produtturi ma jistgħux jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjoni tal-Kumpanija A u pprovdew AFRPs li għandhom karatteristiċi differenti mill-prodott eżentat.

(177)

EA affermat li l-prodott eżentat ikopri prattikament il-firxa sħiħa għall-istokk taż-żebgħa u li l-volum kopert mill-prodott eżentat skont l-Artikolu 2.2 tar-Regolament provviżorju jkun jirrappreżenta ferm aktar mit-2 % imsemmi fir-Regolament provviżorju u, fil-fatt, [300 000 - 600 000] (37) tunnellata. Wara l-iżvelar provviżorju, EA ppreżentat stima għall-konsum tal-kojl tal-aluminju għall-użu fil-produzzjoni ta’ kojls miksijin meta sussegwentement jintużaw fil-produzzjoni tal-ACPs. Stima bħal din tammonta għal [52 000 - 68 000] (38) tunnellata; jiġifieri qrib l-istima tal-Kummissjoni fil-premessa (87) tar-Regolament provviżorju. Il-Kumpanija A kkummentat li l-istima tal-konsum tal-Kummissjoni ma tikkorrispondix għall-prodott eżentat użat għall-produzzjoni tal-ACPs peress li l-karatteristiċi tekniċi speċifiċi ta’ dak il-prodott huma stretti ħafna u xi produtturi tal-ACPs jużaw l-AFRPs miksijin. Fl-istess ħin, il-Kumpanija A ddikjarat li l-konsum tagħha għall-produzzjoni tal-ACPs kien aktar baxx mill-aħħar stima pprovduta minn EA. Billi l-konsum fl-Unjoni ma huwiex limitat biss għax-xiri li sar mill-Kumpanija A, il-Kummissjoni qieset li l-istima pprovduta fil-premessa (87) tar-Regolament provviżorju tirrifletti b’mod raġonevoli l-konsum tal-AFRPs għall-produzzjoni tal-ACPs b’mod ġenerali.

(178)

Minbarra l-affermazzjoni tal-Kumpanija A relatata ma’ nuqqas ġenerali ta’ kapaċità, EA argumentat li ma hemm l-ebda nuqqas ta’ kapaċità strutturali fl-UE kif muri mir-rata ta’ użu tal-kapaċità rrapportata fir-Regolament provviżorju u li d-diffikultajiet kurrenti tal-provvista huma marbutin mal-pandemija tal-Covid-19.

(179)

Il-Kumpanija A kkummentat ukoll li, fid-dawl tan-nuqqas ta’ provvista fis-suq tal-Unjoni, l-eżistenza ta’ dazji anti-dumping tkun ta’ detriment għall-attività tagħha u tikkomprometti l-vijabbiltà tagħha.

(180)

Il-Kummissjoni vverifikat li l-Kumpanija A kienet qed taffaċċja diffikultajiet sinifikanti fil-provvista mal-prodott li kien eżentat b’mod provviżorju. Kif issostanzjat mill-Kumpanija A, hemm limitazzjonijiet tekniċi u tal-kwalità f’dak li tista’ timmanifattura l-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, ċerti produtturi integrati tal-Unjoni (li jipproduċu kemm l-AFRP, il-kojls miksija kif ukoll l-ACP) iridu jillimitaw il-provvista tagħhom lill-Kumpanija A għal raġunijiet ta’ kompetizzjoni u/jew ta’ integrazzjoni vertikali. Dawn iż-żewġ fatturi ewlenin jillimitaw id-disponibbiltà tal-prodotti eżentati fis-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-informazzjoni fil-fajl tindika l-fatt li sorsi mhux tal-UE ma joffrux alternattiva suffiċjenti f’termini ta’ volum jew ta’ kwalità. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Kumpanija A ma tistax takkwista l-prodott eżentat b’mod provviżorju fi kwantitajiet suffiċjenti fis-suq tal-Unjoni jew minn sorsi oħrajn.

(181)

L-Artikolu 2(2) tar-Regolament provviżorju ppreveda li jenħtieġ li l-prodott deskritt fl-Artikolu 1(1) jiġi eżentat mid-dazju anti-dumping provviżorju jekk jiġi importat għall-użu fil-produzzjoni ta’ kojls miksija u ta’ pannelli komposti tal-aluminju. F’dan ir-rigward, il-Kumpanija A jew kwalunkwe utent ieħor fis-suq ma pprovdiex biżżejjed evidenza li kienet direttament ikkonċernata mill-importazzjonijiet tal-ARFPs għall-produzzjoni ta’ kojls miksijin matul il-PI. Barra minn hekk, l-investigazzjoni żvelat li l-konsum tal-AFRPs fis-settur tal-kojls miksijin kien ħafna aktar sinifikanti minn dak fis-settur tal-ACP. Għalhekk, jeżisti r-riskju li l-karatteristiċi tekniċi tal-prodott eżentat b’mod provviżorju jsiru n-norma f’dan is-settur u jiġu importati fi kwantitajiet akbar, u b’hekk potenzjalment jagħmlu ħsara lill-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, filwaqt li l-Kumpanija A għandha diffikultajiet sabiex tixtri l-ARFPs għall-produzzjoni ta’ kojls miksijin fi kwantitajiet suffiċjenti, xorta tista’ tikseb parti sinifikanti mill-ħtiġijiet tagħha fl-UE.

(182)

Barra minn hekk, l-investigazzjoni żvelat li l-karatteristiċi tekniċi tal-prodott eżentat b’mod provviżorju jvarjaw skont l-użu; jiġifieri, il-produzzjoni ta’ kojls miksijin jew il-produzzjoni ta’ pannelli komposti tal-aluminju.

(183)

Wara l-iskadenza għall-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħrajn b’reazzjoni għall-iżvelar tas-sejbiet provviżorji, EA tenniet l-affermazzjoni tagħha dwar id-disponibbiltà tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni u rreferiet għad-data makroekonomika sottomessa wara t-talba tal-Kummissjoni li allegatament uriet li hemm kapaċità suffiċjenti fis-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, hija sostniet li l-AFRPs għall-użu fl-ACPs u l-AFRPs għall-użu f’kojls miksijin għandhom l-istess deskrizzjoni tal-prodott u li d-deskrizzjoni provviżorja tal-prodott ħolqot trikkib u konfużjoni bejn iż-żewġ prodotti. Hija tenniet ukoll l-affermazzjoni tagħha relatata mad-daqs tas-suq tal-kojls miksijin li diġà saret referenza għalih fil-premessa (177) u indikat li l-Kumpanija A kienet qed tixtri l-prodott inkwistjoni għal ħafna snin fl-Unjoni u rreferiet għad-dikjarazzjonijiet minn produtturi oħrajn tal-ACP li diġà saret referenza għalihom fil-premessa (170) u indirizzati fil-premessi (175) u (176). Barra minn hekk, EA rreferiet għal sorsi oħrajn ta’ provvista mingħajr ma speċifikat liema.

(184)

F’dan ir-rigward, l-ewwel jenħtieġ li jiġi nnotat li d-data makroekonomika pprovduta minn EA nstabet li ma kinitx akkurata u ġiet aġġustata mill-Kummissjoni meta stabbiliet indikaturi tad-dannu definittivi f’konformità mal-informazzjoni fil-fajl dwar il-kapaċità teknika tagħha.

(185)

L-affermazzjoni ta’ EA li tirreferi għad-differenza bejn l-AFRPs għall-użu fl-ACPs u l-AFRPs ma qisitx l-aħħar deskrizzjoni tal-prodott kif previst fl-Artikolu 2(2). Barra minn hekk, meta jitqies li t-talba għall-esklużjoni tal-Kumpanija A hija bbażata fuq proċedura doganali ta’ użu aħħari skont l-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (39) (“il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni”), il-fatt li dawn il-prodotti jkollhom l-istess deskrizzjoni tqies irrilevanti. Fuq din il-bażi, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(186)

Il-fatt li l-Kumpanija A ilha ħafna snin tixtri l-prodott inkwistjoni fl-Unjoni ma nstabx li jikkontradixxi l-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-prodott inkwistjoni ma kienx disponibbli fi kwantitajiet suffiċjenti fis-suq tal-Unjoni. Fin-nuqqas ta’ informazzjoni aktar preċiża dwar sorsi oħrajn ta’ provvista, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda wkoll.

(187)

Wara l-iżvelar definittiv, il-Kumpanija A affermat li l-problema tad-disponibbiltà kienet tapplika kemm għall-AFRPs użati fil-produzzjoni ta’ kojls miksijin kif ukoll għall-produzzjoni tal-ACPs u tenniet it-talba tagħha li l-AFRPs użati fil-produzzjoni ta’ kojls miksijin jenħtieġ li jiġu eżentati mill-ġbir tad-dazji anti-dumping. Barra minn hekk, hija tenniet li ċerti fornituri tal-Unjoni ma setgħux iwasslu l-kwantitajiet miftiehma jew kienu qed jiffaċċjaw problemi ta’ kwalità fir-rigward tal-AFRPs eżentati.

(188)

Filwaqt li l-Kummissjoni ammettiet li l-problema tad-disponibbiltà kienet tapplika għaż-żewġ applikazzjonijiet, il-Kummissjoni diġà ċċarat fil-premessa (181) għaliex jenħtieġ li l-eżenzjoni ma tapplikax għall-AFRPs użati fil-produzzjoni ta’ kojls miksijin. Fin-nuqqas ta’ aktar kummenti f’dan ir-rigward, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(189)

Wara l-iżvelar definittiv, EA xeħtet dubju dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tnaqqas il-kapaċità tal-produzzjoni rrapportata minn ċerti produtturi tal-Unjoni fir-rigward tal-prodott eżentat u affermat li ċerti limitazzjonijiet li jikkonċernaw il-wisa’ tal-medda esterna ma jappoġġawx tnaqqis bħal dan tal-kapaċità tal-produzzjoni. Barra minn hekk, EA sostniet li anke l-kapaċità tal-produzzjoni mnaqqsa kkoreġuta mill-Kummissjoni tkun biżżejjed sabiex tforni lis-suq tal-Unjoni bil-kwantitajiet neċessarji. EA affermat ukoll li n-nuqqas ta’ sorsi alternattivi mhux tal-UE ma kienx appoġġat minn evidenza fil-fajl disponibbli għal partijiet oħrajn u kellu jiġi injorat f’konformità mal-Artikolu 19(3) tar-Regolament bażiku. Fl-aħħar nett, EA tenniet l-affermazzjoni tagħha li l-produtturi l-oħra kollha tal-ACP fl-Unjoni ddikjaraw li kapaċi jiksbu l-kwantitajiet neċessarji fl-Unjoni.

(190)

Wara l-kummenti ta’ EA, il-Kumpanija A kkonfermat l-akkuratezza tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni għall-AFRPs użati fil-produzzjoni tal-ACPs irrispettivament mil-limitazzjonijiet fuq il-wisa’ tal-medda esterna u reġgħet irreferiet għall-problemi tal-kwalità. Kif spjegat fl-iżvelar speċifiku mibgħut lil EA, l-informazzjoni relatata mal-prodott eżentat ippreżentat minn EA ġiet ikkoreġuta fuq il-bażi ta’ sottomissjonijiet minn partijiet oħrajn li jixhdu li dawn il-produtturi ma setgħux jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa jew ma kinux jipproduċu l-prodott inkwistjoni. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessi (174) sa (180), filwaqt li ma huwiex miċħud li ċerti produtturi tal-AFRP tabilħaqq jistgħu jimmanifatturaw il-prodott eżentat, ċerti produtturi integrati tal-Unjoni (li jipproduċu l-AFRPs, il-kojls miksijin u l-ACP kollha) iridu jillimitaw il-provvista tagħhom lill-Kumpanija A għal raġunijiet ta’ kompetizzjoni u/jew ta’ integrazzjoni vertikali, u b’hekk iwasslu għal disponibbiltà insuffiċjenti fis-suq tal-Unjoni. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ sorsi mhux tal-UE, jenħtieġ li jiġi nnotat li l-informazzjoni fil-fajl ma setgħetx tinġabar fil-qosor f’verżjoni mhux kunfidenzjali mingħajr ma jiġu żvelati sigrieti kummerċjali li setgħu jkunu ta’ detriment għall-partijiet ikkonċernati. Fi kwalunkwe każ, EA ma pprovdietx evidenza li tindika l-eżistenza tal-kapaċità disponibbli f’pajjiżi mhux tal-UE. Eventwalment, il-fatt li produtturi oħrajn tal-ACP allegatament setgħu jakkwistaw l-AFRPs tagħhom fl-Unjoni ma nstabx li jikkontradixxi s-sejbiet tal-Kummissjoni li jindikaw disponibbiltà insuffiċjenti tal-prodott inkwistjoni u r-rekwiżiti tal-kwalità tiegħu. Fuq din il-bażi, l-affermazzjonijiet ta’ EA ġew miċħudin.

(191)

Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkonfermat is-sejbiet provviżorji tagħha li kien fl-interess tal-Unjoni li l-prodott inkwistjoni jiġi eżentat mill-ġbir tad-dazji anti-dumping, iżda li tiġi limitata l-eżenzjoni għall-AFRPs biss użati fil-produzzjoni tal-pannelli komposti tal-aluminju.

2.2.3.   Folji litografiċi u fojls tal-batteriji

(192)

Wara l-iżvelar provviżorju, Xiamen Xiashun Aluminium Foil Co., Ltd. (“Xiamen Xiashun”) ikkontestat iċ-ċaħda tat-talba tagħha indirizzata fil-premessi (89)-(92) tar-Regolament provviżorju li jenħtieġ li l-folji litografiċi u l-folji tal-batteriji jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni. Hija affermat li dawn il-prodotti ma jvarjawx mill-prodotti elenkati fil-premessa (57) tar-Regolament provviżorju u li kienu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni diġà fin-Notifika ta’ Bidu. Il-prodotti diġà esklużi għandhom ukoll l-istess karatteristiċi kimiċi, peress li huma magħmulin minn aktar minn 95 % ta’ aluminju pur, b’mod simili għal AFPRs oħrajn.

(193)

Xiamen Xiashun tenniet ukoll l-affermazzjonijiet imqajmin fil-premessa (89) tar-Regolament provviżorju fir-rigward tal-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi, il-gauge, il-proċess tal-produzzjoni u l-applikazzjoni.

(194)

EA kkonfermat li l-folji litografiċi u l-fojls tal-batteriji jaqgħu taħt id-definizzjoni tal-prodott u għandhom l-istess karatteristiċi kimiċi bażiċi bħal AFRPs oħrajn, peress li huma magħmulin minn aktar minn 95 % ta’ aluminju pur, b’mod simili għal AFPRs oħrajn. Huma r-riżultat tal-istess proċess ta’ manifattura bħal AFRPs oħrajn. EA affermat ukoll li dawn ġew inklużi fl-ilment minħabba li huma prodotti minn numru ta’ produtturi tal-UE li kienu qed jaffaċċjaw prezzijiet dannużi u oġġett ta’ dumping baxxi ħafna miċ-Ċina.

(195)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni osservat li l-ambitu tal-prodott ta’ din l-investigazzjoni kien iddefinit b’mod korrett mill-ilmentaturi peress li kien ikopri prodotti li għalihom kien hemm biżżejjed evidenza ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping li jikkawżaw dannu għall-industrija tal-Unjoni. Fuq din il-bażi u fin-nuqqas ta’ elementi ġodda, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(196)

Wara l-iżvelar definittiv, Xiamen Xiashun tenniet l-affermazzjonijiet sottomessi fl-istadju tal-bidu. Fin-nuqqas ta’ elementi ġodda u peress li dawn l-affermazzjonijiet diġà ġew indirizzati fil-premessi (89) sa (92) tar-Regolament provviżorju, u l-affermazzjonijiet ulterjuri ta’ Xiamen Xiashun ġew indirizzati fil-premessa (195), dawn id-dikjarazzjonijiet ġew miċħudin.

(197)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor, il-konklużjonijiet l-oħrajn kollha fit-Taqsima 2.3.3. tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

2.2.4.   ACF-30-60

(198)

It-talba inizjali sabiex jiġi eskluż l-ACF-30-60 minn Nanshan ġiet indirizzata fil-premessi (93) sa (102) tar-Regolament provviżorju. Wara l-iżvelar provviżorju, Nanshan tenniet l-affermazzjoni tagħha li l-prodott li qed jiġi investigat u l-ACF-30-60 huma differenti fuq il-bażi ta’ numru ta’ fatturi bħall-karatteristiċi tekniċi u fiżiċi essenzjali, l-użu finali u l-applikazzjoni, il-proċess tal-produzzjoni u l-kanali ta’ distribuzzjoni. Hija tenniet ukoll li dawn il-prodotti ma humiex interkambjabbli u ma humiex f’kompetizzjoni ma’ xulxin. Hija argumentat li, skont il-ġurisprudenza stabbilita (40), l-ebda fattur ma huwa aktar deċiżiv minn ieħor meta jiġi vvalutat jekk prodott ikunx distint mill-prodotti l-oħrajn koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ investigazzjoni. Indikat ukoll li s-suq tal-ACF tal-Unjoni huwa strett ħafna b’disponibbiltà limitata mill-produtturi tal-Unjoni fix-xhur li ġejjin.

(199)

B’reazzjoni għall-kummenti ta’ Nanshan, EA sostniet li l-AFRPs inkwistjoni huma jew jistgħu jiġu prodotti fl-UE u jaqgħu fi ħdan id-deskrizzjoni tal-prodott.

(200)

Fir-rigward tal-kompetizzjoni bejn l-ACF-30-60 u l-prodotti l-oħrajn koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni, jenħtieġ li l-ewwel jitfakkar li l-ACF-30-60 taqa’ taħt id-definizzjoni tal-prodott kif definit fil-premessi minn (55) sa (58) tar-Regolament provviżorju. L-ewwel nett, l-ACF-30-60 u prodotti oħrajn koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi, u l-prodott jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni. Barra minn hekk, fil-valutazzjoni provviżorja tagħha, il-Kummissjoni ma llimitatx il-valutazzjoni tagħha għal fattur partikolari biss peress li qagħdet fuq diversi fatturi bħall-karatteristiċi bażiċi, il-funzjoni, il-proċess tal-produzzjoni, u l-użu finali sabiex tivvaluta jekk l-ACF-30-60 kienx kopert mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni. L-affermazzjoni relatata mad-disponibbiltà limitata tal-ACF-30-60 fis-suq tal-Unjoni ma kinitx issostanzjata b’biżżejjed evidenza ta’ sostenn.

(201)

Wara l-iżvelar definittiv, Nanshan tenniet l-affermazzjoni mqajma fl-istadju proviżorju. Indikat ukoll li l-karatteristiċi taż-żewġ naħat tal-prodott inkwistjoni jvarjaw, li jwassal għal proċess tal-produzzjoni differenti b’tagħmir tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u jwassal għal użu finali differenti. Barra minn hekk, Nanshan sostniet li l-introduzzjoni ta’ miżuri anti-dumping ikollha impatt detrimentali fuq l-utenti minħabba nuqqas serju ta’ provvista fl-Unjoni. Nanshan appoġġat it-tali affermazzjoni b’dikjarazzjonijiet mill-utenti li rrapportaw diffikultajiet fl-akkwist f’dawn l-aħħar xhur (wara l-PI) u fix-xhur li ġejjin. F’dan ir-rigward, hija indikat ukoll il-fatt li produttur minnhom tal-Unjoni kien waqqaf il-produzzjoni tiegħu tal-prodott inkwistjoni sabiex jiffoka fuq prodotti oħrajn. Fin-nuqqas ta’ sorsi alternattivi ta’ provvista, Nanshan affermat li l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu kruċjali għall-utenti mhux integrati.

(202)

F’dan ir-rigward, issir referenza għall-premessi (93) sa (102) tar-Regolament provviżorju u għall-premessa (200) ta’ hawn fuq fejn ġew indirizzati l-affermazzjonijiet inizjali ta’ Nanshan. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li l-ACF-30-60 ma huwiex l-uniku prodott kopert mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-proċediment li għandu naħat b’karatteristiċi differenti, peress li l-HEX AFRPs ukoll jippreżentaw karatteristika bħal din.

(203)

Anke jekk jitqiesu l-elementi ta’ wara l-PI, il-Kummissjoni qieset li s-sitwazzjoni deskritta minn Nanshan u minn żewġ utenti ma indikat l-ebda nuqqas strutturali ta’ kapaċità, iżda, minflok, sitwazzjoni temporanja dovuta għall-irkupru ekonomiku ġenerali ta’ wara l-COVID fejn id-domanda żdiedet b’mod sinifikanti f’perjodu ta’ żmien qasir sabiex l-industrija tal-Unjoni issa teħtieġ li taġġusta għas-sitwazzjoni l-ġdida tas-suq. F’dan il-kuntest, ma ġiex ikkunsidrat li l-introduzzjoni tal-miżuri anti-dumping ikollha impatt detrimentali fuq l-utenti finali. Fi kwalunkwe każ, l-utenti li pprovdew kummenti ma pprovdewx tweġiba għall-kwestjonarju. Għalhekk, ma setax jiġi vvalutat sa liema punt dawn ikunu affettwati mill-miżuri. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(204)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha milħuqin fit-Taqsima 2.3.4 tar-Regolament provviżorju.

2.2.5.   AFRPs għall-użu fil-manifattura ta’ paletti għall-venetian blinds

(205)

It-talba inizjali minn OPL System AB (“OPL”) sabiex jiġu esklużi l-paletti għall-venetian blinds ġiet indirizzata fil-premessi (103) u (104) tar-Regolament provviżorju.

(206)

OPL tenniet li l-industrija tal-Unjoni ma tipproduċix u ma hijiex kapaċi tipproduċi AFRPs skont l-ispeċifikazzjonijiet ta’ OPL. Hija enfasizzat li l-użu ta’ prodott ta’ kwalità inferjuri jkun jagħmel ħsara lit-tagħmir tagħha u l-prodotti lesti ma jkunux jikkorrispondu għar-rekwiżiti tal-klijenti tagħha.

(207)

OPL irreferiet għall-oġġezzjonijiet għall-kwota tariffarja tagħha għall-2016 minn 4 produtturi differenti tal-Unjoni, li allegatament ma jipproduċux u ma humiex kapaċi jipproduċu AFRPs skont l-ispeċifikazzjonijiet ta’ OPL. F’dan ir-rigward, hija affermat li minkejja l-iskambji kummerċjali ma’ xi wħud mill-4 kumpaniji, l-ebda waħda ma pprovdiet kampjuni lil OPL. Madankollu, it-tali affermazzjonijiet ma kinux appoġġati minn evidenza ta’ sostenn għal xi kumpaniji ħlief waħda. Fl-istess ħin, OPL argumentat li l-ebda wieħed mill-produtturi tal-Unjoni ma seta’ jipproduċi l-prodott inkwistjoni. Madankollu, bl-eċċezzjoni ta’ produttur wieħed, OPL ma ssostanzjatx l-affermazzjoni li hija kienet talbet provvisti jew li l-produtturi tal-Unjoni kienu rrifjutaw li jfornu u / jew indikaw li ma setgħux jipproduċu l-prodott inkwistjoni, sal-iskadenza għall-kummenti dwar l-iżvelar provviżorju jew sal-iskadenza għall-kummenti dwar il-kummenti ta’ partijiet oħrajn wara l-iżvelar provviżorju.

(208)

EA tenniet li l-industrija tal-Unjoni kapaċi tipproduċi AFRPs skont l-ispeċifikazzjonijiet ta’ OPL u ssottomettiet dikjarazzjonijiet li ċerti produtturi tal-Unjoni setgħu jfornu l-prodott inkwistjoni. Hija xeħtet ukoll dubju dwar l-affermazzjoni li OPL kienet ikkuntattjat lil diversi produtturi tal-Unjoni hekk kif indikat li l-ebda kumpanija mill-industrija tal-Unjoni ma kienet irċeviet xi talba għal kwotazzjoni reċentement, jew li kienu għaddejjin diskussjonijiet.

(209)

Filwaqt li d-dikjarazzjonijiet magħmulin minn produttur wieħed tal-Unjoni jistgħu jiġu kkontestati, il-Kummissjoni stabbiliet li tal-anqas produttur wieħed tal-Unjoni kapaċi jipproduċi AFRPs skont l-ispeċifikazzjonijiet ta’ OPL.

(210)

L-evidenza pprovduta minn OPL fi ħdan l-iskadenzi stabbiliti rigward il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tipproduċi, u l-fatt li hija kkuntattjat lill-produtturi tal-Unjoni hija limitata għal produttur wieħed biss tal-Unjoni, u l-affermazzjonijiet ta’ OPL fil-biċċa l-kbira ma humiex issostanzjati minn evidenza ta’ sostenn. Barra minn hekk, l-evidenza pprovduta għall-produttur ikkonċernat kopriet perjodu wara l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji. Minħabba l-effett potenzjali ta’ dawk il-miżuri provviżorji fuq l-imġiba tal-atturi tas-suq, il-Kummissjoni ma qisitx din il-biċċa evidenza bħala prova affidabbli biżżejjed ta’ rifjut ta’ produzzjoni jew ta’ provvista minn dak il-produttur ladarba jiġu imposti l-miżuri definittivi u l-kundizzjonijiet normali tas-suq jiġu rrestawrati bis-sħiħ. Tabilħaqq, fil-mument li l-Kummissjoni timponi miżuri provviżorji, huwa raġonevoli li wieħed jistenna li l-produtturi tal-Unjoni jistgħu jiddeċiedu li jipposponu d-dħul f’relazzjoni kuntrattwali fit-tul sakemm ikun ċar jekk humiex se jiġu imposti dazji definittivi u f’liema livell. Barra minn hekk, minkejja li s-sottomissjonijiet kien fihom affermazzjonijiet li produtturi oħrajn tal-Unjoni ma ridux jew ma setgħux ifornu lil OPL, dawn l-affermazzjonijiet ma kinux appoġġati minn xi evidenza. Fi kwalunkwe każ, jista’ jkun raġonevolment mistenni li l-importazzjonijiet se jkomplu mir-RPĊ minħabba l-livell tal-miżuri definittivi.

(211)

Wara l-iskadenza għall-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħrajn b’reazzjoni għall-iżvelar tas-sejbiet provviżorji, OPL ipprovdiet diversi skambji bil-posta elettronika ma’ produtturi tal-Unjoni li ntalbu jikkonfermaw jekk setgħux jimmanifatturaw AFPRs skont l-ispeċifikazzjonijiet ta’ OPL. Fuq din il-bażi, OPL affermat li, bl-eċċezzjoni ta’ produttur wieħed tal-Unjoni li huwa lest li jipprovdi AFRPs bi prova, l-ebda wieħed mill-produtturi tal-Unjoni ma kien f’pożizzjoni li jimmanifattura l-AFRPs skont l-ispeċifikazzjonijiet tagħha.

(212)

L-investigazzjoni żvelat li l-konklużjoni li waslet għaliha OPL li l-produtturi tal-Unjoni ma setgħux jimmanifatturaw AFRPs skont l-ispeċifikazzjonijiet tagħha ma kinitx sostnuta minn evidenza peress li l-iskambji bil-posta elettronika wrew li ċerti produtturi kienu lesti jidħlu f’relazzjoni kummerċjali ma’ OPL. Barra minn hekk, deher li l-ispeċifikazzjonijiet mitlubin minn OPL fir-rigward tal-kompożizzjoni kimika kienu aktar stretti mill-ispeċifikazzjonijiet ipprovduti fit-talba għall-esklużjoni tagħha. Fuq din il-bażi, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(213)

Fuq din il-bażi, it-talba ta’ OPL għall-esklużjoni ġiet miċħuda u l-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha milħuqin fit-taqsima 2.3.5 tar-Regolament provviżorju.

2.2.6.   AFRPs għall-użu fi transformers

(214)

Wara l-iżvelar provviżorju, Hitachi affermat li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping kien qed ikollha impatt detrimentali fuq is-settur usa’ tal-elettriku fl-UE. Hija affermat li bosta mill-fornituri tal-AFRPs tagħha kienu qed jesperjenzaw nuqqas ta’ kapaċità li jwassal għal nuqqas ta’ materjal fis-suq tal-Unjoni. Hitachi indikat ukoll li dan l-iżvilupp kien jikkoinċidi mal-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping provviżorji ta’ AFPRs li joriġinaw mir-RPĊ. Konsegwentement, hija affermat li kienet qed tesperjenza dewmien fil-produzzjoni li dalwaqt kien se jaffettwa l-konsenji tagħha. Barra minn hekk, hija affermat li d-domanda għall-AFRPs fis-settur tat-transformers tal-potenza se tiżdied bħala konsegwenza tal-evoluzzjoni tal-qafas regolatorju f’dan is-settur (41). Fuq din il-bażi, hija talbet eżenzjoni mill-miżuri anti-dumping għall-industrija tat-transformers. Hija affermat ukoll li tali eżenzjonijiet diġà ngħataw lill-manifatturi tal-laned tax-xorb, tal-karozzi u tal-inġenji tal-ajru. Hija argumentat ukoll li jenħtieġ li tingħata eżenzjoni simili lis-settur tat-transformers fuq il-bażi tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni u meta jitqies is-sehem li l-AFRPs jirrappreżentaw fil-prodotti finali tagħhom.

(215)

EA affermat li l-problemi kurrenti dwar il-kapaċità u l-konsenji ma kinux relatati mal-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping peress li huma direttament marbuta mal-irkupru ekonomiku enormi ta’ wara l-COVID. Hija affermat ukoll li dan kien fenomenu dinji li affettwa lil ħafna industriji li lanqas biss huma soġġetti għal dazji anti-dumping. Żiedet ukoll li l-utenti tal-AFRPs fl-UE li kisbu volumi mill-produtturi Ewropej permezz ta’ kuntratti fit-tul ma għandhomx problemi ta’ provvista.

(216)

Il-Kummissjoni osservat li l-ebda waħda mill-affermazzjonijiet magħmulin minn Hitachi ma kienet issostanzjata b’evidenza ta’ sostenn ħlief għall-bidla fil-qafas regolatorju. Barra minn hekk, meta wieħed iqis it-talba għall-eżenzjoni u l-affermazzjoni dwar in-nondiskriminazzjoni, il-Kummissjoni osservat li l-manifatturi tal-laned tax-xorb, tal-karozzi u tal-inġenji tal-ajru qatt ma ġew inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni. Għalhekk, ma ngħatat l-ebda eżenzjoni għal dawk il-prodotti. Għalhekk, il-Kummissjoni ma tistax tifhem kif Hitachi tista’ tiġi ddiskriminata. Fi kwalunkwe każ, jista’ jkun raġonevolment mistenni li l-importazzjonijiet se jkomplu mir-RPĊ minħabba l-livell tal-miżuri definittivi. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ċaħdet it-talba.

2.2.7.   AFRPs għall-użu f’kapaċitaturi elettrolitiċi tal-aluminju

(217)

Wara l-iżvelar provviżorju, l-utenti TDK IT u TDK HU ressqu kummenti li fihom talbu l-esklużjoni tal-aluminju anodiku b’vultaġġ baxx u b’vultaġġ għoli, tal-fojl tat-tabs u tal-fojl tal-aluminju katodiku għall-użu fil-produzzjoni ta’ kapaċitaturi elettrolitiċi tal-aluminju, mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni. Huma saħqu li dawn l-AFRPs għandhom karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi distinti (purità, ligi, struttura kristallizzata u proprjetajiet tal-ossidu), li jeħtieġu teknoloġija tal-produzzjoni speċifika (l-ebda tidwib) u li l-industrija tal-Unjoni ma għandhiex kapaċità tal-produzzjoni disponibbli għal dan il-prodott. Barra minn hekk, huma affermaw ukoll li dawn il-prodotti jintużaw biss għall-produzzjoni ta’ kapaċitaturi elettrolitiċi tal-aluminju, li għandhom prezzijiet ogħla u li l-volumi importati jirrappreżentaw parti żgħira mill-konsum fl-Unjoni tal-AFRPs. Fil-fehma tagħhom, l-esklużjoni ta’ tali prodotti ma tkunx tikkawża dannu għall-industrija tal-Unjoni filwaqt li l-miżuri anti-dumping ikollhom impatt negattiv fuq il-prestazzjoni finanzjarja tagħha.

(218)

EA affermat li l-AFRPs involuti jistgħu jiġu prodotti fl-UE jew fiż-Żona Ekonomika Ewropea (“ŻEE”) u jaqgħu fi ħdan id-deskrizzjoni tal-prodott. Hija żiedet ukoll li prodotti bħal dawn ġew immanifatturati fl-UE u li xi produtturi qed jippjanaw li jerġgħu jibdew il-produzzjoni.

(219)

Bi tweġiba għas-sottomissjoni ta’ EA, TDK IT ikkontestat il-fatt li l-AFRPs inkwistjoni huma disponibbli fl-UE. Hija affermat ukoll li dawn il-prodotti speċifiċi ma baqgħux disponibbli sa mit-tieni nofs tal-2018 u rreferiet għal dikjarazzjoni minn produttur tal-Unjoni. Hija affermat ukoll li l-AFRPs ikkonsenjati mill-industrija tal-Unjoni fil-passat kienu qrib il-limitu minimu ta’ kwalità aċċettabbli u li d-domanda tal-klijenti issa teħtieġ prodotti ta’ grad ogħla li dan il-produttur ma setax jimmanifattura meta waqqaf il-produzzjoni tiegħu. Hija żiedet li, jekk il-produzzjoni terġa’ tibda, il-materjal ikollu jgħaddi minn proċess twil ta’ validazzjoni doppja (ma’ TDK u mal-klijenti tagħha) qabel ma jkun jista’ jerġa’ jintuża.

(220)

Wara l-iskadenza għall-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħrajn b’reazzjoni għall-iżvelar tas-sejbiet provviżorji, EA tenniet l-affermazzjoni tagħha dwar id-disponibbiltà tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni jew fiż-ŻEE. Hija żiedet ukoll li l-industrija tal-Unjoni kellha twaqqaf il-produzzjoni tagħha tal-prodotti inkwistjoni fl-Unjoni minħabba kompetizzjoni inġusta mill-produtturi esportaturi Ċiniżi. F’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta, hija ddikjarat li diversi produtturi fl-Unjoni jkunu f’pożizzjoni li jfornu dawn il-prodotti fis-suq tal-Unjoni. Fuq din il-bażi, hija kkonkludiet li jkun kontra l-interess tal-Unjoni li dawn il-prodotti li joriġinaw miċ-Ċina jiġu eżentati peress li tali eżenzjoni tkun qed tipperpetwa sitwazzjoni inġusta u ddgħajjef serjament l-isforzi riċenti tal-produtturi tal-Unjoni sabiex jipproduċu dawn il-prodotti fl-Unjoni.

(221)

Wara l-kummenti ta’ EA sottomessi wara l-iskadenza għall-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħrajn b’reazzjoni għall-iżvelar tas-sejbiet provviżorji, TDK HU sostniet li l-prodotti li kienet timporta kienu differenti minn dawk importati mit-TDK IT f’termini ta’ proċessar u ta’ kwalità, tal-valur, tal-kodiċi doganali u tal-użu aħħari. Hija affermat ukoll li ż-żewġ prodotti ma humiex prodotti simili peress li l-prodott importat minn TDK IT huwa fojl tal-aluminju mhux maħdum li għad irid jiġi pproċessat filwaqt li l-prodott importat minn TDK HU diġà jkun ipproċessat u jkun għad irid jinbena f’kapaċitaturi elettrolitiċi tal-aluminju mingħajr proċessar ulterjuri.

(222)

Barra minn hekk, hija żiedet li l-kummenti ta’ EA kienu relatati biss ma’ fojl tal-aluminju ta’ purità għolja użat għall-produzzjoni ta’ fojl tal-anodu u tat-tabs b’vultaġġ għoli għal kapaċitaturi elettrolitiċi tal-aluminju u mhux ma’ folji tal-aluminju u ma’ folji tal-aluminju b’vultaġġ baxx/għoli importati minn TDK HU, u li EA ma kienet ipprovdiet l-ebda evidenza sinifikattiva u ssostanzjata dwar id-disponibbiltà attwali jew futura tal-prodott tal-aħħar importat minn TDK HU.

(223)

TDK HU ddikjarat ukoll li l-prodott li jista’ jiġi prodott mill-industrija tal-Unjoni jew fiż-ŻEE ma jikkorrispondix għall-prodott li tuża, fid-dawl tal-karatteristiċi tiegħu.

(224)

Wara l-kummenti ta’ EA riflessi fil-premessa (220), TDK IT issottomettiet li l-produtturi allegatament kapaċi jimmanifatturaw il-prodotti inkwistjoni jew ma kinux jissodisfaw l-istandards tal-kwalità meħtieġa jew ma kinux jimmanifatturaw il-prodott li qed jiġi investigat iżda pjuttost qatgħat; jiġifieri prodott nofsu lest użat għall-manifattura tal-prodott li qed jiġi investigat.

(225)

TDK IT affermat ukoll li l-kummenti ta’ EA relatati mal-kompetizzjoni inġusta kienu vagi u ma kinux appoġġati minn evidenza u li s-suq rilevanti ma huwiex xprunat mill-prezz iżda mill-kwalità. Barra minn hekk, hija kkontestat il-kummenti ta’ EA relatati mal-interess tal-Unjoni, fuq il-bażi ta’ nuqqas ta’ sors effettiv u stabbli ta’ provvista fis-suq tal-Unjoni. Dan ikun iwassal għal żieda fil-kostijiet u jimmina l-effiċjenza tal-utenti downstream.

(226)

Wara l-iskadenza għall-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħrajn b’reazzjoni għall-iżvelar tas-sejbiet provviżorji, l-Assoċjazzjoni Ġermaniża tal-Manifatturi Elettriċi u Elettroniċi (“ZVEI”) appoġġat l-affermazzjonijiet ta’ TDK HU u ta’ TDK IT dwar in-nuqqas ta’ disponibbiltà tal-prodott fl-Unjoni u saħqet fuq il-ħtieġa li tiġi żgurata provvista stabbli lill-klijenti tagħhom fl-industriji tal-elettronika tal-karozzi u industrijali u dwar l-impatt negattiv li l-miżuri jkollhom fuq il-kompetittività tagħhom fir-rigward ta’ fornituri mhux tal-UE. Minbarra ċ-Ċina, ZVEI identifikat lill-Ġappun bħala sors ieħor ta’ provvista għall-prodotti inkwistjoni.

(227)

Wara l-iżvelar definittiv, TDK HU ddikjarat li l-Kummissjoni ma kinitx eżaminat l-affermazzjonijiet tagħha relatati mad-disponibbiltà tal-prodotti li teħtieġ matul l-istadju provviżorju. Hija tenniet li l-prodotti li tuża ma ġewx prodotti fl-UE għal madwar ħames snin. B’mod aktar speċifiku, hija affermat li l-fojls tal-aluminju katodiku u l-fojls tal-aluminju anodiku b’vultaġġ baxx ma humiex prodotti fl-UE u li, filwaqt li ċerti fojls tal-aluminju anodiku b’vultaġġ għoli jiġu prodotti fl-UE, dawn il-prodotti ma jikkonformawx mal-ispeċifikazzjonijiet fiżiċi, kimiċi jew tekniċi tagħha. Barra minn hekk, hija affermat li jkun meħtieġ investiment sinifikanti (kemm f’termini ta’ żmien kif ukoll f’termini finanzjarji) sabiex titkompla l-produzzjoni fl-UE.

(228)

TDK HU argumentat ukoll li l-produtturi tal-Unjoni ma opponewx it-talba għall-esklużjoni tagħhom fuq il-bażi ta’ oġġezzjonijiet sinifikattivi u fondati sew. Hija argumentat li EA kienet fixklet il-prodotti importati minn TDK IT u minn TDK HU, li allegatament huma differenti, u li ma pprovdietx evidenza li hemm jew dalwaqt se jkun hemm produzzjoni tal-prodotti li teħtieġ TDK HU. Fuq din il-bażi, hija sostniet li l-Kummissjoni ma vvalutatx is-sottomissjonijiet ta’ TDK HU u ta’ EA f’dettall suffiċjenti u, għalhekk, ma indirizzatx it-talba tagħha b’mod imparzjali jew ġust matul l-istadju provviżorju.

(229)

Barra minn hekk, TDK HU ddikjarat li l-Kummissjoni ma vvalutatx il-possibbiltà li tiġi applikata l-proċedura doganali tal-użu finali skont l-Artikolu 254 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni. Fil-fehma tat-TDK HU, l-applikazzjoni ta’ proċedura doganali bħal din ma tikkawżax ħsara lill-industrija tal-Unjoni u fil-fatt isservi lill-produtturi tal-kapaċitaturi stabbiliti fl-UE.

(230)

Wara l-iżvelar definittiv, TDK IT tenniet li l-prodott li tuża jeħtieġ grad għoli ta’ purità li jagħmel il-prodott uniku f’termini ta’ proprjetajiet tekniċi u mhux komparabbli ma’ prodotti tal-aluminju llaminati ċatti oħrajn. F’dan ir-rigward, hija rreferiet għal sors ta’ parti terza. (42) Barra minn hekk, TDK IT affermat li l-fojl tal-aluminju b’purità għolja prodott fl-Unjoni ma kienx adegwat jew ma kienx jeżisti sabiex l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping tinterrompi l-provvista ta’ fojl tal-aluminju b’purità għolja u toħloq disturbi fis-suq tal-Unjoni peress li l-uniku produttur tal-Unjoni telaq mis-suq 2018 minħabba l-kwalità batuta tal-prodotti tagħha u jkun hemm bżonn ta’ sentejn sa tliet snin sabiex jerġa’ jibda l-produzzjoni. Fl-aħħar nett, TDK IT affermat ukoll li l-uniku produttur tal-Unjoni ta’ fojl tal-aluminju ta’ purità għolja jaħdem skont ftehim ta’ tolling u, għalhekk, ma jkunx sid il-prodott użat minn TDK IT.

(231)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni fil-fajl, il-Kummissjoni stabbiliet li l-AFRPs inkwistjoni jaqgħu fl-ambitu tal-prodott kif definit fin-Notifika ta’ Bidu u fil-premessi (55) sa (58) tar-Regolament provviżorju. Għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi bħal AFRPs oħrajn peress li huma magħmulin minn aktar minn 95 % ta’ aluminju pur b’mod simili għal AFPRs oħrajn. Barra minn hekk, il-biċċa l-kbira tal-AFRPs għandhom l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom stess skont l-applikazzjoni jew ir-rekwiżiti tal-utent aħħari kkonċernat. Il-fatt li l-AFRPs inkwistjoni għandhom ċertu livell ta’ purità, huma magħmulin minn ċerti ligi, għandhom struttura kristallina speċifika jew ċerti proprjetajiet tal-ossidu ma jfissirx li ma għandhomx l-istess karatteristiċi kimiċi, tekniċi u fiżiċi bażiċi bħal AFRPs oħrajn.

(232)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-proċess ta’ manifattura, il-Kummissjoni stabbiliet li l-AFRPs inkwistjoni għandhom fil-biċċa l-kbira l-istess proċess ta’ manifattura kif deskritt fil-premessa (56) tar-Regolament provviżorju u fil-biċċa l-kbira jużaw l-istess tagħmir tal-manifattura bħal AFRPs oħrajn. Il-fatt li l-AFRPs inkwistjoni jużaw tagħmir speċifiku ma huwiex uniku peress li AFRPs oħrajn, li huma parti mill-ambitu tal-prodott, ukoll jista’ jkollhom tagħmir dedikat speċifiku (bħal stazzjon tal-kisi jew tagħmir tal-qtugħ).

(233)

Il-Kummissjoni nnotat ukoll li kien hemm fehmiet diverġenti dwar id-disponibbiltà ta’ dan il-prodott fis-suq tal-Unjoni u ma kinitx konvinta mill-elementi fil-fajl li kien hemm riskju strutturali fit-tul ta’ nuqqas ta’ provvista. Fi kwalunkwe każ, jista’ jkun raġonevolment mistenni li l-importazzjonijiet se jkomplu mir-RPĊ minħabba l-livell tal-miżuri definittivi.

(234)

Il-Kummissjoni jiddispjaċiha li TDK IT u TDK HU ma kinux ipprovdew tweġibiet għall-kwestjonarju bħala utenti u li huma rreġistraw bħala partijiet interessati biss wara l-iżvelar provviżorju. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni setgħet tivvaluta biss l-affermazzjoni u s-sitwazzjoni ta’ dawn il-kumpaniji fuq il-bażi tal-informazzjoni mhux kompluta li huma pprovdew bħala parti mill-kummenti tagħhom għall-iżvelar provviżorju. Għalhekk, il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju jew biżżejjed informazzjoni puntwali li setgħet tivverifika u, għalhekk, ma setgħetx tivvaluta s-sehem tal-AFRPs fil-kost totali tal-produzzjoni taż-żewġ kumpaniji u l-impatt potenzjali li l-miżuri anti-dumping jista’ jkollhom fuq in-negozju tagħhom u l-profittabbiltà.

(235)

Wara l-iżvelar definittiv, TDK HU kkontestat il-fatt li l-Kummissjoni ma kinitx irċeviet biżżejjed informazzjoni puntwali u li ma setgħetx tivvaluta l-affermazzjoni u s-sitwazzjoni tagħha għar-raġuni li kienet ipprovdiet kummenti bil-miktub dwar l-iżvelar provviżorju lill-Kummissjoni sal-iskadenza meħtieġa u tliet sottomissjonijiet sussegwenti, li lkoll fihom informazzjoni sinifikattiva dwar l-attivitajiet tagħha. Fuq l-istess nota, TDK HU ddispjaċiha li, għalkemm ġiet mistiedna tagħmel dan, il-Kummissjoni ma kkuntattjathiex sabiex titlob informazzjoni addizzjonali / ġustifikazzjoni sabiex tivvaluta t-talba tagħha u ssolvi l-kontradizzjonijiet.

(236)

Kif previst fil-punt 5.5 tan-Notifika ta’ Bidu, il-partijiet interessati kollha ġew mistidnin jipprovdu informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data ta’ bidu ta’ dan il-proċediment jew f’format liberu jew billi jimlew kwestjonarju disponibbli għall-partijiet kollha mid-data ta’ bidu. Il-punt 5.5 tan-notifika ta’ bidu jispeċifika wkoll li l-informazzjoni sottomessa tiġi kkunsidrata biss jekk tkun appoġġata minn evidenza fattwali fiż-żmien tas-sottomissjoni.

(237)

F’dan ir-rigward, l-ewwel jenħtieġ li jiġi nnotat li l-ebda waħda miż-żewġ kumpaniji ma pprovdiet informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni fi żmien l-iskadenza ta’ 37 jum. It-tieni, la TDK HU u lanqas TDK IT ma ppreżentaw tweġiba għall-kwestjonarju tal-utenti li kienet tippermetti lill-Kummissjoni tiġbor l-informazzjoni meqjusa neċessarja fi żmien xieraq, titlob informazzjoni addizzjonali jekk ikun hemm bżonn, tivverifika l-informazzjoni riċevuta u tivvaluta l-affermazzjonijiet fuq il-bażi ta’ informazzjoni vverifikata. F’dan il-każ, il-Kummissjoni kellha biss informazzjoni mhux ivverifikata frammentarja li ma kinitx sottomessa puntwalment, li kienet differenti b’mod sinifikanti mis-sett standard ta’ data mitlub fit-tweġiba għall-kwestjonarju. Tali informazzjoni ma kinitx tippermetti li ssir valutazzjoni xierqa tal-impatt potenzjali li jista’ jkollhom il-miżuri anti-dumping fuq l-attivitajiet ta’ TDK HU jew ta’ TDK IT. Fin-nuqqas ta’ tweġiba għall-kwestjonarju ppreżentata puntwalment, il-Kummissjoni qieset li l-oneru tal-prova kien jaqa’ fuq il-kumpaniji li ssottomettew it-talbiet wara l-iżvelar provviżorju, mhux fuq il-Kummissjoni li kienet stiednet lill-partijiet jipparteċipaw fl-investigazzjoni sa mill-bidu nett kif previst fil-Punt 5.5 tan-Notifika ta’ Bidu.

(238)

Konsegwentement, il-Kummissjoni ma kellhiex informazzjoni essenzjali dwar id-disponibbiltà tal-prodotti inkwistjoni fl-Unjoni u barra minnha u ma setgħetx tivvaluta la jekk il-prodotti inkwistjoni kinux diġà qed jinkisbu jew setgħux jinkisbu minn pajjiżi oħrajn. Konsegwentement, il-Kummissjoni lanqas ma setgħet tivvaluta l-possibbiltà li tapplika l-proċedura doganali tal-użu finali skont l-Artikolu 254 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni.

(239)

Kollox ma’ kollox, u b’referenza għall-affermazzjonijiet ta’ TDK HU u ta’ TDK IT riflessi fil-premessi (227) sa (228), il-Kummissjoni qieset li n-nuqqas ta’ tweġibiet għall-kwestjonarju li normalment ikun fihom informazzjoni relatata ma’ elementi bħas-sorsi tal-provvista; ix-xirjiet; il-bejgħ fl-Unjoni u barra minnha; u s-sehem tal-prodott li qed jiġi investigat bħala parti mill-kost totali u mill-profittabbiltà; ma kienx jippermetti lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni sinifikattiva tal-affermazzjonijiet ta’ TDK HU u ta’ TDK IT fuq il-bażi ta’ sett standard ta’ informazzjoni suffiċjenti ppreżentata puntwalment. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni qieset li aġixxiet b’diliġenza u b’imparzjalità billi indirizzat l-affermazzjonijiet u l-kummenti kollha li għalihom kellha biżżejjed informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha. L-istess loġika tapplika għall-affermazzjoni ta’ TDK HU msemmija fil-premessa (229).

(240)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, l-affermazzjonijiet ta’ TDK HU u ta’ TDK IT ġew miċħudin.

2.2.8.   Stokk tal-fojl

(241)

Wara l-iżvelar provviżorju, l-utent Amcor issottometta kummenti u talab eżenzjoni għall-użu finali tal-istokk tal-fojl għal raġunijiet ta’ interess tal-Unjoni. Huwa afferma li qed jaffaċċja diffikultajiet fl-akkwist ta’ stokk tal-fojl minħabba l-kapaċità limitata allegata ta’ materja prima fl-UE u madwar id-dinja. Xiamen Xiashun appoġġat it-talba ta’ Amcor. Barra minn hekk, hija sostniet ukoll li l-istokk tal-fojl u AFRPs oħrajn huma prodotti differenti peress li għandhom karatteristiċi fiżiċi u tekniċi, proċessi ta’ produzzjoni, użu finali u applikazzjonijiet differenti.

(242)

EA wieġbet li Amcor ma kisibx volumi fl-Ewropa minn kmieni biżżejjed u li s-sitwazzjoni li qed jaffaċċja hija biss problema ta’ terminu qasir peress li s-suq ma antiċipax id-domanda għolja kurrenti marbuta mal-irkupru ekonomiku ta’ wara l-COVID. Hija affermat ukoll li jenħtieġ li s-sitwazzjoni ta’ Amcor ma titqabbilx ma’ produtturi oħrajn tal-fojl peress li n-negozju ewlieni ta’ Amcor huwa l-produzzjoni tal-imballaġġ, u mhux l-illaminar tal-fojl.

(243)

Għall-Kummissjoni, l-affermazzjonijiet relatati ma’ karatteristiċi fiżiċi u tekniċi, mal-proċessi tal-produzzjoni, mal-użu finali u mal-applikazzjonijiet differenti ma kinux issostanzjati b’evidenza ta’ sostenn. Barra minn hekk, minkejja t-tħabbira tal-miżuri, Amcor ma kienx talab żieda fil-volum kuntrattwali mal-fornituri tal-Unjoni tiegħu u lanqas ma kien fittex li jiffirma kuntratt ta’ terminu medju ma’ fornituri potenzjali oħrajn tal-UE. Barra minn hekk, id-dazji definittivi huma aktar baxxi minn dawk provviżorji, u l-entità ġuridika “Amcor Singen Rolling GmbH” xorta tkun profittabbli b’mod raġonevoli anke jekk jiġu imposti miżuri anti-dumping. Tabilħaqq, hija kisbet livelli ta’ profitt suffiċjenti matul u qabel il-PI; hemm indikazzjonijiet ċarissimi li tista’ tittrasferixxi parti mill-kost tad-dazju jew il-kost kollu lill-klijent tagħha; u għandha attivitajiet sinifikanti ta’ esportazzjoni downstream li jippermettu l-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat taħt ir-reġim ta’ proċessar attiv. Barra minn hekk, dan l-aħħar ġew imposti dazji anti-dumping provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-fojl ta’ konvertituri tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (43) li huma parti mill-portafoll tal-prodotti downstream tagħha. Fl-aħħar nett, filwaqt li hemm ħafna kumpaniji oħrajn attivi fis-settur tal-fojl, Amcor kien l-unika kumpanija li rreġistrat bħala parti interessata, ipprovdiet kummenti u talbet eżenzjoni tal-użu aħħari. Għalhekk, deher li t-tħassib ta’ Amcor ma kienx kondiviż minn utenti oħrajn fis-settur. Abbażi ta’ dan, din it-talba ġiet miċħuda.

(244)

Wara l-iżvelar definittiv, Amcor ilmenta li l-Kummissjoni ma kinitx indirizzat it-talba tiegħu sabiex teskludi l-istokk tal-fojl mill-ambitu tal-prodott f’dak l-iżvelar. Fl-istess sett ta’ kummenti, Amcor irtira t-talba tiegħu għall-esklużjoni tal-istokk tal-fojl mill-ambitu tal-prodott u għall-eżenzjoni tal-użu aħħari. Barra minn hekk, Amcor afferma li, għall-kuntrarju tas-sejba tal-Kummissjoni, huwa kien ikkuntattja lill-produtturi tal-Unjoni sabiex jikseb stokk tal-fojl mingħandhom.

(245)

Fid-dawl tal-kummenti ta’ Amcor u, b’mod partikolari, tal-irtirar tat-talba tiegħu, il-Kummissjoni ma qisitx li huwa neċessarju li tiġi vvalutata t-talba għall-esklużjoni tal-prodott ta’ Amcor. Fir-rigward tal-kuntatti ta’ Amcor mal-produtturi tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġi nnotat li filwaqt li Ammor tabilħaqq ikkuntattja lill-produtturi tal-Unjoni, il-kuntatti tiegħu kienu limitati għal numru żgħir biss minnhom. Għalhekk, il-maġġoranza l-kbira tal-produtturi tal-Unjoni li jistgħu jkunu sors alternattiv validu ta’ provvista ma ġewx ikkuntattjati. Fuq din il-bażi, l-affermazzjonijiet ta’ Amcor ġew miċħudin.

(246)

Wara l-iżvelar definittiv, Xiamen Xiashun affermat li s-sottomissjonijiet tagħha rigward id-differenzi fil-karatteristiċi tal-istokk tal-fojl baqgħu indirizzati b’mod insuffiċjenti mill-premessi (303) u (306) tar-Regolament provviżorju li l-Kummissjoni kienet għamlet referenza għalihom. B’mod aktar speċifiku, Xiamen Xiashun irreferiet għad-differenzi fil-liga, fil-kompożizzjoni kimika u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi bħall-gauge u l-ittemprar u l-proċessi tal-produzzjoni. Barra minn hekk, l-istess esportatur afferma li fatturi oħrajn bħall-grupp tal-prodotti, it-tip ta’ ligi u l-proċess tal-manifattura kienu ġew ikkunsidrati meta ġiet ivvalutata t-talba għall-esklużjoni li tappartjeni għall-AHEX AFRPs u li jenħtieġ li l-istokk tal-fojl jiġi vvalutat fid-dawl tal-istess fatturi.

(247)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ dik l-affermazzjoni. L-elementi ppreżentati fil-premessi (303) sa (306) tar-Regolament provviżorju indirizzaw l-affermazzjoni ta’ Xiamen Xiashun u rreferew b’mod preċiż għall-fatt li “huma magħmula mill-istess ligi jew minn ligi simili u għandhom l-istess irfinar, ittemprar u ħxuna simili bħal AFRPs oħra”. Barra minn hekk, l-istokk tal-fojl huwa r-riżultat tal-istess proċess tal-produzzjoni, imsemmi fil-premessa (56) tar-Regolament provviżorju, bħal AFRPs oħrajn.

(248)

Meta wieħed iqis li l-oneru tal-provi jaqa’ fuq il-partijiet li jitolbu esklużjoni, ta’ min jinnota li, għall-kuntrarju tal-każ tal-AHEX AFRPs, Xiamen Xiashun ma ssottomettietx affermazzjonijiet speċifiċi relatati ma’ elementi bħall-grupp ta’ prodotti. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ma vvalutatx aspetti bħal dawn għat-talba ta’ Xiamen Xiashun relatata mal-istokk tal-fojl. Fuq din il-bażi, dawn l-affermazzjonjiet ġew miċħudin.

2.3.   Affermazzjonijiet dwar in-numru ta’ kontroll tal-prodott (“PCN”)

(249)

Xiamen Xiashun argumentat li l-istruttura tal-PCN użata f’din l-investigazzjoni ma tkunx tippermetti l-identifikazzjoni tal-istokk tal-fojl separatament mill-prodotti l-oħrajn li għandhom karatteristiċi differenti u b’mod speċifiku użi differenti ħafna mill-istokk tal-fojl. Fil-fehma tagħha, l-użu tal-istruttura tal-PCN għad-determinazzjoni tal-valur normali, għad-determinazzjoni tal-prezzijiet tal-produtturi tal-UE għat-twaqqigħ tal-prezzijiet u għall-bejgħ bi prezz imwaqqa’ u t-tqabbil konsegwenti mal-mudelli esportati tagħha jrendu paragun mhux preċiż ta’ sitwazzjonijiet mhux paragunabbli. B’mod partikolari, hija affermat li pprovdiet evidenza prima facie għal differenza allegata fil-prezz bejn il-fojl PP Cap u l-istokk tal-fojl u ħeġġet lill-Kummissjoni tinvestiga l-eżistenza ta’ tali differenzi allegati fil-prezzijiet. Barra minn hekk, hija staqsiet ukoll jekk wieħed mill-mudelli li kienet tesporta tqabbilx mal-ilqugħ tas-sħana tal-karozzi.

(250)

Il-Kummissjoni fakkret li kienet tgawdi minn diskrezzjoni kbira dwar kif għandha tibni n-numri ta’ kontroll tal-prodotti sabiex tagħmel paragun ġust bejn il-prodotti esportati u l-produzzjonijiet magħmulin mill-industrija tal-Unjoni. Meta ġie stabbilit il-PCN f’dan il-każ, dan il-paragun ġust ġie żgurat bis-sħiħ.

(251)

L-ewwel nett, ir-Regolament provviżorju (44) kkonkluda li l-istokk tal-fojl kellu l-istess karatteristiċi kimiċi, tekniċi u fiżiċi bażiċi bħal AFRPs oħrajn u li jaqa’ fi ħdan id-definizzjoni tal-ambitu tal-prodott. It-tieni, il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun biegħu l-istokk tal-fojl fi kwantitajiet sinifikanti f’livell ta’ prezz simili bħall-fojl PP Cap matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, u b’hekk ikkonfermaw in-nuqqas ta’ differenza sinifikanti fil-prezz bejn dawn iż-żewġ prodotti. L-investigazzjoni kkonfermat ukoll li l-AFRPs għall-ilqugħ tas-sħana tal-karozzi ma kinux imqabblin mal-mudell li kienet tesporta Xiamen Xiashun.

(252)

Wara l-iżvelar definittiv, l-istess esportatur ilmenta li l-Kummissjoni ma kinitx ġabret data dwar il-prezzijiet għall-bejgħ tal-istokk tal-fojl mill-produtturi tal-Unjoni sabiex tkun tista’ tqabbilhom mal-prezzijiet tal-esportazzjoni tagħha. F’dan ir-rigward, hija indikat li l-Kummissjoni ma ġabret l-ebda informazzjoni bħal din minħabba li Xiamen Xiashun ma kinitx ipprovdiet evidenza għall-allegata differenza fil-prezz. Barra minn hekk, hija indikat li l-Kummissjoni missha investigat din il-kwistjoni sabiex tiżgura paragun oġġettiv u ġust u talbet lill-Kummissjoni tiżvela l-medda tal-prezzijiet għall-fojl PP Cap mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni b’appoġġ għad-dikjarazzjoni tagħha. Barra minn hekk, hija talbet lill-Kummissjoni tikkonferma li l-istokk tal-fojl ta’ Xiamen Xiashun ma tqabbilx ma’ xi tip ieħor ta’ AFRP għall-fini tal-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz.

(253)

L-ewwel jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-Kummissjoni ġabret l-informazzjoni meqjusa neċessarja fuq il-bażi tal-prattika standard tagħha, jiġifieri billi talbet, f’dan il-każ, lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun jimlew il-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni li jirrikjedi li l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun jipprovdu elenku tal-bejgħ tranżazzjoni, tranżazzjoni li jidentifika t-tipi ta’ prodotti bl-użu ta’ struttura speċifika tal-PCN, li taħtha jista’ jiġi kklassifikat l-istokk tal-fojl. L-informazzjoni miġbura mill-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi l-bejgħ tal-istokk tal-fojl. Għalhekk, il-Kummissjoni ma qablitx mal-affermazzjoni li ma ġabritx data dwar il-prezzijiet għall-bejgħ tal-istokk tal-fojl mill-produtturi tal-Unjoni.

(254)

It-tieni, kif imsemmi fil-premessa (333) tar-Regolament provviżorju, Xiamen Xiashun ma pprovdietx evidenza fir-rigward tad-differenza allegata fil-prezzijiet bejn l-applikazzjonijiet differenti (stokk tal-pinen, PP cap u folja litografika) meta ssottomettiet it-talba tagħha jew fi stadju aktar tard tal-proċediment. Fi kwalunkwe każ, kif imsemmi fil-premessa (251), il-Kummissjoni investigat il-kwistjoni u kkonfermat li ma kien hemm l-ebda differenza sinifikanti fil-prezzijiet bejn dawn iż-żewġ prodotti.

(255)

Skont it-talba ta’ Xiamen Xiashun għal dettalji addizzjonali, ta’ min jinnota li d-differenza fil-prezzijiet bejn il-PP cap u l-istokk tal-fojl mitlubin mill-industrija tal-Unjoni kienet tvarja bejn 0 u 10 % skont il-klijent tal-istokk tal-fojl u bħala medja kienet aktar baxxa minn [2 – 6] (45) %. F’dak li għandu x’jaqsam mat-talba ta’ Xiamen Xiashun dwar l-użu aħħari, Xiamen Xiashun ma pprovdiet l-ebda evidenza prima facie li, għal PCNs speċifiċi, użi finali differenti jwasslu għal prezzijiet differenti sinifikanti. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni qieset li l-PCN kien jirrifletti kif xieraq il-karatteristiċi rilevanti tal-AFRPs sabiex jiġi żgurat paragun ġust u ċaħdet l-affermazzjonijiet ta’ Xiamen Xiashun.

(256)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-istruttura tal-PCN kienet tirrifletti kif xieraq il-karatteristiċi tal-istokk tal-fojl li jippermettu paragun ġust ta’ dan il-prodott ma’ prodotti oħrajn bl-istess struttura tal-PCN. Fuq din il-bażi, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

2.4.   Konklużjoni

(257)

Il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (60) sa (105) tar-Regolament provviżorju, kif riveduti fil-premessa (191) aktar ’il fuq.

3.   DUMPING

(258)

Wara l-iżvelar provviżorju, l-ilmentatur, il-GTĊ, it-tliet produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u Airoldi kkummentaw dwar is-sejbiet provviżorji dwar id-dumping.

3.1.   Valur normali

3.1.1.   Distorsjonijiet sinifikanti

(259)

Il-GTĊ u Xiamen Xiashun ikkummentaw dwar in-nuqqas ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina.

(260)

L-ewwel nett, il-GTĊ qal li l-kontenut tar-rapport dwar iċ-Ċina u l-modi kif jintuża kellhom nuqqasijiet fattwali u legali serji. Skont il-GTĊ, il-kontenut ma kienx rappreżentattiv, kien jiġbed lejn naħa waħda, u ’l bogħod mir-realtà. Id-dokument ta’ ħidma ttratta l-vantaġġi kompetittivi leġittimi tal-kumpaniji Ċiniżi u d-differenzi istituzzjonali normali bejn iċ-Ċina u l-Ewropa bħala l-bażi għad-determinazzjoni ta’ distorsjoni sinifikanti tas-suq. Barra minn hekk, il-GTĊ afferma li bl-aċċettazzjoni tal-applikazzjoni għall-investigazzjoni ppreżentata mill-industriji domestiċi bbażata fuq ir-rapport tal-pajjiż, il-Kummissjoni pprovdiet lill-industrija tagħha b’vantaġġi inġusti, li kienu ugwali għas-sentenzi li jsiru qabel il-proċess. Minbarra dan, il-GTĊ afferma li s-sostituzzjoni tal-investigazzjonijiet b’rapporti ma kinitx konformi mal-ispirtu legali fundamentali tal-ekwità u l-ġustizzja.

(261)

Bi tweġiba għall-affermazzjoni dwar in-nuqqasijiet fattwali fir-rapport tal-pajjiż, il-Kummissjoni tinnota li r-rapport tal-pajjiż huwa dokument komprensiv ibbażat fuq evidenza oġġettiva estensiva, inklużi l-leġiżlazzjoni, ir-regolamenti u dokumenti oħrajn ta’ politika uffiċjali ppubblikati mill-GTĊ, rapporti ta’ partijiet terzi minn organizzazzjonijiet internazzjonali, studji akkademiċi u artikli minn akkademiċi, u sorsi indipendenti affidabbli oħrajn. Dan sar disponibbli għall-pubbliku f’Diċembru 2017 sabiex kwalunkwe parti interessata jkollha biżżejjed opportunità sabiex twieġeb, tissupplimenta jew tikkummenta dwaru u dwar l-evidenza li huwa bbażat fuqha. Il-GTĊ qagħad lura milli jipprovdi kwalunkwe tali tweġiba jew kumment dwar is-sustanza u l-evidenza li tinsab fir-rapport sa minn meta ħareġ f’Diċembru 2017.

(262)

Rigward l-argument tal-GTĊ li jissuġġerixxi l-ħruġ ta’ rapport tal-pajjiż issostitwixxa l-investigazzjoni attwali, il-Kummissjoni fakkret li skont l-Artikolu 2(6a)(e), jekk il-Kummissjoni tqis li l-evidenza ppreżentata mill-ilmentatur dwar id-distorsjonijiet sinifikanti hija suffiċjenti, hija tista’ tibda l-investigazzjoni fuq din il-bażi. Madankollu, id-determinazzjoni dwar l-eżistenza u l-impatt reali ta’ distorsjonijiet sinifikanti u l-użu konsegwenti tal-metodoloġija stabbilita mill-Artikolu 2(6a)(a) iseħħu fiż-żmien tal-iżvelar provviżorju u/jew definittiv bħala riżultat ta’ investigazzjoni. L-eżistenza u l-impatt ta’ distorsjonijiet sinifikanti ma humiex ikkonfermati fl-istadju tal-bidu kif iddikjarat mill-GTĊ, iżda biss wara investigazzjoni fil-fond, u b’hekk dan l-argument huwa miċħud.

(263)

It-tieni, il-GTĊ ikkummenta li l-Kummissjoni ħarġet biss dokumenti ta’ ħidma tal-persunal għal ftit pajjiżi magħżulin, li kien biżżejjed sabiex jitqajjem tħassib dwar it-trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit u t-trattament nazzjonali (“NT”). Barra minn hekk, il-GTĊ afferma li l-Kummissjoni qatt ma ppubblikat standard ċar u prevedibbli għall-għażla tal-pajjiżi jew tas-setturi sabiex jippubblikaw ir-rapporti.

(264)

Il-Kummissjoni fakkret li, kif previst fl-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku, għandu jiġi prodott rapport tal-pajjiż għal kwalunkwe pajjiż biss fejn il-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet fondati tal-eżistenza possibbli ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’ċertu pajjiż jew settur f’dak il-pajjiż. Wara l-approvazzjoni tad-dispożizzjonijiet il-ġodda tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku f’Diċembru 2017, il-Kummissjoni kellha dawn l-indikazzjonijiet ta’ distorsjonijiet sinifikanti għaċ-Ċina. Il-Kummissjoni ppubblikat ukoll rapport dwar id-distorsjonijiet fir-Russja u ma teskludix li rapporti oħrajn jiġu wara. Peress li l-maġġoranza tal-każijiet tal-investigazzjoni għad-difiża tal-kummerċ (“TDI”) kienu jikkonċernaw iċ-Ċina u peress li kien hemm indikazzjonijiet serji ta’ distorsjonijiet f’dak il-pajjiż, kien l-ewwel pajjiż li għalih il-Kummissjoni abbozzat rapport. Ir-Russja hija l-pajjiż bit-tieni l-aktar każijiet ta’ TDI, u għalhekk kien hemm raġunijiet oġġettivi għall-Kummissjoni sabiex tħejji rapporti dwar dawk iż-żewġ pajjiżi f’din l-ordni.

(265)

Barra minn hekk, kif intqal aktar ’il fuq, ir-rapporti ma humiex obbligatorji sabiex jiġi applikat l-Artikolu 2(6a). L-Artikolu 2(6a)(c) jiddeskrivi l-kundizzjonijiet sabiex il-Kummissjoni toħroġ rapporti tal-pajjiżi, madankollu skont l-Artikolu 2(6a)(d) l-ilmentaturi ma humiex obbligati jużaw ir-rapport u, skont l-Artikolu 2(6a)(e), lanqas l-eżistenza ta’ rapport tal-pajjiż ma hija kundizzjoni sabiex tinbeda investigazzjoni skont l-Artikolu 2(6a). Fil-fatt, skont l-Artikolu 2(6a)(e), biżżejjed evidenza li turi distorsjonijiet sinifikanti fi kwalunkwe pajjiż ikkawżati mill-ilmentaturi li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 2(6a)(b) hija biżżejjed sabiex tinbeda l-investigazzjoni fuq dik il-bażi. Għalhekk, ir-regoli li jikkonċernaw distorsjonijiet sinifikanti speċifiċi għall-pajjiż japplikaw għall-pajjiżi kollha mingħajr ebda distinzjoni, u irrispettivament mill-eżistenza ta’ rapport tal-pajjiż. Għalhekk, skont id-definizzjoni, ir-regoli dwar id-distorsjonijiet tal-pajjiżi ma jiksrux it-trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet dawn l-affermazzjonijiet.

(266)

It-tielet, il-GTĊ żied li f’termini tal-NT, il-kunċett ta’ distorsjonijiet tas-suq jew ta’ standards korrispondenti ma kienx jeżisti fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-suq intern jew dwar il-kompetizzjoni minbarra fir-Regolamenti bażiċi. Għalhekk, il-GTĊ argumenta li l-Kummissjoni ma kellha l-ebda awtorità f’termini tad-dritt internazzjonali u lanqas xi leġiżlazzjoni u prattika taħt il-kompetenza esklussiva tagħha fis-suq intern jew ir-regolament tal-kompetizzjoni sabiex tinvestiga d-distorsjonijiet fiċ-Ċina.

(267)

Il-Kummissjoni bbażat il-metodoloġija tagħha f’din l-investigazzjoni fuq id-dispożizzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Huwa legalment irrilevanti li liġijiet Ewropej oħrajn ma jużawx il-kunċett ta’ distorsjonijiet sinifikanti, peress li huwa speċifiku għall-qasam tal-anti-dumping, li huwa rregolat bir-regoli skont il-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-Dumping. Meta tittieħed azzjoni kontra l-importazzjonijiet, ma hemm l-ebda rekwiżit skont il-Ftehim dwar l-Anti-Dumping li jiġu vvalutati l-kundizzjonijiet tas-suq domestiku lil hinn mill-analiżi tad-dannu stabbilita. Fi kwalunkwe każ, is-suq tal-Unjoni huwa kkaratterizzat minn ambjent tas-suq ħieles kompetittiv ħafna, b’mod partikolari bis-saħħa tal-liġijiet stretti tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat u l-kompetizzjoni. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(268)

Barra minn hekk, il-GTĊ ikkummenta li l-Kummissjoni applikat regoli u standards diskriminatorji kontra kumpaniji Ċiniżi meta kienu f’sitwazzjonijiet simili bħall-kumpaniji tal-UE, inklużi iżda mhux limitati għal standards inġusti ta’ evidenza u ta’ oneru tal-provi. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni ma evalwatx jekk l-UE jew l-Istati Membri kellhomx distorsjonijiet tas-suq. Dan is-sett ta’ prattiki affettwa serjament l-affidabbiltà u l-leġittimità tal-analiżi u l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-kwistjonijiet ewlenin fl-investigazzjonijiet anti-dumping fir-rigward tal-kalkolu tad-dumping u tad-dannu. Għalhekk, huwa biżżejjed li jitqajjem tħassib dwar ksur potenzjali tal-obbligi ta’ trattament nazzjonali skont ir-regoli tad-WTO.

(269)

Il-GTĊ ma pprovda l-ebda evidenza li turi li l-kumpaniji tal-UE jkunu soġġetti għal distorsjonijiet paragunabbli ma’ dawk tal-kompetituri Ċiniżi tagħhom u għalhekk ikunu f’sitwazzjoni simili. Fi kwalunkwe każ, il-kunċett ta’ distorsjonijiet sinifikanti huwa rilevanti fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-valur normali għad-determinazzjoni tad-dumping, filwaqt li dan il-kunċett huwa legalment irrilevanti għall-industrija tal-Unjoni fil-kuntest speċifiku tal-investigazzjonijiet anti-dumping. Għalhekk, din l-affermazzjoni tqieset bħala mhux issostanzjata u legalment irrilevanti.

(270)

Ir-raba’, il-GTĊ issottometta li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huma inkonsistenti mal-Artikolu 2.2 tal-ADA, li jipprovdi lista eżawrjenti ta’ sitwazzjonijiet fejn il-valur normali jista’ jinbena u ma humiex inklużi fih distorsjonijiet sinifikanti. Il-GTĊ asserixxa wkoll li l-użu ta’ data minn pajjiż rappreżentattiv xieraq jew ta’ prezzijiet internazzjonali sabiex jinbena l-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) kien ukoll inkonsistenti mal-Artikolu 6.1(b) tal-GATT u l-Artikolu 2.2 tal-ADA, speċjalment l-Artikolu 2.2.1.1. Il-GTĊ argumenta wkoll li r-regoli tad-WTO kienu jeħtieġu l-użu tal-kost tal-produzzjoni fil-pajjiż tal-oriġini flimkien ma’ ammont raġonevoli għall-kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għall-profitti meta jinbena l-valur normali. Madankollu, l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament Bażiku AD wessa’ l-ambitu tas-sorsi ta’ data sabiex jinkludi l-kostijiet ta’ produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, jew prezzijiet, kostijiet jew valuri referenzjarji internazzjonali. Dan kien lil hinn mill-ambitu tar-regoli tad-WTO skont il-GTĊ. Għalhekk, irrispettivament minn jekk ir-Regolament bażiku tal-UE 2(5) huwiex konformi mar-regoli tad-WTO jew le, jenħtieġ li l-Kummissjoni ma tibnix il-valur normali meta jkun hemm l-hekk imsejħin “distorsjonijiet tas-suq” fuq il-bażi tal-awtorizzazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolamenti bażiċi.

(271)

Il-Kummissjoni tqis li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) huma konsistenti mal-obbligi tad-WTO tal-Unjoni Ewropea. Hija l-fehma tal-Kummissjoni li, f’konformità mal-kjarifiki tal-Korp tal-Appell f’DS473 EU-Biodiesel (Argentina), id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku li japplikaw b’mod ġenerali fir-rigward tal-Membri kollha tad-WTO, b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(5), jippermettu l-użu ta’ data minn pajjiż terz, aġġustata kif xieraq meta tali aġġustament ikun neċessarju u ssostanzjat. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni.

(272)

Il-GTĊ qal li, f’dan il-każ, il-Kummissjoni injorat direttament ir-rekords tal-esportaturi Ċiniżi, li kien inkonsistenti mal-Artikolu 2.2.1.1 tal-ADA. Il-GTĊ argumenta li l-Korp tal-Appell f’EU-Biodiesel (Argentina) (DS473) u l-bord f’EU-Cost Adjustment Methodologies II (Russia) (DS494) asserixxew li skont l-Artikolu 2.2.1.1 tal-Ftehim dwar l-Anti-Dumping, sakemm ir-rekords miżmumin mill-esportatur jew mill-produttur li qed jiġi investigat kienu jikkorrispondu — f'limiti aċċettabbli — b’mod preċiż u affidabbli, għall-kostijiet attwali kollha mġarrbin mill-produttur jew mill-esportatur partikolari għall-prodott investigat, jenħtieġ li l-awtorità tal-investigazzjoni tuża dawn ir-rekords sabiex tiddetermina l-kost tal-produzzjoni tal-produtturi investigati.

(273)

Il-Kummissjoni fakkret li t-tilwimiet DS473 u DS494 ma kinux jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, li huwa l-bażi legali rilevanti għad-determinazzjoni tal-valur normali f’din l-investigazzjoni. Dan it-tilwim kien jikkonċerna wkoll sitwazzjonijiet fattwali differenti mis-sitwazzjoni fattwali li tikkonċerna l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(274)

Fl-aħħar nett, il-GTĊ qal li l-investigazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku f’dan il-każ kellha standards doppji. Skont il-GTĊ, il-Kummissjoni rrifjutat li taċċetta d-data tal-kostijiet tal-esportaturi Ċiniżi minħabba li kien hemm distorsjonijiet sinifikanti tas-suq fis-suq Ċiniż, iżda aċċettat id-data tal-pajjiż rappreżentattiv u użatha sabiex tissostitwixxi d-data tal-produtturi Ċiniżi mingħajr ebda evalwazzjoni dwar jekk jistax ikun hemm distorsjonijiet tas-suq li jaffettwaw din id-data li tiġi ssostitwita. Dan, skont il-GTĊ, huwa prova ta’ “standards doppji”. Il-GTĊ sostna li dan l-approċċ naqas milli jiggarantixxi l-affidabbiltà tal-kostijiet rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv magħżul. Barra minn hekk, kien impossibbli li verament jiġi rifless il-kost tal-produtturi fil-pajjiż tal-oriġini.

(275)

Barra minn hekk, il-GTĊ żied li skont il-GTĊ, kien hemm ukoll inizjattivi ta’ żvilupp fl-UE u fl-istati membri li huma simili għall-pjanijiet ta’ ħames snin taċ-Ċina, bħall-Istrateġija Industrijali l-Ġdida u l-Industrija Ġermaniża 4.0 eċċ. Skont sorsi uffiċjali, fis-suq intern tagħha fl-2017-2020, l-industrija tal-aluminju tal-UE bbenefikat minn aktar minn 200 miżura ta’ għajnuna mill-Istat varji, ipprovduti mill-Istati Membri tal-UE u awtorizzati mill-Kummissjoni.

(276)

Il-Kummissjoni fakkret li matul l-investigazzjoni l-Kummissjoni qieset jekk kienx hemm elementi fil-fajl li juru l-eżistenza ta’ kwalunkwe distorsjoni preżenti fil-pajjiżi rappreżentattivi, jiġifieri wkoll fir-rigward tal-materja prima ewlenija użata għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat, pereżempju jekk humiex soġġetti għal restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni. Barra minn hekk, matul l-investigazzjoni hemm opportunità biżżejjed biex il-partijiet kollha jikkummentaw dwar l-adegwatezza tal-pajjiżi rappreżentattivi potenzjali kkunsidrati mill-Kummissjoni. B’mod partikolari, il-Kummissjoni tippubblika żewġ noti għall-fajl dwar l-adegwatezza tal-pajjiżi rappreżentattivi possibbli u għażla preliminari ta’ pajjiż xieraq għall-investigazzjoni. Dawn in-noti huma disponibbli għall-partijiet kollha għall-kummenti tagħhom. F’dan il-każ ukoll, il-GTĊ u l-partijiet l-oħrajn kollha kellhom il-possibbiltà li jagħtu prova li l-pajjiżi rappreżentattivi possibbli kkunsidrati kienu affettwati minn distorsjonijiet sinifikanti u, għalhekk, ma kinux adattati għall-investigazzjoni.

(277)

Il-Kummissjoni tinnota li skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, l-impatt potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi distortivi elenkati f’din id-dispożizzjoni jiġi analizzat fir-rigward tal-prezzijiet u tal-kostijiet fil-pajjiż esportatur. L-istruttura tal-kostijiet u l-mekkaniżmi għall-formazzjoni tal-prezzijiet fi swieq oħrajn, inklużi kwistjonijiet relatati ma’ appoġġ finanzjarju ġeneriku u mhux issostanzjat, bħall-appoġġ ġeneriku u mhux issostanzjat allegatament mogħti fl-UE, ma għandhom l-ebda rilevanza affattu fil-kuntest ta’ dan il-proċediment (anki jekk ikunu preżenti, quod non (46)). Għalhekk, din l-affermazzjoni kienet infondata u ġiet miċħuda.

(278)

Xiamen Xiashun issottomettiet numru ta’ kummenti fir-rigward tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti.

(279)

L-ewwel nett, Xiamen Xiashun innotat fil-premessa (142) tar-Regolament provviżorju, li ssir referenza għal artiklu fuq l-internet li fih jingħad li Xiamen Xiashun tippromwovi b’mod attiv il-bini tal-partit u l-ħidma tat-trade unions. Xiamen Xiashun ikkummentat li dan l-artiklu jenħtieġ li jiġi interpretat b’tali mod li jfisser biss li Xiamen Xiashun qed tiffaċilita l-possibbiltà għall-ħaddiema tagħha fit-trade unions kemm jekk ikunu membri tal-partit kif ukoll jekk le sabiex iwettqu l-attivitajiet tagħhom fi ħdan il-kumpanija. Madankollu, Xiamen Xiashun enfasizzat li l-kliem “teħid ta’ deċiżjonijiet” ma jfissirx li l-membri tal-partit jew tat-trade unions għandhom xi jedd fuq il-ġestjoni u fuq il-governanza tal-kumpanija, jew fuq l-iffissar tal-ipprezzar tax-xirjiet ta’ materja prima jew tal-bejgħ ta’ prodotti. Bħala riżultat ta’ dan, jenħtieġ li ma tinħareġ l-ebda konklużjoni ta’ kontroll tal-gvern jew ta’ distorsjoni tas-suq fuq il-bażi ta’ dawn il-kliem.

(280)

Barra minn hekk, Xiamen Xiashun opponiet is-sejbiet magħmulin mill-Kummissjoni fil-premessa (142) tar-Regolament provviżorju, u spjegat li l-fatt li hemm membri tal-partit fil-kumpanija ma jfissirx li huma qed jikkontrollaw il-kumpanija. Xiamen Xiashun osservat li hija legalment obbligata tippermetti lill-membri tal-partit jorganizzaw attivitajiet ta’ bini tal-partit, iżda dan ma jfissirx li l-membri tal-partit għandhom xi influwenza fuq il-kumpanija. Hija żiedet li kull persuna tista’ tappartjeni għal reliġjon jew għal partit politiku tal-għażla tagħha u dan ma għandu l-ebda effett fuq it-teħid tad-deċiżjonijiet fil-kumpanija. Barra minn hekk, hija enfasizzat li l-fatt li hemm attivitajiet ta’ bini tal-partit organizzati fil-kumpanija ma jfissirx li hemm membri tas-CCP fost il-maniġment tal-kumpanija. Fl-aħħar nett, Xiamen Xiashun spjegat li t-traduzzjoni tal-Kummissjoni tal-“bini tal-partit” hija ħażina u li l-attivitajiet tal-membri tas-CCP fi ħdan il-kumpanija huma prinċipalment dawk relatati mal-istudju tal-politiki tal-gvern, billi jipprovdu l-opinjoni u l-pariri tagħhom lill-organizzazzjoni tal-partit tagħhom, jew xi drabi anki xi attivitajiet ta’ divertiment. Hija żiedet li ma kien hemm xejn uffiċjali li jindika li s-CCP qed jikkontrolla l-kumpaniji rispondenti. Xiamen Xiashun irrepetiet dawk il-kummenti wara l-iżvelar definittiv.

(281)

Il-Kummissjoni osservat li, l-ewwel nett, l-attivitajiet tal-kumitat tal-partit attiv f’Xiamen Xiashun huma deskritti b’mod ċar bħala ta’ “teħid ta’ deċiżjonijiet” fl-artiklu kkwotat fil-premessa (142) tar-Regolament provviżorju. L-artiklu ma janalizzax u lanqas ma jinterpreta fid-dettall x’jinvolvi dan it-“teħid ta’ deċiżjonijiet”. Madankollu, il-Kummissjoni tfakkar li skont l-ewwel u t-tieni inċiżi tal-Artikolu 2(6a), żewġ elementi li jindikaw l-eżistenza ta’ distorsjonijiet f’pajjiż huma: “is-suq inkwistjoni huwa servut f’miżura sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni politika jew gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur” u “[l-]preżenza tal-istat f’ditti li jippermettu lill-istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew kostijiet”. L-involviment tal-kumitat tal-partit fit-“teħid ta’ deċiżjonijiet” f’Xiamen Xiashun jaqa’ taħt iż-żewġ kriterji. Ir-rekwiżit li l-preżenza tal-Istat fil-kumpanija tinterferixxi mal-prezzijiet u mal-kostijiet ma jfissirx li l-Istat jistabbilixxi direttament il-prezzijiet tal-oġġetti mibjugħin, iżda li, minflok, minħabba l-preżenza u l-involviment tal-membri tal-partit fil-kumpanija, il-kumpanija tista’ tistenna trattament u appoġġ aktar favorevoli mill-awtoritajiet, li indirettament ikollu impatt fuq il-kostijiet u fuq il-prezzijiet tagħha. Barra minn hekk, il-preżenza ta’ membri tal-Partit Komunista Ċiniż (“CCP”) fil-kumpanija u l-fatt li l-kumpanija tiffaċilita l-attivitajiet ta’ bini tal-partit u l-involviment tagħhom fit-“teħid ta’ deċiżjonijiet” huma indikatur ċar, u mhux konġettura kif ippreżentata minn Xiamen Xiashun wara l-iżvelar definittiv, li l-kumpanija ma hijiex indipendenti mill-Istat, u tista’ tkun qed taġixxi f’konformità mal-politika tas-CCP aktar milli mal-forzi tas-suq. Għalhekk, dan l-argument huwa miċħud.

(282)

Billi tabilħaqq kull impjegat għandu d-dritt li jappartjeni għar-reliġjon jew għall-partit politiku tal-għażla tiegħu, fiċ-Ċina s-sitwazzjoni hija differenti, peress li ċ-Ċina hija stat b’partit wieħed u s-CCP huwa ugwali għall-Istat u għall-gvern tiegħu (47). Għalhekk, il-preżenza ta’ membri tas-CCP f’kumpanija, li jorganizzaw attivitajiet regolari ta’ “bini tal-partit” u li għandhom drittijiet ta’ “teħid ta’ deċiżjonijiet”, kif diskuss fil-premessi (279) u (281) aktar ’il fuq, hija ugwali għal preżenza tal-istat fil-kumpanija. Fir-rigward tal-attivitajiet tal-kumitat tal-partit, il-Kummissjoni l-ewwel tixtieq tispjega li l-attivitajiet ta’ “bini tal-partit” jintużaw mill-Kummissjoni fis-sens ta’ “attivitajiet għat-tisħiħ tal-ispirtu tal-partit fil-kumpanija”, jew “l-iżvilupp ta’ attivitajiet relatati mal-partijiet sabiex tiġi żgurata tmexxija kumplessiva tal-partit” f’konformità mal-linji gwida uffiċjali (48). Il-Kummissjoni tfakkar li kif diġà ġie spjegat fil-premessa (281) aktar ’il fuq, il-kumitati tal-partit preżenti fil-kumpanija għandhom tal-anqas effett indirett, għalkemm tal-anqas potenzjalment distorsiv, minħabba l-interkonnessjoni mill-qrib bejn l-istat u l-partit CCP fiċ-Ċina.

(283)

It-tieni, Xiamen Xiashun ikkontestat il-konklużjoni tal-Kummissjoni fil-premessa (209) tar-Regolament provviżorju li l-entità Xiamen Xiashun hija soġġetta għal distorsjonijiet fil-pajjiż kollu b’rabta mal-manodopera. Xiamen Xiashun argumentat li l-pagi tagħha huma ogħla b’mod sinifikanti minn dawk tal-kompetituri tagħha. Barra minn hekk, Xiamen Xiashun osservat li l-oneru tal-provi mqiegħed fuq il-produtturi esportaturi sabiex jirribattu l-preżunzjoni de facto allegata tal-eżistenza ta’ “distorsjonijiet sinifikanti” tant sar tqil li huwa impossibbli sabiex kwalunkwe kumpanija individwali ġġarrbu. Xiamen Xiashun osservat li, fil-prattika, dan ifisser li: i) ma huwiex ċar għalkollox kif, u permezz ta’ liema evidenza, kumpanija individwali tista’ tirribatti l-preżunzjoni li l-elementi ta’ kost tagħha, bħall-kostijiet lavorattivi, huma distorti; u ii) anke jekk tiġi pprovduta evidenza fattwali speċifika li turi b’mod komparattiv differenzi sinifikanti fil-kostijiet bejn il-produtturi esportaturi, dan ma jwassalx lill-Kummissjoni sabiex tqajjem dubji dwar is-sejba prima facie tagħha fir-rigward tal-eżistenza ta’ “distorsjonijiet sinifikanti”.

(284)

Il-Kummissjoni fakkret li, kif instab fit-taqsima 3.3.1.7 tar-Regolament provviżorju, il-pagi fiċ-Ċina huma distorti, fost l-oħrajn minħabba r-restrizzjonijiet tal-mobilità minħabba r-restrizzjonijiet tas-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi (hukou), kif ukoll minħabba n-nuqqas ta’ preżenza ta’ trade unions indipendenti u n-nuqqas ta’ negozjar kollettiv. Billi s-sejbiet tal-Kummissjoni fit-taqsima 3.3.1.7 jindikaw il-preżenza ta’ distorsjonijiet orizzontali u madwar il-pajjiż fis-suq tax-xogħol Ċiniż, is-serjetà ta’ dawk id-distorsjonijiet wasslet għall-konklużjoni li l-pagi fiċ-Ċina ma humiex affidabbli. Ma hemm l-ebda element fil-fajl li fuq il-bażi tiegħu jista’ jiġi stabbilit b’mod pożittiv li l-kostijiet tal-pagi domestiċi ta’ dan il-produttur esportatur ma kinux affettwati mid-distorsjonijiet fis-suq tax-xogħol. L-ewwel nett, dan il-produttur esportatur ma ppreżenta l-ebda evidenza ta’ kif dawn id-distorsjonijiet orizzontali ma jaffettwawx il-kostijiet lavorattivi tiegħu, pereżempju billi wera li l-persunal tiegħu ma kienx affettwat mis-sistema hukou, li kien hemm trade unions indipendenti u kien hemm negozjar kollettiv. Barra minn hekk, ma kien hemm l-ebda evidenza li l-pagi tiegħu kienu ogħla minn dawk tal-kompetituri tiegħu, peress li ma ssottomettiex data f’dan ir-rigward.

(285)

Wara l-iżvelar definittiv, Xiamen Xiashun issottomettiet li kienet argumentat li l-pagi tagħha kienu ogħla b’mod sinifikanti minn dawk tal-kompetituri tagħha. Il-kumpanija rreferiet għal dikjarazzjoni minn wieħed mill-verifikaturi tal-Kummissjoni matul l-RCC li fiha esprima is-sorpriża li l-pagi ta’ Xiamen Xiashun kienu għoljin. Dan wassal għal talba għal aktar informazzjoni dwar il-livelli tal-pagi, segwita mis-sottomissjoni ta’ informazzjoni minn Xiamen Xiashun għas-sodisfazzjon tal-verifikaturi. Għalhekk, skont il-kumpanija, il-Kummissjoni kellha d-data neċessarja kollha sabiex tiddetermina u tqabbel il-livelli tal-pagi ta’ Xiamen Xiashun. Il-Kummissjoni ttenni li l-livell attwali tal-pagi ta’ kull produttur esportatur li kkoopera huwa informazzjoni kunfidenzjali. Fi kwalunkwe każ, din l-affermazzjoni ma tbiddilx il-konklużjoni diġà ddikjarata fl-iżvelar definittiv li ċertu livell ta’ pagi meta mqabbla mal-pagi tal-kompetituri fl-istess negozju ma jindikax per se li d-distorsjonijiet orizzontali madwar il-pajjiż kollha preżenti fis-suq tax-xogħol fir-RPĊ ma jaffettwawx il-livell tal-pagi ta’ dan il-produttur esportatur. Fi kliem ieħor, anki jekk il-pagi għal dan il-produttur esportatur kienu ogħla minn dawk tal-kompetituri tiegħu, dan ma jfissirx li tali livell ta’ pagi ma huwiex affettwat mid-distorsjonijiet fis-suq tax-xogħol fir-RPĊ.

(286)

Fir-rigward tal-affermazzjoni li ma huwiex possibbli li l-produtturi esportaturi jirribattu preżunzjoni de facto allegata tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti, imtennija wara l-iżvelar definittiv, il-Kummissjoni ma taqbilx ħafna ma’ din l-asserzjoni mhux issostanzjata. L-ewwel nett, ma teżisti l-ebda preżunzjoni de facto intenzjonata, minħabba li l-Kummissjoni f’kull investigazzjoni tivvaluta f’dettall kbir l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw il-prodott li qed jiġi investigat u l-produtturi esportaturi kkonċernati, filwaqt li tqis, b’mod ekwu, l-evidenza kollha disponibbli fil-fajl. Barra minn hekk, jekk ikun hemm affermazzjonijiet li d-distorsjonijiet orizzontali ma jaffettwawx ċerti kostijiet domestiċi skont it-tielet inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a), il-Kummissjoni tanalizzahom bir-reqqa, kif juri b’mod ċar it-tul tal-analiżijiet f’din l-investigazzjoni u fl-investigazzjonijiet l-oħrajn kollha li jikkonċernaw ir-RPĊ. Jekk kien hemm evidenza fil-fajl li Xiamen Xiashun ma kinitx affettwata mid-distorsjonijiet madwar il-pajjiż kollu preżenti fis-suq tax-xogħol Ċiniż, il-Kummissjoni ċertament tuża l-kost lavorattiv tal-kumpanija stess f’konformità mat-tielet inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

(287)

It-tielet, Xiamen Xiashun ikkummentat, u tenniet wara l-iżvelar definittiv, li l-fatt li l-Kummissjoni sistematikament tinjora l-kostijiet lavorattivi tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, huwa prova li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huwa inkompatibbli mal-Artikolu 2.2, mal-Artikolu 2.2.1.1. u mal-Artikolu 2.2.2. tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-Dumping (“ADA”). Dan minħabba li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku jipprevedi li l-kostijiet u l-prezzijiet għandhom jiġu injorati b’mod sistematiku, mingħajr ma jiġi eżaminat jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2.2 tal-ADA humiex issodisfati.

(288)

Il-Kummissjoni tfakkar li f’kull investigazzjoni l-partijiet kollha jkollhom l-opportunità li jipprovdu evidenza dwar l-elementi rilevanti kollha, inkluża l-allegazzjoni li ċerti fatturi tal-produzzjoni ma humiex distorti, f’konformità mat-tielet inċiż tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Kif spjegat fil-premessi (284) u (286) aktar ’il fuq, il-Kummissjoni ma tirrifjutax b’mod sistematiku l-kostijiet lavorattivi tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, iżda tanalizza d-data fid-dettall f’kull każ li fih parti tagħmel talba dwar in-nuqqas ta’ distorsjonijiet sabiex tivverifika jekk produttur esportatur jkunx qed jiġi affettwat mid-distorsjonijiet sinifikanti. L-istess approċċ japplika għall-kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għall-profitti. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(289)

Ir-raba’, Xiamen Xiashun osservat li fil-premessa (198) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni indikat li Xiamen Xiashun irċeviet ċerti premjijiet jew rikonoxximenti formali, li jfisser li kienet meħtieġa tissodisfa r-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà sabiex tirċevihom, fosthom li ssegwi l-linja uffiċjali tal-GTĊ u tikkonforma mal-istrateġiji u mal-politiki governattivi uffiċjali. Xiamen Xiashun enfasizzat li dawn ir-rikonoxximenti huma biss unuri li rċeviet il-kumpanija u, filwaqt li l-kumpanija kellha bżonn tissodisfa xi rekwiżiti, ma kinitx ikkontrollata mill-gvern. Xiamen Xiashun żiedet li ma kien hemm l-ebda evidenza uffiċjali li tindika li hija ngħatat struzzjonijiet mill-gvern sabiex tistabbilixxi prezz tax-xiri għall-materja prima jew il-prezz tal-bejgħ tal-prodott tagħha li jmur kontra l-kundizzjonijiet tas-suq. Wara l-iżvelar definittiv, Xiamen Xiashun iddikjarat li l-Kummissjoni ma tindikax b’liema mod Xiamen Xiashun segwiet strettament il-linja tal-gvern jew anki jekk ibbenifikatx minn appoġġ governattiv dirett jew indirett marbut ma’ dawn ir-rikonoxximenti. Mill-perspettiva ta’ Xiamen Xiashun, xejn fid-data sottomessa jew fil-verifika mill-uffiċjali tal-Kummissjoni ma jippermetti lill-Kummissjoni tikkonkludi li l-kumpanija kienet issegwi strettament il-linja tal-gvern jew kisbet xi benefiċċji relatati.

(290)

Kif diġà ġie spjegat mill-Kummissjoni fil-premessa (198) tar-Regolament provviżorju, il-premjijiet u t-titli miksubin minn Xiamen mhux biss jirrikonoxxu l-kisbiet ta’ din il-kumpanija, iżda wkoll jirrikjedu b’mod ċar li din tkun allinjata mal-politika uffiċjali tal-gvern. Kif muri mill-kwotazzjonijiet fil-premessa (198) tar-Regolament provviżorju, huma biss il-kumpaniji li jsegwu strettament il-linja tal-gvern li huma eliġibbli għall-premji miksubin minn Xiamen Xiashun, bħat-titlu Impriża Ewlenija ta’ Fujian. Wara l-iżvelar definittiv, Xiamen Xiashun ma pprovdiet l-ebda evidenza li tikkontradixxi dawn il-konklużjonijiet.

(291)

Il-ħames, Xiamen Xiashun ikkummentat li fil-premessa (205) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni indikat li Xiamen Xiashun stabbiliet impriża konġunta ma’ impriża tal-istat (“SOEs”), u kkonkludiet li kienet qed tikkoopera mill-qrib mal-Istat Ċiniż u li d-distorsjonijiet madwar il-pajjiż kollu jikkonċernaw ukoll lill-fornituri tagħha. Xiamen Xiashun iddikjarat li huwa komuni ħafna madwar id-dinja li l-kumpaniji privati jagħmlu negozju ma’ impriżi tal-istat jew ma’ aġenziji tal-gvern, u ma jfissirx li l-parti l-oħra hija mġiegħla ċċedi l-kontroll tan-negozju lill-gvern. Fil-każ ta’ Xiamen Xiashun, l-impriża konġunta mal-SOE titħaddem biss skont l-Istatut ta’ Assoċjazzjoni u d-Dritt tal-Kumpaniji taċ-Ċina. Xiamen Xiashun enfasizzat li ma kien hemm l-ebda evidenza uffiċjali li tissuġġerixxi li l-gvern qed jikkontrolla u jidderieġi l-iffissar tal-prezzijiet tal-prodotti, il-provvista u d-domanda tal-materja prima, kif ukoll l-operat ta’ kuljum tal-impriża konġunta.

(292)

Filwaqt li l-Kummissjoni taqbel li l-impriżi konġunti bejn l-impriżi privati u dawk tal-Istat huma komuni ħafna fid-dinja, ir-rwol tal-SOEs fiċ-Ċina huwa speċifiku ħafna, kif deskritt fit-Taqsima 3.3.1.3 tar-Regolament provviżorju. Illustrazzjoni pertinenti addizzjonali tal-effett distorsiv tal-SOEs fiċ-Ċina dwar il-prezzijiet u l-kostijiet hija l-kwotazzjoni minn artiklu ppubblikat fuq il-paġna uffiċjali tal-istat Ċiniż, li jgħid: “L-iżvilupp fuq skala kbira tal-impriżi tal-istat fit-teknoloġija ewlenija u fl-industriji strateġiċi bbenefika u appoġġa lill-impriżi privati f’ħafna aspetti, bħall-inklużività tal-prezzijiet, it-trasferiment tat-talenti, it-tixrid tat-teknoloġija, u s-salvataġġ kapitali.” (49) Il-“benefiċċju”, l-“appoġġ”, l-“inklużività tal-prezzijiet” u s-“salvataġġ kapitali” imsemmijin fl-artiklu jindikaw b’mod ċar effett distorsiv tal-kooperazzjoni bejn l-SOEs u l-impriżi privati fis-suq Ċiniż. Wara l-iżvelar definittiv, Xiamen Xiashun tenniet il-kummenti tagħha iżda ma pprovdiet l-ebda evidenza li tikkontradixxi l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni.

(293)

Airoldi ssottomettiet kumment dwar ir-Rapport. Airoldi qalet li l-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku stabbilixxa r-rekwiżit li d-dokument inkwistjoni jrid ikun rapport u jrid jiġi adottat b’mod formali mill-Kummissjoni Ewropea. Airoldi argumentat ukoll li r-rapport kellu jsir pubbliku u jkun aġġornat. Għalhekk, skont Airoldi, id-dokument li fuq il-bażi tiegħu saret din l-investigazzjoni u ppubblikat fuq is-sit web tad-DĠ TRADE, ma kienx aġġornat, u kien sempliċi dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni, nieqes mill-karatteristiċi formali u sostantivi sabiex jitqies bħala rapport formali tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, bħala kwistjoni tad-Dritt Istituzzjonali tal-UE, tali rapport kellu jiġi ppubblikat fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, Airoldi talbet li d-DĠ TRADE jipprovdilha verżjoni Taljana ta’ dan id-dokument u l-ħarġa ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali fejn ġie ppubblikat. Fl-istess ħin, Airoldi nnotat li r-rapport dwar iċ-Ċina kien ippubblikat fuq is-sit web tad-DĠ TRADE bil-lingwa Ingliża biss. Għalhekk, ir-rapport taċ-Ċina kien illegali u kellu jiġi injorat.

(294)

Airoldi kkwotat numru ta’ raġunijiet għaliex jenħtieġ li tingħata aċċess għar-Rapport bit-Taljan. L-ewwel, Airoldi ddikjarat li r-Regolament tal-Kunsill KEE Nru 1 tal-1958 li jiddetermina l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea jagħti lill-kumpaniji u liċ-ċittadini Ewropej id-dritt li jiksbu kopja ta’ dan id-dokument jew li jaċċessawh fil-lingwi uffiċjali nazzjonali tagħhom li huma wkoll lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. It-tieni, Airoldi argumentat li r-Rapport huwa marbut mal-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku u huwa msemmi speċifikament fih. Għalhekk, huwa dokument li jimplimenta d-dispożizzjonijiet sostantivi ta’ dan l-Artikolu tar-Regolament bażiku u, għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ppubblikat fil-lingwi Uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea. It-tielet, Airoldi ddikjarat li n-nuqqas ta’ verżjoni bil-lingwa Taljana tar-Rapport, li huwa l-biċċa l-kbira tal-evidenza f’dan il-każ, jikkostitwixxi ksur tar-Regolament Nru 1/1958 li jinqara flimkien mal-Artikoli 21, 22 u 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Barra minn hekk, skont Airoldi, hija għandha d-dritt ta’ aċċess għar-Rapport bil-lingwa Taljana fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet legali li ġejjin: L-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), fejn tingħata importanza kbira lir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għan-nondiskriminazzjoni; L-Artikolu 3 tat-TUE li jiddikjara li l-UE “għandha tirrispetta r-rikkezza tad-diversità kulturali u lingwistika tagħha”; L-Artikolu 165(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) li jenfasizza li “[l-]azzjoni tal-Unjoni għandha tkun immirata lejn [...] l-iżvilupp tad-dimensjoni Ewropea fl-edukazzjoni, partikolarment permezz tat-tagħlim u t-tixrid tal-lingwi ta' l-Istati Membri”, filwaqt li tiġi rrispettata bis-sħiħ id-diversità kulturali u lingwistika (l-Artikolu 165(1) tat-TFUE). Fl-aħħar nett, Airoldi argumentat li l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE tipprojbixxi d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-lingwa (l-Artikolu 21) u tixħet obbligu fuq l-Unjoni li tirrispetta d-diversità lingwistika (l-Artikolu 22). L-ewwel regolament, li jmur lura għall-1958, li jiddetermina l-lingwi li għandhom jintużaw mill-eks-Komunità Ekonomika Ewropea, ġie emendat wara l-adeżjonijiet sussegwenti fl-UE, u jiddefinixxi l-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, flimkien mal-Artikolu 55(1) tat-TUE.

(295)

Il-Kummissjoni nnotat li l-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku ma jippreskrivix format speċifiku għar-rapporti dwar distorsjonijiet sinifikanti, u lanqas dik id-dispożizzjoni ma tiddefinixxi mezz għall-pubblikazzjoni. Il-Kummissjoni fakkret li r-rapport huwa dokument tekniku bbażat fuq il-fatti użat biss fil-kuntest tal-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ. Għalhekk, ir-rapport jinħareġ b’mod xieraq bħala dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni peress li huwa purament deskrittiv u ma jesprimi l-ebda opinjoni, preferenza jew ġudizzju politiku. Dan ma jaffettwax il-kontenut tiegħu, jiġifieri s-sorsi oġġettivi ta’ informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fl-ekonomija Ċiniża rilevanti għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku.

(296)

Billi d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a)(c) ma jippreskrivux format speċifiku li fih jeħtieġ li jiġi ppubblikat rapport tal-pajjiż, u lanqas il-mezz ta’ pubblikazzjoni tiegħu, il-pubblikazzjoni tar-rapport taċ-Ċina bħala dokument ta’ ħidma tal-persunal, tip ta’ dokument li ma jeħtieġx traduzzjoni fil-lingwi Ewropej kollha, u lanqas il-pubblikazzjoni formali f’Il-Ġurnal Uffiċjali, hija konformi mar-regoli rilevanti. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni ma qablitx mal-argument li, f’dan il-każ, id-drittijiet tad-difiża ta’ Airoldi kienu affettwati meta ma rċevietx traduzzjoni Taljana tar-Rapport. Tabilħaqq, Airoldi kienet qajmet din il-kwistjoni biss fi stadju tard ħafna tal-investigazzjoni, u, sa dak l-istadju, kemm Airoldi kif ukoll l-avukati tagħha kienu użaw l-Ingliż b’suċċess, u fit-tul, kemm f’komunikazzjonijiet bil-miktub kif ukoll verbali. Il-Kummissjoni fakkret in-natura ta’ dak id-dokument, li ma huwiex Regolament ta’ implimentazzjoni, u kkonfermat il-pożizzjoni tagħha.

(297)

Fir-rigward tal-argument li r-Rapport kien skadut, il-Kummissjoni tfakkar li sa issa ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza li turi li r-rapport huwa skadut. Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni nnotat b’mod partikolari li l-evidenza u d-dokumenti ta’ politika ewlenin li jinsabu fir-Rapport, inklużi l-pjanijiet rilevanti ta’ ħames snin u l-leġiżlazzjoni applikabbli għall-prodott li qed jiġi investigat kienu għadhom rilevanti matul il-PI, u li la Airoldi u lanqas il-partijiet l-oħrajn ma taw prova li dan ma kienx għadu l-każ.

3.1.2.   Pajjiż rappreżentattiv

(298)

Fir-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni għażlet lit-Turkija bħala l-pajjiż rappreżentattiv f’konformità mal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Id-dettalji dwar il-metodoloġija użata għall-għażla ġew stabbiliti fl-Ewwel u fit-Tieni nota magħmulin disponibbli għall-partijiet fil-fajl miftuħ fil-5 ta’ Ottubru 2020 u fil-25 ta’ Novembru 2020 (“l-Ewwel Nota” u “it-Tieni Nota”), u fil-premessi (225) sa (267) tar-Regolament provviżorju.

(299)

Airoldi qieset li nkisru d-drittijiet tad-difiża tagħha. Fil-fehma tagħha, l-informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni fl-istadju proviżorju ma kinitx tippermetti lill-partijiet jifhmu liema data, konklużjoni u metodoloġija ġew estrapolati mill-investigazzjoni dwar l-estrużjonijiet tal-aluminju, u f’liema stadju tal-proċedura din saret.

(300)

Il-Kummissjoni ma qablitx. Kif deskritt fil-premessa (226) tar-Regolament provviżorju, il-metodoloġija għall-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv ġiet spjegata fid-dettall fl-Ewwel u fit-Tieni Nota magħmulin disponibbli għall-partijiet interessati kollha. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kienet spjegat ir-raġunijiet għall-għażla tat-Turkija bħala l-pajjiż xieraq, u liema parametri referenzjarji ntużaw sabiex jinbena l-valur normali fil-premessi minn (225) sa (267) tar-Regolament provviżorju. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-informazzjoni pprovduta lill-partijiet ippermettiet lill-partijiet jifhmu d-dettall kollu inkluż dwar liema data, konklużjoni u metodoloġija ġew estrapolati mill-investigazzjoni dwar l-estrużjonijiet tal-aluminju. Għalhekk, hija ċaħdet din l-affermazzjoni.

(301)

Wara l-iżvelar definittiv, Airoldi żiedet li r-relazzjoni bejn iż-żewġ investigazzjonijiet (dik kurrenti u dik dwar l-estrużjonijiet tal-aluminju) kienet is-suġġett ta’ sejbiet speċifiċi tal-Uffiċjal tas-Seduta li ċċaraw bil-miktub li d-data ta’ investigazzjoni waħda ma tistax titqabbel u tintuża f’investigazzjoni oħra. Għalhekk, l-użu tad-data dwar l-estrużjonijiet tal-aluminju kiser l-aspettattivi leġittimi ta’ Airoldi u d-drittijiet tad-difiża tagħha. Fuq din il-bażi, Airoldi talbet li jenħtieġ li d-data mill-investigazzjoni dwar l-estrużjonijiet tal-aluminju ma tiġix invokata fl-investigazzjoni attwali dwar il-prodotti tal-aluminju llaminati ċatti. Airoldi talbet ukoll żvelar addizzjonali tal-metodoloġija ta’ kif id-data ġiet “importata” mill-investigazzjoni dwar l-estrużjonijiet tal-aluminju.

(302)

Il-Kummissjoni nnotat li r-rapport tal-Uffiċjal tas-Seduta semma li ż-“żewġ investigazzjonijiet ma jaħdmux b’mod parallel” u “ma tista’ tinħareġ l-ebda linja parallela bejn iż-żewġ każijiet”. Dan irrefera għall-fatt li l-investigazzjoni dwar l-estrużjonijiet tal-aluminju kienet bdiet diversi xhur qabel. Dan kien ifisser li l-iżvelar finali tat-22 ta’ Diċembru 2020 seħħ qabel il-ftehim bejn l-UE u r-Renju Unit. Għaldaqstant, l-analiżi provviżorja tad-dannu fil-każ tal-estrużjonijiet tal-aluminju kienet ibbażata fuq data tal-EU28, filwaqt li l-investigazzjoni dwar prodotti tal-aluminju llaminati ċatti kienet ibbażata biss fuq data tal-EU27 sa mill-bidu tagħha. Għalhekk, l-Uffiċjal tas-Seduta ma ħa l-ebda pożizzjoni li qatt ma tista’ tintuża data minn każ wieħed f’każ ieħor.

(303)

Il-Kummissjoni nnotat ukoll li d-data mill-proċediment tal-estrużjonijiet tal-aluminju użata wkoll f’dan il-proċediment kienet tikkonċerna esklussivament il-livell ta’ profitt u l-SG&A tal-produtturi tal-estrużjonijiet tal-aluminju fil-pajjiż rappreżentattiv magħżul fiż-żewġ proċedimenti, jiġifieri t-Turkija. Din id-data hija skont id-definizzjoni “disponibbli fil-pront” skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, jiġifieri, disponibbli fid-dominju pubbliku, aktar milli data speċifika riċevuta skont it-tifsira tal-Artikolu 19(6) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, għall-iżvelar definittiv, il-Kummissjoni kompliet tivverifika u aġġornat id-data disponibbli għall-produtturi tal-estrużjoni tal-aluminju fil-pajjiż rappreżentattiv sabiex tiżgura li dawn kienu jikkoinċidu l-aktar mill-qrib mal-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ dan il-proċediment.

(304)

Il-Kummissjoni spjegat fid-dettall fir-Regolament provviżorju li fin-nuqqas ta’ data disponibbli fil-pront mill-produtturi tal-prodott ikkonċernat fil-pajjiż rappreżentattiv, jiġifieri t-Turkija, il-Kummissjoni kienet intitolata li tiddependi fuq data minn settur li huwa simili mill-qrib u li għalih kienet disponibbli informazzjoni dwar l-SG&A u l-profitt. Barra minn hekk, għall-kuntrarju tal-asserzjoni ta’ Airoldi, kif spjegat fil-premessa (300), il-Kummissjoni pprovdiet spjegazzjoni dettaljata dwar il-metodoloġija tagħha għall-“importazzjoni” u għall-proċessar tad-data rilevanti fl-Ewwel u fit-Tieni Noti għall-fajl, kif ukoll fir-regolament provviżorju. Il-livell ta’ dettall u ta’ informazzjoni ppermetta lill-partijiet kollha jifhmu r-raġunijiet sottostanti li wasslu għall-konklużjoni li d-data dwar l-SG&A u l-profitt tal-kumpaniji fis-settur tal-estrużjonijiet tal-aluminju kienet l-aktar parametru referenzjarju xieraq fiċ-ċirkostanzi partikolari. Il-Kummissjoni qieset li ma kien meħtieġ l-ebda żvelar addizzjonali u, għalhekk, ċaħdet l-affermazzjoni.

(305)

Airoldi affermat ukoll li l-Kummissjoni żbaljat fl-għażla tat-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. Fil-fehma tagħha, il-fatt li t-Turkija hija parti minn Unjoni Doganali mal-Unjoni Ewropea influwenza l-valutazzjoni tad-dumping li għandha titwettaq skont ir-Regolament bażiku. Airoldi qieset ukoll li t-Turkija ma kinitx tissodisfa l-istandards tal-protezzjoni soċjali u ambjentali.

(306)

Instab li t-Turkija hija l-aktar pajjiż rappreżentattiv xieraq fuq il-bażi tad-disponibbiltà u tal-kwalità tad-data. Il-fatt li kien hemm Unjoni Doganali mat-Turkija ma kienx jimmina l-adegwatezza tat-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv għall-fini li jiġu stabbiliti prezzijiet u kostijiet mingħajr distorsjoni. Fid-dawl tas-sejbiet tal-Kummissjoni fil-premessi minn (229) sa (243) tar-Regolament provviżorju, u fin-nuqqas ta’ kull affermazzjoni li tinvalida dik is-sejba, ma kinitx iġġustifikata analiżi tal-istandards tal-protezzjoni soċjali u ambjentali.

(307)

Wara l-iżvelar provviżorju, Xiamen Xiashun, Nanshan Group u Airoldi kkontestaw l-għażla tal-Kummissjoni li tuża d-data tal-kumpaniji li jipproduċu estrużjonijiet tal-aluminju bħala l-parametru referenzjarju għall-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u għall-profitt. Fil-fehma tagħhom, l-estrużjonijiet tal-aluminju ma kinux simili għall-AFRPs u kien hemm differenzi sostanzjali bejn iż-żewġ prodotti f’termini tal-użu, tal-kost tal-produzzjoni u tal-fatturi tal-produzzjoni tagħhom. Xiamen Xiashun argumentat ukoll li d-differenzi influwenzaw il-profitt u l-SG&A tal-kumpaniji, u għalhekk, jenħtieġ li ma jintużawx il-profitt u l-SG&A tal-kumpaniji li jipproduċu l-estrużjonijiet tal-aluminju sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali. Nanshan Group u Xiamen Xiashun tennew l-istess affermazzjoni wara l-iżvelar definittiv. B’mod partikolari, Xiamen Xiashun ikkwotat Regolament tal-Kummissjoni li fih il-Kummissjoni bbażat il-valutazzjoni tagħha tas-settur simili fuq similaritajiet fil-proċess tal-produzzjoni, fil-fatturi tal-produzzjoni, u fil-kostijiet tal-produzzjoni (50). Hija argumentat ukoll li l-fatt li ż-żewġ prodotti kienu prodotti mill-istess kumpaniji ma kienx rilevanti.

(308)

Fin-nuqqas ta’ data li turi livell raġonevoli ta’ SG&A u ta’ profitti tal-produtturi tal-prodott ikkonċernat f’pajjiż/i rappreżentattiv(i) potenzjali skont l-Artikolu 2(6a)(a), l-aħħar subparagrafu tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tista’, jekk ikun neċessarju, tikkunsidra wkoll il-produtturi li jimmanifatturaw prodott fl-istess kategorija ġenerali u/jew settur tal-prodott li qed jiġi investigat. F’dawn is-sitwazzjonijiet, għalkemm ċerti karatteristiċi, użi finali, proċessi tal-produzzjoni u kostijiet tal-produzzjoni jistgħu ma jkunux identiċi, dawn l-aspetti jridu jitqiesu b’mod ġenerali sabiex jiġi ddeterminat jekk prodott jew settur jaqax fl-istess kategorija ġenerali u/jew settur tal-prodott li qed jiġi investigat. Il-każ dwar l-alkoħols tal-polivinil imsemmi minn dawn il-partijiet jikkonferma li f’dak il-każ li l-Kummissjoni wiżnet ukoll l-elementi rilevanti kollha relatati mal-prodott ikkonċernat u l-eqreb prodotti upstream u downstream, u għażlet l-eqreb prodott fuq din il-bażi. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni fakkret li l-Artikolu 2(6a)(a) sempliċiment jirrikjedi li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u tal-bejgħ, kif ukoll livell raġonevoli ta’ SG&A u ta’ profitti, f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, mingħajr ma jobbliga l-użu ta’ kumpaniji li jipproduċu eżattament l-istess prodott bħall-prodott ikkonċernat.

(309)

Il-Kummissjoni qieset li għalkemm ippreżentat f’forom differenti, u minkejja differenzi oħrajn indikati minn Xiamen Xiaschun, il-prodotti tal-aluminju llaminati ċatti u l-estrużjonijiet tal-aluminju huma prodotti bl-istess materja prima bażika, l-aluminju. Barra minn hekk, l-estrużjonijiet, flimkien mal-prodotti llaminati ċatti tal-aluminju, huma kkunsidrati bħala prodotti tal-aluminju nofshom lesti, u b’hekk jappartjenu għall-istess kategorija ġenerali ta’ prodotti. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (239) tar-Regolament provviżorju, kemm l-estrużjonijiet tal-aluminju kif ukoll il-prodotti llaminati ċatti kienu f’xi każijiet immanifatturati fl-istess kumpanija, jew fl-istess grupp. Dan huwa l-każ, pereżempju, ta’ wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, Nanshan Group.

(310)

Barra minn hekk, kemm l-estrużjonijiet tal-aluminju kif ukoll il-prodotti tal-aluminju llaminati ċatti jaqgħu taħt l-istess kategorija ġenerali “manifattura ta’ metalli bażiċi” u huma kklassifikati taħt l-istess kodiċi NACE (kodiċi NACE 24), kategorija ta’ prodotti li tinkludi, taħt il-kodiċijiet 24.42 u 24.53, kemm prodotti llaminati ċatti kif ukoll prodotti estrużi (51). Din il-kategorija ntużat ukoll sabiex jiġi stabbilit parametru referenzjarju għall-kostijiet lavorattivi (ara l-premessa (260) tar-Regolament provviżorju).

(311)

Aktar importanti minn hekk, filwaqt li kkritikaw l-għażla tal-estrużjonijiet tal-aluminju, il-produtturi esportaturi naqsu milli jipproponu kwalunkwe prodott u/jew settur alternattiv li huwa l-aktar simili għall-produtturi tal-AFRPs b’data finanzjarja disponibbli u bi profitt raġonevoli minn pajjiż/i rappreżentattiv(i) xieraq/xierqa. Fil-fehma tal-Kummissjoni, il-kumpaniji użati f’din l-investigazzjoni kienu rappreżentattivi ta’ grupp usa’ ta’ prodotti tal-aluminju b’rabtiet ċari mal-prodott ikkonċernat, inklużi prodotti llaminati. Kif spjegat fil-premessa (310), il-kumpaniji kkunsidrati bħala xierqa fil-kuntest tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku spiss kienu jipproduċu aktar minn prodott wieħed. F’dan il-każ, id-data finanzjarja tal-produtturi tal-estrużjonijiet identifikati kienet disponibbli biss f’livell aggregat. Għalhekk, id-data finanzjarja disponibbli għall-kumpaniji tal-estrużjonijiet tal-aluminju hija rappreżentattiva b’mod strett mhux biss tas-sitwazzjoni fis-suq tal-estrużjonijiet, iżda wkoll f’dak li jirrigwarda s-suq għal grupp ta’ prodotti usa’, inklużi prodotti llaminati. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet dawn l-affermazzjonijiet u sostniet li d-data dwar l-SG&A u l-profitt tal-kumpaniji fis-settur tal-estrużjonijiet tal-aluminju kienet tikkostitwixxi parametru referenzjarju xieraq.

3.1.3.   Sorsi użati sabiex jiġu stabbiliti kostijiet mingħajr distorsjoni għall-fatturi ta’ produzzjoni

(312)

Il-Kummissjoni stabbiliet id-dettalji dwar is-sorsi użati sabiex jiġi stabbilit il-valur normali fil-premessi (244) sa (267) tar-Regolament provviżorju. Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament provviżorju, diversi partijiet għamlu affermazzjonijiet dwar is-sorsi differenti użati sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali.

3.1.3.1.   Materja prima

(313)

Jiangsu Alcha sostniet li sabiex jiġi stabbilit il-valur normali ta’ wieħed mill-fatturi tal-produzzjoni tagħha, il-wajer tal-aluminju, il-Kummissjoni kienet użat il-valur normali tal-wajers tal-karbonju tat-titanju li kien aktar għali.

(314)

Il-Kummissjoni fakkret li l-kodiċi SA għal dan il-fattur ta’ produzzjoni (HS 7605) ġie pprovdut mill-kumpanija nnifisha. Hija nnotat ukoll li d-deskrizzjoni korrispondenti tal-kodiċi SA fl-estratt mill-bażi ta’ data tal-GTA żvelata lill-partijiet flimkien man-Nota tal-5 ta’ Ottubru 2020 irreferiet għall-wajer tal-karbonju tat-titanju. Madankollu, skont in-Nomenklatura Magħquda (52), il-kodiċi SA kien jikkorrispondi għall-wajer tal-aluminju, jew għal wajer li, fih, l-aluminju huwa l-komponent li jiddefinixxi. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li minkejja d-deskrizzjoni mhux akkurata tal-kodiċi fil-bażi ta’ data tal-GTA, il-kodiċi SA u l-valur surrogat korrispondenti li ntuża sabiex jinbena l-valur normali għal Jiangsu Alcha kienu relatati mal-wajer tal-aluminju u, għalhekk, kienu korretti.

(315)

Nanshan Group qies li l-approċċ tal-Kummissjoni li tuża l-bażi ta’ data tal-GTA ma kienx xieraq, peress li valuri surrogati aktar preċiżi kienu disponibbli għall-pubbliku. Huwa qies li f’konformità mal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża bħala valuri surrogati “[l-]prezzijiet, il-kostijiet, jew il-valuri ta' riferiment internazzjonali mingħajr distorsjoni”. Nanshan Group ikkontesta b’mod partikolari l-valuri tal-GTA għall-faħam bituminuż, għat-trab tal-alumina, għall-kojl illaminat bis-sħana u bil-kesħa u għall-pjanċa llaminata bis-sħana. Huwa ssuġġerixxa li jintużaw prezzijiet referenzjarji alternattivi bbażati fuq ir-rapport tal-IHS dwar il-faħam bituminuż (53) (għall-faħam bituminuż), fuq il-prezzijiet tas-saldu tal-alumina ta’ LME (54) (għat-trab tal-alumina), u fuq ir-rapport ta’ CRU (għall-kojl u għall-pjanċa llaminati bil-kesħa/bis-sħana).

(316)

Bi tweġiba għall-kummenti li saru minn Nanshan Group, l-ilmentatur oppona li juża l-prezzijiet referenzjarji alternattivi ssuġġeriti minn Nanshan Group. Huwa sab li, għall-kuntrarju tal-prezzijiet fil-GTA, is-sorsi ssuġġeriti minn Nanshan Group ma kinux jirriflettu dak li produttur fit-Turkija fil-fatt iħallas għall-fattur tal-produzzjoni. Fil-fehma tiegħu, id-data fit-tliet sorsi kienet markaturi (fil-każ tar-rapport tal-HIS dwar il-faħam bituminuż), indiċijiet (fil-każ tal-prezzijiet ta’ LME) jew prezzijiet referenzjarji (fil-każ tar-rapport ta’ CRU) li jirriflettu d-dinamika tas-suq. Barra minn hekk, dawn il-markaturi, l-indiċijiet jew il-prezzijiet ma kinux jinkludu primjums differenti li l-partijiet jistgħu jżidu b’mod supplimentari għal dawn il-prezzijiet.

(317)

Fir-rigward tal-faħam bituminuż, Nanshan tenniet li l-kwantità importata fil-GTA ġiet minn żewġ pajjiżi biss. Għalhekk, il-materjal tad-data kien negliġibbli u ma ppermettiex id-determinazzjoni tal-kontenut kaloriku tal-faħam. Fil-fehma tiegħu, il-Kummissjoni missha użat id-data mir-rapport tal-IHS dwar il-faħam bituminuż. Nanshan Group għamel l-istess affermazzjoni wara l-iżvelar tas-sejbiet definittivi.

(318)

Il-Kummissjoni sostniet li ma kien hemm l-ebda evidenza konvinċenti sabiex jiġi kkunsidrat li l-prezz fil-bażi ta’ data tal-GTA ma kienx rappreżentattiv ta’ prezz tas-suq jew tat-tip partikolari ta’ faħam, jew li l-prezz fil-bażi ta’ data kien ikun sostanzjalment differenti li kieku l-volum tal-importazzjonijiet kien ogħla. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonfermat is-sejbiet tagħha fil-premessi (258) u (259) tar-Regolament provviżorju li l-prezz tal-importazzjonijiet tal-faħam għat-Turkija fuq il-bażi tal-bażi ta’ data tal-GTA kien prezz referenzjarju xieraq għall-faħam bituminuż.

(319)

Fir-rigward tat-trab tal-alumina, Nanshan Group qies li l-bażi ta’ data tal-GTA kienet tinkludi prinċipalment importazzjonijiet ta’ alumina mhux metallurġika peress li kienet importata fit-Turkija minn pajjiżi li ma humiex il-produtturi tal-alumina metallurġika (55). Fil-fehma tiegħu, il-prezzijiet bejn it-tipi differenti ta’ alumina varjaw b’mod sinifikanti u t-tip ta’ alumina rrapportat fil-GTA rriżulta f’valur surrogat għoli b’mod anormali. Minflok, Nanshan Group ippropona li jintuża l-prezz tas-saldu tal-alumina ta’ LME.

(320)

Il-Kummissjoni analizzat l-affermazzjoni u sabet li din kienet iġġustifikata. Fid-dawl tar-raġunijiet ippreżentati minn Nanshan Group, il-Kummissjoni qieset li l-prezz tat-trab tal-alumina importat fit-Turkija ma kienx rappreżentattiv tal-fattur tal-produzzjoni użat minn Nanshan Group.

(321)

Madankollu, l-evidenza fil-fajl u l-informazzjoni sottomessi mill-partijiet ma ppermettietx lill-Kummissjoni tikkonkludi li l-prezzijiet ta’ LME fil-fatt kienu jirrappreżentaw prezz tas-suq mingħajr distorsjoni. Skont Nanshan Group, il-prezz ta’ LME kien jirrifletti l-valur tas-suq tat-trab tal-alumina filwaqt li l-ilmentatur qies li dawn il-prezzijiet kienu biss indiċijiet li magħhom il-partijiet iżidu primjums differenti. Għalhekk, minkejja li l-LME ġeneralment ma tiġix skartata bħala sors sabiex jiġi stabbilit parametru referenzjarju xieraq, il-Kummissjoni ddeċidiet, fid-dawl tad-dubji speċifiċi tal-każ deskritti fil-premessa (317), li tiddetermina l-parametru referenzjarju tat-trab tal-alumina fuq il-bażi tal-valur referenzjarju tal-likwidu tal-aluminju, billi tnaqqas il-kostijiet tal-proċessar effettivament imġarrbin minn Nanshan. Fi kwalunkwe każ, ma kienx hemm differenza sinifikanti fil-valur bejn il-valur użat u l-prezz ta’ LME.

(322)

Nanshan Group tenna wkoll il-kumment tiegħu dwar l-użu ta’ parametri referenzjarji għall-kojl illaminat bil-kesħa, għall-kojl illaminat bis-sħana, u għall-pjanċa llaminata bis-sħana. Fil-fehma tiegħu, l-importazzjonijiet fit-Turkija ta’ dawn il-prodotti kienu jinkludu prodotti użati għal partijiet tal-inġenji tal-ajru u għall-industrija tal-karozzi, esklużi mill-ambitu tal-prodott. Għalhekk, fil-fehma tiegħu, il-valuri referenzjarji li rriżultaw kienu għoljin b’mod mhux raġonevoli. Bħala alternattiva, Nanshan Group ippropona li juża l-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni għal ftit pajjiżi tal-Unjoni indikati fir-rapport ta’ CRU. It-Turkija importat kwantitajiet sinifikanti tal-prodotti llaminati mill-Unjoni, u għalhekk, il-prezzijiet fit-Turkija fil-fehma tagħha kienu influwenzati ħafna mill-prezzijiet applikati fl-Unjoni. B’riżultat ta’ dan, il-prezzijiet domestiċi Torok kienu konsistenti mal-prezzijiet tal-Unjoni u l-prezzijiet fir-rapport ta’ CRU fil-fehma tiegħu jkunu parametru referenzjarju rappreżentattiv li jista’ jintuża sabiex jinbena l-valur normali.

(323)

Il-Kummissjoni aċċettat l-affermazzjoni li l-prezzijiet fl-Unjoni jkunu jikkostitwixxu parametru referenzjarju xieraq għal dawn il-fatturi speċifiċi tal-produzzjoni f’dan il-każ. Madankollu, hija qieset li ma setgħetx tuża l-valuri indikati fir-rapport ta’ CRU. Il-kategoriji tal-prodotti użati fir-rapport ma kinux speċifikati b’mod ċar u r-rapport ma deherx li kien fih prezzijiet relatati ma’ kojls illaminati bis-sħana. Il-Kummissjoni kienet nieqsa wkoll minn informazzjoni dwar jekk u liema primjums il-partijiet iżidu ma’ dawn il-prezzijiet. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni ddeċidiet li, minflok, tiddependi fuq id-data attwali u vverifikata dwar il-prezzijiet tal-bejgħ għall-kojls illaminati bis-sħana, għall-kojls illaminati bil-kesħa u għall-pjanċi llaminati bis-sħana li kienet irċeviet mingħand il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun f’din l-investigazzjoni. Din id-data kienet tikkostitwixxi data rappreżentattiva u akkurata ħafna relatata mal-bejgħ ta’ dawn il-prodotti matul il-PI fl-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni stabbiliet il-parametru referenzjarju rilevanti fuq il-bażi tal-prezzijiet ivverifikati tal-industrija tal-Unjoni fil-livell mill-fabbrika għal kull wieħed minn dawn il-fatturi ta’ produzzjoni.

(324)

Wara l-iżvelar finali, Nanshan Group tenna li l-Kummissjoni setgħet tuża l-prezzijiet fir-rapport ta’ CRU direttament, peress li dawn kienu jikkostitwixxu prezzijiet ta’ tranżazzjonijiet attwali, li jinkludu primjums. Huwa argumenta li r-rapport semma l-prezz tal-materja prima għall-produzzjoni tal-kojls illaminati bil-kesħa. Peress li l-materja prima għall-produzzjoni tal-kojl illaminat bil-kesħa kienet il-kojl illaminat bis-sħana, il-Kummissjoni missha ħadet dan il-prezz tal-materja prima bħala l-valur referenzjarju għall-kojl illaminat bis-sħana. Barra minn hekk, fil-fehma tiegħu, ir-rapport bħala tali kien jikkostitwixxi sors affidabbli ta’ informazzjoni peress li saret referenza għalih f’ġurisdizzjonijiet oħrajn, b’mod partikolari fl-Istati Uniti.

(325)

Il-Kummissjoni fakkret li hija ma ċaħditx l-użu tar-rapport ta’ CRU per se u li aċċettat ukoll l-affermazzjoni li l-prezzijiet tal-Unjoni kienu jikkostitwixxu parametru referenzjarju rappreżentattiv. Madankollu, il-Kummissjoni kellha għad-dispożizzjoni tagħha d-data attwali u vverifikata dwar il-prezzijiet tal-bejgħ għat-tliet kategoriji tal-fatturi ta’ produzzjoni (kojls illaminati bis-sħana, kojls illaminati bil-kesħa u pjanċi llaminati bis-sħana) Li kienet tikkostitwixxi data rappreżentattiva u akkurata relatata mal-bejgħ ta’ dawn il-prodotti matul il-PI fl-Unjoni. Għalhekk, l-użu ta’ din id-data kien jikkostitwixxi, fil-fehma tiegħu, parametru referenzjarju aktar xieraq mill-użu tal-prezzijiet imsemmijin fir-rapport ta’ CRU.

(326)

Il-Kummissjoni ma qablitx ukoll li l-prezzijiet tal-kojls illaminati bis-sħana jkunu direttament disponibbli mir-rapport. Ir-rapport irrefera biss għall-materja prima għall-kojls illaminati bil-kesħa, mingħajr ma speċifika liema stadju tal-proċess tal-produzzjoni u x’materja prima kien jirreferi għaliha (56). Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-użu bħala parametru referenzjarju ta’ prezzijiet ivverifikati tal-industrija tal-Unjoni fil-livell mill-fabbrika għal kull wieħed minn dawn il-fatturi ta’ produzzjoni kien aktar preċiż, peress li l-prezz li għandu jintuża bħala l-parametru referenzjarju kien relatat b’mod ċar mal-fattur korrett ta’ produzzjoni. Għalhekk, hija ċaħdet din l-affermazzjoni.

(327)

Nanshan Group lanqas ma qabel mal-parametru referenzjarju għar-ruttam. Fil-fehma tiegħu, jenħtieġ li l-prezz referenzjarju tar-ruttam jiġi ddeterminat billi bħala bażi jintuża l-parametru referenzjarju għall-ingotti tal-aluminju. Il-Grupp tenna l-istess affermazzjoni wara l-iżvelar definittiv.

(328)

Fir-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni spjegat il-metodoloġija tagħha u għaliex iddeċidiet li tuża l-valur referenzjarju mill-bażi ta’ data tal-GTA minflok ma użat il-valur referenzjarju għall-ingotti tal-aluminju. Billi Nanshan Group ma pprovda l-ebda evidenza ġdida dwar għaliex il-Kummissjoni ma setgħetx tuża l-valur fil-bażi ta’ data tal-GTA, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni u sostniet is-sejbiet tagħha kif imsemmijin fil-premessi minn (254) sa (255) tar-Regolament provviżorju.

(329)

Nanshan Group u Xiamen Xiashun argumentaw ukoll li fir-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni qieset b’mod espliċitu li l-prezz ta’ materja prima ewlenija waħda minn fost oħrajn, l-ingotti tal-aluminju, instab li kien mingħajr distorsjoni għall-finijiet tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, u li dan semma li l-prezz tax-xiri għall-ingotti mħallas mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun “ma kienx ferm inqas mill-prezz ta’ riferiment internazzjonali rappreżentattiv”  (57). Għalhekk, fil-fehma tagħhom, il-Kummissjoni missha użat il-prezz attwali mħallas mill-produttur esportatur għall-ingotti minflok ma użat valur (referenzjarju) surrogat.

(330)

Il-Kummissjoni fakkret li l-kalkolu tal-valur normali u l-valutazzjoni relatata mal-applikazzjoni tar-regola tad-dazju inferjuri kienu analiżijiet differenti bbażati fuq Artikoli differenti tar-Regolament bażiku. Il-valur normali ġie ddeterminat f’konformità mal-Artikolu 2(6)(a) tar-Regolament bażiku. F’konformità ma’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni sabet li s-settur tal-aluminju fir-RPĊ kien affettwat minn distorsjonijiet sinifikanti (il-premessi (223) sa (224) tar-Regolament provviżorju), u għalhekk, il-valur normali kellu jinbena fuq il-bażi tal-kost tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirrifletti prezzijiet jew parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni.

(331)

Min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat “jekk dazju aktar baxx mill-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed biex jelimina l-ħsara.” Skont dan l-Artikolu, il-Kummissjoni eżaminat, fost punti oħrajn, jekk il-prezz ta’ materja prima (f’dan il-każ ta’ ingotta) kienx “sinifikament aktar baxx meta mqabbel mal-prezzijiet fis-swieq internazzjonali rappreżentattivi.” Filwaqt li l-konklużjonijiet li ntlaħqu skont l-Artikolu 2(6)(a) kienu bbażati fuq is-sitwazzjoni fil-pajjiż partikolari u fuq il-kunsiderazzjoni ta’ ħafna fatturi differenti, l-investigazzjoni skont l-Artikolu 7(2a) hija aktar limitata u hija mwettqa fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-applikabbiltà tar-regola tad-dazju inferjuri. Għalhekk, l-eżitu tal-eżami skont l-Artikolu 7(2a) ma ħalliex impatt fuq il-konklużjonijiet milħuqin mill-Kummissjoni fil-premessi (223) sa (224) tar-Regolament provviżorju. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni.

(332)

Wara l-iżvelar definittiv, Nanshan Group irrepeta l-affermazzjoni tiegħu. Huwa argumenta li skont l-Artikolu 2(6a)(a), jenħtieġ li d-distorsjonijiet jiġu stabbiliti b’mod pożittiv, u l-valutazzjoni għandha ssir għal kull produttur esportatur separatament. Dan kien jeħtieġ evidenza li l-ingotti tal-aluminju jinxtraw bi prezzijiet li ma jirriflettux il-prezz referenzjarju. Nanshan Group indika li l-prezz tax-xiri tiegħu huwa ogħla mill-prezz ta’ LME, u għalhekk, fil-fehma tiegħu jista’ jiġi stabbilit b’mod pożittiv li l-prezz ma kienx distort.

(333)

Xiamen Xiashun tenniet li, jekk minħabba d-distorsjonijiet sinifikanti, ma jistgħux jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi, l-istess Artikolu jsemmi l-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u tal-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq jew “il-prezzijiet, il-kostijiet, jew il-valuri ta’ riferiment internazzjonali mingħajr distorsjoni”. Hija argumentat ukoll li l-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-prezzijiet domestiċi Ċiniżi għall-ingotti tal-aluminju kienu simili għall-prezzijiet fis-swieq internazzjonali rappreżentattivi, u li dan irid ifisser ukoll li kwalunkwe distorsjoni sinifikanti ma affettwatx il-livell tal-prezzijiet tal-ingotti. Għaldaqstant, ma kien hemm l-ebda raġuni sabiex il-prezzijiet attwali saldati minn Xiamen Xiashun jiġu ssostitwiti bil-prezzijiet tal-importazzjonijiet fit-Turkija.

(334)

Il-Kummissjoni fakkret li l-konklużjonijiet milħuqin skont l-Artikolu 2(6)(a) kienu bbażati fuq diversi fatturi. Dawn jinkludu valutazzjoni tal-impatt potenzjali ta’ element wieħed jew aktar elenkat(i) fl-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, bħal pereżempju l-ordni pubbliku, l-interferenza tal-awtoritajiet pubbliċi fis-swieq, il-preżenza tal-istat fid-ditti eċċ. Il-valutazzjoni ġenerali dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet tista’ tqis ukoll il-kuntest ġenerali u s-sitwazzjoni fil-pajjiż. B’kuntrast ma’ dan, skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tivvaluta biss il-livell tal-prezzijiet ta’ input speċifiku fis-suq domestiku u jekk il-livell tal-prezzijiet ta’ tali input domestikament huwiex “sinifikament aktar baxx” meta mqabbel ma’ parametru referenzjarju internazzjonali sabiex jiġi ġġustifikat in-nuqqas ta’ applikazzjoni tar-regola tad-dazju inferjuri. Dan il-paragun tal-prezzijiet domestiċi u internazzjonali skont l-Artikolu 7(2a) għandu skop u kuntest differenti mill-kalkolu tal-valur normali fuq il-bażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Ma kien hemm l-ebda evidenza fil-fajl li tappoġġa sejba ta’ stabbiliment pożittiv skont it-tielet inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) li l-prezz tal-ingotti tal-aluminju mixtrijin minn produttur esportatur wieħed jew aktar ma kienx affettwat mid-distorsjonijiet sinifikanti u, għalhekk, kien jiġġustifika l-użu tal-prezzijiet domestiċi tal-ingotti f’dak il-kuntest. Fir-rigward tas-sors tal-prezz mingħajr distorsjoni tal-fatturi ta’ produzzjoni, ir-Regolament bażiku jiddikjara li dan jista’ jkun jew f’pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a), jew stabbilit b’referenza għal prezzijiet, għal kostijiet jew għal parametri referenzjarji internazzjonali mingħajr distorsjoni skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a). Ma kien hemm l-ebda evidenza fil-fajl jew raġuni konvinċenti oħra għall-użu ta’ dawn tal-aħħar fuq dak tal-ewwel fil-kuntest tal-kostruzzjoni jew tal-valur normali. Għalhekk, il-Kummissjoni sostniet li l-eżitu tal-eżami skont l-Artikolu 7(2a) ma kellux impatt fuq il-konklużjonijiet milħuqin mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 2(6)(a), u li l-Kummissjoni qagħdet b’mod korrett fuq il-prezzijiet f’pajjiż rappreżentattiv xieraq. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni.

(335)

Nanshan Group u Xiamen Xiashun argumentaw ukoll li jenħtieġ li l-Kummissjoni ma tapplikax dazji fuq l-importazzjoni fir-rigward ta’ materjali li l-produtturi esportaturi jipproduċu huma stess, jew jixtru fir-RPĊ. Fil-fehma tagħhom, l-applikazzjoni tad-dazju fuq l-importazzjoni kienet tmur kontra r-raġunament tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku sabiex jinħolqu mill-ġdid il-kostijiet attwali li kienet iġġarrab kumpanija teoretika f’pajjiż b’ekonomija mhux distortiva. It-tielet paragrafu ta’ dik il-previżjoni jirrikjedi li “[l-]valutazzjoni għandha ssir separatament għal kull esportatur u produttur”. Din kienet tinvolvi, skont Nanshan Group, li l-valur normali ma jistax jiġi kkalkolat b’mod astratt, iżda jrid ikun ibbażat fuq is-sitwazzjoni konkreta tal-kumpaniji investigati. Nanshan Group irrefera għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/915 tal-4 ta’ Ġunju li fih il-Kummissjoni semmiet li l-objettiv ta’ dan l-Artikolu kien li “jinstabu l-fatturi mhux distorti korrispondenti kollha tal-produzzjoni jew kemm jista’ jkun fatturi li ntużaw mill-produtturi Ċiniżi kooperattivi u l-ammonti kollha possibbli mhux distorti għall-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, l-SG&A u l-profitti” (58). Konsegwentement, Nanshan Group qies li l-inklużjoni tad-dazji tal-importazzjoni għall-materja prima li l-kumpaniji Ċiniżi jixtru f’pajjiżhom ma tistax titqies bħala raġonevoli skont it-tifsira ta’ (u l-ħsieb wara) din id-dispożizzjoni. Xiamen Xiashun argumentat ukoll li d-dazju fuq l-importazzjoni kellu jikkumpensa l-VAT li ma tiġix imposta mill-pajjiżi esportaturi, sabiex il-prezz tal-esportazzjoni jkun komparabbli mal-prezz domestiku, li fuqu tapplika l-VAT. Għalhekk, għall-kalkolu tal-valur normali, jenħtieġ li ma jiżdiedx id-dazju fuq l-importazzjoni.

(336)

Wara l-iżvelar definittiv, Xiamen Xiashun tenniet li jenħtieġ li l-Kummissjoni ma tqisx id-dazju fuq l-importazzjoni meta tikkalkola l-valur referenzjarju. Hija argumentat ukoll li l-awtorità investigattiva tal-Istati Uniti ma żiditx id-dazji fuq l-importazzjoni. Hija qalet li l-kostijiet fil-pajjiż rappreżentattiv iridu jkunu dawk li jikkorrispondu għall-elementi tal-kost imġarrbin fiċ-Ċina, fejn ma jkun hemm l-ebda dazju fuq l-importazzjoni għall-merkanzija prodotta lokalment. Għalhekk, jenħtieġ li d-dazji fuq l-importazzjoni ma jiġux ikkunsidrati.

(337)

Il-Kummissjoni fakkret li l-Artikolu 2(6a) jippermetti lill-Kummissjoni tistabbilixxi l-valur normali fuq il-bażi ta’ kostijiet u ta’ prezzijiet mingħajr distorsjoni f’pajjiż rappreżentattiv, f’dan il-każ it-Turkija. Fin-nuqqas ta’ data disponibbli dwar il-prezzijiet domestiċi fil-pajjiżi rappreżentattivi possibbli (f’dan il-każ fit-Turkija), tiġi applikata d-data dwar il-prezzijiet tal-importazzjoni li hija disponibbli fil-pront għall-Kummissjoni. Sabiex tinkiseb indikazzjoni raġonevoli li tirrappreżenta prezz domestiku mingħajr distorsjoni fis-suq domestiku tal-pajjiż rappreżentattiv magħżul, jeħtieġ li jiġu aġġustati l-prezzijiet tal-importazzjoni identifikati biż-żieda tad-dazji fuq l-importazzjoni rilevanti, minħabba li dawn jaffettwaw il-prezz attwali fis-suq domestiku. Il-prattika tal-awtorità investigattiva tal-Istati Uniti ma hijiex rilevanti għas-sejbiet skont ir-Regolament bażiku, minħabba li l-oqfsa u l-prattiki legali rispettivi huma differenti. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni.

3.1.3.2.   Manodopera

(338)

Jiangsu Alcha affermat li l-kost lavorattiv referenzjarju użat sabiex jiġi stabbilit il-valur normali fl-istadju proviżorju (ta’ 60,08 RMB/siegħa) kien f’kunflitt mal-valur ta’ 42,21 RMB/siegħa msemmi fil-premessa (248) tar-Regolament provviżorju.

(339)

Il-Kummissjoni ċċarat li l-valur ta’ 42,21 RMB/siegħa msemmi fil-premessa (248) tar-Regolament provviżorju kien żball klerikali. Il-parametru referenzjarju korrett għall-kostijiet lavorattivi użat fl-istadju tal-kalkoli provviżorji meta nħadem il-valur normali kien ta’ 60,08 RMB/siegħa. Għalhekk, il-kalkolu provviżorju tal-marġni tad-dumping kien korrett.

(340)

Wara l-iżvelar provviżorju u definittiv, Nanshan Group ikkontesta l-għażla tal-Kummissjoni li tiddetermina l-kostijiet lavorattivi fuq il-bażi tal-kodiċi NACE għall-attività ekonomika C.24 – manifattura tal-metall bażiku. Fil-fehma tiegħu, għal tliet kumpaniji tal-Grupp li joperaw upstream mill-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat, il-Kummissjoni missha użat il-kostijiet lavorattivi taħt il-kodiċi C25.50 – l-ifforġar, l-ippressar, l-istampar u l-laminazzjoni tal-metall, il-metallurġija tat-trab (59), peress li l-fażi tal-laminazzjoni kienet fil-fehma tiegħu l-aktar pass importanti fil-proċess tal-manifattura tal-prodott li qed jiġi investigat.

(341)

Il-Kummissjoni l-ewwel osservat li l-attivitajiet tal-produtturi esportaturi (kif ukoll tal-produtturi tal-Unjoni) kienu differenti skont il-livell ta’ integrazzjoni tagħhom – xi kumpaniji bħal Nanshan Group bdew il-proċess tal-produzzjoni mit-trab tal-alumina filwaqt li xi oħrajn, bħal pereżempju Jiangsu Alcha, f’xi każijiet kienu qed jixtru kojls illaminati bil-kesħa għal proċessar ulterjuri. Għalhekk, l-ambitu tal-attivitajiet kien differenti bejn il-kumpaniji.

(342)

It-tieni, il-kodiċi NACE C.24, li l-Kummissjoni użat sabiex tistabbilixxi l-kostijiet lavorattivi kien jinkludi attivitajiet għall-irfinar tal-metall f’ingotti (60). Barra minn hekk, il-kodiċi NACE C24.42 kien jinkludi speċifikament il-produzzjoni tal-aluminju, inkluża l-produzzjoni tal-fojl tal-aluminju (61) (inkluża l-fażi tal-laminazzjoni). Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li sabiex tistabbilixxi l-parametru referenzjarju għall-kostijiet lavorattivi, kien aktar akkurat li tuża l-kodiċi NACE C24. Għalhekk, hija ċaħdet din l-affermazzjoni.

(343)

Nanshan Group argumenta wkoll li r-rata tal-kambju li użat il-Kummissjoni kienet differenti mir-rati li l-Kummissjoni stess kienet ipprovdiet lill-produttur esportatur bħala anness għall-kwestjonarju li għandu jintuża għall-finijiet tal-investigazzjoni, u li, għalhekk, il-valuri referenzjarji kienu għoljin. Il-Kummissjoni analizzat l-affermazzjoni u sabet li kienet ġustifikata. Għalhekk, reġgħet ikkalkolat il-valuri billi użat ir-rati tal-kambju pprovduti fil-kwestjonarju. Il-valur referenzjarju l-ġdid huwa ta’ 59,97 RMB/siegħa.

3.1.3.3.   Elettriku

(344)

Nanshan Group afferma li sabiex jiġi stabbilit il-parametru referenzjarju għall-elettriku, il-Kummissjoni missha użat data mill-Eurostat, li fil-fehma tagħha kienet aktar akkurata mid-data nazzjonali Torka użata mill-Kummissjoni peress li kienet teskludi l-VAT u taxxi oħrajn li jistgħu jiġu rkuprati.

(345)

Il-Kummissjoni eżaminat l-affermazzjoni u sabet li d-data tal-Eurostat relatata mat-Turkija kienet ibbażata fuq data li kienet ġejja mill-istatistika nazzjonali Torka, għalkemm ippreżentata b’mod differenti. Madankollu, għall-kuntrarju tad-data disponibbli mill-istatistika nazzjonali Torka, id-data disponibbli għall-pubbliku tal-Eurostat kienet tkopri l-perjodu ta’ investigazzjoni kollu. Għalhekk, il-Kummissjoni aċċettat l-affermazzjoni u stabbiliet il-parametru referenzjarju għall-elettriku fuq il-bażi tad-data disponibbli għall-pubbliku fil-Eurostat.

(346)

Nanshan Group argumenta wkoll li l-Kummissjoni qieset medda ta’ konsum waħda għall-kumpaniji kollha ta’ Nanshan Group filwaqt li l-volumi tal-elettriku kkonsmat minn kull kumpanija fil-grupp kienu jvarjaw. Il-Kummissjoni aċċettat l-affermazzjoni u kkalkolat mill-ġdid il-valur normali billi użat il-valur ta’ referenza rilevanti li jikkorrispondi għall-konsum ta’ kull waħda mill-kumpaniji fil-Grupp.

3.1.3.4.   Gass

(347)

Nanshan Group afferma li sabiex jiġi stabbilit il-parametru referenzjarju għall-gass, il-Kummissjoni missha użat data tal-Eurostat, li fil-fehma tagħha kienet aktar akkurata mid-data nazzjonali Torka użata mill-Kummissjoni peress li kienet teskludi l-VAT u taxxi oħrajn li jistgħu jiġu rkuprati.

(348)

Il-Kummissjoni qieset li ma kien hemm l-ebda bażi sabiex tikkunsidra li d-data nazzjonali Torka ma tkunx akkurata. Din id-data, li kopriet il-perjodu ta’ investigazzjoni kollu, ġiet ipprovduta direttament mill-awtoritajiet Torok, u, b’kuntrast mad-data mill-Eurostat, hija pprovdiet ukoll informazzjoni u prezzijiet fl-unità meħtieġa (m3). Barra minn hekk, din id-data kienet teskludi taxxi bħall-VAT. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni.

(349)

Nanshan Group argumenta wkoll li l-Kummissjoni qieset medda ta’ konsum waħda għall-kumpaniji kollha ta’ Nanshan Group. Madankollu, il-volumi ta’ gass ikkonsmat minn kull kumpanija fil-grupp varjaw. Il-Kummissjoni aċċettat l-affermazzjoni u kkalkolat mill-ġdid il-valur normali billi użat il-valur ta’ referenza rilevanti li jikkorrispondi għall-konsum ta’ kull waħda mill-kumpaniji fil-Grupp.

3.1.3.5.   Ilma

(350)

Nanshan Group argumenta li l-Kummissjoni missha eskludiet il-kostijiet tal-ilma fir-reġjun ta’ Istanbul sabiex tistabbilixxi l-parametru referenzjarju għall-ilma. Hija indikat li l-ebda waħda mill-kumpaniji li d-data tagħhom intużat sabiex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-SG&A u l-profitt ma kienet tinsab f’dan ir-reġjun.

(351)

Il-Kummissjoni vvalutat mill-ġdid id-data disponibbli għall-pubbliku li kienet użat inizjalment sabiex tistabbilixxi l-parametru referenzjarju (62). Hija sabet li, għall-kuntrarju tal-affermazzjoni ta’ Nanshan Group, l-ebda waħda mit-tariffi użati sabiex jiġi stabbilit kost medju għall-ilma ma kienet relatata speċifikament mar-reġjun ta’ Istanbul. B’mod aktar preċiż, waħda mit-tariffi disponibbli għall-pubbliku għall-ilma kienet tariffa mħallsa mill-industrija fil-pajjiż kollu, u t-tnejn l-oħrajn kienu tariffi speċifiċi għal żewġ żoni industrijali (minn ħafna) fit-Turkija. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li t-tariffa xierqa li għandha tintuża bħala l-parametru referenzjarju sabiex tistabbilixxi l-kostijiet tal-ilma tal-industrija kienet it-tariffi relatati mal-medja tat-tariffi industrijali fit-Turkija u li għandha teskludi t-tariffi applikabbli fiż-żewġ żoni industrijali.

3.1.3.6.   SG&A u profitti

(352)

Fil-kummenti tiegħu dwar is-sejbiet provviżorji, Nanshan Group afferma li l-Kummissjoni missha għażlet waħda mid-diversi kumpaniji indikati minn Nanshan Group li allegatament kienu jipproduċu l-prodott li qed jiġi investigat minflok kumpaniji mis-settur tal-estrużjoni tal-aluminju sabiex tistabbilixxi l-parametru referenzjarju għal SG&A mingħajr distorsjoni. Huwa qies ukoll li l-Kummissjoni użat data skaduta mill-2018.

(353)

Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda data finanzjarja reċenti u disponibbli għall-pubbliku għal xi waħda mis-sitt kumpaniji indikati minn Nanshan Group. Barra minn hekk, għar-raġunijiet spjegati fil-premessi (307) sa (311) u fin-nuqqas ta’ data finanzjarja alternattiva, il-Kummissjoni sostniet li d-data tal-kumpaniji attivi fis-settur tal-estrużjoni tal-aluminju kienet tikkostitwixxi parametru referenzjarju xieraq.

(354)

Wara l-iżvelar provviżorju u definittiva, Xiamen Xiashun u Nanshan Group ikkontestaw ukoll id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinjora d-data ta’ produttur Tork ta’ prodotti llaminati ċatti tal-aluminju, “PMS Metal” (63) minħabba li l-profitt tiegħu kien qrib il-punt ta’ ekwilibriju. Fil-fehma tiegħu, dan ikkontradixxa l-approċċ tal-Kummissjoni meħud fl-investigazzjoni dwar l-estrużjonijiet tal-aluminju, fejn il-Kummissjoni, meta stabbiliet valur raġonevoli għall-SG&A u għall-profitt, qieset il-kumpaniji profittabbli kollha irrispettivament mil-livell ta’ profitt tagħhom, u dment li ma kinux qed jagħmlu t-telf (64). Xiamen Xiashun tenniet l-istess affermazzjoni wara l-iżvelar definittiv. Għal Xiamen Xiashun, il-fatt li kumpanija jkollha profitt baxx ħafna ma kienx raġuni suffiċjenti sabiex tiġi eskluża. Barra minn hekk, hija argumentat li ma kien hemm l-ebda bażi sabiex jiġi kkunsidrat li medja ta’ profitt ta’ diversi kumpaniji kienet aktar rappreżentattiva minn data ta’ kumpanija waħda. Barra minn hekk, hija argumentat li l-Kummissjoni użat data mill-2018 iżda fl-istess ħin, hija rrifjutat li tuża d-data ta’ PMS Metal li għaliha kienet teżisti data li tikkoinċidi mal-PI.

(355)

Il-Kummissjoni fakkret li l-produttur Tork identifikat fl-Ewwel Nota għall-fajl kienet l-unika kumpanija b’data disponibbli għall-pubbliku f’dak iż-żmien. Barra minn hekk, id-data disponibbli ma kinitx rapporti finanzjarji sħaħ u kienet biss tirkeb parzjalment biss fil-PI. Fuq il-bażi ta’ dawn l-elementi kollha flimkien u tal-fatt li l-profitt ta’ din il-kumpanija kien viċin ħafna il-punt ta’ ekwilibriju, il-Kummissjoni kkonkludiet li tali data ma setgħetx titqies bħala rappreżentattiva tas-settur.

(356)

Il-Kummissjoni nnotat ukoll li, kif stabbilit fl-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “[il-]valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Profitt qrib il-punt ta’ ekwilibriju ma jistax jitqies raġonevoli. Fil-prinċipju, l-użu ta’ data finanzjarja miġbura u ponderata ta’ basket ta’ kumpaniji huwa aktar adegwat mill-eżami tal-prestazzjoni ta’ produttur uniku għall-finijiet li jinstab ammont raġonevoli għall-SG&A u għall-profitt. Għalhekk, fil-fehma tal-Kummissjoni, l-esklużjoni ta’ kumpaniji individwali ma kinitx inkonsistenti mal-approċċ tagħha li tikkalkola medja ponderata ta’ diversi kumpaniji li jipproduċu estrużjonijiet tal-aluminju li rrapportaw profitt. B’kuntrast ma’ dan, peress li d-data kienet tirrifletti s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ diversi kumpaniji, il-medja ponderata tagħhom tqieset bħala rappreżentattiva tal-kumpaniji attivi fis-settur. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni.

(357)

Wara l-iżvelar definittiv, Nanshan Group argumenta wkoll li l-Kummissjoni setgħet tuża d-data ta’ Asaş Aluminyum li tinsab fl-investigazzjoni l-oħra li għaddejja dwar il-fojl tal-konvertituri tal-aluminju. Nanshan Group tenna wkoll li jenħtieġ li l-Kummissjoni tibbaża s-sejbiet tagħha fuq l-aktar data riċenti.

(358)

Il-Kummissjoni fakkret li fl-investigazzjoni msemmija, il-Kummissjoni ma qisitx id-data ta’ Asaş Aluminyum minħabba li l-profitt tal-kumpanija fl-2019 kien qrib il-punt ta’ ekwilibriju (65). Għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (357), il-Kummissjoni sostniet li d-data tal-kumpaniji li għandhom profitt qrib il-punt ta’ ekwilibriju ma setgħetx titqies bħala parametru referenzjarju xieraq.

(359)

Il-livell kombinat ta’ SG&A u ta’ profitt użat fir-Regolament provviżorju kien ibbażat fuq data għas-sena 2018. Il-Kummissjoni vverifikat id-disponibbiltà ta’ data aktar reċenti għall-SG&A u għall-profitt fil-pajjiż rappreżentattiv għall-2019. Din id-data kienet disponibbli biss għal tlieta mill-ħames kumpaniji magħżulin b’mod provviżorju u wriet li l-livell ikkombinat tal-SG&A u tal-profitti żdied b’mod marġinali ħafna biss fl-2019. Dan ma jkollux impatt notevoli fuq il-valur normali maħdum. Fid-dawl ta’ dan, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor mill-partijiet interessati fir-rigward tal-kostijiet ġenerali tal-manifattura, tal-livelli tal-SG&A u tal-profitt, il-Kummissjoni żammet il-livelli elenkati fir-Regolament provviżorju.

3.1.4.   Fatturi ta’ produzzjoni u sorsi ta’ informazzjoni

(360)

Meta titqies l-informazzjoni kollha ppreżentata mill-partijiet interessati, il-fatturi ta’ produzzjoni u s-sorsi tagħhom li ġejjin ġew identifikati fir-rigward tat-Turkija sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku:

Tabella 2

Fatturi ta’ produzzjoni u sorsi ta’ informazzjoni

Materja prima

Kodiċijiet tal-komoditajiet fit-Turkija

Valur

Unitajiet

Sors tal-informazzjoni

Ligi tal-aluminju

760120800000

14,01

CNY/kg

GTA

Trab tal-alumina

Mhux applikabbli

2,38

CNY/kg

Data ta’ GTA/tal-kumpanija

Ingotti tal-aluminju

760110

12,73

CNY/kg

GTA

Aluminju likwidu

760110000000 – kostijiet tal-proċessar

12,20

CNY/kg

Data ta’ GTA/tal-kumpanija

Fluworur tal-aluminju

282612

10,37

CNY/kg

GTA

Ruttam tal-aluminju

760200190000

11,01

CNY/kg

GTA

Ċangatura tal-aluminju

760120200000

13,91

CNY/kg

GTA

Katod tar-ram

740329

39,47

CNY/kg

GTA

Kojl illaminat bil-kesħa

Mhux applikabbli

18,40

CNY/kg

L-industrija tal-Unjoni

Kojl illaminat bis-sħana

Mhux applikabbli

18,15

CNY/kg

L-industrija tal-Unjoni

Pjanċa llaminata bis-sħana

Mhux applikabbli

20,31

CNY/kg

L-industrija tal-Unjoni

Ingott tal-manjeżju

810411

19,50

CNY/kg

GTA

Aġent tar-ram tat-tidwib

740329

39,47

CNY/kg

GTA

Aġent Ferro tat-tidwib

720299300000

720299800000

10,88

CNY/kg

GTA

Aġent tal-manganiż tat-tidwib

811100

15,59

CNY/kg

GTA

Kokk tal-petroleum

271311

0,42

CNY/kg

GTA

Piċċ

270810

3,82

CNY/kg

GTA

Żejt tal-laminazzjoni

271012110000

3,17

CNY/kg

GTA

Faħam bituminuż

270119000000

0,59

CNY/kg

GTA

Wajer tal-karbonju tat-titanju

760521

21,77

CNY/kg

GTA

Ingott taż-żingu

790111

15,93

CNY/kg

GTA

Aġent tas-siliċju li jdub malajr

280469

18,38

CNY/kg

GTA

Aġent tal-ħadid

732690

37,13

CNY/kg

GTA

Aġent tal-kromju

811221

54,20

CNY/kg

GTA

Gagazza tal-aluminju

262040

7,59

CNY/kg

GTA

Żejt tal-iskart

340399

33,3

CNY/kg

GTA

Manodopera

 

Manodopera

Mhux applikabbli

59,97

CNY/siegħa

Id-Data Nazzjonali tat-Turkija

Enerġija

 

Elettriku

Mhux applikabbli

0,48 – 0,59  (66)

CNY/Kwh

Il-Eurostat

Gass

Mhux applikabbli

1,93 – 2,00  (67)

CNY/m3

Id-Data Nazzjonali tat-Turkija

Ilma

Mhux applikabbli

13,89

CNY/m3

Id-Data Nazzjonali tat-Turkija

Prodott sekondarju/skart

 

Ruttam tal-aluminju

760200190000

11,01

CNY/kg

GTA

3.1.5.   Kalkolu tal-valur normali

(361)

Id-dettalji tal-kalkolu tal-valur normali ġew stabbiliti fil-premessi (268) sa (276) tar-Regolament provviżorju.

(362)

Nanshan Group tenna l-affermazzjoni tiegħu li l-valur normali għall-Grupp jenħtieġ li jiġi kkalkulat b’mod konsolidat, jiġifieri jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra biss li tissostitwixxi l-prezzijiet tal-fatturi ta’ produzzjoni li l-Grupp kien qed jixtri fil-bidu tal-proċess ta’ produzzjoni minn parti mhux relatata bil-prezzijiet referenzjarji. Il-kumpanija qieset li minkejja li kienu entitajiet legalment distinti, il-kumpaniji tal-Grupp jifformaw parti minn unità waħda minn perspettiva ekonomika peress li (i) huma kkontrollati mill-istess entità u hemm trikkib sinifikanti fil-grupp f’termini kemm tal-bordijiet tad-diretturi kif ukoll tal-livell maniġerjali, (ii) ilkoll jinsabu fl-istess park industrijali u (iii) il-proċess tal-produzzjoni huwa estremament integrat, bl-output ta’ kumpanija waħda li jikkostitwixxi l-input għall-oħra. Barra minn hekk, il-kumpaniji individwali jidhru għall-klijenti mhux relatati bħala entità waħda wkoll, b’sit web waħda, b’marka waħda, u b’ċentru ta’ kuntatt wieħed. Nanshan afferma li l-kunċett ma kienx ristrett għal-liġi dwar id-difiża tal-kummerċ, u għamel referenza għal diversi kawżi tal-Qorti, fejn il-kunċett tal-entità ekonomika waħda ġie elaborat aktar. Fil-fehma tiegħu, is-sejbiet tal-Kummissjoni jwasslu għal diskriminazzjoni peress li jinjoraw id-differenzi fost l-esportaturi inklużi fil-kampjun. Bħala eżempju ta l-kumpanija Xiamen Xiashun soġġetta għall-aktar marġni tad-dumping baxx. Skont Nanshan Group, dan huwa biss minħabba li Xiamen Xiashun tipproduċi l-prodott li qed jiġi investigat mill-ingotti tal-aluminju taħt l-istess entità legali.

(363)

Fil-fehma ta’ Nanshan, il-metodoloġija kisret ukoll id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku li jirreferi għall-“kostijiet korrispondenti ta’ produzzjoni u bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq”. Fil-fehma ta’ Nanshan, il-kostijiet tal-produzzjoni korrispondenti tagħha ma kinux dawk ta’ materja prima intermedja, iżda l-ewwel materja prima fil-katina tal-produzzjoni tal-aluminju, jiġifieri l-boksajt u l-faħam. Fil-fehma ta’ Nanshan, id-dispożizzjoni kienet tawtorizza biss lill-Kummissjoni sabiex tinjora l-kostijiet tal-materjal minn fornituri mhux relatati.

(364)

Il-Kummissjoni vvalutat mill-ġdid id-dikjarazzjoni u l-evidenza fil-fajl. Madankollu, kif spjegat fil-premessa (272) tar-Regolament provviżorju, il-metodu ferm stabbilit tal-Kummissjoni huwa li tistabbilixxi valur normali (u marġni tad-dumping) għal kull entità investigata li tirrappreżenta produttur esportatur separatament. Fil-fehma tal-Kummissjoni, jekk id-diversi kumpaniji fi Grupp jikkostitwixxux entità ekonomika waħda jew le ma huwiex rilevanti għall-istabbiliment tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku skont metodu differenti. Jekk jinstab li l-prezzijiet u l-kostijiet ikunu distorti fiċ-Ċina fir-rigward tal-prodott ikkonċernat kif ukoll tal-inputs tiegħu, l-inputs magħmulin mill-kumpanija relatata fi ħdan il-Grupp ikunu affettwati wkoll minn dawk is-sejbiet. Għalhekk, dawk l-inputs, irrispettivament minn jekk kinux akkwistati minn fornitur relatat, jenħtieġ li jiġu aġġustati f’dan il-kuntest. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma qisitx il-metodu diskriminatorju – fil-fehma tagħha, huwa rrifletta l-kompożizzjoni attwali tal-Grupp, u l-fatt li l-kumpaniji fi ħdan il-Grupp kienu entitajiet legali separati. Għalhekk, fil-fehma tal-Kummissjoni, il-kostijiet tal-produzzjoni “korrispondenti” imsemmijin fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienu l-kostijiet imġarrbin minn kull waħda mill-entitajiet legali individwalment u affettwati mid-distorsjonijiet sinifikanti. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni.

(365)

Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkonfermat is-sejbiet provviżorji tagħha u l-metodu ta’ kif ikkalkolat il-valur normali kif stabbilit fil-premessi (268) sa (276) tar-Regolament provviżorju.

(366)

Wara l-iżvelar finali, Nanshan Group tenna l-affermazzjoni tiegħu li l-Kummissjoni missha applikat il-kunċett tal-entità ekonomika unika meta bniet il-valur normali għall-kumpaniji tal-Grupp. Huwa argumenta li l-Kummissjoni diġà kienet applikat dan il-kunċett meta interpretat il-valur normali f’każijiet preċedenti. Huwa rrefera b’mod partikolari għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/957 (68). Barra minn hekk, Nanshan Group qies li l-Grupp kien jissodisfa l-kriterji rilevanti kollha. Fil-fehma tiegħu, billi tikkunsidra biss fatturi ta’ produzzjoni mixtrijin minn partijiet mhux relatati u mhux il-bejgħ ristrett bejn l-entitajiet relatati, il-Kummissjoni tkun tkopri l-fatturi distorti kollha ta’ produzzjoni mixtrijin mill-Grupp. Fl-aħħar nett, Nanshan Group tenna li huwa kkunsidra l-metodu tal-Kummissjoni diskriminatorju peress li kien jikser il-prinċipju ta’ trattament ugwali billi ma jikkunsidrax li l-Grupp kien integrat vertikalment.

(367)

Il-Kummissjoni qieset li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ hawn fuq ma tikkostitwixxix preċedent rilevanti. L-ewwel nett, hija nnotat li f’dik id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, l-affermazzjoni li jiġi applikat il-kunċett ta’ entità ekonomika waħda ġiet miċħuda skont il-merti. Barra minn hekk, il-qafas legali u ċ-ċirkostanzi fattwali kienu differenti. F’Aċidu Tereftaliku, l-affermazzjoni kienet relatata ma’ fornitur tal-materja prima, u l-produttur esportatur talab li jitnaqqas il-profitt tal-fornitur tiegħu għall-fini tal-kalkolu tal-valur normali. Madankollu, f’dan il-każ, il-kumpaniji ta’ Nanshan Group li talbu li jiġu ttrattati bħala entità ekonomika waħda huma produtturi tal-prodott ikkonċernat li għalihom il-Kummissjoni trid tistabbilixxi marġnijiet tad-dumping individwali. Kif spjegat fil-premessa (272) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni tistabbilixxi valur normali (u marġni tad-dumping) għal kull entità investigata li tirrappreżenta produttur esportatur separatament. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li huwa xieraq li l-valur normali maħdum jiġi bbażat fuq il-fatturi ta’ produzzjoni mixtrijin mill-entitajiet legali differenti ta’ Nanshan Group individwalment.

3.2.   Prezz tal-esportazzjoni

(368)

Id-dettalji tal-kalkolu tal-prezz tal-esportazzjoni ġew stabbiliti fil-premessi (277) sa (279) tar-Regolament provviżorju. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet provviżorji tagħha

3.3.   Paragun

(369)

Id-dettalji dwar it-tqabbil tal-valur normali u tal-prezz tal-esportazzjoni ġew stabbiliti fil-premessi (280) sa (283) tar-Regolament provviżorju.

(370)

Xiamen Xiashun qalet li sabiex tiddetermina l-prezz tal-esportazzjoni għal wieħed mill-klijenti tagħha, il-Kummissjoni missha qieset il-kostijiet tal-kreditu attwali mġarrbin minflok ma tikkalkolahom fuq il-bażi tat-termini tal-pagament miftiehma. Hija argumentat li, għall-kuntrarju ta’ klijenti oħrajn, ir-relazzjoni ma’ dan il-klijent kienet soġġetta għal kuntratt mal-bank tagħha, li fil-qafas tiegħu l-bank talab biss lill-kumpanija l-kostijiet ta’ kreditu attwali li ġarrab.

(371)

Il-Kummissjoni vvalutat l-affermazzjoni. Il-kostijiet ta’ kreditu kienu wieħed mill-elementi diskussi fin-negozjar tal-prezzijiet, u l-prezz (tal-esportazzjoni) ġie stabbilit meta ġew innegozjati t-termini. Għalhekk, huma l-kundizzjonijiet innegozjati, li jinkludu t-termini tal-ħlas, li affettwaw l-iffissar tal-livell tal-prezzijiet, u, għalhekk, id-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni. Barra minn hekk, il-prezz ma jinbidilx b’mod retroattiv jekk, għal tranżazzjoni partikolari, ikun hemm differenza bejn it-termini ta’ ħlas innegozjati u dawk attwali. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni.

(372)

Jiangsu Alcha affermat li l-kalkolu tal-marġni tad-dumping tagħha kien ibbażat fuq l-istruttura ħażina tal-PCN u kien fih żbalji sinifikanti. B’mod partikolari, qabel l-iżvelar, Jiangsu Alcha sostniet li sabiex tikkalkola l-marġni tad-dumping u tal-bejgħ taħt il-prezz, il-Kummissjoni użat informazzjoni pprovduta minn Jiangsu Alcha fuq il-bażi ta’ struttura tal-PCN skaduta, u mhux fuq l-istruttura tal-PCN (ikkoreġuta) ikkomunikata lill-partijiet bin-Nota għall-fajl tad-9 ta’ Settembru 2020. Jiangsu Alcha affermat li l-Kummissjoni missha indirizzat l-iżball wara l-iżvelar minn qabel, u kkoreġiet il-kalkoli qabel ma ppubblikat il-miżuri provviżorji. Fil-fehma tagħha, in-nuqqas mill-Kummissjoni li tipprovdi kalkoli kkoreġuti jikser l-Artikolu 19a(1) tar-Regolament bażiku.

(373)

Il-Kummissjoni sostniet il-fehma kkomunikata lill-kumpanija wara l-iżvelar minn qabel li l-possibbiltà li jiġu kkoreġuti l-kalkoli fl-iżvelar minn qabel f’konformità mal-Artikolu 19a kienet limitata għall-akkuratezza tal-kalkoli, u għal żbalji klerikali fl-għadd, fit-tnaqqis, jew f’funzjoni aritmetika oħra, għal żball li jirriżulta minn ikkopjar mhux akkurat, minn duplikazzjoni, minn applikazzjoni ta’ unitajiet inkonsistenti ta’ rati ta’ kejl jew ta’ konverżjoni u għal kwalunkwe tip simili ieħor ta’ żbalji klerikali. Il-verifika tal-istruttura korretta tal-PCN tal-kumpanija kienet teħtieġ verifika addizzjonali tad-data tal-esportazzjoni tal-kumpanija u, għalhekk, ma kinitx relatata mal-akkuratezza tal-kalkoli u mat-tip ta’ żbalji li jistgħu jiġu kkoreġuti wara l-iżvelar minn qabel.

(374)

Għalhekk, il-Kummissjoni eżaminat l-affermazzjoni flimkien mal-affermazzjonijiet l-oħrajn wara r-Regolament provviżorju. Ikkonfermat li l-klassifikazzjoni inizjali tat-tipi ta’ prodotti minn Jiangsu Alcha ma kinitx korretta. Għalhekk, il-Kummissjoni issostitwiet il-kodiċijiet żbaljati tal-PCN b’kodiċijiet korretti. Il-bidla ma kellhiex impatt fuq il-kalkolu tal-marġni tad-dumping. Madankollu, il-Kummissjoni kkoreġiet il-kalkoli tal-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz kif xieraq (ara l-premessi (564) sa (566)).

(375)

Nanshan Group ikkunsidra wkoll li l-SG&A u l-profitt tal-kumpaniji Torok kienu jinkludu allowances bħat-trasport u l-assigurazzjoni. Għalhekk, f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku u sabiex jiġi żgurat paragun ġust, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel aġġustamenti.

(376)

Il-Kummissjoni qieset li, l-ewwel nett, ma kien hemm l-ebda element fil-fajl li jippermettilha tikkonkludi li l-SG&A u l-profitt tal-kumpaniji Torok kienu jinkludu t-trasport u l-assigurazzjoni, u, għalhekk, li l-valuri kienu jinkludu kostijiet differenti mill-istess valuri kkunsidrati għall-produtturi esportaturi Ċiniżi. Għalhekk, ma kien hemm l-ebda bażi sabiex il-Kummissjoni tagħmel aġġustament bħal dan. Fin-nuqqas ta’ evidenza dwar id-differenzi, il-Kummissjoni qieset li l-valuri dwar l-SG&A u l-profitt kemm tal-kumpaniji Torok kif ukoll tal-produtturi esportaturi Ċiniżi kienu fl-istess livell u kienu jippermettu paragun ġust.

3.4.   Marġnijiet tad-dumping

(377)

Minħabba li l-Kummissjoni aċċettat xi kummenti mill-partijiet interessati sottomessi wara l-iżvelar provviżorju, hija kkalkolat il-marġnijiet tad-dumping mill-ġdid kif xieraq.

(378)

Kif spjegat fil-premessa (289) tar-Regolament provviżorju, il-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ huwa baxx. Wara l-bidliet introdotti fil-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat kif spjegat fit-Taqsima 4.5 hawn taħt, din il-konklużjoni ġiet ikkonfermata peress li l-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jikkostitwixxu biss madwar 65 % tal-esportazzjonijiet totali lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tistabbilixxi l-marġni tad-dumping għall-pajjiż kollu applikabbli għall-produtturi esportaturi kollha l-oħrajn li ma kkooperawx fil-livell tal-ogħla marġni tad-dumping stabbilit għal tip ta’ prodott mibjugħ fi kwantitajiet rappreżentattivi mill-produttur esportatur bl-ogħla marġni tad-dumping misjub. Il-marġni tad-dumping stabbilit b’dan il-mod kien ta’ 88 %.

(379)

Il-marġnijiet tad-dumping definittiv espressi bħala perċentwal tal-prezz tal-kost, tal-assigurazzjoni u tan-nol (CIF) fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Marġni tad-dumping definittiv

Jiangsu Alcha Aluminium Group Co., Ltd.

72,1  %

Nanshan Group

55,5  %

Xiamen Xiashun Aluminium Foil Co., Ltd.

23,7  %

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw

44,5  %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

88,0  %

(380)

Il-kalkoli tal-marġnijiet tad-dumping individwali, inklużi l-korrezzjonijiet u l-aġġustamenti li saru wara l-kummenti mill-partijiet interessati sottomessi wara l-iżvelar provviżorju, ġew żvelati lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun.

4.   DANNU

4.1.   Kumment preliminari

(381)

Kif indikat fil-premessi (291) sa (293) tar-Regolament provviżorju, is-sejbiet provviżorji ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-EU-28 bl-eċċezzjoni tal-kalkolu tal-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz. Madankollu, is-sejbiet definittivi ta’ din l-investigazzjoni kienu bbażati fuq data tal-EU27 (ara t-Taqsima 1.9 aktar ’il fuq). Kif imsemmi fil-premessa (292) tar-Regolament provviżorju, produttur wieħed tal-Unjoni inkluż fil-kampjun tal-prodott li qed jiġi investigat kien attiv fir-Renju Unit matul il-perjodu kkunsidrat u d-data tiegħu ntużat sabiex jiġu ddeterminati l-makroindikaturi provviżorji fuq il-bażi tal-EU28. Għalhekk, u sabiex tiġi żgurata l-kunfidenzjalità tad-data ta’ dan il-produttur, ċerti makroindikaturi ġew ippreżentati bl-użu ta’ meded għal sejbiet definittivi.

(382)

Barra minn hekk, wara l-konklużjonijiet dwar l-ambitu tal-prodott, id-data li tappartjeni għall-AFRPs għall-użu fil-produzzjoni tal-ACPs kif deskritt fl-Artikolu 2(2) aktar ’il quddiem ġiet eskluża mill-analiżi tad-dannu.

4.2.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(383)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kienet stabbilita għal madwar 1 792 606 tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra fuq il-bażi tad-data tal-produzzjoni tal-Unjoni ta’ EA, li ġiet ikkontroverifikata għall-affidabbiltà u għall-kompletezza mal-informazzjoni pprovduta mill-produtturi tal-Unjoni inkluża d-data tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Kif indikat fil-premessa (35) tar-Regolament provviżorju u fil-premessa (17), fil-kampjun intgħażlu tliet produtturi tal-Unjoni li wara l-bidliet magħmulin jirrappreżentaw 38 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili.

(384)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment fir-rigward tad-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u ta’ bidliet oħrajn fir-rigward tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, ġew ikkonfermati l-konklużjonijiet fil-premessi (294) u (295) tar-Regolament provviżorju.

4.3.   Determinazzjoni tas-suq rilevanti tal-Unjoni

(385)

Wara l-iżvelar provviżorju, TitanX u Valeo tennew l-affermazzjonijiet tagħhom li l-AHEX AFRPs jistħoqqilhom analiżi separata tad-dannu peress li dawn il-prodotti ma għandhomx l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi. Huma affermaw ukoll li jenħtieġ li EA tipprovdi mikroindikaturi u makroindikaturi separati għal dan is-settur. B’mod simili, Huafong affermat li l-Kummissjoni missha wettqet analiżi speċifika għas-segmenti għall-AHEX AFRPs minħabba d-differenza allegata fil-prezzijiet bejn HEX AFRPs u prodotti oħrajn.

(386)

Fin-nuqqas ta’ elementi ġodda u peress li dawn l-affermazzjonijiet ġew indirizzati fir-Regolament provviżorju, issir referenza għall-premessi (300) sa (302). Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(387)

Wara l-iżvelar provviżorju, Xiamen Xiashun tenniet li d-differenza allegata fil-prezzijiet bejn il-fojl PP Cap u l-istokk tal-fojl kienet teħtieġ analiżi speċifika għas-segmenti u reġgħet irreferiet għar-rapport tal-Korp tal-Appell dwar HP-SSST (69).

(388)

Kif indikat fil-premessa (251) aktar ’il fuq, il-Kummissjoni stabbiliet li, għall-kuntrarju tal-affermazzjoni ta’ Xiamen Xiashun, ma hemm l-ebda differenza sinifikanti fil-prezz bejn il-prezz tal-fojl PP Cap u l-istokk tal-fojl. Fuq din il-bażi, is-sejbiet li saru fil-premessa (306) tar-Regolament provviżorju kkonfermaw li analiżi speċifika għas-segmenti ma kinitx iġġustifikata.

(389)

Wara l-iżvelar definittiv, Xiamen Xiashun tenniet li l-istokk tal-fojl kien prodott speċifiku li jenħtieġ li ma jitħallatx ma’ AFRPs oħrajn. Hija pprovdiet ukoll kummenti addizzjonali dwar ir-Regolament provviżorju li affermaw li n-nuqqas ta’ isem Xiamen Xiashun fil-lista ta’ produtturi esportaturi magħrufin missu wassal għal eżami aktar bir-reqqa dwar jekk l-ilmentatur kellux verament il-ħsieb li jimmira l-istokk tal-fojl u affermat li l-ilmentatur kien identifika dan il-prodott bħala kategorija speċjali tal-prodott fl-ilment.

(390)

L-istess esportatur żied li, li kieku l-prodotti tiegħu tqabblu ma’ kwalunkwe AFRP ieħor u li kieku l-assenza ta’ differenza sinifikanti fil-prezzijiet imsemmija fil-premessa (390) ma setgħetx tiġi appoġġata, dan ma jagħtix prova tal-indikazzjoni tal-Kummissjoni fil-premessa (306) tar-Regolament provviżorju li “b’kuntrast mar-rapport tal-Korp tal-Appell dwar l-HP-SSST, fil-każ attwali, ma hemm l-ebda differenza sinifikanti fil-prezz bejn l-istokk tal-fojl u AFRPs oħra li kienet tiddistingwi b’mod inekwivoku dan il-prodott minn AFRPs oħra.” Xiamen Xiashun affermat ukoll li, għall-kuntrarju tal-konklużjoni provviżorja tal-Kummissjoni, l-istess rapport tal-Korp tal-Appell talab analiżi segmentata meta jkun hemm differenzi sinifikanti fil-prezzijiet bejn żewġ segmenti.

(391)

Barra minn hekk, Xiamen Xiashun żiedet li, għall-kuntrarju ta’ AFRPs oħrajn li jvarjaw minħabba fatturi xprunati mid-domanda, il-prezz tal-istokk tal-fojl ma jvarjax ħafna ħlief għall-impatt tal-LME. Barra minn hekk, dan l-esportatur tenna l-affermazzjoni tiegħu li l-materjal tal-fojl huwa materja prima għal-laminazzjoni tal-fojl; jiġifieri ma huwiex prodott tal-użu finali, u li l-istokk tal-fojl huwa differenti minn kwalunkwe folja u pjanċa komuni oħrajn li huma soġġetti għal din l-investigazzjoni.

(392)

L-affermazzjoni relatata mal-assenza ta’ isem Xiamen Xiashun mill-ilment diġà ġiet indirizzata fil-premessa (304) tar-Regolament provviżorju, u l-Kummissjoni ma qablitx mad-dikjarazzjoni li ma eżaminatx l-affermazzjoni ta’ Xiamen Xiashun bir-reqqa. Id-diversi aspetti tal-affermazzjoni tagħha ġew indirizzati u l-Kummissjoni wettqet ħidma investigattiva addizzjonali fir-rigward tal-attivitajiet tal-klijenti tal-industrija tal-Unjoni li jixtru l-istess PCNs bħal dawk esportati minn Xiamen Xiashun, kif imsemmi fil-premessi (251) u (390). Barra minn hekk, l-ilment ma ppreżentax l-istokk tal-fojl bħala kategorija speċjali tal-prodott. Għall-kuntrarju, kien elenkat bħala wieħed mit-tipi ewlenin tal-prodott koperti mill-ilment fl-istess livell bħall-folji u l-kojls, il-pjanċi jew l-istokk tal-pinen.

(393)

Fir-rigward tar-referenza għar-rapport tal-Korp tal-Appell dwar HP-SSST, jenħtieġ li l-ewwel jiġi nnotat li jekk il-prodotti ta’ Xiamen Xiashun tqabblux ma’ prodotti oħrajn huwa irrilevanti, peress li Xiamen Xiashun ma wrietx li tali prodotti kienu jappartjenu għal segment tal-prodott differenti b’mod inekwivoku (ara l-premessi (303) sa (306) tar-Regolament provviżorju), jew li kienu jeżistu differenzi sinifikanti fil-prezzijiet bejn l-istokk tal-fojl u AFRPs oħrajn ikklassifikati taħt l-istess kodifikazzjoni tal-prodott. Fil-fatt, Xiamen Xiashun ma ssostanzjatx l-affermazzjoni tagħha b’evidenza ta’ sostenn, filwaqt li l-investigazzjoni żvelat li ma kien hemm l-ebda differenza sinifikanti fil-prezzijiet bejn l-istokk tal-fojl u AFRPs oħrajn ikklassifikati bl-użu tal-istess kodifikazzjoni tal-prodott. It-tieni, id-differenza fil-prezz imsemmija fil-premessa (255) ma hijiex komparabbli ma’ dik osservata fil-każ ta’ HP-SSST, fejn id-differenzi fil-prezzijiet laħqu l-100 jew il-200 %, kif imsemmi fil-premessa (302) tar-Regolament provviżorju. Għalhekk, meta wieħed iqis li ċ-ċirkostanzi huma differenti; jiġifieri li l-istokk tal-fojl ma jagħmilx parti minn segment differenti tal-prodott u ma hemm l-ebda differenza sinifikanti fil-prezzijiet, il-Kummissjoni ma aġixxietx b’mod li jmur kontra l-approċċ segwit fir-rapport tal-Korp tal-Appell ta’ HP-SSST.

(394)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-fluttwazzjonijiet fil-prezzijiet, l-ewwel jenħtieġ li jiġi nnotat li l-affermazzjoni ta’ Xiamen Xiashun ma kinitx issostanzjata b’evidenza ta’ sostenn. Fi kwalunkwe każ, l-investigazzjoni żvelat li, b’mod simili għal AFRPs oħrajn bħall-AHEX AFRPs jew l-AFRPs għall-użu fil-produzzjoni tal-ACPs, l-istokk tal-fojl normalment jinbiegħ taħt kuntratti fuq terminu medju sa twil fejn il-prezz tal-konverżjoni ma jvarjax ħafna, jekk qatt ivarja. Madankollu, l-evidenza fil-fajl turi li l-bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq ikollhom impatt ugwali fuq l-istokk tal-fojl u fuq l-AFPRs l-oħrajn koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-investigazzjoni meta jiġġeddu l-kuntratti. F’dak li għandu x’jaqsam mal-affermazzjoni relatata mal-fatt li l-istokk tal-fojl huwa materja prima, issir referenza għall-premessa (306) tar-Regolament provviżorju fejn diġà ġiet indirizzata din l-affermazzjoni. Fir-rigward tal-paragun ma’ folji u ma’ pjanċi komuni, tqies li l-PCN kien jippermetti li ssir distinzjoni bejn dawn il-prodotti u l-istokk tal-fojl peress li l-PCN kien jidentifika elementi bħall-ħxuna u l-forma tal-AFRP.

(395)

Fuq il-bażi ta’ dan li ntqal hawn fuq, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħudin.

(396)

Wara l-iżvelar definittiv, Xiamen Xiashun ikkummentat dwar l-evoluzzjoni ta’ ċerti makroindikaturi għall-AFRPs tal-istokk tal-fojl kif previst mill-industrija tal-Unjoni. Peress li l-Kummissjoni ma qagħditx fuq tali informazzjoni għas-sejbiet definittivi tagħha, dawk il-kummenti ma ġewx indirizzati.

(397)

Wara l-iżvelar provviżorju, Airoldi tenniet it-talba tagħha għal analiżi speċifika għas-segmenti li tippermetti distinzjoni bejn prodotti ttrattati bis-sħana (ligi ibsin) u prodotti mhux ittrattati bis-sħana (ligi rotob) u żiedet ukoll li l-wisa’ tal-pjanċi u tal-folji kienet kruċjali sabiex tiġi ddefinita s-sitwazzjoni tas-suq. F’dan il-kuntest, hija affermat li l-produtturi tal-Unjoni għandhom limitazzjonijiet f’dak li għandu x’jaqsam mal-wisa’ tal-pjanċi / tal-folji u żiedet li kien hemm nuqqas ta’ kapaċità tal-produzzjoni u nuqqas ta’ materja prima għall-pjanċi tal-aluminju ttrattati bis-sħana fl-UE u, għalhekk, dawn il-prodotti jiġu kienu importati fi kwantitajiet sinifikanti fl-2019 mir-RPĊ, mill-Eġittu u min-Norveġja.

(398)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe element ġdid li jikkonċerna t-talba għal analiżi speċifika għas-segmenti bejn ligi ibsin u rotob, ġew ikkonfermati fil-premessa (308), il-konklużjonijiet provviżorji li ħarġu. F’dak li għandu x’jaqsam mal-wisa’ tal-folji / tal-pjanċi, Airoldi ma pprovdiet l-ebda evidenza li kien hemm nuqqas ta’ provvista għal folji / għal pjanċi ta’ aktar minn 1 500 mm. Mill-fajl isegwi li tal-anqas żewġ produtturi tal-Unjoni għandhom it-tagħmir rilevanti sabiex jipproduċu folji / pjanċi usa’ minn 1 500 mm jew saħansitra 2 000 mm. Anke li kieku l-industrija tal-Unjoni ma kinitx f’pożizzjoni li timmanifattura l-prodott inkwistjoni fi kwantitajiet suffiċjenti, hemm produtturi f’pajjiżi terzi oħrajn bħal fit-Turkija li jistgħu jimmanifatturaw u jfornu lis-suq tal-Unjoni b’tali prodott. Fuq din il-bażi, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(399)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (296) sa (308) tar-Regolament provviżorju.

4.4.   Konsum tal-Unjoni

4.4.1.   Konsum tas-suq ħieles fl-Unjoni

(400)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni fuq il-bażi tad-data ta’ European Aluminium għall-bejgħ fis-suq tal-Unjoni flimkien mad-data dwar l-importazzjonijiet mill-Eurostat kif stabbilit fit-Taqsima 4.5.1 ta’ hawn taħt.

(401)

Fl-EU27, il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 3

Konsum tal-Unjoni (tunnellati)

 

2017

2018

2019

PI

Konsum totali tal-Unjoni

2,35 - 2,5 miljun

2,4 - 2,5 miljun

2,3 - 2,35 miljun

2,1 - 2,2 miljun

Indiċi

100

102

97

90

Suq Kaptiv

19 347

29 987

34 953

33 204

Indiċi

100

155

181

172

Suq Ħieles

2,35 - 2,45 miljun

2,35 - 2,45 miljun

2,25 - 2,35 miljun

2,05 - 2,2 miljun

Indiċi

100

101

97

89

Sors: Il-Eurofer, produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u l-Eurostat

(402)

Il-konsum tas-suq ħieles fl-Unjoni naqas bi 11 % matul il-perjodu kkunsidrat. Mill-2017 sal-2018, is-suq tal-Unjoni żdied b’1 % minn madwar 2,35 għal 2,45 miljun tunnellata qabel ma fl-2019 naqas b’4 punti perċentwali u kompla jonqos għal 2,1-2,2 miljun tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-konsum totali tal-Unjoni segwa xejra simili b’żieda ħafifa fl-2018 segwita minn tnaqqis fl-2019, li kompla fil-perjodu ta’ investigazzjoni bħala konsegwenza tal-pandemija tal-COVID-19, bi tnaqqis kumplessiv b’10 % matul il-perjodu kkunsidrat. Konsegwentement, wara l-bidliet fl-istatistika dwar l-importazzjonijiet, is-sejbiet dwar ix-xejriet fil-konsum fit-Taqsima 4.4. tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati filwaqt li t-tnaqqis huwa kemxejn aktar evidenti.

(403)

Wara l-iżvelar provviżorju, importatur minnhom, Airoldi, afferma li l-konsum kien sottovalutat u li l-produzzjoni tal-UE kienet tammonta għal 5,6 – 5,8 miljun tunnellata u li l-importazzjonijiet mir-RPĊ ma setgħux jammontaw għal 10 %.

(404)

Madankollu, Airoldi ma ssostanzjatx l-affermazzjonijiet tagħha b’evidenza ta’ sostenn. Fi kwalunkwe każ, jidher li Airoldi bbażat l-affermazzjoni tagħha b’rabta mal-produzzjoni fuq ambitu usa’ tal-prodott; jiġifieri tinkludi prodotti mhux koperti minn din l-investigazzjoni. Fuq din il-bażi, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(405)

Wara l-iżvelar definittiv, SWA kkontesta ċ-ċifri tal-konsum tal-Unjoni rrapportati fit-Tabella 3 u afferma li s-“suq ta’ referenza” kien jaqbeż it-3,6 miljun tunnellata. Airoldi sostniet dak il-kumment.

(406)

Fin-nuqqas ta’ evidenza jew ta’ kalkoli ta’ sostenn, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(407)

Wara l-iżvelar definittiv, Xiamen Xiashun talbet li l-Kummissjoni tispjega jekk l-istatistika riveduta dwar l-importazzjoni tqisitx għall-kalkolu tal-konsum tal-Unjoni tal-prodott li qed jiġi investigat u, jekk iva, kif. Fittxet kjarifika dwar kif iċ-ċifri tal-konsum tal-Unjoni kienu nbidlu bejn l-iżvelar provviżorju u definittiv. Xiamen Xiashun staqsiet ukoll kif id-data dwar is-suq ristrett kienet baqgħet l-istess.

(408)

F’dan ir-rigward, issir referenza għall-premessi (383) u (384) li jsemmu li l-Kummissjoni bbażat is-sejbiet definittivi tagħha fuq data tal-EU27 u eskludiet ċerti AFRPs għall-użu fil-produzzjoni tal-ACPs mill-kamp ta’ applikazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset ukoll il-kummenti ta’ Xiamen Xiashun kif imsemmijin fil-premessa (390). Barra minn hekk, issir referenza għall-premessa (413) relatata mal-proċessar attiv. Barra minn hekk, ta’ min jinnota li l-iżvelar definittiv bi żball irrefera għat-Taqsima 4.2 minflok għat-Taqsima 4.5.1 f’dan ir-rigward.

(409)

L-informazzjoni relatata mas-suq ristrett ma kinitx affettwata mill-bidliet imsemmijin fil-premessi (383) u (384).

4.5.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

4.5.1.   Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(410)

Wara l-iżvelar provviżorju, Xiamen Xiashun sostniet li l-Kummissjoni ma vvalutatx il-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjoni b’mod akkurat peress li l-metodoloġija użata ma teskludix il-prodotti li jaqgħu taħt ex kodiċijiet mhux koperti mill-investigazzjoni.

(411)

Kif indikat fil-premessa (320) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni kompliet l-investigazzjoni tagħha dwar l-importazzjonijiet taħt ir-reġim ta’ proċessar attiv u b’mod partikolari l-kodiċi NM 7606 11 99. L-investigazzjoni żvelat li sehem kbir minn dawn l-importazzjonijiet ma kienx relatat mal-prodott li qed jiġi investigat. Għalhekk, dawk l-importazzjonijiet ġew esklużi mill-kalkolu tal-istatistika dwar l-importazzjoni.

(412)

Barra minn hekk, fid-dawl tal-kummenti riċevuti, il-Kummissjoni vvalutat mill-ġdid l-istatistika dwar l-importazzjoni u stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet fuq il-bażi ta’ data aġġustata tal-Eurostat bl-użu tal-metodoloġija spjegata lill-partijiet interessati u disponibbli fil-fajl (70). F’dan il-kuntest, hija eskludiet ukoll l-importazzjonijiet ta’ prodotti eżentati mid-dazju anti-dumping definittiv kif iddefiniti fl-Artikolu 2(2). Il-Kummissjoni vverifikat u kkonfermat l-istimi tal-ilmentatur fir-rigward tal-proporzjon tal-prodott ikkonċernat f’volumi u f’valuri importati taħt il-kodiċijiet NM indikati fin-Notifika ta’ Bidu u sussegwentement emendati bin-Notifika li emendat in-Notifika ta’ bidu (71).

(413)

Wara l-iżvelar definittiv, Xiamen Xiashun talbet kjarifika dwar kif il-Kummissjoni vverifikat l-akkuratezza tad-data statistika użata għall-valutazzjoni tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u b’mod partikolari l-akkuratezza tal-intelliġenza tas-suq użata minn EA. Barra minn hekk, hija staqsiet kif EA seta’ kellha aċċess għall-informazzjoni dwar l-importazzjonijiet fil-livell TARIC u lmentat dwar il-kunfidenzjalità mitluba f’ħafna aspetti. Kollox ma’ kollox, Xiamen Xiashun indikat li ma setgħetx tikkummenta u teżerċita d-drittijiet tad-difiża tagħha fuq il-bażi tal-informazzjoni fil-fajl. Barra minn hekk, Xiamen Xiashun indikat is-sottomissjoni tard tal-informazzjoni.

(414)

F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-Kummissjoni tgawdi minn diskrezzjoni dwar kif tivvaluta l-akkuratezza tal-informazzjoni li tirċievi. Fi kwalunkwe każ, kif jista’ jidher mill-fajl miftuħ, EA għamlet l-ewwel sottomissjoni (72) tal-istatistika dwar l-importazzjoni wara talbiet mill-Kummissjoni (73). Wara dik is-sottomissjoni, il-Kummissjoni analizzat l-informazzjoni li rċeviet billi vvalutat ir-razzjonalità tas-suppożizzjonijiet u tal-aġġustamenti magħmulin minn EA għal kull kodiċi NM u żgurat li l-informazzjoni sottomessa relatata esklussivament mal-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni kif definit mill-kodiċijiet TARIC differenti li nħolqu fil-bidu u fi matul il-proċediment. Bħala segwitu għall-kummenti tal-Kummissjoni (74), EA pprovdiet l-ewwel verżjoni sensittiva riveduta tal-istatistika tagħha dwar l-importazzjoni (75). Wara l-kummenti sensittivi addizzjonali mill-Kummissjoni (76), EA pprovdiet statistika riveduta dwar l-importazzjoni filwaqt li qieset il-kummenti tal-Kummissjoni. Dik l-istatistika ddaħħlet fil-fajl tal-każ flimkien ma’ noti ta’ spjegazzjoni relatati mal-metodoloġija applikata. Imbagħad, dik id-data, kif imsemmija fil-premessa (414), intużat sabiex jiġu stabbiliti l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat. Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni qieset li vvalutat l-istatistika dwar l-importazzjoni kif ipprovduta minn EA bid-diliġenza neċessarja. L-informazzjoni fil-livell tal-kodiċi TARIC inkisbet minn EA wara talba motivata f’konformità mal-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku (77).

(415)

Fir-rigward tal-eżerċitar tad-drittijiet tad-difiża, il-Kummissjoni qieset li l-informazzjoni pprovduta minn EA kienet dettaljata biżżejjed sabiex tippermetti fehim raġonevoli tal-informazzjoni sensittiva u tal-metodoloġija applikata (78). F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni nnotat li l-ebda parti interessata ma kkummentat dwar il-kwalità tal-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-informazzjoni sottomessa qabel ma ntużat bħala bażi għall-istabbiliment tal-volum tal-importazzjoni u tal-prezzijiet tal-importazzjoni. Fir-rigward tal-allegata sottomissjoni tard tal-informazzjoni, qed issir referenza għall-premessa (416) li tagħti dettalji dwar is-sekwenza tat-talba għal informazzjoni u tas-sottomissjonijiet u turi li EA ssottomettiet l-informazzjoni wara t-talba tal-Kummissjoni. Fuq din il-bażi, dawn l-affermazzjonjiet ġew miċħudin.

(416)

Minbarra l-analiżi tal-importazzjonijiet kumplessivi, il-Kummissjoni analizzat ukoll b’mod separat l-importazzjonijiet taħt il-proċessar attiv, minħabba s-sehem sinifikanti ta’ dawn tal-aħħar fil-każ inkwistjoni.

(417)

L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat fl-EU27 żviluppaw kif ġej:

Tabella 4

Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet

 

2017

2018

2019

PI

Volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat (tunnellati)

100 888

172 249

201 928

171 240

Indiċi

100

171

200

170

Volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat taħt ir-reġim ta’ proċessar attiv (tunnellati)

14 855

29 254

26 099

22 162

Indiċi

100

197

176

149

Volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat eskluż ir-reġim ta’ proċessar attiv (tunnellati)

86 033

142 995

175 829

149 078

Indiċi

100

166

204

173

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat fis-suq ħieles (%)

4,1 - 4,5  %

7 - 7,4  %

8,7 - 8,9  %

8,0 - 8,4  %

Indiċi

100

168

207

190

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat taħt reġim ta’ proċessar attiv fis-suq ħieles (%)

0,4 - 0,8  %

1 - 1,4  %

0,9 - 1,3  %

0,9 - 1,3  %

Indiċi

100

194

182

167

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat eskluż ir-reġim ta’ proċessar attiv (%)

3,5 - 3,9  %

5,8 - 6,2  %

7,5 - 7,9  %

6,9 - 7,3  %

Indiċi

100

164

212

194

Sors: EA, tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u l-Eurostat

(418)

L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu bid-doppju bejn l-2017 u l-2019 u laħqu l-201 928 tunnellata qabel ma naqsu bi 15,2 % bejn l-2019 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. B’mod ġenerali, l-importazzjonijiet mir-RPĊ tal-AFRPs żdiedu b’70 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(419)

L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat taħt proċessar attiv żdiedu b’mod sinifikanti fl-2018 u laħqu d-29 254 tunnellata qabel ma naqsu bi ftit fl-2019 u fi proporzjonijiet akbar fil-perjodu ta’ investigazzjoni. B’mod ġenerali, l-importazzjonijiet miċ-Ċina tal-AFRPs taħt ir-reġim ta’ proċessar attiv żdiedu b’49 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(420)

L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat minbarra l-proċessar attiv żdiedu b’mod sinifikanti bejn l-2017 u l-2019 minn 86 033 tunnellata għal 175 829 tunnellata. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni, naqsu b’26 751 tunnellata. B’mod ġenerali, dawn l-importazzjonijiet żdiedu b’73 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(421)

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat l-ewwel żdied minn 4,1 -4,5 % fl-2017 għal 8,7 – 9,1 % fl-2019 u, għalhekk, segwa direzzjoni opposta għall-iżvilupp tal-konsum matul l-istess perjodu. Fil-PI, is-sehem mis-suq naqas bi ftit għal 8 - 8,4 %. B’mod ġenerali, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żdied bi 3.9 punti perċentwali matul il-perjodu tkkunsidrat, ekwivalenti għal żieda ta’ 90 %.

(422)

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet taħt ir-reġim ta’ proċessar attiv mill-pajjiż ikkonċernat żdied minn 0,4 – 0,8 % fl-2017 u għal 0,9 - 1,3 % fil-PI.

(423)

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet eskluż il-proċessar attiv mill-pajjiż ikkonċernat żdied minn 3,5 - 3,9 % fl-2017 għal 7,5 - 7,9 % fl-2019. Fil-PI, wara tnaqqis f’dawn l-importazzjonijiet u, b’mod aktar estiż, fil-konsum, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet eskluż il-proċessar attiv naqas għal 6,9 - 7,3 %. B’mod ġenerali, dan is-sehem mis-suq żdied b’94 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(424)

Wara l-iżvelar definittiv, Airoldi affermat li l-Kummissjoni ma għamlitx distinzjoni fi ħdan l-importazzjonijiet taħt il-proċessar attiv bejn id-diversi għażliet ta’ proċessar attiv u affermat li huma biss l-importazzjonijiet li sussegwentement ġew esportati li misshom ġew ikkunsidrati fl-istatistika dwar l-importazzjonijiet u fil-kalkoli tad-dannu.

(425)

F’dan ir-rigward, tqies li jenħtieġ li l-importazzjonijiet kollha taħt il-proċessar attiv jitqiesu irrispettivament mill-“għażla ta’ proċessar attiv”. Tabilħaqq, kif imsemmi fil-premessa (491), tali importazzjonijiet għandhom impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fis-sens li jirrappreżentaw volum mitluf f’termini kemm ta’ bejgħ kif ukoll ta’ produzzjoni. Fuq din il-bażi, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

4.5.2.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u twaqqigħ tal-prezz

(426)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet fuq il-bażi tad-data tal-Eurostat, billi użat il-metodoloġija msemmija fil-premessa (414).

(427)

Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat fl-EU27 żviluppa kif ġej:

Tabella 5

Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat (EUR/tunnellata)

 

2017

2018

2019

PI

Importazzjonijiet kollha

2 426

2 370

2 266

2 235

Indiċi

100

98

93

92

Proċessar attiv

2 313

2 303

2 275

2 182

Indiċi

100

100

98

94

Importazzjonijiet minbarra proċessar attiv

2 445

2 384

2 265

2 243

Indiċi

100

98

93

92

3 Xhur ta’ LME Aluminium – Ask (EUR/tunnellata) (79)

1 752

1 791

1 617

1 535

Indiċi

100

102

92

88

Prezz tal-importazzjoni (kollu) nett ta’ 3 Xhur ta’ LME Aluminium – Ask (EUR/tunnellata)

673

579

649

700

Indiċi

100

86

96

104

Sors: Il-Eurostat, LME

(428)

Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu bi 8 % matul il-perjodu kkunsidrat minn EUR 2 426 għal EUR 2 235 kull tunnellata. Dawk il-prezzijiet baqgħu b’mod sinifikanti taħt il-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni matul il-perjodu tkkunsidrat, kif muri fit-Tabella 9.

(429)

Il-prezz tal-importazzjoni taħt il-proċessar attiv segwa tendenza kontinwa ’l isfel u naqas b’6 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(430)

Il-prezz tal-importazzjonijiet eskluż il-proċessar segwa tendenza simili u naqas kontinwament, hekk kif beda b’EUR 2 445/tunnellata fl-2017 u laħaq l-EUR 2 243 fil-PI (-8 %).

(431)

Fl-2018, għall-kuntrarju tal-evoluzzjoni tal-prezz tal-aluminju ta’ LME (+2 %), il-prezz tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat naqas bi 2 %. Dan il-perjodu jikkoinċidi wkoll mal-perjodu meta l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu b’mod sostanzjali. Il-prezz tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, nett mill-prezz tal-aluminju ta’ LME, l-ewwel naqas b’14 % fl-2018 qabel ma żdied fl-2019 u fil-PI sabiex laħaq żieda kumplessiva ta’ 4 %.

(432)

Wara l-iżvelar provviżorju, Jiangsu Alcha pprovdiet kummenti relatati mal-kalkolu tal-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz tagħha kif indikat fil-premessa (374). Minbarra dawk il-kummenti u bidliet żgħar relatati mal-livell ta’ profitt miksub minn importaturi mhux relatati fl-UE użati sabiex jiġi stabbilit il-prezz tal-esportazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, il-marġni medju ponderat tat-twaqqigħ tal-prezz għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li kkooperaw ġie rivedut u issa jvarja minn 4,4 % sa 9,3 % għall-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni. It-twaqqigħ tal-prezz medju ponderat li nstab kien ta’ 7 %.

4.6.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.6.1.   Kummenti ġenerali

(433)

Kif previst fit-Taqsima 1.9, l-ambitu ġeografiku ta’ din l-investigazzjoni kellu jiġi emendat. Għalhekk, l-ilmentatur u l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun issottomettew ċerti partijiet tat-tweġibiet oriġinali tagħhom għall-kwestjonarju b’data għall-EU27 biss. Barra minn hekk, fid-dawl tal-eżenzjoni provviżorja ta’ ċerti AFRPs għall-użu fil-produzzjoni tal-ACPs, l-ilmentatur u l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun intalbu jipprovdu data li permezz tagħha l-AFRPs għall-użu fil-produzzjoni tal-ACPs kif iddefiniti fl-Artikolu 2(2) jiġu ppreżentati separatament.

(434)

Għalhekk, il-Kummissjoni bbażat id-determinazzjonijiet tad-dannu definittivi tagħha fuq il-bażi tal-EU27 wara l-esklużjoni tad-data li tappartjeni għall-AFRPs għall-użu fil-produzzjoni tal-ACPs kif iddefiniti fl-Artikolu 2(2).

(435)

Wara l-iżvelar definittiv, Airoldi affermat li l-informazzjoni li tinsab fl-ilment ippreżentat minn EA ma kinitx ġiet ivverifikata bir-reqqa u ma kinitx korretta.

(436)

F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li, kif indikat fil-punt 5.2 tan-Notifika ta’ Bidu, l-iskadenza sabiex jiġu pprovduti kummenti dwar l-ilment għaddiet 37 jum wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda fid-dawl tal-preżentazzjoni mhux puntwali tagħha. Fi kwalunkwe każ, il-kriterju legali skont l-Artikolu 5(3) tar-regolament bażiku ma jikkonċernax minnu nnifsu l-akkuratezza u l-adegwatezza tal-evidenza, iżda s-suffiċjenza tal-evidenza sabiex tinbeda l-investigazzjoni. (80) Fl-aħħar mill-aħħar, Airoldi naqset milli tipproduċi xi evidenza li tikkontradixxi d-determinazzjoni tal-Kummissjoni li l-ilment kien fih biżżejjed evidenza sabiex tinbeda l-investigazzjoni.

4.6.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.6.2.1.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

(437)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 6

Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

 

2017

2018

2019

PI

Volum tal-produzzjoni (tunnellati)

2 – 2,1  miljuni

2 – 2,1  miljuni

1,9 – 2 miljuni

1,7 – 1,8  miljuni

Indiċi

100

100

98

89

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

2,2 – 2,25  miljuni

2,25 – 2,3  miljuni

2,23 – 2,28  miljuni

2,23 – 2,28  miljuni

Indiċi

100

103

102

102

Użu tal-kapaċità

91,3  %

88,7  %

87,4  %

79,8  %

Indiċi

100

97

96

87

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju ta’ EA u tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(438)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 11 %, filwaqt li l-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet bi 2 %. Konsegwentement, l-użu tal-kapaċità naqas bi 13 %, minn 91,3 % fl-2017 għal 79,8 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(439)

Xiamen Xiashun sostniet li t-tnaqqis fl-użu tal-kapaċità kien l-aktar notevoli fil-perjodu ta’ investigazzjoni u kien relatat ma’ tnaqqis fil-volum tal-esportazzjonijiet mill-industrija tal-Unjoni fl-istess perjodu. Hija affermat li fin-nuqqas ta’ tnaqqis fl-esportazzjonijiet, l-użu tal-kapaċità kien jilħaq it-78 %. Xiamen Xiashun affermat li t-tnaqqis fil-kapaċità kien marbut ma’ tnaqqis fil-volum tal-esportazzjonijiet.

(440)

Kif jidher fit-Tabella 6, l-użu tal-kapaċità naqas minn 91,3 % għal 79,8 % matul il-perjodu kkunsidrat. Anke li kieku l-impatt tat-tnaqqis fil-volum tal-esportazzjonijiet kellu jiġi nnewtralizzat; jiġifieri l-esportazzjonijiet kienu jibqgħu fl-istess livell fil-perjodu ta’ investigazzjoni, l-użu tal-kapaċità xorta kien jonqos għal 82,7 %, jew 9 % anqas mill-2017. Fuq din il-bażi, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(441)

Wara l-iżvelar definittiv, Xiamen Xiashun talbet kjarifika dwar id-differenza bejn id-data ppreżentata fir-Regolament provviżorju u l-iżvelar definittiv fir-rigward tat-Tabella 6 - Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità - u xeħtet dubju fuq il-fatt li d-differenzi kienu relatati biss mal-aġġustamenti msemmijin fil-premessi (435) u (436).

(442)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni kkonfermat li d-differenzi huma relatati mal-aġġustamenti msemmijin aktar ’il fuq u mal-korrezzjoni magħmula fil-makroindikaturi ta’ EA, kif imsemmi fil-premessa (190). Fi kwalunkwe każ, ix-xejriet riflessi fiż-żewġ dokumenti jsegwu l-istess evoluzzjoni.

4.6.2.2.   Volum ta’ bejgħ u sehem mis-suq

(443)

Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej:

Tabella 7

Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

 

2017

2018

2019

PI

Volumi tal-Bejgħ Totali fis-suq tal-Unjoni – kemm użu ħieles kif ukoll użu ristrett (tunnellati)

1,55 – 1,6  miljuni

1,52 – 1,56  miljuni

1,48 – 1,52  miljuni

1,38 – 1,42  miljuni

Indiċi

100

98

95

88

Volum tal-bejgħ fis-suq ħieles tal-Unjoni (tunnellati)

1,55 – 1,6  miljuni

1,52 – 1,56  miljuni

1,47 – 1,51  miljuni

1,35 – 1,39  miljuni

Indiċi

100

98

95

88

Bejgħ u użu tas-suq kaptiv (tunnellati)

18 000 -20 000

28 000 – 30 000

34 000 – 36 000

32 000 – 34 000

Indiċi

100

155

181

172

Bejgħ u użu fis-suq kaptiv bħala % tal-bejgħ totali tas-suq

0,6 - 1 %

1 - 1,4  %

1,3 - 1,7  %

1,4 - 1,8  %

Indiċi

100

152

186

191

Bejgħ fis-suq ħieles

1,56 – 1,58  miljuni

1,52 – 1,54  miljuni

1,46 – 1,48  miljuni

1,34 – 1,36  miljuni

Indiċi

100

97

94

86

Sehem mis-suq tal-bejgħ fis-suq ħieles (%)

66,6 - 67 %

63,8 - 64,2  %

64,4 - 64,8  %

64,6 - 65 %

Indiċi

100

96

97

97

Sors: EA, tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u l-Eurostat

(444)

Il-bejgħ totali fl-UE segwa xejra ’l isfel matul il-perjodu kkunsidrat (-12 %) u kien diġà naqas b’5 % fl-2019.

(445)

Kif imsemmi fil-premessa (298) tar-Regolament provviżorju, parti żgħira ħafna mill-produzzjoni totali tal-produtturi tal-Unjoni kienet destinata għas-suq kaptiv. Din il-parti kienet tirrappreżenta anqas minn 1,6 % tal-konsum tal-Unjoni.

(446)

Il-bejgħ totali fis-suq ħieles mill-industrija tal-Unjoni naqas bi kważi 200 000 tunnellata matul il-perjodu kkunsidrat. Filwaqt li l-konsum kien żdied għall-ogħla livell tiegħu fl-2018 (+ 2 %), dak il-bejgħ diġà wera xejra ’l isfel (-2 %) li kompliet fl-2019 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-bejgħ ġenerali fis-suq ħieles tal-UE naqas b’14 %.

(447)

Is-sehem mis-suq tal-bejgħ fis-suq ħieles tal-industrija tal-Unjoni naqas minn 66,6 - 67 % fl-2017 għal 64,6 - 65 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Wara tnaqqis ta’ 4 % fl-2018, l-irkupru ħafif segwenti wassal għal tnaqqis kumplessiv ta’ 3 % fis-sehem mis-suq.

4.6.2.3.   Tkabbir

(448)

F’kuntest ta’ tnaqqis fil-konsum, l-industrija tal-Unjoni mhux biss tilfet il-volumi tal-bejgħ iżda wkoll is-sehem mis-suq fis-suq ħieles.

4.6.2.4.   Impjiegi u produttività

(449)

Għall-EU27, l-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 8

Impjiegi u produttività

 

2017

2018

2019

PI

Numru ta’ impjegati (ekwivalenti għall-full time (“FTE”))

8 800 – 9 000

8 300 – 8 500

8 400 – 8 600

8 000 – 8 200

Indiċi

100

97

98

93

Produttività (tunnellati għal kull FTE)

233

238

232

222

Indiċi

100

102

100

95

Sors: Eurofer u produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(450)

L-impjiegi naqsu b’7 % matul il-perjodu kkunsidrat hekk kif l-industrija tal-Unjoni ppruvat tiżgura s-sostenibbiltà tagħha u tallinjaha mal-kundizzjonijiet fis-suq domestiku.

(451)

Konsegwentement, fl-2018, il-produttività tagħha l-ewwel tjiebet ftit minn 222 għal 238 tunnellata/FTE qabel ma naqset wara t-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni. Kumplessivament, il-produzzjoni ddeterjorat b’5 % tul il-perjodu kkunsidrat.

4.6.2.5.   Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat

(452)

Il-marġnijiet kollha tad-dumping kienu ogħla b’mod sinifikanti mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-marġnijiet effettivi tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, meta jitqiesu l-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat.

(453)

Din hija l-ewwel investigazzjoni anti-dumping dwar il-prodott ikkonċernat. Għalhekk, ma kien hemm l-ebda data disponibbli sabiex jiġu vvalutati l-effetti ta’ dumping possibbli fil-passat.

4.6.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.6.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(454)

Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni u l-kostijiet tal-produzzjoni tagħhom żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 9

Prezzijiet tal-bejgħ u kost tal-produzzjoni fl-Unjoni

 

2017

2018

2019

PI

3 Xhur ta’ LME Aluminium – Ask

1 752

1 791

1 617

1 535

Indiċi

100

102

92

88

Prezz medju tal-bejgħ ta’ unità fis-suq ħieles (EUR/tunnellata)

2 812

2 912

2 776

2 703

Indiċi

100

104

99

96

Prezz tal-konverżjoni (prezz medju tal-bejgħ ta’ unità nieqes 3 Xhur ta’ LME Aluminium – Ask (EUR/tunnellata)

1 060

1 121

1 159

1 168

Indiċi

100

106

109

110

Kost unitarju tal-produzzjoni (EUR/tunnellata)

2 726

2 872

2 782

2 750

Indiċi

100

105

102

101

Kost tal-konverżjoni tal-produzzjoni (EUR/tunnellata)

974

1 081

1 165

1 216

Indiċi

100

111

120

125

Sors: Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u LME

(455)

Il-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni lil partijiet mhux relatati (is-suq ħieles) l-ewwel żdiedu minn 2 812 għal EUR 2 912/tunellata fl-2018. Imbagħad naqas b’5 punti perċentwali fl-2019 qabel naqas għal EUR 2 703/tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(456)

Il-kost unitarju korrispondenti tal-produzzjoni segwa xejra simili fejn l-ewwel żdied b’5 % għal EUR 2 872/tunnellata qabel ma naqas progressivament għal EUR 2 750/tunnellata fil-PI b’żieda ġenerali ta’ 1 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(457)

Wara l-iżvelar provviżorju, Xiamen Xiashun sostniet li l-prezz tal-importazzjoni tal-importazzjonijiet mir-RPĊ nett mill-prezz ta’ referenza ta’ 3 Xhur ta’ LME Aluminium (“il-prezz tal-konverżjoni Ċiniż”) żdied matul il-perjodu kkunsidrat filwaqt li l-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni nett mill-prezz ta’ referenza ta’ 3 Xhur ta’ LME Aluminium (“il-prezz tal-konverżjoni tal-UE) żdied b’mod kostanti u b’hekk xejjen is-sejba tal-Kummissjoni li l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni segwew xejra ta’ tnaqqis allinjata mal-evoluzzjoni tal-prezz ta’ LME Aluminium.

(458)

It-Tabella 9 turi li l-prezz tal-konverżjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied b’10 % matul il-perjodu kkunsidrat. Din is-sejba hija konformi mal-konklużjonijiet meħudin fil-premessa (355) tar-Regolament provviżorju li jindikaw li l-industrija tal-Unjoni adattat it-taħlita ta’ prodotti tagħha sabiex iżżid il-bejgħ tagħha ta’ prodotti b’valur miżjud għoli. Fid-dawl ta’ din l-evoluzzjoni u kif iddikjarat fil-premessa (356) tar-Regolament provviżorju, il-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied ukoll kif jidher fit-Tabella 9 tar-Regolament provviżorju u fit-Tabella 9 aktar ’il fuq. F’din it-tabella, wieħed jista’ jara li l-kost tal-konverżjoni tal-industrija tal-Unjoni (jiġifieri l-kost tal-produzzjoni nett mill-prezz ta’ LME Aluminium) żdied progressivament matul il-perjodu kkunsidrat u b’mod kumplessiv b’25 %. Kif diġà ssemma fil-premessa (371) tar-Regolament provviżorju, iż-żieda fil-kostijiet tal-konverżjoni b’25 % u ż-żieda fil-prezzijiet tal-konverżjoni b’10 % biss juru li l-industrija tal-Unjoni ma rnexxilhiex iżżid il-prezzijiet sal-istess punt li l-kostijiet kienu qed jiżdiedu minħabba t-trażżin tal-prezzijiet ikkawżat mill-importazzjonijiet miċ-Ċina (f’termini kemm ta’ volumi kif ukoll ta’ prezzijiet baxxi) li xeħtu pressjoni ’l isfel fuq il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni.

(459)

Il-fatt li l-prezz tal-konverżjoni Ċiniż żdied juri li l-produtturi Ċiniżi esportaw progressivament aktar u aktar prodotti b’valur miżjud għoli lejn l-UE li kienu f’kompetizzjoni kbira mal-industrija tal-Unjoni. Kif imsemmi fil-premessa (434), dawn l-importazzjonijiet instabu li waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’medja ta’ 7 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Fuq din il-bażi, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(460)

Wara l-iżvelar provviżorju, Xiamen Xiashun sostniet li l-argument relatat mat-trażżin tal-prezzijiet stabbilit fir-Regolament provviżorju kien mingħajr raġuni valida fid-dawl taż-żieda limitata fil-kost tal-produzzjoni (+1 % matul il-perjodu kkunsidrat) u taż-żieda parallela fil-prezz tal-konverżjoni tal-industrija tal-Unjoni (+10 %).

(461)

Fir-rigward ta’ din l-affermazzjoni, jenħtieġ li l-prezz tal-konverżjoni tal-industrija tal-Unjoni jitqabbel ma’ kost korrispondenti; jiġifieri l-kost tal-konverżjoni tal-industrija tal-Unjoni li huwa wkoll nett mill-prezz ta’ LME Aluminium. Kif imsemmi fil-premessa (460), dan il-paragun juri li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tikseb iż-żieda mistennija fil-prezz marbuta mal-prodotti b’valur miżjud ogħla li kienet qed taqleb għalihom, minħabba t-trażżin tal-prezzijiet ikkawżat mill-importazzjonijiet miċ-Ċina (f’termini kemm ta’ volumi kif ukoll ta’ prezzijiet baxxi). Fuq din il-bażi, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

4.6.3.2.   Kostijiet lavorattivi

(462)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 10

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2016

2017

2018

PI

(EUR)

70 384

72 541

72 670

73 567

Indiċi

100

103

103

105

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni

(463)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat żdiedu bi kważi 5 %.

4.6.3.3.   Inventarji

(464)

Il-livelli tal-istokkijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 11

Inventarji

 

2017

2018

2019

PI

Stokkijiet tal-għeluq (tunnellati)

63 184

66 711

65 132

65 386

Indiċi

100

106

103

103

Stokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni

8,1  %

8,5  %

8,3  %

8,5  %

Indiċi

100

105

108

113

Sors: Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(465)

L-istokks tal-għeluq baqgħu f’livell raġonevoli matul il-perjodu kkunsidrat. Peress li l-industrija tal-AFRPs ġeneralment topera fuq bażi ta’ produzzjoni skont l-ordni, dan l-indikatur huwa ta’ inqas importanza fl-analiżi ġenerali tad-dannu.

(466)

Il-perċentwal tal-istokkijiet tal-għeluq espress fuq il-produzzjoni juri żieda ġenerali li hija prinċipalment dovuta għat-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni.

4.6.3.4.   Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(467)

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 12

Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti

 

2017

2018

2019

PI

Profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

3,1  %

1,4  %

-0,2  %

-1,8  %

Indiċi

100

45

-7

-58

Fluss tal-flus (EUR)

98 921 097

84 961 572

92 987 311

45 112 501

Indiċi

100

86

94

46

Investimenti (EUR)

63 432 410

73 035 666

155 492 227

137 829 861

Indiċi

100

115

245

217

Redditu fuq l-investimenti

12,4  %

7,6  %

4,1  %

-2,5  %

Indiċi

100

61

33

-20

Sors: Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(468)

Il-profittabbiltà żviluppat billi segwiet xejra ’l isfel matul il-perjodu kkunsidrat u naqset minn 3,1 % fl-2017 għal -1,8 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(469)

Kif spjegat fil-premessi (457), (458) u (460), il-kostijiet tal-produtturi tal-Unjoni żdiedu aktar mill-prezzijiet tagħhom, li wassal għat-tnaqqis fil-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni. L-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet bl-istess mod li bih kienu qed jiżdiedu l-kostijiet minħabba t-trażżin tal-prezzijiet ikkawżat mill-importazzjonijiet miċ-Ċina (f’termini kemm ta’ volumi kif ukoll ta’ prezzijiet baxxi). Tabilħaqq, matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet Ċiniżi kienu konsistentement baxxi u ferm taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni (ara t-Tabelli 5 u 9), u llimitaw iż-żidiet fil-prezzijiet li kienu jkunu mistennijin fil-kuntest ta’ bidla fit-taħlita tal-prodotti (aktar prodotti ta’ valur miżjud għoli). Dan irriżulta fi trażżin tal-prezzijiet u fi tnaqqis fil-profittabbiltà. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni, it-trażżin tal-prezzijiet kompla. Tabilħaqq, filwaqt li l-prezzijiet Ċiniżi żdiedu bi ftit, baqgħu ferm taħt il-livell tal-prezzijiet miksub mill-industrija tal-Unjoni. Evidenza ta’ dan huma wkoll il-marġnijiet sinifikanti ta’ twaqqigħ tal-prezz iddikjarati fil-premessa (434).

(470)

Ix-xejra fil-fluss tal-flus nett żviluppat b’mod negattiv matul il-perjodu kkunsidrat f’konformità mal-evoluzzjoni tal-profittabbiltà. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-fluss tal-flus naqas b’54 %.

(471)

L-investimenti żdiedu b’117 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dawn kienu xprunati mit-tnedija tal-pjanijiet ta’ investiment minn żewġ produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. L-investimenti saru sabiex ikun hemm titjib fl-effiċjenza u sabiex in-negozji jitmexxew lejn prodotti b’valur miżjud għoli u enfasi fuq il-klijent. Dan tqies bħala essenzjali għall-produtturi inklużi fil-kampjun sabiex iżommu l-kompetittività fis-suq u jkunu jistgħu jsegwu l-aħħar żviluppi tal-prodott u joffru prodotti ta’ kwalità.

(472)

Nilo rreferiet għall-premessa (415) tar-Regolament provviżorju u affermat li ma ratx l-evidenza li tindika l-fatt li l-industrija tal-Unjoni hija dinamika u żiedet b’mod sinifikanti l-investimenti tagħha. Indikat ukoll li l-investimenti murijin mill-imtieħen tal-UE huma relatati mal-manutenzjoni aktar milli ma’ faċilitajiet ġodda tal-produzzjoni filwaqt li l-produtturi tal-aluminju Ċiniżi investew f’kapaċità addizzjonali billi użaw tagħmir Ewropew.

(473)

F’dan ir-rigward, issir referenza għat-Tabella 12 tar-Regolament provviżorju u għat-Tabella 12 aktar ’il fuq li turi li l-industrija tal-Unjoni investiet ammonti sinifikanti fil-prodott li qed jiġi investigat. Kif indikat fil-premessa (473), l-industrija tal-Unjoni mhux biss investiet fil-manutenzjoni iżda wkoll u primarjament f’titjib fl-effiċjenza, fi prodotti b’valur miżjud għoli u f’enfasi fuq il-klijenti. Dan huwa pprovat ukoll mill-komunikazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun dwar investimenti bħal dawn (81).

(474)

Wara l-iżvelar definittiv, SWA affermat li l-produtturi tal-Unjoni kellhom b’mod sistematiku EBITDA pożittiv għal snin sħaħ u li ma ġarrbux dannu mill-importazzjonijiet Ċiniżi. Airoldi sostniet dak il-kumment.

(475)

Fin-nuqqas ta’ evidenza ta’ sostenn dwar tali livelli ta’ EBITDA u r-rabta tagħhom mal-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni, din l-affermazzjoni kellha tiġi miċħuda.

(476)

Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Dan żviluppata b’mod negattiv matul il-perjodu kkunsidrat minn 12.4 % fl-2017 għal -2,5 % fil-PI. Dan l-iżvilupp isegwi t-tnaqqis fil-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni.

4.7.   Konklużjoni dwar id-dannu

(477)

Matul il-perjodu kkunsidrat, l-importazzjonijiet tal-AFRPs miċ-Ċina żdiedu b’mod sinifikanti kemm f’termini assoluti (+ 70 %) kif ukoll f’termini relattivi (+ 3.9 punti perċentwali fis-sehem mis-suq) filwaqt li l-konsum fl-UE naqas b’10 %. Iż-żieda fl-importazzjonijiet kienet tikkonċerna kemm l-importazzjonijiet taħt il-proċessar attiv kif ukoll l-importazzjonijiet minbarra l-proċessar attiv. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi kienu konsistentement baxxi u b’mod sinifikanti taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi fil-kampjun waqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni b’medja ta’ 7 %. Irrispettivament mit-twaqqigħ tal-prezzijiet speċifiku li nstab fir-rigward tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni osservat ukoll li l-prezzijiet Ċiniżi kienu konsistentement baxxi u b’mod sinifikanti taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat kollu (ara t-Tabelli 4 u 8). L-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tal-konverżjoni bl-istess mod li bih kienu qed jiżdiedu l-kostijiet minħabba l-pressjoni ’l isfel ikkawżata mill-importazzjonijiet miċ-Ċina (f’termini kemm ta’ volumi kif ukoll ta’ prezzijiet baxxi).

(478)

Il-biċċa l-kbira tal-indikaturi makroekonomiċi wrew xejra negattiva matul il-perjodu kkunsidrat bħall-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni, is-sehem mis-suq, l-impjiegi u l-produttività. Il-kapaċità u l-bejgħ / l-użu ristrett biss urew xejra pożittiva. B’mod simili, il-biċċa l-kbira tal-indikaturi mikroekonomiċi wrew xejra negattiva matul il-perjodu kkunsidrat bħall-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq ħieles tal-UE, il-kost tal-produzzjoni, il-kostijiet lavorattivi, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investimenti. L-investimenti biss urew xejra pożittiva wara li l-produtturi inklużi fil-kampjun għamlu investimenti sabiex iżommu l-kompetittività u jsegwu l-aħħar żviluppi tal-prodott. Barra minn hekk, ħlief għall-produttività, l-istess indikaturi tad-dannu żviluppaw ukoll b’mod negattiv meta wieħed iħares lejn il-perjodu 2017-2019, jiġifieri, qabel il-bidu tal-pandemija tal-COVID-19.

(479)

L-industrija tal-Unjoni adattat it-taħlita tal-prodotti tagħha sabiex tiżgura marġnijiet aħjar fuq prodotti b’valur miżjud ogħla matul il-perjodu kkunsidrat filwaqt li żżomm volum suffiċjenti sabiex tnaqqas il-kostijiet fissi tagħha. F’dan il-kuntest, il-kostijiet tal-industrija tal-Unjoni żdiedu b’mod naturali. Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika miż-żieda fil-konsum fl-2018 u kellha tnaqqas il-kostijiet fissi tagħha fuq volum tal-produzzjoni aktar baxx (-11 %) li kkontribwixxa għal żieda ġenerali fil-kostijiet tal-produzzjoni (1 %) filwaqt li l-prezz tal-aluminju ta’ 3 xhur ta’ LME kien naqas (-12 %). F’dak li għandu x’jaqsam mal-prezzijiet tal-bejgħ, l-industrija tal-Unjoni affaċċjat ukoll kompetizzjoni qawwija fis-swieq ta’ valur miżjud ogħla u ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tagħha għal-livell mistenni (-4 %). Fid-dawl tal-iżviluppi fil-kostijiet u fil-prezzijiet, il-profittabbiltà ddeterjorat b’mod progressiv u qalbet għal sitwazzjoni ta’ telf diġà fl-2019 qabel ma s-sitwazzjoni aggravat fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(480)

Wara l-iżvelar provviżorju, l-ACEA talbiet lill-Kummissjoni sabiex tqis l-evoluzzjoni tal-prezz tal-aluminju wara t-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni fil-valutazzjoni tad-dannu għall-industrija tal-Unjoni.

(481)

Billi l-analiżi tas-sitwazzjoni tad-dannu hija limitata għall-perjodu kkunsidrat kif imsemmi fil-premessa (49) tar-Regolament provviżorju, din l-affermazzjoni ma tqisitx valida u, għalhekk, ġiet miċħuda.

(482)

Kif spjegat fit-Taqsima 1.9, il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea involva reviżjoni tal-indikaturi mikroekonomiċi u makroekonomiċi u ta’ ftit data oħra. Barra minn hekk, ċerti prodotti eżentati mid-dazju anti-dumping definittiv kif iddefiniti fl-Artikolu 2(2) ġew esklużi mill-analiżi. Madankollu, id-differenzi bejn it-Tabelli 3-12 tar-Regolament provviżorju u t-Tabelli 2-11 ta’ dan ir-Regolament huma insinifikanti, f’termini kemm ta’ unitajiet kif ukoll ta’ xejriet. Il-livelli ta’ twaqqigħ tal-prezz baqgħu sinifikanti. Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ħruġ tar-Renju Unit u l-esklużjoni ta’ ċerti prodotti ma jbiddlux il-konklużjoni dwar id-dannu milħuqa fir-Regolament provviżorju.

(483)

Wara l-iżvelar definittiv, Airoldi affermat li l-indikaturi tad-dannu bħall-produzzjoni u l-profittabbiltà kienu inkonsistenti mal-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku relatata ma’ ċerti produtturi tal-Unjoni.

(484)

F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku msemmija minn Airoldi ma kinitx relatata mal-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn din l-investigazzjoni iżda ma’ ambitu tal-prodott ferm akbar, u kienet tkopri wkoll swieq barra l-Unjoni Ewropea. F’xi okkażjonijiet, l-informazzjoni kienet relatata wkoll mal-prestazzjoni tal-grupp li għalih kien jappartjeni l-produttur tal-Unjoni, f’livell globali. Fid-dawl tad-differenza fl-ambitu tal-prodott u dak ġeografiku, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(485)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

5.   KAWŻALITÀ

5.1.   Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping

(486)

Il-GTĊ afferma li jenħtieġ li l-prestazzjoni batuta tal-industrija tal-Unjoni fir-rigward ta’ xi indikaturi ma tiġix attribwita għall-importazzjonijiet miċ-Ċina li s-sehem mis-suq tagħhom, kif stabbilit fir-Regolament provviżorju, żdied biss minn 5,5 % għal 8,5 %, u b’hekk baqa’ taħt l-10 % meta jiġu esklużi l-importazzjonijiet taħt il-proċessar attiv, iżda pjuttost għal kostijiet għoljin tal-produzzjoni u għal domanda batuta fl-UE u barra minnha.

(487)

Il-Kummissjoni fakkret li l-analiżi tad-dannu hija bbażata fuq valutazzjoni olistika tal-indikaturi kollha. Kif spjegat fil-premessa (423), l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu f’termini kemm assoluti kif ukoll relattivi f’perjodu meta l-konsum fis-suq tal-Unjoni kien qed jonqos. Bħala tali, l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat ma segwewx ix-xejra tal-konsum f’perjodu li fih id-domanda kienet qed tonqos u, b’hekk, żiedu l-pressjoni fuq l-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, dawn l-importazzjonijiet saru bi prezzijiet dannużi kif muri mil-livell tal-marġnijiet ta’ twaqqigħ tal-prezz li nstabu u kkawżaw trażżin tal-prezzijiet. Fir-rigward tal-kostijiet tal-produzzjoni, kif spjegat fil-premessi (458) sa (460), dawn żdiedu bħala konsegwenza tal-bidla tal-industrija tal-Unjoni għal prodotti ta’ valur miżjud ogħla u minħabba l-volum ta’ bejgħ mitluf marbut maż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat li bihom żdiedu l-kostijiet fissi tal-industrija tal-Unjoni għal kull unità. Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(488)

Xiamen Xiashun affermat li l-Kummissjoni qieset li l-importazzjonijiet taħt ir-reġim ta’ proċessar attiv ikkawżaw dannu iżda ma pprovdiet l-ebda evidenza f’dan ir-rigward. Hija affermat ukoll li l-iżvilupp tal-prestazzjoni tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni kien allinjat mal-iżvilupp tal-importazzjonijiet taħt ir-reġim ta’ proċessar attiv.

(489)

L-ewwel nett ta’ min jinnota li kif irrapportat fit-Tabella 4, il-volum tal-importazzjonijiet taħt il-proċessar attiv ġie rivedut ’l isfel u issa jirrappreżenta sehem limitat tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat. It-tieni, l-importazzjonijiet taħt ir-reġim ta’ proċessar attiv żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat u saru bi prezzijiet aktar baxxi mill-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati. Fi kwalunkwe każ, dawn l-importazzjonijiet kellhom impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fis-sens li jirrappreżentaw volum mitluf f’termini kemm ta’ bejgħ kif ukoll ta’ produzzjoni. Bħala tali, dawn il-volumi addizzjonali kienu jippermettu lill-industrija tal-Unjoni tifrex il-kostijiet fissi tagħha fuq volum akbar u, b’hekk, ittejjeb is-sitwazzjoni tal-kostijiet u tal-profitt tagħha. Fuq din il-bażi, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(490)

Għalkemm il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kif murija fit-Tabella 14 segwiet xejra simili bħall-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat taħt il-proċessar attiv, iż-żieda assoluta bejn l-2017 u l-2019, u t-tnaqqis fil-PI ma jistgħux jitqabblu mal-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet taħt il-proċessar attiv fl-istess perjodu. Tabilħaqq, il-bidliet fil-volum esportat huma ħafna aktar sinifikanti. Barra minn hekk, il-fatt li ċerti AFRPs jiġu importati taħt il-proċessar attiv ma jfissirx li l-prodott esportat jaqa’ wkoll fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-investigazzjoni. Fuq din il-bażi, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(491)

Xiamen Xiashun issottomettiet li l-importazzjonijiet mir-RPĊ komplew jonqsu wara l-perjodu ta’ investigazzjoni u li l-prezzijiet tal-importazzjoni segwew xejra ’l fuq fl-istess perjodu.

(492)

Billi l-analiżi tas-sitwazzjoni tad-dannu hija limitata għall-perjodu kkunsidrat kif imsemmi fil-premessa (49) tar-Regolament provviżorju, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(493)

Wara l-iżvelar definittiv, SWA affermat li l-Kummissjoni missha analizzat l-informazzjoni dwar ir-riċerka tas-suq ipprovduta minn Harbour jew minn CRU, u li kienet tasal għall-konklużjoni li s-swieq ilhom aktar minn 10 snin joperaw f’kompetizzjoni sħiħa u f’konformità mar-regoli. Airoldi sostniet dak il-kumment.

(494)

Peress li din l-affermazzjoni kienet vaga u ma kienx fiha l-informazzjoni dwar ir-riċerka tas-suq li qed issir referenza għaliha, ġiet miċħuda.

5.2.   Effetti ta’ fatturi oħrajn

5.2.1.   Kontrazzjoni fid-domanda

(495)

Wara l-iżvelar provviżorju, Xiamen Xiashun tenniet l-affermazzjoni tagħha li t-tnaqqis fil-produzzjoni u fil-bejgħ għall-produtturi tal-Unjoni kien relatat mat-tnaqqis fil-konsum, speċjalment fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Xiamen Xiashun affermat ukoll li l-Kummissjoni ffokat fuq l-iżvilupp fl-2019 u injorat l-iżvilupp fil-PI, jiġifieri fir-rigward tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn, meta vvalutat l-evoluzzjoni tas-sehem mis-suq tal-bejgħ fis-suq ħieles tal-industrija tal-Unjoni.

(496)

Kif diġà ssemma fil-premessi minn (390) u (391) tar-Regolament provviżorju u kkonfermat mill-istatistika aġġornata dwar l-importazzjoni, huwa mfakkar li l-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu b’aktar mid-doppju bejn l-2017 u l-2019. Barra minn hekk, filwaqt li l-konsum naqas fl-2019, l-importazzjonijiet mir-RPĊ komplew jiżdiedu u b’hekk kellhom impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kif muri minn diversi indikaturi. Filwaqt li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ naqas bi ftit minn 8,7 – 9,1 % fl-2019 għal 8 – 8,4 % fil-PI, l-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu b’mod ġenerali b’70 % matul il-perjodu kkunsidrat u baqgħu f’livell sinifikanti fil-PI. Barra minn hekk, anki jekk l-importazzjonijiet mir-RPĊ saru bi prezzijiet ogħla fil-PI, instab li dawn il-prezzijiet waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’medja ta’ 7 %. Filwaqt li ma jistax jiġi miċħud li l-konsum naqas fil-PI u affettwa s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, element bħal dan ma jistax ikisser ir-rabta kawżali meta titqies il-preżenza dejjem akbar tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat li jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li jwaqqgħu b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u l-impatt li tali importazzjonijiet kellhom fuq l-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu 2017-2019 u fil-PI.

(497)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, filwaqt li kisbu sehem mis-suq fil-PI, dawn juru xejra ’l isfel matul il-perjodu kkunsidrat (-1,9 punt perċentwali). Barra minn hekk, kif indikat fil-premessa (505), il-prezz medju ta’ dawn l-importazzjonijiet kien kontinwament ogħla mill-prezz medju tal-importazzjoni mill-pajjiż ikkonċernat. Fuq din il-bażi, tqies li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ma jkissrux ir-rabta kawżali.

(498)

Wara l-iżvelar definittiv, Xiamen Xiashun affermat li l-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità u l-bejgħ naqsu biss b’mod sostanzjali meta l-konsum naqas b’mod sinifikanti; jiġifieri fil-PI. Fuq din il-bażi, hija qieset li t-tnaqqis fil-konsum kien tali li jtaffi r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet miċ-Ċina u l-indikaturi ekonomiċi tal-industrija tal-Unjoni.

(499)

Kif imsemmi fil-premessa (498), l-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu b’aktar mid-doppju bejn l-2017 u l-2019, u kellhom impatt negattiv fuq il-maġġoranza l-kbira tal-indikaturi tad-dannu inklużi l-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità u l-bejgħ, iżda wkoll fuq indikaturi oħrajn bħall-profittabbiltà, il-fluss tal-flus u l-kost lavorattiv. Dak l-impatt seħħ qabel ma l-konsum naqas fil-PI. Fuq din il-bażi, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(500)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (386) sa (391) tar-Regolament provviżorju.

5.2.2.   Pandemija tal-COVID-19

(501)

Fin-nuqqas ta’ kummenti fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (392) sa (395) tar-Regolament provviżorju.

5.2.3.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(502)

Il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppa kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 13

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

Pajjiż

 

2017

2018

2019

PI

Total tal-pajjiżi terzi kollha minbarra l-pajjiż ikkonċernat

Volum (tunnellati)

681 508

686 669

602 672

567 027

Indiċi

100

101

88

83

Sehem mis-suq

28,7 -29,1  %

28,5 -28,9  %

26,3 -26,7  %

26,8 -27,2  %

Indiċi

100

99

92

93

Prezz medju (EUR/tunnellata)

3 002

3 028

2 894

2 846

Indiċi

100

101

96

95

Li minnhom l-Iżvizzera

Volum (tunnellati)

123 024

115 185

109 955

95 944

Indiċi

100

94

89

78

Sehem mis-suq

5 - 5,4  %

4,6 - 5 %

4,6 - 5 %

4,4 - 4,8  %

Indiċi

100

92

92

88

Prezz medju (EUR/tunnellata)

3 016

3 130

2 873

2 891

Indiċi

100

104

95

96

Li minnhom it-Turkija

Volum (tunnellati)

116 677

117 864

130 681

128 634

Indiċi

100

101

112

110

Sehem mis-suq

4,8 -5,2  %

4,7 – 5,1  %

5,5 - 5,9  %

5,9 - 6,3  %

Indiċi

100

100

116

124

Prezz medju (EUR/tunnellata)

2 552

2 642

2 432

2 361

Indiċi

100

104

95

93

Sors: Il-Eurostat

(503)

Matul il-perjodu kkunsidrat, l-importazzjonijiet minn pajjiżi għajr il-pajjiż ikkonċernat naqsu bi 17 %; is-sehem mis-suq tagħhom naqas minn 28,7 – 29,1 % għal 26,8 – 27,2 %. Il-prezz medju ta’ dawn l-importazzjonijiet kien kontinwament ogħla mill-prezz medju tal-importazzjoni mill-pajjiż ikkonċernat.

(504)

L-importazzjonijiet mill-Iżvizzera naqsu bi 22 % matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem mis-suq tagħhom segwa wkoll xejra ’l isfel (-0,6 %). Il-prezz medju tal-importazzjonijiet mill-Iżvizzera naqas iżda baqa’ ferm ogħla mill-prezz tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat.

(505)

L-importazzjonijiet mit-Turkija żdiedu b’10 % matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem mis-suq tagħhom segwa wkoll xejra ’l fuq ukoll (+1,2 %). Il-prezz medju tal-importazzjonijiet mit-Turkija naqas ukoll iżda baqa’ ferm ogħla mill-prezz tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat.

(506)

Fin-nuqqas ta’ kummenti fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (396) sa (402) tar-Regolament provviżorju.

5.2.4.   Strateġija kummerċjali tal-industrija tal-Unjoni

(507)

Fin-nuqqas ta’ kummenti fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (403) sa (407) tar-Regolament provviżorju.

5.2.5.   Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(508)

Il-volum u l-prezzijiet tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni lil partijiet mhux relatati żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 14

Prestazzjoni tal-esportazzjonijiet

 

2017

2018

2019

PI

Volum tal-esportazzjonijiet (1 000 tunnellata)

350 - 360

380 - 390

400 - 410

340 - 350

Indiċi

100

109

114

96

Prezz medju (EUR/tunnellata)

2 819

2 956

2 860

2 758

Indiċi

100

105

101

98

Sors: Eurofer (volumi) u produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun (prezzijiet medji)

(509)

Il-produtturi tal-Unjoni żiedu l-volumi tal-esportazzjoni mill-2017 għall-2019 qabel ma naqsu b’mod sinifikanti fil-PI. B’mod ġenerali, il-volum tal-esportazzjonijiet naqas b’4 % matul il-perjodu kkunsidrat u baqa’ taħt iż-2 miljun tunnellata fl-2019. B’mod ġenerali, il-volumi esportati mill-industrija tal-Unjoni kienu jirrappreżentaw anqas minn 6 % tal-volum ta’ bejgħ tagħha fis-suq ħieles tal-Unjoni.

(510)

Kif indikat fil-premessa (413) tar-Regolament provviżorju, fl-isfond tal-kontribut tagħhom għall-produzzjoni u għall-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni, u meta wieħed iżomm f’moħħu l-prezz għoli tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni lejn pajjiżi terzi u l-volum stabbli tagħhom, huwa konkluż li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni ma kkontribwietx għad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(511)

Fin-nuqqas ta’ kummenti fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (408) sa (413) tar-Regolament provviżorju.

5.2.6.   Effiċjenza tal-industrija tal-Unjoni

(512)

Wara l-iżvelar definittiv, Xiamen Xiashun affermat li l-Kummissjoni naqset milli tqis li ż-żieda fil-prezz tal-konverżjoni mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun taħt iż-żieda fil-kost tal-konverżjoni tal-produzzjoni setgħet ġiet ikkawżata minn fatturi oħrajn minbarra l-importazzjonijiet miċ-Ċina bħal tagħmir tal-produzzjoni skadut u linji tal-produzzjoni ineffiċjenti. F’dan ir-rigward, hija żiedet ukoll li l-investimenti tard fit-titjib fl-effiċjenza ma ppermettietx lill-industrija taffaċċja tnaqqis sinifikanti fil-konsum.

(513)

Il-Kummissjoni qieset dawn l-elementi u indirizzat il-kummenti f’dan ir-rigward fil-premessi (414) sa (421) tar-Regolament provviżorju. F’dak li għandu x’jaqsam mal-affermazzjoni relatata mal-investimenti, il-Kummissjoni qieset li l-investimenti fit-titjib fl-effiċjenza u fil-prodotti b’valur miżjud ogħla kif deskritti fit-Tabella 12 u fil-premessa (473) ippermettew lill-industrija tillimita d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping iżda ma setgħux jiġġieldu ż-żieda ġenerali fl-importazzjonijiet u fis-sehem mis-suq mill-importazzjonijiet Ċiniżi matul il-perjodu kkunsidrat.

(514)

Fin-nuqqas ta’ kummenti addizzjonali fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (414) sa (421) tar-Regolament provviżorju.

5.2.7.   Importazzjonijiet mill-industrija tal-Unjoni

(515)

Fin-nuqqas ta’ kummenti fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (422) sa (423) tar-Regolament provviżorju.

5.2.8.   Prezz ta’ LME Aluminium

(516)

Fin-nuqqas ta’ kummenti fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (424) sa (426) tar-Regolament provviżorju.

5.3.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(517)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ebda wieħed mill-fatturi, analizzati b’mod individwali jew kollettiv, ma naqqas ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni bl-effett li tali rabta ma tibqax ġenwina u sostanzjali, li jikkonferma l-konklużjoni fil-premessi (427) sa (428) tar-Regolament provviżorju.

6.   INTERESS TAL-UNJONI

6.1.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(518)

L-ebda parti ma kkontestat li l-miżuri jkunu fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (429) sa (433) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

6.2.   Interess ta’ importaturi mhux relatati

(519)

Wara l-iżvelar provviżorju, l-importatur Airoldi afferma li, minkejja sehem mis-suq ta’ bejn 80 u 85 % għall-produtturi tal-Unjoni u meta wieħed iqis sehem mis-suq ta’ bejn wieħed u ieħor 4 - 5 % għall-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, l-industrija tal-Unjoni qagħdet fuq l-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ sabiex issaħħaħ il-pożizzjoni tagħha fis-suq. Airoldi talab ukoll analiżi tas-sitwazzjoni kompetittiva fis-suq tal-Unjoni fid-dawl tal-allegat numru baxx ta’ operaturi fis-suq tal-Unjoni u l-fatt li l-importazzjonijiet mir-RPĊ ġew allegatament esklużi mis-suq. Airoldi indika wkoll numru ta’ argumenti relatati ma’ prodotti estrużi.

(520)

F’dan ir-rigward, l-investigazzjoni żvelat li, għall-kuntrarju ta’ dak li ġie ddikjarat minn dan l-importatur mhux relatat, u kif imsemmi fit-Tabella 7, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kien ferm inqas mill-80-85 % affermati u fil-fatt kien jammonta għal 64,6 - 65 % fil-PI. B’mod simili, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat kien ferm ogħla mill-4-5 % ikkwotati u żdied minn 4,1 – 4,5 % fl-2017 għal 8,0 – 8,4 % fil-PI. Barra minn hekk, kif indikat fil-premessa (458) tar-Regolament provviżorju, ma hemm l-ebda indikazzjoni fil-fajl dwar l-imġiba antikompetittiva preżenti jew futura jew oligopolija abbużiva mill-industrija tal-Unjoni. Konsegwentement, il-Kummissjoni ma identifikat l-ebda interess prevalenti sabiex twettaq analiżi bħal din.

(521)

Barra minn hekk, filwaqt li l-miżuri anti-dumping jista’ jkollhom effett importanti fuq is-suq, ma jimplikawx li ċertu prodott ma jistax jidħol aktar fis-suq tal-Unjoni. L-iskop tal-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping ma huwiex li jiġu esklużi l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat iżda li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ekwi billi tiġi rrestawrata l-kompetizzjoni ġusta. Peress li din l-investigazzjoni ma tikkonċernax prodotti estrużi, l-affermazzjonijiet relatati ma’ dawn il-prodotti ma ġewx indirizzati f’dan ir-Regolament.

(522)

In-negozjant Nilo u l-utent Airoldi affermaw ukoll li s-sitwazzjoni ta’ wara l-PI, ikkaratterizzata minn żieda fil-prezzijiet u minn nuqqas temporanju ta’ materjal, kienet qed tiffavorixxi lil ftit produtturi u telimina lil kumpaniji oħrajn fl-Unjoni bħal importaturi u distributuri mis-suq. Madankollu, dawn il-partijiet ma pprovdewx evidenza fir-rigward tal-fatt li l-importaturi u d-distributuri ġew eliminati mis-suq. Fuq il-bażi ta’ dan li ntqal hawn fuq, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħudin.

(523)

Wara l-iżvelar definittiv, Airoldi ddikjara li, għall-kuntrarju tas-sejba tal-Kummissjoni, huwa pprovda lill-Kummissjoni b’lista dettaljata tal-prezzijiet u b’ħarsa ġenerali dettaljata lejn id-dinamika tas-suq tal-aluminju.

(524)

Filwaqt li ma huwiex ikkontestat li Airoldi pprovda informazzjoni dwar il-prezzijiet, l-evidenza fil-fajl relatata mal-importaturi u mad-distributuri li ġew esklużi mis-suq kienet vaga u ma kinitx imsejsa fuq evidenza ta’ sostenn li turi li d-dinamika tas-suq tal-aluminju kienet inbidlet u li, pereżempju, is-sehem mis-suq jew il-livell ta’ attività tal-importaturi / taċ-ċentri tas-servizzi nbidlu b’mod sinifikanti. Fuq din il-bażi, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(525)

In-negozjant Nilo, l-importatur Airoldi u l-utent Overland srl (“Overland”) irreferew għat-tfixkil fis-suq li jikkawża nuqqas ta’ provvista, dewmien kbir fil-provvista u żidiet anormali fil-prezzijiet (LME u prezzijiet tal-proċessar) li kellhom jiġu assorbiti mill-utenti. L-esportatur Henan Xindatong Aluminum Industry Co., Ltd. (“Xindatong”) irrefera wkoll għal żidiet sinifikanti fil-prezzijiet ta’ wara l-PI. Airoldi indika li din is-sitwazzjoni kienet marbuta ma’ diversi elementi (żieda fil-konsum tal-aluminju f’dawn l-aħħar 20 sena, pressjoni ta’ żieda fil-prezzijiet eżerċitata mill-produtturi Ewropej tal-aluminju primarju, il-bidu ta’ tliet proċedimenti anti-dumping separati dwar il-prodotti tal-aluminju fl-2019 - 2020 li jkopru madwar 1 000 000 tunnellata li joriġinaw mir-RPĊ) inklużi l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji u n-nuqqas ta’ kapaċità tal-produzzjoni fl-UE. Airoldi u Nilo indikaw ukoll li s-suq tal-Unjoni kien jiddependi fuq l-importazzjonijiet mir-RPĊ u li kien hemm nuqqas ta’ kapaċità fl-UE u f’pajjiżi oħrajn (it-Turkija, l-Afrika t’Isfel, l-Iżvizzera) li kien qed inaqqas ir-ritmu tal-irkupru u tat-tkabbir fl-UE. L-esportatur Xindatong irrefera wkoll għan-nuqqas ta’ kapaċità disponibbli f’pajjiżi terzi. Airoldi żied ukoll li n-nuqqas drammatiku fis-suq kien qed iwassal għal interruzzjonijiet fil-produzzjoni u li r-riskju li jiġi mblukkat is-suq kien sinifikanti u ma jistax jiġi ssottovalutat. Huwa afferma li jenħtieġ li l-kumpaniji Ewropej kollha jiġu megħjuna bl-istess mod meta jirkupraw mill-kriżi tal-COVID-19. Għal dawn ir-raġunijiet, Airoldi afferma li jenħtieġ li l-investigazzjoni tiġi sospiża jew sempliċement titwaqqaf.

(526)

F’dan ir-rigward, EA għarfet iż-żieda fil-prezz, iż-żminijiet ftit itwal għat-tlestija tal-proċessi u l-problemi temporanji tal-kapaċità. Hija spjegat li din is-sitwazzjoni kienet dovuta għall-kuntest ekonomiku ġenerali ta’ wara l-COVID; jiġifieri l-utenti issa kienu lesti jixtru l-AFRPs mhux biss sabiex jissodisfaw id-domanda miżjuda attwali iżda wkoll sabiex l-istokkijiet tagħhom jerġgħu lura għal livell normali wara li kienu tnaqqsu. EA rreferiet ukoll għal diversi fatturi oħrajn bħaż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima għal-ligi u għaċ-ċangaturi, nuqqas ta’ kontejners, żieda fil-kostijiet tan-nol, effett persistenti ta’ prezzijiet ogħla ta’ SHFE (82) vs il-primjums plus ta’ LME, żieda fl-ostakli kummerċjali kontra l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-AFPRs madwar id-dinja u ż-żieda f’daqqa u b’saħħitha fid-domanda ta’ wara l-COVID fis-setturi industrijali kollha. Barra minn hekk, EA qieset li filwaqt li l-prezzijiet x’aktarx kienu influwenzati mill-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji, iż-żieda fil-prezzijiet ma rriżultatx minn nuqqas strutturali tal-kapaċità iżda minn żbilanċ temporanju bejn id-domanda u l-provvista li huwa mistenni jiskadi meta s-sitwazzjoni tinnormalizza wara l-perjodu inizjali ta’ tensjoni fis-suq li għalih ikkontribwiet din l-investigazzjoni. EA indikat ukoll li din is-sitwazzjoni ma kinitx speċifika għas-settur tal-aluminju jew għas-suq tal-Unjoni b’mod esklużiv u li setturi oħrajn bħas-semikondutturi, iċ-ċipep, l-azzar, iż-żebgħa u l-injam kienu qed jaffaċċjaw ukoll diffikultajiet temporanji fil-provvista u żidiet fil-prezzijiet. F’dan ir-rigward, EA indikat il-possibbiltà li jiġu sospiżi l-miżuri anti-dumping skont l-Artikolu 14(4) tar-Regolament bażiku.

(527)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, anki jekk jitqiesu allegazzjonijiet dwar l-iżviluppi ta’ wara l-PI, il-Kummissjoni qieset li s-sitwazzjoni deskritta minn Nilo, minn Airoldi u minn Overland ma wrewx nuqqas strutturali ta’ kapaċità iżda pjuttost sitwazzjoni temporanja ta’ wara l-COVID ikkaratterizzata minn irkupru ekonomiku u minn domanda b’saħħithom akkumpanjati minn diversi effetti sekondarji (żieda fil-prezzijiet għall-materja prima u għat-trasport), li għandha impatt fuq il-prezzijiet. Tali rkupru ma setax jiġi antiċipat u kien jeħtieġ xi żmien sabiex is-suq jadatta sakemm l-irkupru ekonomiku u t-tkabbir jinnormalizzaw u d-domanda u l-provvista jerġgħu jkunu bbilanċjati. Barra minn hekk, f’dak li għandu x’jaqsam mad-dipendenza fuq l-importazzjonijiet mir-RPĊ, huwa mfakkar li, kif indikat fil-premessa (523), l-iskop tal-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping ma huwiex li jiġu esklużi l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat iżda li jiġu livellati l-kundizzjonijiet ekwi billi terġa’ tinkiseb kompetizzjoni ġusta. Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, l-affermazzjoni li s-sitwazzjoni kurrenti kienet marbuta ma’ nuqqas strutturali ta’ kapaċità ġiet miċħuda.

(528)

Wara l-iżvelar definittiv, Nilo tenna li s-suq tal-Unjoni qed ibati minn nuqqas ta’ materjali, minn dewmien fil-konsenji u minn żidiet fil-prezzijiet li qed jaffettwaw l-industrija downstream.

(529)

Wara l-iżvelar definittiv, Airoldi tenna li l-allegata kapaċità insuffiċjenti tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni flimkien mal-irkupru b’saħħtu ta’ wara l-COVID wasslu għal nuqqas ta’ materjali, għal dewmien fil-konsenji u għal żidiet fil-prezzijiet wara li ntemm il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fuq din il-bażi, Airoldi sostna li ma jkunx fl-interess tal-industrija downstream li jiġu imposti miżuri anti-dumping peress li dawn jaggravaw is-sitwazzjoni tal-provvista għall-utenti filwaqt li l-industrija tal-Unjoni tkun tibbenefika minn dazji, minn nuqqas, minn dewmien u minn żieda fil-prezzijiet u fil-profitt għad-detriment tas-sistema industrijali kollha tal-UE.

(530)

Fin-nuqqas ta’ elementi ġodda li jappartjenu għal dawn iż-żewġ affermazzjonijiet, issir referenza għall-premessa (529) li fiha l-Kummissjoni rrikonoxxiet l-eżistenza ta’ nuqqas ta’ materjali u ta’ żieda fil-prezzijiet iżda ma kkonkludietx li kien hemm nuqqas strutturali ta’ kapaċità. Fuq din il-bażi, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(531)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tal-interess tal-importaturi mhux relatati, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (434) sa (437) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

6.3.   Interess tal-utenti

(532)

Il-kummenti ta’ Nilo u ta’ Airoldi wara l-iżvelar provviżorju relatati mal-utenti kienu komuni għall-kummenti relatati ma’ importaturi mhux relatati u diġà ġew indirizzati fit-Taqsima 6.2 aktar ’il fuq.

(533)

Wara l-iżvelar definittiv, SWA affermat li l-investigazzjoni “tat kontroll sħiħ lill-fornituri tal-materja prima lil ftit operaturi” u li dan kien qed jagħmel ħsara lill-industrija downstream u lil “miljuni ta’ ħaddiema”. Hija affermat ukoll li kien hemm nuqqas ta’ materjali u li l-prezzijiet tal-konverżjoni kienu żdiedu b’75-140 %. Barra minn hekk, talbet lill-Kummissjoni tinvestiga l-perjodu ta’ wara l-PI sabiex tasal għal konklużjoni favur is-sospensjoni tad-dazji anti-dumping inkwistjoni. Airoldi appoġġa dan il-kumment.

(534)

Fin-nuqqas ta’ evidenza ta’ sostenn minn dan l-esportatur, l-affermazzjoni tiegħu ġiet miċħuda. Kif imsemmi fil-premessa (14), il-Kummissjoni talbet informazzjoni wara l-PI sabiex tinvestiga s-sospensjoni possibbli tal-miżuri fi żmien xieraq.

6.3.1.   Bini u kostruzzjoni

(535)

Il-Kumpanija A pprovdiet kummenti relatati mat-talba tagħha għal eżenzjoni tal-prodott. Din hija indirizzata fit-Taqsima 2.2.2.

(536)

Wara l-iżvelar definittiv, il-Kumpanija A affermat li kompliet taffaċċja diffikultajiet fil-provvista fl-UE u barra minnha għall-AFRPs eżentati f’tentattiv li tissalvagwardja l-provvisti tagħha għas-sena 2022 u li ż-żieda f’daqqa fil-prezzijiet minħabba n-nuqqas ta’ provvista tal-UE kellha impatt negattiv ħafna fuq l-attivitajiet tal-ACP u tal-kojl miksi tagħha. Il-Kumpanija A rreferiet ukoll għat-tħabbira riċenti tar-Russja li se timplimenta tariffa ġdida (83) fuq l-esportazzjonijiet tal-aluminju tagħha. Meta jitqies is-sehem kbir tal-aluminju primarju importat fl-Unjoni li joriġina mir-Russja, il-Kumpanija A affermat li l-produtturi tal-Unjoni jaffaċċjaw diffikultajiet fil-provvista u żieda fil-kostijiet li jwasslu għal żieda addizzjonali fil-prezz.

(537)

F’dak li għandu x’jaqsam mad-diffikultajiet fil-provvista, issir referenza għat-Taqsima 2.2.2 fejn ġiet indirizzata t-talba għal eżenzjoni tal-Kumpanija A. Fir-rigward tal-implimentazzjoni mir-Russja ta’ dazju ġdid fuq l-esportazzjoni, il-Kummissjoni għarfet li element bħal dan jista’ jwassal għal żieda addizzjonali fil-prezz. Madankollu, il-Kummissjoni qieset ukoll li element bħal dan kien ta’ natura ġenerali u jaffettwa lill-operaturi ekonomiċi madwar id-dinja fid-dawl tas-sehem kbir ta’ esportazzjonijiet tal-materjal primarju Russu lejn pajjiżi tal-UE u mhux tal-UE. Fuq din il-bażi, dawn l-affermazzjonjiet ġew miċħudin.

(538)

Minkejja talbiet ripetittivi, Multilaque SAS ma pprovdietx tweġiba għall-ittra dwar defiċjenzi tal-Kummissjoni. Fuq din il-bażi, it-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju ma setgħetx tintuża.

6.3.2.   Stokk tal-fojl

(539)

Wara l-iżvelar provviżorju, Xiamen Xiashun affermat li l-Kummissjoni injorat l-interessi tal-utenti tal-istokk tal-fojl tagħha. Madankollu, ma indikatx argumenti speċifiċi mressqin mill-utenti f’dan is-settur. Fuq din il-bażi, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(540)

Wara l-iżvelar provviżorju, Amcor issottomettiet talba għal eżenzjoni ta’ prodott, li hija analizzata fit-Taqsima 2.2.8.

6.3.3.   Skambjaturi tas-sħana tal-aluminju (AHEX AFRPs)

(541)

Wara l-iżvelar provviżorju, TitanX, Valeo u l-CLEPA affermaw li l-Kummissjoni ma vvalutatx l-interess espress mill-utenti tal-AHEX AFRPs b’mod xieraq peress li l-assoċjazzjoni Ewropea ta’ fornituri tal-karozzi u l-utenti tal-AHEX AFRPs jammontaw għal aktar minn 50 % tal-konsum ta’ dan il-prodott, l-utenti tal-AHEX AFRPs jimpjegaw aktar ħaddiema mill-industrija tal-Unjoni u n-nuqqas ta’ esklużjoni tal-AHEX AFRPs ikun jifforma ostaklu għat-tranżizzjoni tal-elettrifikazzjoni fis-segment tal-vetturi kummerċjali tal-industrija tal-karozzi. F’dan ir-rigward, Valeo żiedet ukoll li l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tal-Karozzi (“ACEA”) u BMW kienu esprimew l-appoġġ tagħhom għall-esklużjoni tal-AHEX AFRPs mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri.

(542)

Filwaqt li l-CLEPA pparteċipat fl-investigazzjoni billi pprovdiet kummenti u appoġġat l-affermazzjonijiet ta’ TitanX u ta’ Valeo fir-rigward tal-ambitu tal-prodott, TitanX u Valeo kienu l-uniċi żewġ utenti f’dan is-settur li kkooperaw bis-sħiħ mal-investigazzjoni billi pprovdew tweġibiet u kummenti għall-kwestjonarju. Fi kwalunkwe każ, il-kummenti mqajmin mill-partijiet imsemmijin fil-premessa (543) huma indirizzati fit-Taqsima 2.2.1 aktar ’il fuq.

(543)

TitanX ipprovdiet tweġiba riveduta għall-kwestjonarju wara l-ittra dwar defiċjenzi tal-Kummissjoni. F’din it-tweġiba għall-kwestjonarju, hija ma esprimietx pożizzjoni dwar l-impożizzjoni tal-miżuri u tenniet it-talba tagħha għall-esklużjoni tal-AHEX AFRPs mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri. Din it-talba hija analizzata fit-Taqsima 2.3.1 tar-Regolament provviżorju. Il-kummenti relatati ma’ dan il-prodott huma indirizzati fit-Taqsima 2.2.1 aktar ’il fuq.

(544)

Mahle affermat li l-konklużjoni tal-Kummissjoni dwar il-produtturi tal-HEX li jinsabu barra mill-UE ma ġietx evalwata bir-reqqa u ddikjarat li fornitur Ċiniż kien qed iforni HEX lill-impjanti tal-karozzi fl-UE. F’dan ir-rigward, il-CLEPA affermat li l-manifatturi tal-iskambjaturi tas-sħana huma f’kompetizzjoni diretta ma’ produtturi oħrajn fir-reġjun; jiġifieri l-Marokk u l-Ukrajna. Madankollu, l-affermazzjonijiet ma ġewx issostanzjati b’evidenza ta’ sostenn u, għalhekk, ġew miċħudin.

(545)

Wara l-iżvelar definittiv, Valeo tenniet li l-utenti tal-AHEX AFRPs jikkontribwixxu aktar għall-impjiegi mill-industrija tal-aluminju tal-UE u se jkollhom rwol importanti fl-elettrifikazzjoni tas-settur tal-karozzi fl-Unjoni. Fuq din il-bażi, hija affermat li n-nuqqas ta’ esklużjoni tal-AHEX AFRPs ma jkunx fl-interess tal-Unjoni.

(546)

F’dan ir-rigward, kif imsemmi fil-premessa (145), il-Kummissjoni qieset li l-miżuri jkollhom biss impatt limitat fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-utenti. Konsegwentement, u filwaqt li jiġu kkunsidrati wkoll il-konklużjonijiet milħuqin dwar l-interess tal-Industrija tal-UE, anki jekk l-utenti tal-AHEX AFRPs jirrappreżentaw aktar impjiegi mill-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni ma qisitx li kien imur kontra l-interess tal-Unjoni li ma jiġux esklużi l-AHEX AFRPs mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-investigazzjoni. Fuq din il-bażi, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

6.3.4.   Industriji oħrajn

(547)

Ma wasal l-ebda kumment mingħand utenti attivi f’industriji oħrajn wara l-iżvelar provviżorju.

6.3.5.   Konklużjoni dwar l-interessi tal-utenti

(548)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessa (449) tar-Regolament provviżorju.

6.4.   Interessi oħrajn

(549)

Wara l-iżvelar provviżorju, il-GTĊ afferma li l-każijiet anti-dumping u antisussidji li nbdew reċentement fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-aluminju li joriġinaw miċ-Ċina kienu jmorru kontra l-istrateġija industrijali l-ġdida u ppropona għanijiet ġodda għat-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali. Il-GTĊ indika wkoll li l-kummerċ ġust u ħieles biss jista’ jiggarantixxi l-iżvilupp sostenibbli tal-industriji tal-UE u japprofondixxi l-kooperazzjoni bejn l-UE u s-sħab ekonomiċi u kummerċjali tagħha. Eventwalment, il-GTĊ afferma li l-importazzjonijiet mir-RPĊ jgħinu sabiex jippromwovu l-konservazzjoni tal-enerġija u l-innovazzjoni fl-industriji rilevanti tal-UE li huma ta’ benefiċċju għall-għan tat-trasformazzjoni ekoloġika tal-UE.

(550)

Il-Kummissjoni fakkret li l-iskop tal-investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji ma huwiex li jiġu esklużi l-importazzjonijiet minn pajjiż partikolari mis-suq tal-Unjoni iżda, dment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti legali rilevanti, li jiġu rrestawrati kundizzjonijiet ekwi li jippermettu l-kummerċ ġust bejn is-sħab ekonomiċi. Barra minn hekk, il-livell tal-miżuri ġie rivedut ’l isfel u ma huwiex meqjus bħala projbittiv. Fuq din il-bażi, ma kienx ikkunsidrat li l-impożizzjoni ta’ miżuri tmur kontra l-istrateġija industrijali l-ġdida u l-għanijiet proposti ġodda għat-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali peress li l-importazzjonijiet mir-RPĊ xorta jistgħu jidħlu fis-suq tal-Unjoni u jikkontribwixxu għall-għanijiet il-ġodda għat-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali.

(551)

Affermazzjonijiet oħrajn fir-rigward tal-għanijiet il-ġodda għat-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali huma indirizzati fis-subtaqsima 2.2.1 aktar ’il fuq.

6.5.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(552)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessa (459) tar-Regolament provviżorju fid-dawl tal-livell rivedut tal-miżuri.

7.   MIŻURI ANTI-DUMPING DEFINITTIVI

7.1.   Livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu

(553)

Skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni vvalutat l-iżvilupp tal-volumi tal-importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ qabel l-iżvelar deskritt fil-premessa (2) aktar ’il fuq sabiex jiġi rifless id-dannu addizzjonali f’każ li jkun hemm żieda sostanzjali oħra fl-importazzjonijiet soġġetti għall-investigazzjoni matul dak il-perjodu. Skont il-Eurostat u l-bażijiet ta’ data Sorveljanza 2, paragun tal-volumi tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fil-perjodu ta’ investigazzjoni u dawk tal-perjodu ta’ qabel l-iżvelar ma weriex żidiet sostanzjali oħrajn fl-importazzjonijiet. Għalhekk ir-rekwiżiti għal żieda fid-determinazzjoni tal-marġni tad-dannu skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku ma ntlaħqux u ma sar l-ebda aġġustament għall-marġni tad-dannu.

(554)

Wara l-iżvelar definittiv, Xiamen Xiashun ikkontestat iż-żieda mill-Kummissjoni tal-kostijiet ambjentali futuri mal-prezz fil-mira tal-industrija tal-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku. Il-kumpanija argumentat li, bħall-Unjoni, Xiamen Xiashun se tkun soġġetta għall-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (“ETS”) taċ-Ċina mill-2022. Hija affermat ukoll li kienet irċeviet iċ-ċertifikazzjoni tal-Istandard tal-Prestazzjoni (“PS”) tal-Aluminium Stewardship Initiative. Għalhekk, allegatament ġarrbet kostijiet tal-konformità li jirriżultaw mill-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima u mill-impenji mill-Ftehim ta’ Pariġi. Konsegwentement, Xiamen Xiashun affermat li ġarrbet kostijiet tal-konformità ambjentali ekwivalenti meta mqabbla mal-produtturi tal-Unjoni, li se jiġu riflessi fil-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni u, għalhekk, jenħtieġ li l-kostijiet ambjentali futuri ma jiżdidux mal-prezz mhux dannuż.

(555)

Il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni. Il-fatt li ċ-Ċina se tapplika l-ETS proprja tagħha jew li Xiamen Xiashun ġarrbet kostijiet tal-konformità ambjentali ma huwiex rilevanti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku, li jgħid li sabiex jiġi stabbilit il-prezz fil-mira tal-Industrija tal-Unjoni, fost l-oħrajn iridu jitqiesu l-kostijiet ambjentali futuri.

(556)

Wara l-iżvelar definittiv, Nanshan affermat li l-profitt fil-mira ta’ 6 % applikat mill-Kummissjoni ma jirriflettix profitt li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli minn din l-industrija u rreferiet għall-marġni ta’ profitt ta’ 5,2 % miksub mill-industrija tal-Unjoni fl-2016 (84). Barra minn hekk, Nanshan affermat li jenħtieġ li l-profitt fil-mira ma jiġix applikat għall-kost tal-input iżda biss għall-kost tal-proċessar fuq il-bażi li l-prezz ta’ LME ma jiġix innegozjat bejn ix-xerrej u l-bejjiegħ peress li l-bejjiegħ jgħaddi l-kost lix-xerrej. F’dan ir-rigward, hija affermat li n-negozjar huwa limitat għall-kost tal-proċessar.

(557)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat li l-profitt fil-mira użat għall-fini tal-kalkoli tal-bejgħ taħt il-prezz ġie stabbilit f’konformità mal-Artikolu 7(2c). F’dak kollu li jikkonċerna l-elementi li għalihom jeħtieġ li jiġi applikat il-profitt fil-mira, l-Artikolu 7(2c) jirreferi b’mod ċar għal livell ta’ profitt meħtieġ sabiex jiġu koperti l-kostijiet u l-investimenti sħaħ. Konsegwentement, jenħtieġ li l-profitt fil-mira jiġi applikat għall-elementi kollha tal-kost u mhux biss għall-kostijiet tal-proċessar. Fuq din il-bażi, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(558)

Fuq din il-bażi u fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (462) sa (475) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

7.2.   Distorsjonijiet fil-materja prima

(559)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar din it-taqsima, il-premessi (476)-(480) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

7.3.   Miżuri definittivi

(560)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni fir-rigward tad-dumping, tad-dannu, tal-kawżalità u tal-interess tal-Unjoni, u f’konformità mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping definittivi sabiex ma jiġix ikkawżat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat. Għar-raġunijiet stabbiliti f’din it-taqsima, jenħtieġ li d-dazji anti-dumping jiġu stabbiliti f’konformità mar-regola tad-dazju inferjuri.

(561)

Il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu fuq il-bażi ta’ paragun tal-prezz medju ponderat tal-importazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw, kif stabbilit għall-kalkoli ta’ twaqqigħ tal-prezz, mal-prezz medju ponderat mhux dannuż tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni (EU-27) matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Id-differenza li tirriżulta minn dan il-paragun ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjonijiet.

(562)

Wara l-iżvelar provviżorju, Jiangsu Alcha affermat li l-iżvelar tal-marġnijiet tal-bejgħ taħt il-prezz u tat-twaqqigħ tal-prezz kien difettuż peress li l-prezzijiet fil-mira u l-kwantitajiet mibjugħin mill-industrija tal-Unjoni, għall-PCNs kollha minbarra wieħed, ġew ittikkettati bħala kunfidenzjali fejn ma setgħetx teżerċita d-drittijiet tad-difiża tagħha. Hija talbet ukoll informazzjoni addizzjonali dwar l-aġġustamenti magħmulin sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà. Jiangsu Alcha affermat li l-istruttura tal-PCN użata għall-kalkolu tal-livell tal-miżuri provviżorji ma kinitx tiżgura komparabbiltà suffiċjenti tal-PCN u qajmet dubji dwar il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni applikabbli fl-UE. Kif imsemmi fil-premessa (374), Jiangsu Alcha qalet li l-Kummissjoni kienet użat informazzjoni pprovduta minn Jiangsu Alcha fuq il-bażi ta’ struttura skaduta tal-PCN sabiex tikkalkola l-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz.

(563)

Wara t-talba ta’ Jiangsu Alcha, il-Kummissjoni pprovdiet meded għall-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz u l-prezzijiet fil-mira tal-industrija tal-Unjoni użati għall-kalkolu tal-kalkoli tal-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz, spjegazzjonijiet addizzjonali dwar l-aġġustamenti magħmulin kif ukoll il-lista sħiħa tal-PCNs tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, Jiangsu Alcha indikat li l-informazzjoni addizzjonali kienet obsoleta peress li allegatament kienet ibbażata fuq fatti ħżiena u ma qisitx il-kummenti tagħha dwar l-istruttura tal-PCN.

(564)

Wara l-kummenti ta’ Jiangsu Alcha dwar il-PCN, il-Kummissjoni eżaminat l-affermazzjoni flimkien mat-talbiet l-oħrajn li waslu wara l-iżvelar provviżorju. Ikkonfermat li l-klassifikazzjoni inizjali tat-tipi ta’ prodotti minn Jiangsu Alcha ma kinitx korretta. Għalhekk, il-Kummissjoni issostitwiet il-kodiċijiet żbaljati tal-PCN b’kodiċijiet korretti u kkalkolat mill-ġdid il-livell tal-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz għal dan l-esportatur.

(565)

Wara l-iżvelar definittiv, Jiangsu Alcha affermat li l-Kummissjoni ma kinitx żvelat biżżejjed data relatata maċ-ċifri tal-industrija tal-Unjoni peress li żvelat id-dettalji kollha għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz għal PCN wieħed biss. Għall-PCNs l-oħrajn, hija lmentat li l-Kummissjoni kienet użat meded wisgħin għall-marġnijiet tal-prezz fil-mira u tal-bejgħ taħt il-prezz li ma setgħux jitqiesu li jikkostitwixxu żvelar sinifikattiv. Barra minn hekk, Jiangsu Alcha kkummentat li billi ma kellhiex aċċess għall-kwantitajiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fil-livell tal-PCN, ma setgħetx tikkummenta dwar il-korrettezza tal-kalkolu. F’dan ir-rigward, hija talbet lill-Kummissjoni tidentifika n-numru ta’ produtturi għal kull PCN. Barra minn hekk, Jiangsu Alcha rreferiet ukoll għal differenza potenzjali fil-livell ta’ kummerċ, fil-kummissjonijiet u f’kostijiet oħrajn tal-bejgħ. Fuq din il-bażi, hija affermat li nkisru d-drittijiet tad-difiża tagħha u talbet żvelar addizzjonali aktar sinifikattiv li jiggarantixxi paragun ġust.

(566)

L-iżvelar definittiva sar f’konformità mal-prattika standard tal-Kummissjoni sabiex tiġi żgurata l-kunfidenzjalità tad-data pprovduta mill-industrija tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, minħabba d-daqs tal-kampjun, id-data li tappartjeni għall-PCNs li ġew immanifatturati u li nbiegħu minn produttur wieħed jew minn żewġ produtturi tal-Unjoni biss ma setgħetx tiġi żvelata mingħajr ma twassal għal żvelar indirett ta’ data sensittiva. Għall-istess raġunijiet, il-Kummissjoni ma tistax tiżvela lil Jiangsu Alcha n-numru ta’ produtturi li jbigħu PCN partikolari. Għalhekk, il-Kummissjoni setgħet tiżvela biss il-marġnijiet tal-prezz fil-mira u tal-bejgħ taħt il-prezz bl-użu ta’ meded. Ta’ min ifakkar li l-Kummissjoni diġà kienet segwiet din il-metodoloġija fl-iżvelar provviżorju wara t-talba ta’ Jiangsu Alcha għal żvelar addizzjonali, kif imsemmi fil-premessa (565). F’dan ir-rigward, Jiangsu Alcha ma kinitx ikkummentat dwar il-livell ta’ dettall tal-iżvelar provviżorju addizzjonali tal-kalkoli tad-dannu tagħha.

(567)

F’dak li għandu x’jaqsam ma’ aspetti oħrajn tal-kalkoli (il-livell ta’ kummerċ, il-kummissjoni, il-kostijiet tal-bejgħ), ta’ min jinnota li l-kummissjonijiet u l-kostijiet tal-bejgħ diġà jitqiesu fil-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz. Meta jitqies it-tip ta’ prodotti li tesporta Jiangsu Alcha lejn l-Unjoni; jiġifieri l-AHEX AFRPs destinati għall-fornituri tal-karozzi, il-kumment relatat mal-livell ta’ kummerċ ma kienx iġġustifikat. Fuq din il-bażi, dawn l-affermazzjonjiet ġew miċħudin.

(568)

Barra minn hekk, Jiangsu Alcha talbet informazzjoni addizzjonali dwar il-kostruzzjoni tal-meded u b’mod partikolari l-awtur tal-meded.

(569)

Il-meded ippreżentati fl-iżvelar definittiv inbnew mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-informazzjoni sensittiva użata għall-kalkoli tal-bejgħ taħt il-prezz; jiġifieri huma bbażati fuq il-marġni tal-prezz fil-mira u tal-bejgħ taħt il-prezz ikkalkolat f’konformità mal-metodoloġija deskritta fil-premessi (462) sa (473) tar-Regolament provviżorju.

(570)

Jiangsu Alcha affermat li l-PCNs li esportat kienu mmanifatturati minn numru limitat ta’ produtturi tal-Unjoni u li d-data ta’ produttur wieħed allegatament ineffiċjenti tal-Unjoni tista’ tfixkel il-prezz fil-mira tal-industrija tal-Unjoni u tneffaħ b’mod inġust il-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz. F’dan ir-rigward, hija pprovdiet kalkoli alternattivi tal-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz ibbażati fuq medja sempliċi (mhux ponderata) tal-ammont ta’ twaqqigħ tal-prezz u ta’ bejgħ taħt il-prezz għal kull unità u talbet lill-Kummissjoni terġa’ tagħmel il-kalkoli tal-bejgħ taħt il-prezz fuq din il-bażi sabiex telimina l-allegat nuqqas ta’ ġustizzja li jirriżulta mill-kwantitajiet differenti ħafna mibjugħin minn Jiangsu Alcha u mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Hija pprovdiet ukoll kalkolu tal-bejgħ taħt il-prezz ibbażat fuq il-valuri superjuri tal-medda u talbet kjarifiki dwar il-medda użata.

(571)

F’dan ir-rigward, ta’ min ifakkar li l-kalkolu tal-marġnijiet tal-bejgħ taħt il-prezz u tat-twaqqigħ tal-prezz kien ibbażat fuq kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, Jiangsu Alcha ma ssottomettiet l-ebda kumment dwar il-kampjun jew evidenza dwar l-allegata ineffiċjenza tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Ta’ min jinnota wkoll li, ħlief għal żewġ PCNs, il-PCNs esportati kollha ta’ Jiangsu Alcha jistgħu jitqabblu ma’ PCN korrispondenti mibjugħ fi kwantitajiet sinifikanti minn tal-anqas produttur wieħed tal-Unjoni inkluż fil-kampjun. Il-metodoloġija medja sempliċi applikata u ssuġġerita minn Jiangsu Alcha tqieset żbaljata peress li ma kinitx tqis il-volum tal-esportazzjonijiet u, għalhekk, ma kinitx tirrifletti b’mod akkurat l-imġiba tal-esportazzjoni tagħha. Il-metodu l-ieħor deskritt minn Jiangsu Alcha (valuri superjuri tal-medda) ma kienx meqjus xieraq la minħabba li ma jagħtix kas il-valuri aktar baxxi u lanqas ma jirrifletti l-imġiba tal-esportazzjoni tagħha b’mod preċiż. Meta titqies in-natura sensittiva taċ-ċifri pprovduti f’meded, il-Kummissjoni ma setgħetx tipprovdi l-kjarifika mitluba. Fuq din il-bażi, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(572)

Fl-istess rigward, il-CLEPA affermat li d-differenza fil-prezz bejn l-AHEX AFRPs prodotti u importati mill-UE ma kinitx tiġġustifika l-livell tal-miżuri provviżorji. Valeo affermat li l-aġġustamenti magħmulin mill-Kummissjoni fir-rigward tat-tip ta’ kojls ma kinux realistiċi u wasslu għal riżultati anormali.

(573)

Il-Kummissjoni qieset il-kummenti li jappartjenu għall-esportazzjonijiet tal-AHEX AFRPs, fejn ġustifikati, u aġġustat il-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz kif xieraq.

(574)

Wara l-iżvelar definittiv, EA talbet kjarifika dwar it-tnaqqis fil-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz ta’ Jiangsu Alcha. Hija xeħtet dubju wkoll fuq il-fatt li, għall-kuntrarju tal-livell tal-marġni tad-dumping li baqa’ f’livell simili, il-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz naqas b’mod sinifikanti. Barra minn hekk, hija rreferiet għall-kummenti tal-CLEPA u ta’ Valeo dwar il-livell tal-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz u xeħtet dubju dwar kif dan tqies fl-istabbiliment tal-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz.

(575)

F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li s-sostituzzjoni tal-PCNs ħżiena affettwat bl-istess mod l-istabbiliment tal-prezz tal-esportazzjoni u tal-valur normali sabiex il-marġni tad-dumping korrispondenti ma baqax mingħajr effett f’dan ir-rigward. F’dak li għandu x’jaqsam mal-marġni tad-dannu, il-kwistjoni tal-PCN kienet tikkonċerna biss lil Jiangsu Alcha u mhux l-industrija tal-Unjoni u, għalhekk, il-korrezzjoni tal-PCN wasslet għal bidla sinifikanti fil-livell tal-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz għal dan il-produttur esportatur. Il-kummenti tal-CLEPA u ta’ Valeo dwar il-livell tal-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz ma kellhomx effett fuq il-livell tal-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz.

(576)

Wara l-kummenti ta’ EA dwar l-iżvelar definittiv, Jiangsu Alcha kkonfermat il-kjarifika tal-Kummissjoni.

(577)

Wara t-talba ta’ Xiamen Xiashun, il-Kummissjoni pprovdiet meded għall-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz u l-prezzijiet fil-mira tal-industrija tal-Unjoni użati għall-kalkolu tal-kalkoli tal-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz, spjegazzjonijiet addizzjonali dwar l-aġġustamenti magħmulin kif ukoll il-lista sħiħa tal-PCNs tal-industrija tal-Unjoni.

(578)

Wara l-iżvelar provviżorju, Nanshan talbet l-iżvelar ta’ informazzjoni addizzjonali fil-forma tal-prezzijiet fil-mira tal-industrija tal-Unjoni użati għall-kalkolu tal-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz, ta’ spjegazzjonijiet addizzjonali dwar l-aġġustamenti magħmulin kif ukoll tal-lista sħiħa ta’ PCNs tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, hija talbet l-iżvelar tal-kalkolu tagħha tal-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz tagħha mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku u valur tal-medda għall-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz għal kull PCN.

(579)

Bi tweġiba għal din it-talba, il-Kummissjoni pprovdiet il-meded għall-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz u l-prezzijiet fil-mira tal-industrija tal-Unjoni użati għall-kalkolu tal-kalkoli tal-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz, spjegazzjonijiet addizzjonali dwar l-aġġustamenti magħmulin kif ukoll il-lista sħiħa tal-PCNs tal-industrija tal-Unjoni. Il-kalkolu alternattiv tal-marġni tal-bejgħ bi prezz imwaqqa’ mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(9) ma ġiex ipprovdut fuq il-bażi li tali informazzjoni ma kinitx tifforma parti mill-informazzjoni li fuqha l-Kummissjoni qagħdet tibbaża s-sejbiet tagħha. Madankollu, il-Kummissjoni nnotat li l-porzjon tal-bejgħ permezz ta’ entitajiet relatati huwa baxx ħafna sabiex l-impatt tal-applikazzjoni tal-aġġustament skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, jekk fil-fatt ikun hemm, ikun żgħir ħafna.

(580)

Minkejja l-informazzjoni addizzjonali kondiviża u fir-rigward tal-aġġustament imsemmi fil-premessi (592) sa (597), Nanshan affermat li jenħtieġ li tirċievi wkoll il-prezz fil-mira għal PCNs oħrajn li jvarjaw biss f’termini ta’ liga sabiex tipprovdi kummenti sinifikattivi dwar l-aġġustament li sar.

(581)

F’konformità mal-Artikolu 19(4) tar-Regolament bażiku li bih il-Kummissjoni għandha tiżvela biss l-evidenza li fuqha bbażat il-konklużjoni tagħha, il-Kummissjoni ma qisitx li din l-informazzjoni jenħtieġ li tiġi żvelata. Fi kwalunkwe każ, tqies li Nanshan irċeviet l-informazzjoni li fuqha l-Kummissjoni bbażat is-sejbiet definittivi tagħha.

(582)

Wara l-iżvelar provviżorju, Nanshan affermat li l-Kummissjoni kkalkolat b’mod żbaljat il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu peress li għal dan l-għan qagħdet fuq l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku sabiex tiddetermina l-prezzijiet tal-importazzjoni ta’ Nanshan. B’mod partikolari, hija rreferiet għal paragrafi speċifiċi tas-sentenzi tal-Qorti Ġenerali T-383/17 (85) u T-301/16 (86). Hija argumentat li l-Qorti Ġenerali sabet li l-Kummissjoni wettqet żball billi ddeċidiet li tnaqqas il-kostijiet tal-SG&A u marġni ta’ profitt, għall-bejgħ mill-ġdid tal-prodott ikkonċernat minn [l-entità relatata tal-Applikant fl-UE] lil klijenti indipendenti, bl-għan li tistabbilixxi l-prezz tal-esportazzjoni ta’ dak il-prodott fil-kuntest tad-determinazzjoni tad-dannu.

(583)

Il-Kummissjoni nnotat li s-sejbiet imsemmijin minn Nanshan f’T-383/17 ma humiex rilevanti għall-każ inkwistjoni peress li jikkonċernaw biss il-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz imwettqin fl-investigazzjoni soġġetta għal dik is-sentenza (87). Fir-rigward ta’ T-301/16, minkejja li Nanshan rreferiet għall-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali dwar it-twaqqigħ tal-prezz (il-punt 188 tagħha), il-Qorti kkonstatat ukoll li (fil-punt 194) il-kalkoli dwar it-twaqqigħ tal-prezz jista’ jkollhom impatt ukoll fuq il-marġni tad-dannu. Madankollu, b’kuntrast mal-investigazzjoni soġġetta għal dik is-sentenza tal-Qorti, f’dan il-każ, il-Kummissjoni bbażat il-kalkoli tagħha tal-bejgħ taħt il-prezz fuq metodoloġija differenti għall-istabbiliment tal-prezz tal-Unjoni mhux dannuż. Filwaqt li f’T-301/16 il-prezz mhux dannuż kien jinkludi wkoll il-kostijiet imġarrbin mill-entitajiet tal-bejgħ relatati tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, f’dan il-każ il-prezz mhux dannuż kien ibbażat fuq il-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni flimkien ma’ profitt fil-mira, b’hekk ġie eskluż kwalunkwe kost imġarrab mill-entitajiet tal-bejgħ relatati tagħhom. Konsegwentement, għall-kuntrarju tal-konstastazzjonijiet tal-Qorti f’T-301/16, f’dan il-każ, ma hemml-ebda asimmetrija bejn il-prezzijiet tal-importazzjoni stabbiliti għal Nanshan li biha l-SG&A u l-profitt tal-importatur relatat fl-Unjoni tnaqqsu f’konformità mal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku u l-prezz fil-mira stabbilit għall-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun li ma jinkludix la l-SG&A u lanqas il-profitt tal-entitajiet tal-bejgħ relatati tagħhom. Barra minn hekk, b’kuntrast mas-sitwazzjoni fattwali f’T-301/16 fejn kważi l-bejgħ kollu tal-esportatur inkwistjoni sar permezz ta’ importaturi relatati, f’dan il-każ, l-aġġustament skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku kien jikkonċerna biss [25-35] % tal-volumi tal-esportazzjonijiet ta’ Nanshan (88) u anqas minn 20 % tal-bejgħ kollu tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun twettaq permezz ta’ entitajiet relatati. Konsegwentement, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(584)

Wara l-iżvelar definittiv, Nanshan tenniet l-affermazzjoni tagħha u indikat li l-bejgħ tagħha mwettaq permezz ta’ importaturi relatati ma kienx baxx ħafna u li l-Kummissjoni ma setgħetx tinjora l-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali kif stabbilita f’T-107/08 (89), f’T-383/17 u f’T-301/16 għaliex l-impatt tal-ksur tagħha allegatament ikun żgħir. Hija bbażat ir-raġunament tagħha fuq l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fuq il-prinċipju tal-istat tad-dritt fl-ordni ġuridiku tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 263 tat-TFUE.

(585)

F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-Kummissjoni ma injoratx il-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali minħabba li l-impatt tal-aġġustament ikun żgħir ħafna. Minflok, il-Kummissjoni ċaħdet li tipprovdi l-informazzjoni mitluba fil-premessa (580) fuq il-bażi li tali informazzjoni ma kinitx tifforma parti mill-informazzjoni li fuqha ddependiet sabiex tibbaża s-sejbiet tagħha u li l-impatt ta’ tali aġġustament, jekk ikun hemm, ikun żgħir ħafna.

(586)

Nanshan irreferiet ukoll għall-punt 199 ta’ T-383/17 u affermat li dik il-kawża “ma tagħmilx distinzjoni bejn il-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz” u li dan huwa sempliċiment loġiku peress li l-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz għandu l-għan li jivvaluta s-sitwazzjoni tal-prezz tal-industrija tal-Unjoni “f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni, fl-assenza ta’ importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping” skont deċiżjonijiet oħrajn tal-qorti (90). Hija żiedet li l-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz huwa l-mod aritmetiku magħżul mill-Kummissjoni sabiex tivvaluta d-depressjoni u t-trażżin tal-prezzijiet u konsegwentement sabiex tivvaluta l-livell adegwat sabiex tneħħi d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-produttur esportatur lill-industrija tal-Unjoni (91).

(587)

L-ewwel nett, f’dan ir-rigward, din is-sentenza qiegħda taħt appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja (92). Għalhekk, il-konklużjonijiet tas-sentenza dwar il-kwistjoni soġġetta għall-allegazzjoni magħmulin minn Hansol ma humiex finali. Barra minn hekk, ta’ min jinnota li l-paragrafu ikkwotat jirreferi għal “prezzijiet innegozjati bejn impriża u l-klijenti u mhux il-prezzijiet fi stadju intermedju”. Meta wieħed iqis li l-prezzijiet fil-mira użati fil-kalkoli tal-bejgħ taħt il-prezz jistgħu bħala tali ma jiġux innegozjati iżda fil-fatt jikkorrispondu għall-prezz fittizju li bih l-industrija tal-Unjoni tkun tista’ tbigħ fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, il-prezz fil-mira ma jistax jitqies bħala prezz innegozjat. Fuq din il-bażi, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(588)

Nanshan affermat ukoll li l-fatt li l-kostijiet imġarrbin mill-entitajiet tal-bejgħ relatati ma ġewx ikkunsidrati sabiex jinbena l-prezz fil-mira huwa irrilevanti meta jiġi vvalutat jekk il-Kummissjoni injoratx il-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali fil-kalkoli tagħha tal-bejgħ taħt il-prezz peress li jenħtieġ li dawn il-kostijiet ma jitqisux meta jinbena l-prezz fil-mira. B’mod aktar speċifiku, indikat li l-Kummissjoni kienet bniet il-prezz fil-mira fuq il-bażi tal-“profitt nett qabel it-taxxa mill-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni fl-2016” u li tali prezz fil-mira kien jirrifletti l-prezz li bih l-industrija tal-Unjoni kienet idealment tbigħ lill-ewwel klijenti indipendenti tagħha u kien jinkludi l-komponenti kollha tal-ipprezzar sa dawn l-ewwel xerrejja indipendenti. Għalhekk, Nanshan żiedet li l-kostijiet imġarrbin mill-entitajiet tal-bejgħ relatati tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ma kellhomx jiġu kkunsidrati.

(589)

F’dan ir-rigward, l-ewwel għandu jiġi nnotat li, għall-kuntrarju tal-affermazzjoni ta’ Nanshan u kif imsemmi fil-premessa (467) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni stabbiliet il-profitt fil-mira f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(2c), mhux fuq il-bażi tal-profitt miksub mill-industrija tal-Unjoni fl-2016. Barra minn hekk, il-prezz fil-mira nħadem billi ġie applikat il-profitt fil-mira għall-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-UE inklużi fil-kampjun, li ma kienx jinkludi xi kost imġarrab minn entitajiet tal-bejgħ relatati. Fuq din il-bażi, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(590)

Barra minn hekk, Nanshan affermat li l-Kummissjoni ma għandha l-ebda obbligu li tagħmel paragun li jkopri l-maġġoranza tal-bejgħ tal-produttur esportatur fil-kalkoli tagħha tal-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz. Hija ddikjarat ukoll li t-tqabbil bejn il-prodotti esportati ta’ Nanshan u dawk mibjugħin mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni xorta jilħaq il-65 % tal-bejgħ ta’ Nanshan mingħajr ma jitqabbel PCN li għalih kien neċessarju aġġustament. Nanshan irreferiet ukoll għall-Korp tal-Appell fiċ-Ċina – GOES (93) u għall-bord fiċ-Ċina – Autos (l-Istati Uniti) (94) li jaffermaw li jenħtieġ li l-Kummissjoni tillimita l-paragun tagħha għal prodotti li huma komparabbli. Hija żiedet ukoll li l-bejgħ tal-esportazzjonijiet ta’ PCN li ma jinbiegħx mill-industrija tal-Unjoni ma jistax iwaqqa’ l-prezz jew jikkawża dannu lill-industrija tal-Unjoni. Hija żiedet ukoll li l-Kummissjoni ma eżaminatx bir-reqqa u b’mod imparzjali l-aspetti rilevanti kollha tal-każ individwali f’konformità mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-UE (95) u indikat l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku fejn “[id-]dannu għandu jiġi determinat billi jkun ibbażat fuq evidenza pożittiva u għandu jinvolvi eżami objettiv”.

(591)

Il-ġurisprudenza kkwotata tad-WTO tipprevedi li l-awtorità investigattiva għandha obbligu li tiżgura l-komparabbiltà tal-prezzijiet bejn l-importazzjonijiet soġġetti u l-prodott simili domestiku. Madankollu, din il-ġurisprudenza ma teħtieġx li jitqabblu biss prodotti “identiċi” jew “interkambjabbli”. Barra minn hekk, din il-ġurisprudenza tad-WTO ma teskludix il-possibbiltà li jsiru aġġustamenti sabiex jiġi żgurat tqabbil akkurat u validu.

(592)

Wara l-iżvelar definittiv, Nanshan irreferiet għal bordijiet oħrajn tad-WTO (96) billi affermat li dik il-ġurisprudenza ma kinitx tippermetti lil awtorità tqabbel prezzijiet inkomparabbli fid-determinazzjoni tad-dannu tagħha wara li taġġusta dawn il-prezzijiet sabiex tagħmilhom komparabbli. Hija żiedet li t-tqabbil ta’ prodotti li ma jikkompetux ma’ xulxin ma jissodisfax ir-rekwiżit tal-awtorità tal-investigazzjoni li twettaq eżami oġġettiv tal-evidenza pożittiva u argumentat li l-prodott tal-industrija tal-Unjoni użat fit-twaqqigħ tal-prezz kellu użi finali differenti mill-prodott esportat minn Nanshan li miegħu sar it-tqabbil.

(593)

Il-Kummissjoni qieset li l-qari ta’ Nanshan tal-bordijiet tad-WTO kkwotati ma kienx inakkurat u li hija kienet ħalliet barra partijiet importanti mir-rapporti. Tabilħaqq, ir-rapport tal-bord China – X-Ray Equipment semma fil-punt 7.51 li “meta t-tqabbil tal-prezzijiet jitwettaq bħala parti minn analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz […], huwa neċessarju li awtorità investigattiva tikkunsidra jekk il-prezzijiet ikunux fil-fatt komparabbli. […] mod li bih jiġu kkunsidrati d-differenzi fil-prodotti li jkunu qed jitqabblu jkun li jsiru l-aġġustamenti rilevanti. […] f’ħafna każijiet, l-aġġustamenti rilevanti jiżguraw b’mod effettiv il-komparabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 3.2” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Dan ikkonferma l-metodoloġija tal-Kummissjoni ta’ twettiq ta’ aġġustamenti sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà tal-prezzijiet. Dan ġie kkonfermat ukoll f’China – Broiler Products fil-punt 7.479: “il-komparabbiltà tal-prezzijiet jeħtieġ li tiġi eżaminata fi kwalunkwe ħin li jsir tqabbil tal-prezzijiet fil-kuntest ta’ analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz, iżda jiġi rrikonoxxut ukoll li l-ħtieġa għal aġġustamenti tiddependi neċessarjament fuq iċ-ċirkostanzi fattwali tal-każ u fuq l-evidenza quddiem l-awtorità” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Barra minn hekk, il-punt 7.483 jistabbilixxi li “l-awtorità jeħtiġilha tagħmel aġġustamenti għall-kontroll u għall-aġġustament għad-differenzi rilevanti fil-karatteristiċi fiżiċi jew f’karatteristiċi oħrajn tal-prodott” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Fuq din il-bażi, tqies li l-Kummissjoni aġixxiet f’konformità mal-ġurisprudenza tad-WTO meta għamlet aġġustamenti rilevanti sabiex tqis id-differenzi fiżiċi u tiżgura l-komparabbiltà tal-prezzijiet. Fil-fatt, billi wettqet l-aġġustament ta’ 2,7 % fil-prezz f’dan il-każ, il-Kummissjoni żgurat paragun validu u akkurat bejn il-prodotti tal-industrija tal-Unjoni u l-prodott esportat minn Nanshan. Fuq din il-bażi, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(594)

Fir-rigward tal-perċentwali tat-tqabbil, il-Kummissjoni qieset il-PCNs bl-ogħla volum ta’ esportazzjoni sabiex tiżgura li l-imġiba ta’ esportazzjoni ta’ Nanshan kienet riflessa b’mod akkurat fil-livell tal-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz tagħha. Meta għamlet dan, hija kkalkolat marġni ta’ bejgħ taħt il-prezz għal PCN li għalih kien meħtieġ aġġustament. F’konformità mar-Rapport tal-Bord f’China - GOES (97), il-Kummissjoni żgurat li l-prezzijiet li kienet qed tuża għat-tqabbil tagħha kienu komparabbli kif xieraq u pproċediet b’aġġustament xieraq kif deskritt hawn taħt. F’dan il-kuntest, tqies li l-Kummissjoni għamlet valutazzjoni bir-reqqa u oġġettiva tal-każ inkwistjoni fuq il-bażi ta’ evidenza pożittiva.

(595)

Barra minn hekk, Nanshan affermat ukoll li l-aġġustament ta’ 2,7 % tal-prezz li sar sabiex jitqabbel PCN wieħed esportat lejn l-UE (kojl illaminat bil-kesħa) minn Nanshan ma’ PCN mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni (kojl illaminat bis-sħana) ma kienx biżżejjed. F’dan ir-rigward, hija rreferiet għal rapport allegat ta’ CRU li jindika differenza ta’ 25 % fil-prezz bejn il-kojls illaminati bil-kesħa u dawk illaminati bis-sħana. Żiedet ukoll li l-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz ikkalkolat għal dan il-PCN ma kienx allinjat mal-marġni medju tal-bejgħ taħt il-prezz għall-PCNs korrispondenti. Fuq din il-bażi, hija talbet lill-Kummissjoni tirrevedi l-livell tal-aġġustament u l-kalkolu korrispondenti tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz. Fl-istess kuntest, Nanshan indikat li minflok ma bbażat l-aġġustament fuq il-PCNs li jvarjaw fil-ħxuna, jenħtieġ li l-Kummissjoni tibbaża tali aġġustament fuq il-PCNs li jvarjaw biss f’termini ta’ liga użata peress li l-ħxuna hija wieħed mill-fatturi ewlenin li jiddeterminaw il-prezz tal-prodott li qed jiġi investigat.

(596)

L-ewwel il-Kummissjoni innotat li l-metodoloġija użata hija allinjata mal-prattika standard tagħha. It-tieni, ma setgħetx tikkonferma d-differenza ta’ 25 % fil-prezz bejn il-prodotti llaminati bis-sħana u dawk illaminati bil-kesħa kkwotata minn Nanshan b’referenza għal rapport ta’ CRU. Tabilħaqq, filwaqt li r-referenza għall-prezz għall-kojls illaminati bil-kesħa tassew kienet tirreferi għal medja tal-kwotazzjoni tal-prezz ta’ CRU għall-PI, l-allegat sors ta’ CRU għall-kojls illaminati bis-sħana ma setax jiġi stabbilit. Fil-fatt, għall-kuntrarju tal-affermazzjoni ta’ Nanshan, tali referenza allegata għall-prezz ma kinitx teżisti bħala tali u kienet ir-riżultat ta’ diversi aġġustamenti u suppożizzjonijiet li ma setgħux jiġu vverifikati u li kienu relatati biss b’mod vag ma’ approssimazzjoni ta’ prezz ta’ referenza għal kojls illaminati bis-sħana. Barra minn hekk, ma kienx ċar li l-prezz ikkalkolat tal-laminazzjoni bis-sħana kien jirreferi għall-istess tip ta’ liga. It-tielet, ir-rekords interni ta’ Nanshan ma kkonfermawx id-differenza allegata fil-prezz bejn il-kojls illaminati bis-sħana u dawk illaminati bil-kesħa. Barra minn hekk, anki meta l-aġġustament jiġi bbażat fuq il-metodu ssuġġerit minn Nanshan (differenza fil-ligi), instab li l-livell tal-perċentwal tal-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz kien fl-istess medda; jiġifieri anqas jew ogħla bi 3 punti perċentwali mill-perċentwal ikkalkolat u b’hekk ikkonferma li l-livell ta’ bejgħ taħt il-prezz misjub għal dak il-PCN partikolari bl-użu tal-metodoloġija tal-Kummissjoni kien rappreżentattiv tad-differenza fil-prezz. Barra minn hekk, ta’ min jinnota wkoll li l-prezz tal-esportazzjoni stabbilit għal dak il-PCN kien l-aktar wieħed baxx mill-PCNs kollha esportati minn Nanshan lejn l-UE u bħala medja [10 – 20] % anqas mill-prezz medju tal-esportazzjoni ta’ Nanshan. Dan jispjega wkoll għaliex il-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz misjub għal dan il-PCN kien ogħla milli għall-PCNs korrispondenti l-oħrajn. Fuq il-bażi ta’ dan li ntqal hawn fuq, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(597)

Ta’ min jinnota li l-kummenti ta’ Nanshan dwar l-iżvelar provviżorju ġew appoġġati minn Xindatong wara l-iskadenza għall-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħrajn b’reazzjoni għall-iżvelar tas-sejbiet provviżorji.

(598)

Wara l-iżvelar definittiv, Nanshan tenniet li l-aġġustament ta’ 2,7 % applikat għall-prezz fil-mira ma kienx biżżejjed. Nanshan irreferiet għal paragun tal-valuri normali mibnijin mill-Kummissjoni għall-prodotti llaminati bis-sħana u bil-kesħa; għal paragun tal-prezz tal-esportazzjoni ta’ Nanshan għal prodotti simili llaminati bis-sħana u bil-kesħa; għar-rapport allegat ta’ CRU; u għal rapport tal-ITC tal-Istati Uniti. F’dak li għandu x’jaqsam mal-aġġustamenti bbażati fuq il-metodu ssuġġerit minn Nanshan, hija affermat li l-Kummissjoni ma kinitx spjegat kif hija kienet aġġustat il-prezz ta’ dawn il-PCNs u indikat li, għalhekk, dawn il-kalkoli ma kienu ta’ ebda valur għaliha. Fl-aħħar nett, Nanshan affermat li l-prezz tal-esportazzjoni ta’ dan il-PCN kien l-aktar baxx sempliċiment minħabba li dan il-PCN kien jinbiegħ biss minn Nanshan Europe u, għalhekk, kien affettwat mill-applikazzjoni allegatament illegali tal-Artikolu 2(9).

(599)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni qieset li l-aġġustament li għandu jitwettaq fuq il-prezz fil-mira tal-industrija tal-Unjoni jenħtieġ li jkun ibbażat fuq id-differenzi fil-prezzijiet osservati fis-suq tal-Unjoni peress li jenħtieġ li l-prezz fil-mira essenzjalment jirrifletti l-prezz li l-industrija tal-Unjoni jenħtieġ li tikseb fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fis-suq domestiku tagħha. Għalhekk, ir-referenza għad-differenzi fil-valur normali applikabbli fil-pajjiż ikkonċernat ma tqisux affidabbli. Barra minn hekk, kif imsemmi fit-Taqsima 3.4, il-prezzijiet tal-esportazzjoni ta’ Nanshan nstabu li kienu l-oġġett ta’ dumping. Għalhekk, ir-referenza għad-differenzi fil-prezzijiet tal-esportazzjoni oġġett ta’ dumping lanqas ma tqieset affidabbli.

(600)

Fin-nuqqas ta’ elementi ġodda jew ta’ tweġibiet dwar l-allegat rapport ta’ CRU, is-sejbiet tal-Kummissjoni ġew ikkonfermati. F’dak li għandu x’jaqsam mar-referenza għar-rapport tal-ITC, filwaqt li ma huwiex ċar kif Nanshan ikkalkolat id-differenza fil-prezz peress li l-kalkoli ma pprovdew l-ebda formula li tippermetti lill-Kummissjoni tifhem kif twettaq il-paragun, il-Kummissjoni nnotat li d-data msemmija kienet relatata mal-perjodu 2011-2015 li kienet differenti b’mod sinifikanti mill-PI jew mill-perjodu kkunsidrat. Fir-rigward tal-metodu ssuġġerit minn Nanshan, ta’ min jinnota li l-Kummissjoni fil-fatt irriproduċiet l-istess metodoloġija għall-kalkolu tal-aġġustament f’konformità mas-suġġeriment li għamlet Nanshan fil-kummenti tagħha dwar l-iżvelar provviżorju. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ma qisitx li dawn il-kalkoli ma kinux siewja. Anzi, huma kkonfermaw is-sejba tal-Kummissjoni fir-rigward tal-livell ta’ bejgħ taħt il-prezz għal dan il-PCN partikolari. F’dak li għandu x’jaqsam mal-prezz tal-esportazzjoni tal-PCN inkwistjoni, ta’ min jinnota li, anke li kieku ma ġiex applikat l-aġġustament tal-Artikolu 2(9), il-prezz tal-esportazzjoni ta’ dak il-PCN kien jibqa’ ferm taħt il-prezz medju tal-esportazzjoni ta’ PCNs oħrajn esportati minn Nanshan, irrispettivament mill-kanal tal-bejgħ użat, u wkoll taħt il-prezz medju tal-esportazzjoni tal-PCNs esportati esklussivament permezz ta’ Nanshan Europe. Fuq din il-bażi, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(601)

Wara l-iżvelar definittiv, Nanshan affermat li l-Kummissjoni missha wettqet aġġustament tal-livell ta’ kummerċ peress li [95-100] % tal-bejgħ tal-esportazzjoni tagħha lejn l-UE kien destinat għad-distributuri li titlobhom prezzijiet aktar baxxi mill-utenti finali. Sabiex tissostanzja l-affermazzjoni tagħha, Nanshan qabblet il-prezz CIF ta’ unità tal-istess PCN mibjugħ lid-distributuri u lill-utenti finali. Nanshan affermat li l-industrija tal-Unjoni fil-biċċa l-kbira kienet tbigħ il-prodott li qed jiġi investigat lill-utenti finali.

(602)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat li l-kwantitajiet mibjugħin minn Nanshan lid-distributuri u lill-utenti finali għal dak il-PCN partikolari ma kinux komparabbli peress li l-bejgħ lill-utenti finali kien insinifikanti u, għalhekk, ma setax jiġi invokat għall-fini ta’ tqabbil sinifikattiv. Barra minn hekk, kif meħtieġ mill-Artikolu 2(10)(d), Nanshan ma pprovdietx evidenza li ssostni differenzi konsistenti u distinti fil-funzjonijiet u fil-prezzijiet tal-bejjiegħ għal-livelli differenti ta’ kummerċ. Pereżempju, Nanshan ma pprovditx evidenza li hija ġarrbet kostijiet addizzjonali għall-bejgħ tagħha lill-utenti finali, bħall-ispejjeż tal-kummerċjalizzazzjoni jew tas-servizzi għall-klijenti, li jkunu jiġġustifikaw prezz tal-bejgħ ogħla lill-utenti finali. Fuq din il-bażi, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(603)

Airoldi affermat li fid-dawl taż-żieda fil-prezzijiet ta’ LME u tat-trasport, l-impożizzjoni tad-dazji fuq bażi ad valorem iġġib il-prezzijiet Ċiniżi għall-AFRPs ogħla mill-prezzijiet Ewropej attwali u tkun toħloq żbilanċ f’kuntest ta’ allegat nuqqas ta’ kapaċità tal-produzzjoni.

(604)

Il-Kummissjoni qieset li dazju ad valorem kien l-aktar forma xierqa ta’ dazju sabiex jitneħħa d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u rreferiet lura għall-konklużjoni tagħha dwar il-bilanċ tal-interessi fil-premessa (554).

(605)

F’termini tal-marġni residwu, kif spjegat fil-premessa (380) aktar ’il fuq, ġew ikkonfermati s-sejbiet fil-premessi (289) u (473) tar-Regolament provviżorju li l-kooperazzjoni hija baxxa. Għalhekk, il-Kummissjoni stabbiliet il-marġni residwu fil-livell tal-ogħla marġni ta’ bejgħ taħt il-prezz stabbilit għal tip ta’ prodott mibjugħ fi kwantitajiet rappreżentattivi fl-EU-27 mill-produttur esportatur bl-ogħla marġni ta’ bejgħ taħt il-prezz misjub. Fuq din il-bażi, u filwaqt li tqiesu l-kummenti dwar il-kalkoli tal-bejgħ taħt il-prezz, fejn ġustifikat, il-marġni residwu ta’ bejgħ taħt il-prezz ġie stabbilit fil-livell ta’ 24,6 %.

Kumpanija

Marġni tad-dumping definittiv

Marġni definittiv ta’ bejgħ taħt il-prezz

Jiangsu Alcha Aluminium Group Co., Ltd.

72,1  %

14,3  %

Nanshan Group

—

Shandong Nanshan Aluminium Co., Ltd.,

—

Yantai Nanshan Aluminium New Material Co., Ltd.,

—

Longkou Nanshan Aluminium Rolling New Material Co., Ltd.,

—

Yantai Donghai Aluminium Foil Co., Ltd.

55,5  %

19,1  %

Xiamen Xiashun Aluminium Foil Co., Ltd.

23,7  %

21,4  %

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw

44,5  %

19,0  %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

88,0  %

24,6  %

(606)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, ir-rati li bihom se jiġu imposti dawn id-dazji huma stabbiliti kif ġej:

Kumpanija

Dazju anti-dumping definittiv

Jiangsu Alcha Aluminium Group Co., Ltd.

14,3  %

Nanshan Group

—

Shandong Nanshan Aluminium Co., Ltd.,

—

Yantai Nanshan Aluminium New Material Co., Ltd.,

—

Longkou Nanshan Aluminum Rolling New Material Co., Ltd., Yantai Donghai Aluminum Foil Co., Ltd.

19,1  %

Xiamen Xiashun Aluminium Foil Co., Ltd.

21,4  %

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw

19,0  %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

24,6  %

(607)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju huma esklużivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat u mmanifatturat mill-entitajiet legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Dawn jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal xi rata individwali tad-dazju anti-dumping.

(608)

Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni (98). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(609)

Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. Il-kumpaniji b’dazji anti-dumping individwali jeħtiġilhom jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. Importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

(610)

Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa sabiex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, ma hijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jeħtiġilhom iwettqu l-verifiki tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħra kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport, eċċ.) sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u biex jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata tad-dazju aktar baxxa tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali.

(611)

Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri fis-sens tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’tali ċirkostanzi, tista’ tinbeda investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet sabiex din issir. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/rati tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu.

(612)

Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazji anti-dumping, id-dazju anti-dumping għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” jenħtieġ li japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f’din l-investigazzjoni, iżda wkoll għall-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

7.4.   Ġbir definittiv tad-dazji provviżorji

(613)

Skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament bażiku, peress li r-rati tad-dazju definittiv huma aktar baxxi mir-rati tad-dazju provviżorju, jenħtieġ li l-ammonti garantiti b’aktar mir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv normalment jiġu rrilaxxati.

(614)

Madankollu, skont l-Artikolu 10(2), f’ċirkostanzi partikolari l-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi wkoll li ma jinġabrux dazji provviżorji affattu. F’dan il-każ, għall-istess raġunijiet bħal dawk li wasslu għas-sospensjoni temporanja (ara d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1788 (99)), il-ġbir tad-dazji provviżorji joħloq piż addizzjonali mhux ġustifikat b’mod partikolari fuq l-importaturi u fuq l-utenti tal-UE mingħajr ma jipprovdi eżenzjoni addizzjonali lill-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li jenħtieġ li l-ammonti garantiti permezz ta’ dazju anti-dumping provviżorju impost bir-Regolament provviżorju ma jinġabrux b’mod definittiv.

(615)

Wara t-tieni żvelar finali addizzjonali, kummerċjant u erba’ utenti esprimew l-appoġġ tagħhom għall-intenzjoni tal-Kummissjoni li ma jinġabrux dazji provviżorji, filwaqt li EA u Elval opponewha.

(616)

L-ewwel, EA saħqet li l-iskadenza ta’ jum wieħed ta’ xogħol għall-kummenti dwar din il-kwistjoni kienet tikser id-drittijiet tagħha tad-difiża. It-tieni, hija ma setgħetx tifhem kif il-Kummissjoni kienet waslet għall-konklużjoni li tirrimborża d-dazji anti-dumping provviżorji meta ma kinitx għadha rċeviet il-kummenti mingħand l-industrija tal-UE dwar l-intenzjoni tagħha li tissospendi l-miżuri. It-tielet, billi d-Deċiżjoni ta’ sospensjoni nfisha kienet vizzjata bi żbalji ta’ valutazzjoni u ksur ta’ drittijiet proċedurali, l-intenzjoni li ma jinġabrux dazji kienet waħda illegali wkoll. It-tielet kumment kien appoġġat ukoll minn Elval.

(617)

Rigward l-ewwel punt, il-Kummissjoni osservat li la r-Regolament bażiku, u lanqas it-Taqsima 6 tan-Notifika ta’ Bidu ma jispeċifikaw skadenza partikolari għal żvelar finali addizzjonali iżda pjuttost iħallu f’idejn il-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-iskadenza. Fid-dawl tal-ħin ristrett tal-investigazzjoni u l-kontenut minimu miftuħ għall-kumenti (żewġ premessi fuq inqas minn paġna waħda), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-iskadenza ta’ jum wieħed biss kienet raġonevoli. Tabilħaqq, il-partijiet interessati kollha rnexxielhom iħallu l-kummenti tagħhom dwar dan il-punt pjuttost sempliċi fil-limiti tal-iskadenza stabbilita. Għalhekk, ma kien hemm l-ebda ksur tad-drittijiet tad-difiża.

(618)

Dwar it-tieni punt, il-Kummissjoni ġibdet l-attenzjoni li ma jeżisti l-ebda obbligu legali li wieħed jistenna l-kummenti mingħand il-partijiet interessati dwar id-Deċiżjoni ta’ sospensjoni qabel l-iżvelar tal-intenzjoni li ma jinġabrux dazji provviżorji. Tabilħaqq, l-iżvelar tal-intenzjoni tagħha li ma tiġborx b’mod definit id-dazji provviżorji, ma jippreġudikax id-determinazzjoni finali tal-Kummissjoni la dwar din il-kwistjoni u lanqas dwar is-sospensjoni tal-miżuri. Iż-żewġ abbozzi tal-atti legali ġew żvelati kif xieraq u setgħu jiġu mibdula wara l-wasla tal-kummenti, jekk mistħoqq.

(619)

Dwar it-tielet punt, il-Kummissjoni osservat li EA ma kkontestatx in-nuqqas ta’ ġbir ta’ dazji provviżorji bħala tali iżda biss ir-rabta li kien hemm mal-abbozz tad-Deċiżjoni ta’ sospenzjoni. Kif ġie konkluż fid-Deċiżjoni ta’ sospensjoni separata, waqt li tqiesu l-kummenti kollha li waslu u l-fatt li li l-elementi kollha għad-dispożizzjoni tagħha jappoġġaw tali sospensjoni, it-tielet pretensjoni kienet bla bażi.

(620)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni ġibdet l-attenzjoni li l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji kellhom effett dissważiv fuq il-livell tal-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Fid-dawl ta’ dan il-livell imnaqqas, il-Kummissjoni qieset li n-nuqqas ta’ ġbir tad-dazji provviżorji ma kienx ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni u lanqas ma kien idgħajjef l-effett rimedjali tal-miżuri definittivi.

8.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

(621)

Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (100), meta ammont ikollu jiġi rimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li jenħtieġ li jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar.

(622)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2, b’dan qed jiġi impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-aluminju, illaminati ċatti, kemm jekk illigati kif ukoll jekk le, kemm jekk maħdumin aktar milli llaminati ċatti kif ukoll jekk le, mingħajr appoġġ, mingħajr saffi interni ta’ materjal ieħor,

—

f’kojls jew fi strixxi koljati, f’folji maqtugħa għall-qies, jew fil-forma ta’ ċrieki; ta’ ħxuna ta’ 0,2 ta’ mm jew aktar iżda mhux aktar minn 6 mm,

—

fi pjanċi, ta’ ħxuna ta’ aktar minn 6 mm,

—

f’kojls jew fi strixxi koljati, ta’ ħxuna ta’ mhux inqas minn 0,03 ta’ mm iżda inqas minn 0,2 ta’ mm,

li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7606 11 10 (il-kodiċijiet TARIC 7606111025, 7606111086), ex 7606 11 91 (il-kodiċijiet TARIC 7606119125, 7606119186), ex 7606 11 93 (il-kodiċijiet TARIC 7606119325, 7606119386), ex 7606 11 99 (il-kodiċijiet TARIC 7606119925, 7606119986), ex 7606 12 20 (il-kodiċijiet TARIC 7606122025, 7606122088), ex 7606 12 92 (il-kodiċijiet TARIC 7606129225, 7606129293), ex 7606 12 93 (il-kodiċi TARIC 7606129386), ex 7606 12 99 (il-kodiċijiet TARIC 7606129925 u 7606129986), ex 7606 91 00 (il-kodiċijiet TARIC 7606910025, 7606910086), ex 7606 92 00 (il-kodiċijiet TARIC 7606920025, 7606920092), ex 7607 11 90 (il-kodiċijiet TARIC 7607119048, 7607119051, 7607119053, 7607119065, 7607119073, 7607119075, 7607119077, 7607119091, 7607119093) u ex 7607 19 90 (il-kodiċijiet TARIC 7607199075, 7607199094) u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2.   Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u magħmul mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin:

Kumpanija

Rata tad-dazju anti-dumping definittiv (%)

Kodiċi addizzjonali TARIC

Jiangsu Alcha Aluminium Group Co., Ltd.

14,3  %

C610

Nanshan Group

—

Shandong Nanshan Aluminium Co., Ltd.,

—

Yantai Nanshan Aluminium New Material Co., Ltd.,

—

Longkou Nanshan Aluminium Rolling New Material Co., Ltd.,

—

Yantai Donghai Aluminium Foil Co., Ltd.

19,1  %

C611

Xiamen Xiashun Aluminium Foil Co., Ltd.

21,4  %

C612

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw (Anness)

19,0  %

 

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

24,6  %

C999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jien niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija sħiħa u korretta”. Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

1.   Il-prodotti li ġejjin għandhom jiġu esklużi mill-prodott deskritt fl-Artikolu 1(1):

—

Stokk tal-parti ċilindrika tal-bottijiet tax-xorb, stokk tat-tarf tal-bottijiet tax-xorb u stokk tal-ħolqa tat-tapp tal-bottijiet tax-xorb kollha tal-aluminju.

—

Prodotti li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet TARIC 7607119044 u 7607119071.

—

Prodotti tal-aluminju, illigati, ta’ ħxuna ta’ mhux inqas minn 0,2 ta’ mm u mhux aktar minn 6 mm, għall-użu bħala pannelli tal-karozzerija fl-industrija tal-karozzi.

—

Prodotti tal-aluminju, illigati, ta’ ħxuna ta’ mhux inqas minn 0,8 ta’ mm, għall-użu fil-manifattura ta’ parts ta’ inġenji tal-ajru.

2.   Il-prodott deskritt fl-Artikolu 1(1) għandu jiġi eżentat mid-dazju anti-dumping definittiv jekk jiġi importat għall-użu fil-produzzjoni ta’ pannelli komposti tal-aluminju u jekk jikkonforma mal-karatteristiċi tekniċi li ġejjin

—

Kojls tal-aluminju llivellati bit-tensjoni

—

Kojls illaminati bis-sħana

—

Finitura wara r-rumblar

—

Wisgħat: minn 800 mm sa 2 050 mm

—

Ħxuna: 0,20 ta’ mm sa 0,5 ta’ mm

—

Tolleranza fuq il-ħxuna: +/- 0,01 ta’ mm

—

Tolleranza fuq il-wisa’: +1,50/-0,00 ta’ mm

—

Ligi: 5005, 3105

—

Ittemprar: h14, h16, h24, h26

—

Għoli massimu tal-mewġa: mass. 3 f’1 000 mm

3.   L-esklużjonijiet skont l-inċiżi 3 u 4 tal-paragrafu 1 u l-eżenzjoni skont il-paragrafu 2 għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet doganali tal-Unjoni dwar il-proċedura tal-użu aħħari, b’mod partikolari l-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (101) (il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni).

Artikolu 3

L-ammonti garantiti permezz tad-dazju anti-dumping provviżorju skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/582 ma għandhomx jinġabru.

Artikolu 4

L-Artikolu 1(2) jista’ jiġi emendat sabiex iżid produtturi esportaturi ġodda mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u jagħmilhom soġġetti għar-rata tad-dazju anti-dumping medja ponderata xierqa għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun. Produttur esportatur ġdid għandu jipprovdi evidenza li:

(a)

ma esportax l-oġġetti deskritti fl-Artikolu 1(1) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (l-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020);

(b)

ma huwiex relatat ma’ esportatur jew ma’ produttur soġġett għall-miżuri imposti b’dan ir-Regolament; u

(c)

li effettivament esporta l-prodott ikkonċernat jew daħal f’obbligu kuntrattwali rrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)   ĠU C 268, 14.8.2020, p. 5.

(3)  Ara l-premessi (488) sa (489) tar-Regolament provviżorju.

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/582 tat-12 ta’ April 2021 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 124, 12.4.2021, p. 40).

(5)  t21.000389.

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2213 tat-30 ta’ Novembru 2017 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/271 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 925/2009 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta fuljetta tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċerta fuljetta tal-aluminju ftit modifikata (ĠU L 316, 1.12.2017, p. 17).

(7)  Ara d-dokumenti t21.004505 u t21.004607

(8)  Ara d-dokument t21.004606

(9)  Id-dokumenti t21.004496, t21.004676, t21.005226, t21.005296

(10)  Id-dokument t21.004304 tat-2 ta’ Ġunju 2021

(11)  Heating Ventilation Air Conditioning Refrigeration (“Tisħin Ventilazzjoni Kundizzjonament tal-Arja Refriġerazzjoni”)

(12)  http://www.eurofoil.com/our_products/automotive_industrial.html

(13)   Photo USA Electronic Graphic vs Il-Kunsill, il-Kawża T-394/13, EU:T:2014:964, fil-punt 41.

(14)   Portmeirion Group UK, il-Kawża C-232/14, EU:C2016:180, il-punti 40-47.

(15)   Yingli Energy (China) vs Il-Kunsill, il-Kawża T-160/14, EU:T:2017:125, il-punti 111-114.

(16)  Il-Każ M.9560 – Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Gränges/Impexmetal skont l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1) u l-Artikolu 57 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (23.9.2020 C(2020) 6652 final), disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/ competition/mergers/cases1/202050/m9560_488_3.pdf

(17)  Ara d-dokument t21.000866.

(18)  Ara d-dokument t21.004336.

(19)  t21.000866 u t21.004336

(20)  Minħabba s-sensittività ta’ wħud miċ-ċifri, dawn ġew ippreżentati bl-użu ta’ meded.

(21)  LMC tiddefinixxi lilha nnifisha bħala l-fornitur ewlieni, indipendenti u esklussivament iffukat fuq il-karozzi ta’ servizzi ta’ tbassir globali u ta’ intelliġenza tas-suq f’dak li għandu x’jaqsam mal-bejgħ, mal-produzzjoni, mal-motopropulsjoni u mal-elettrifikazzjoni tal-karozzi.

(22)  Ara d-dokument t21.001354

(23)  Sors IHS - 2020M06

(24)  https://www.bcg.com/publications/2021/why-evs-need-to-accelerate-their-market-penetration

(25)  Ara d-dokument T21.004336

(26)  Ara d-dokument t21.004298

(27)  Ara d-dokument t21.001354

(28)  Ara d-dokument t21.003632

(29)  Ara d-dokument T21.005701

(30)  Ducker, The Electrification Trend’s Impact on the Aluminum Industry, https://ducker.com/the-electrification-trends-impact-on-the-aluminum-industry/

(31)  Il-Kummissjoni identifikat il-manifatturi tal-AHEX li ġejjin fit-Turkija, fir-Russja u fir-Renju Unit: www.yetsan.com.tr, https://www.denso.com/tr/en/about-us/company-information/dntr/, https://www.akg-turkey.com/en/akg-group/about-akg-turkey/, https://www.oris.com.tr/, https://www.hanonsystems.com/En/Company/Network#tab1-3 u https://karyergroup.com/ (it-Turkija); https://www.ugmk.com/en/activities/radiators/, http://www.trm-nn.ru/ru/produktciya/ u https://luzar.ru/en/about/ (ir-Russja); u https://www.mahle.com/en/about-mahle/locations/great-britain.jsp; https://www.denso.com/uk/en/about-us/company-information/dmuk/ u https://www.alutec.co.uk/ (ir-Renju Unit)

(32)  Ara t-Tabella 1, il-kolonna qabel tal-aħħar

(33)  Ara l-premessa (99)

(34)  Ara d-dokument t21.004414

(35)  T21.000610, t21.000866 u t21.004336

(36)  Ara d-dokument t21.004298

(37)  Informazzjoni kunfidenzjali pprovduta minn din il-parti interessata bl-użu ta’ meded.

(38)  Informazzjoni kunfidenzjali pprovduta minn din il-parti interessata bl-użu ta’ meded.

(39)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(40)   JingAo Solar Co. Ltd, il-Kawżi Magħqudin T-158/14, T-161/14 u T-163/14, EU:T:2017:126, il-punt 93.

(41)  Ir-Regolament dwar l-Ekodisinn 2019/1783, ĠU L 272, 25.10.2019, p. 107.

(42)  Nagata, Aluminium Electrolytic Capacitor with Liquid Electrolyte Cathode, pp. 120-137

(43)   ĠU L 216 18.06.2021, p.142

(44)  Il-premessi (303) sa (306).

(45)  Medda użata sabiex tiġi żgurata l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni.

(46)  Ara eż. is-sentenza tat-28 ta’ Frar 2018 fil-Kawża C-301/16 P, Il-Kummissjoni vs Xinyi PV Products (Anhui), ECLI:EU:C:2018:132, il-punt 56.

(47)  Skont artiklu fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ċentrali għad-Dixxiplina u għall-Ispezzjoni: “ Fit-tradizzjoni storika Ċiniża, il-“gvern” dejjem kien kunċett wiesa’ b’responsabbiltajiet bla limitu. Taħt it-tmexxija tal-Partit, il-Partit u l-gvern jikkondividu biss il-ħidma, u ma hemm l-ebda separazzjoni bejn il-Partit u l-gvern. Irrispettivament minn jekk il-Kungress Nazzjonali tal-Poplu, il-Konferenza Konsultattiva Politika tal-Poplu Ċiniż, jew il-“gvern wieħed u żewġ kmamar”, ilkoll jeħtiġilhom jimplimentaw id-deċiżjonijiet u l-arranġamenti tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit, ikunu responsabbli għan-nies u jkunu soġġetti għas-superviżjoni tagħhom. L-organi kollha li jeżerċitaw is-setgħa tal-istat taħt it-tmexxija unika tal-Partit jappartjenu għall-kategorija ta’ gvern ġenerali.” disponibbli fuq: https://www.ccdi.gov.cn/special/zmsjd/zm19da_zm19da/201802/t20180201_163113.html (ikkonsultat l-aħħar fis-16 ta’ Ġunju 2021).

(48)  Ara pereżempju l-Linji Gwida tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Kumitat Ġenerali tas-CCP dwar it-tisħiħ tal-ħidma ta’ Front Magħqud fis-settur privat għall-era l-ġdida, mill-15 ta’ Settembru 2020. It-Taqsima II.4: “Jeħtiġilna nżidu l-kapaċità ġenerali tal-Partit sabiex imexxi l-ħidma tal-Front Magħqud fis-settur privat u nsaħħu b’mod effettiv il-ħidma f’dan il-qasam”, it-Taqsima III.6: “Jeħtiġilna nżidu aktar il-bini tal-Partit f’impriżi privati u nippermettu liċ-ċelloli tal-Partit jaqdu r-rwol tagħhom b’mod effettiv bħal fortizza u nippermettu lill-membri tal-Partit iwettqu r-rwoli tagħhom bħala gwardji u pijunieri.”, it-Taqsima VII.26: “It-titjib tal-istituzzjonijiet u tal-mekkaniżmi ta’ tmexxija. Il-kumitati tal-partit fil-livelli kollha jridu jiddependu fuq il-gruppi ta’ tmexxija tal-ħidma tal-Front Magħqud sabiex jistabbilixxu u jtejbu l-mekkaniżmi għall-koordinazzjoni tal-ħidma tal-Front Magħqud fis-settur privat, u jistudjaw b’mod regolari, jippjanaw u javvanzaw il-ħidma b’mod koordinat. Jeħtiġilna nippermettu lid-dipartimenti ta’ ħidma tal-Front Magħqud tal-kumitati tal-Partit sabiex jaqdu bis-sħiħ ir-rwoli ta’ tmexxija u ta’ koordinazzjoni tagħhom u nippermettu lill-federazzjonijiet tal-industrija u tal-kummerċ sabiex jaqdu r-rwoli ta’ għaqda u ta’ assistenza tagħhom fil-ħidma tal-Front Magħqud fis-settur privat.” Disponibbli fuq: http://www.gov.cn/zhengce/2020-09/15/content_5543685.htm

(49)  Ara l-artiklu “The role of state-owned enterprises is irreplaceable”, ippubblikat fid-29 ta’ Novembru 2018, disponibbli fuq: http://www.gov.cn/xinwen/2018-11/29/content_5344296.htm

(50)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1336, tal-25 ta’ Settembru 2020 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti alkoħols tal-polivinil li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 315, 29.9.2020, p. 1), il-premessa (190).

(51)  https://ec.europa.eu/eurostat/documents/3859598/5902521/KS-RA-07-015-EN.PDF.pdf/dd5443f5-b886-40e4-920d-9df03590ff91?t=1414781457000

(52)  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=OJ:L:2020:361:FULL&from=MT

(53)  Sottomess bħala l-Anness 1 għall-kummenti ta’ Nanshan Group għall-Ewwel nota għall-fajl (t.20.0006989).

(54)  London Metal Exchange: Historical data for cash settled futures (lme.com).

(55)  L-alumina użata għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat hija alumina metallurġika.

(56)  Il-materja prima tal-istadju tal-proċessar qabel il-kojls illaminati bis-sħana tista’ tkun ukoll ingotti tal-aluminju.

(57)  Il-premessa (479) tar-Regolament provviżorju.

(58)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/915 tal-4 ta’ Ġunju 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu foil tal-aluminju f’rombli li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 146, 5.6.2019, p. 63), il-premessa (122).

(59)  Europa - RAMON - Lista tad-Dettalji tal-Klassifikazzjoni.

(60)  Europa - RAMON - Ħarsa fid-Dettall lejn in-Nomenklatura.

(61)  Europa - RAMON - Ħarsa fid-Dettall lejn in-Nomenklatura.

(62)  Cost of Doing Business - Invest in Turkey.

(63)  P.M.S. Metal Profil Aluminyum Sanayi Ve Ticaret Anonim Sirketi (l-Anness IIIa tan-Nota għall-fajl tal-5 ta’ Ottubru 2020).

(64)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1428 tat-12 ta’ Ottubru 2020 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ estrużjonijiet tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 336, 13.10.2020, p. 8), il-premessa (171).

(65)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/983 tas-17 ta’ Ġunju 2021 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ foil tal-aluminju għall-modifikazzjoni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 216, 18.6.2021, p. 142), il-premessa (182).

(66)  Skont il-konsum.

(67)  Skont il-konsum.

(68)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/957 tas-6 ta’ Ġunju 2017 għat-tmiem tal-proċediment kontra d-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-aċidu tereftaliku purifikat u l-melħ tiegħu li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea (ĠU L 144, 6.6.2017, p. 21), il-premessi (37) – (41).

(69)  Ir-Rapport tal-Korp tal-Appell, China – Measures imposing anti-dumping duties on high-performance stainless steel seamless tubes (‘HP-SSST’) from Japan and China – Measures imposing anti-dumping duties on high-performance stainless steel seamless tubes (‘HP-SSST’) from the European Union, WT/DS454/AB/R; WT/DS460/AB/R, il-para. 5.5212.

(70)  Id-dokument t21.004724 tat-22 ta’ Ġunju 2021.

(71)   ĠU C 36, 2.2.2021, p. 18.

(72)  Id-dokument t21.004414 tad-9 ta’ Ġunju 2021

(73)  Id-dokumenti t21.005709 tal-20 ta’ Mejju 2021 u t21.004937 tal-25 ta’ Mejju 2021

(74)  Id-dokument t21.005708 li fih skambji ta’ posta elettronika tad-9 u tal-10 ta’ Ġunju 2021

(75)  Id-dokument t21.005704 tat-12 ta’ Ġunju 2021

(76)  Id-dokument t21.005705 tal-15 ta’ Ġunju 2021

(77)  Id-dokument t21.005708 li fih skambji ta’ posta elettronika tad-9 u tal-10 ta’ Ġunju 2021

(78)  Ara d-dokument t21.004724 tat-22 ta’ Ġunju 2021

(79)  Kif spjegat fil-premessa (329) tar-Regolament provviżorju, il-kwotazzjoni tal-prezz ta’ 3 xhur ta’ LME Aluminium (“LME”) (EUR/tunnellata) li turi l-prezz tal-aluminju bħala materja prima u spiss tintuża bħala punt ta’ referenza għan-negozjar tal-prezz finali tal-ARFPs.

(80)  Ara s-sentenza tal-11 ta’ Lulju 2017, Viraj Profiles Ltd, T-67/14, ECLI:EU:T:2017:481, il-punt 99.

(81)  https://www.elval.com/en/media-elvals-new-tandem-mill-has-successfully-initiated-operations; https://aludium.com/aludium-alicante-invests-in-the-future/; aċċessat fl-20 ta’ Ġunju 2021.

(82)  Shanghai Futures Exchange.

(83)  P. Desai, “Russia's aluminium export tax fuels price surge on spot market”, Reuters, is-7 ta’ Lulju 2021,disponibbli fuq: https://www.reuters.com/article/us-metals-aluminium-russia-graphic/russiasaluminium-export-tax-fuels-price-surge-on-spot-market-idUSKCN2ED10H aċċessat fit-30 ta’ Lulju 2021

(84)  Ara l-ilment, p. 30.

(85)  Il-Kawża T-383/17, Hansol Paper Co. Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea, is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ April 2020, UE: T:2020:139, il-punti 196, 199, 201, 203 u 205.

(86)  Il-Kawża T-301/16, Jindal Saw Ltd and Jindal Saw Italia SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea, is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2019, EU:T:2019:234, il-punt 188.

(87)  Dan huwa evidenti mill-punti 164-169 ta’ dik is-sentenza li jiddikjaraw li l-argumenti mressqin mill-applikant jikkonċernaw l-eżistenza tad-dannu u ta’ rabta kawżali (l-Artikoli 1 u 3 tar-Regolament bażiku) u mhux il-punt sa fejn il-marġni tad-dannu kien taħt il-marġni tad-dumping jew kif ġie kkalkolat il-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz.

(88)  Nanshan kellha volum ogħla ta’ importazzjonijiet permezz ta’ entitajiet relatati (madwar [30-50] %) iżda [25-35] % biss tal-importazzjonijiet totali tagħha fil-fatt intużaw għall-kalkoli tal-bejgħ taħt il-prezz minħabba li l-bqija ma kellhomx pariġġ fost it-tipi ta’ prodotti mibjugħin mill-industrija tal-Unjoni.

(89)  Il-Kawża T-107/08, Transnational Company “Kazchrome” AO u ENRC Marketing AG vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni, EU:T:2011:704.

(90)  Il-Kawża T-443/11, Gold East Paper (Jiangsu) Co. Ltd u Gold Huasheng Paper (Suzhou Industrial Park) Co. Ltd vs Il-Kunsill, EU:T:2014:774, il-punt 245; Il-Kawża T-210/95, European Fertilizer Manufacturers’ Association (EFMA) vs Il-Kunsill, EU:T:1999:273, il-punt 60.

(91)  Ir-Rapport tal-Bord, Russia – Commercial Vehicles, WT/DS479/R, il-punt 7.61.

(92)  Il-Kawża T-383/17, Hansol Paper Co. Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea, is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ April 2020, UE: T:2020:139

(93)  Ir-Rapport tal-Korp tal-Appell, China – GOES, WT/DS414/AB/R tat-18 ta’ Ottubru 2012, il-punt 200.

(94)  Ir-Rapport tal-Bord, China – Autos, WT/DS339/R, WT/DS340/R, WT/DS342/R, tat-18 ta’ Lulju 2008, il-punt 7.227.

(95)  Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Marzu 2020, il-Kawża T-835/17, Eurofer, EU:T:2020:96, il-punt 143.

(96)  Ir-Rapporti tal-Bord, China – X-Ray Equipment, WT/DS425/R, il-punt 7.50, u China – Broiler Products, WT/DS427/R, il-punt 7.476.

(97)  Ir-Rapport tal-Bord, China – Goes (DS414), WT/DS414/R tal-15 ta’ Ġunju 2012, il-punt 7.530.

(98)  Il-Kummissjoni Ewropea, Id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, Id-Direttorat H, Rue de la Loi 170, 1040 Brussell, il-Belġju.

(99)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1788 tat-8 ta’ Ottubru 2021 li tissospendi d-dazji anti-dumping definittivi imposti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1784 dwar l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (Ara paġna 105 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(100)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(101)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).


ANNESS

Produtturi esportaturi li kkooperaw li ma humiex fil-kampjun

Isem

Kodiċi TARIC addizzjonali

Southwest Aluminium (Group) Co., Ltd.

C613

Jiangsu Dingsheng New Materials Joint-Stock Co., Ltd.

C614

Shanghai Huafon Aluminium Corporation

C615

Alnan Aluminium Inc.

C616

Yinbang Clad Material Co., Ltd.

C617

Jiangsu Metcoplus Industry Intl. Co., Ltd.

C618

Dalishen Aluminum CO., Ltd.

C619

Binzhou Hongbo Aluminium Foil Technology Co. Ltd.

C620

Yong Jie New Material Co., Ltd.

C621

Chalco Ruimin Co., Ltd.

C622

Luoyang Wanji Aluminium Processing Co., Ltd.

C623

Jiangyin Dolphin Pack Limited Company

C624

Henan Xindatong Aluminum Industry Co., Ltd.

C625

Zhejiang Yongjie Aluminum Co., Ltd.

C626

Jiangsu Zhongji Lamination Materials Co., Ltd.

C627

Zhengzhou Guandong Aluminum Industry Co., Ltd.

C628