1979R0357 — MT — 01.01.2007 — 005.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 357/79

tal-5 ta' Frar 1979

dwar stħarriġ statistiku ta' inħawi tad-dwieli

(ĠU L 054, 5.3.1979, p.124)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 1992/80 tat- 22 ta' Lulju 1980

  L 195

10

29.7.1980

►M2

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 3719/81 tal-21 ta' Diċembru 1981

  L 373

5

29.12.1981

 M3

COUNCIL REGULATION (EEC) No 3768/85 of 20 December 1985 (*)

  L 362

8

31.12.1985

►M4

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 490/86 tal-25 ta’ Frar 1986

  L 54

22

1.3.1986

►M5

COUNCIL REGULATION (EEC) No 3570/90 of 4 December 1990 (*)

  L 353

8

17.12.1990

►M6

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 3205/93 tas-16 ta’ Novembru 1993

  L 289

4

24.11.1993

►M7

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2329/98 tat-22 ta’ Ottubru 1998

  L 291

2

30.10.1998

►M8

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1882/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta' Settembru 2003

  L 284

1

31.10.2003

►M9

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1791/2006 ta' l-20 ta’ Novembru 2006

  L 363

1

20.12.2006


Emendat bi:

►A1

  L 291

17

19.11.1979

►A2

  C 241

21

29.8.1994

►A3

  L 236

33

23.9.2003



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 357/79

tal-5 ta' Frar 1979

dwar stħarriġ statistiku ta' inħawi tad-dwieli



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),

Billi l-Kummissjoni, sabiex tissodisfa l-obbligazzjonijiet tagħha skond it-Trattat u d-disposizzjonijiet tal-Komunità fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid, teħtieġ tagħrif aġġornat dwar il-potenzjal tal-produzzjoni ta' l-inħawi ta' dwieli fil-Komunità dwar xejriet f'termini medji fil-produzzjoni u provista;

Billi l-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 24 dwar it-twaqqif progressiv ta' organizzazzjoni komuni fis-suq ta' l-inbid ( 3 ) b'dan illi l-Istati Membri għandhom, mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1964, iħejju reġistru ta' l-art vinikulturali u li għandu minn dakinhar jinżamm aġġornat;

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni Nru 26/64/KEE tat-28 ta' Frar 1964 li jipprovdi disposizzjonijiet addizzjonali għat-tħejjija ta' reġistru ta' l-art vinikulturali, għat-tmexxija u żamma aġġornata tiegħu ( 4 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1456/76 ( 5 ), jipprovdi li r-reviżjoni sħiħa tar-reġistru ta' l-art vinikulturali tal-Komunità li għalih jirreferi l-Artikolu 3 (1) għandha ssir kull 10 snin, li jibdew mill-1979;

Billi reġistru ta' l-art f'interpretazzjoni stretta jinvolvi xogħol kbir amministrattiv fit-twaqqif tiegħu, proċessar u aġġornament kostanti ta' lista jew reġistru li jkun fih tagħrif dwar il-proprjetarji u l-oqsma kollha ta' art tad-dwieli b'dettalji suffiċjenti għall-identifikazzjoni tagħhom; billi reġistri ta' art vitikulturali f'dan is-sens ġew imwaqqfa biss f'xi Stati Membri, li barra minn hekk setgħu jaġġornawhom biss parzjalment u f'intervalli irregolari; billi l-istħarriġ dwar inħawi ta' dwieli magħmula minn xi Stati Membri għandhom snin differenti ta' referenza; billi dawn ir-reġistri nazzjonali ta' l-art u stħarriġ ma jippermettux għall-osservazzjoni sinkronizzata, preċiza u uniformi tal-potenzjal tal-produzzjoni u provista fis-swieq tad-dwieli tal-Komunità;

Billi, sabiex issir stima tas-sitwazzjoni u żviluppi fis-suq tal-Komunità fl-inbid, għandu jsir stħarriġ bażiku ta' statistika kull 10 snin li jkun ikopri l-inħawi totali ta' dwieli fl-oqsma ta' l-artijiet li jkabbru d-dwieli u, fost dan l-istħarriġ bażiku, stħarriġ iżgħar ta' statistika għandu jsir biss fuq inħawi ta' dwieli ta' varjetajiet ta' għeneb għall-inbid;

Billi, għal raġunijiet ekonomiċi u tekniċi u minħabba s-sinifikat limitat fis-suq ta' l-inbid tal-Komunità, dwieli koltivati fil-miftuħ fl-Istati Membri b'arja totali ta' dwieli ta' anqas minn 500 ettaru, dwieli koltivati taħt il-ħġieġ u dwieli prodotti f'inħawi żgħar ħafna għall-konsum tad-dar biss minn kabbara għandhom ikunu esklużi minn dan l-istħarriġ;

Billi huwa meħtieġ tagħrif dettaljat dwar l-użu ta' l-arja tad-dwieli għall-produzzjoni ta' għeneb għall-inbid, għeneb tal-mejda u materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dwieli, kif ukoll il-varjetajiet u l-età tad-dwieli; billi produzzjoni żejda ta' nbid tal-mejda b'mod partikolari tista' toħloq diffikultajiet serji fl-ekonomiji ta' l-inbid ta' ċerti pajjiżi produtturi; billi huwa għalhekk meħtieġ li tkun reġistrata separatament l-arja tad-dwieli maħsuba għall-produzzjoni ta' nbejjed ta' kwalità psr u ta' nbejjed tal-mejda;

Billi, sabiex jinżamm l-iżvilupp tal-potenzjal tal-produzzjoni ta' l-inbid taħt osservazzjoni kostanti, għandu jkun hemm stħarriġ annwali intermedjarju ta' kull tibdil permezz ta' tneħħija ta' l-għeruq, żergħa ġdida jew imħawla mill-ġdid fl-inħawi tad-dwieli ta' varjetajiet ta' għeneb għall-inbid;

Billi r-riżultati kemm ta' l-istħarriġ bażiku u ta' dawk intermedjarji għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni kemm jista' jkun malajr;

Billi għandha tingħata wkoll konsiderazzjoni għal statistika li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' disposizzjonijiet oħra tal-Komunità li jipprovdu miżuri għar-riorganizzazzjoni tal-produzzjoni ta' l-inbid tal-Komunità;

Billi, metodi ta' stħarriġ kampjuni jistgħu jagħtu riżultati eżatti bi spiża moderata ma' nħawi kbar ta' dwieli, l-Istati Membri għandhom jitħallew li jagħmlu l-istħarriġ jew b'mod eżawrjenti jew permezz ta' kampjun, sakemm l-istandards ta' statistika li jkunu ta' min jorbot fuqhom ikunu provduti;

Billi, sabiex tkun tista' ssir stima tal-produzzjoni ta' nbid fil-Komunità, huwa meħtieġ tagħrif kull sena dwar il-ħsad kull ettaru u fuq is-saħħa alkoħolika naturali medja ta' għeneb frisk, ta' għeneb magħsur u ta' l-inbid; billi, minħabba l-eżistenza ta' nħawi li jvarjaw ħafna fil-ġbir, l-inħawi ta' dwieli ta' varjetajiet ta' għeneb għall-inbid għandhom ikunu suddiviżi f'klassijiet skond il-ħsad;

Billi l-Kummissjoni għandha tibgħat rapporti sabiex il-Kunsill ikun jista' jeżamina l-limitu li l-istħarriġ magħmul u t-tagħrif komunikat jistgħu jgħinu biex jintlaħqu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament; billi, fejn xieraq, għandha tipproponi l-armonizzazzjoni tal-metodi użati;

Billi l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkoperaw kemm jista' jkun fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament; billi r-regoli ta' implimentazzjoni għandhom jitniżżlu wara konsultazzjoni mal-Kumitat Permanenti ta' l-Istatistika Agrikola, imwaqqaf b'Deċiżjoni 72/279/KEE ( 6 );

Billi l-proċedura li għandha tiġi segwita mill-Kumitat Permanenti ta' l-Istatistika Agrikola għandhom jitniżżlu;

Billi l-istħarriġ għall-istatistika jippermettu li jiġi aġġustat minn qabel il-potenzjal ta' produzzjoni skond id-domanda tas-suq; billi dak l-aġġustament jista' jnaqqas konsiderevolment l-ispejjeż dejjem jiżdiedu tat-tmexxija tas-suq ta' l-inbid; billi l-Komunità għandha għalhekk tkun finanzjarjament responsabbli fir-rigward ta' l-ispejjeż magħmula mill-Istati Membri konċernati b'konnessjoni ma' l-ewwel stħarriġ bażiku skond dan ir-regolament;

Billi t-twaqqif tas-sistema ta' stħarriġ skond dan ir-Regolament jeħtieġ b'konsegwenza li ċerti disposizzjonijiet tal-Komunità fis-settur ta' l-inbid jiġu emendati,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

1.  L-Istati Membri li fit-territorju tagħhom l-arja totali ta' koltivazzjoni ta' dwieli fil-miftuħ ma tkunx anqas minn 500 ettaru għandhom iwettqu:

— kull 10 snin stħarriġ bażiku dwar l-inħawi ta' dwieli; l-ewwel stħarriġ bażiku għandu jitwettaq fl-1979, jew qabel l-1 ta' April 1980 sa l-aktar tard, u għandu jirrelata dwar is-sitwazzjoni wara t-tindif ta' l-egħruq u żergħa fis-sena ta' tkabbir ta' l-inbid 1978/79, kull sena mit-tieni sena wara l-istħarriġ bażiku, stħarriġ intermedjarju dwar it-tibdiliet li jseħħu fl-inħawi ta' dwieli ta' varjetajiet ta' għeneb għall-inbid;

— l-ewwel stħarriġ intermedjarju għandu jitwettaw fl-1981 u għandu jirrelata dwar it-tibdil matul is-sentejn ta' tkabbir għall-inbid 1979/80 u 1980/81.

▼M2

Madankollu, l-ewwel stħarriġ bażiku fl-Italja jista jkun komplut sal-31 t'Ottubru 1982 u għandu juri s-sitwazjoni wara t-tneħħija tad-dud u t-tħawwil fis-sena tat-tkabbir għall-inbid 1981/82. L-ewwel stħarriġ intermedjarju f'dan l-Istat Membru għandu jsir fl-1984 u għandu juri l-bidliet matul is-sentejn tat-tkabbir għall-inbid 1982/83 u 1983/84.

▼M5

The first intermediate survey to be carried out in the territory of the former German Democratic Republic shall take place not later than two years after the first basic survey.

▼M7

Jekk perizja Komunitarju fuq l-istruttura ta’ l-azjendi agrikoli abbażi tar-Regolament (KEE) Nru 571/88 ( 7 ) huwa skedat f’sa massimu ta’ 12-il xahar meta mqabbel ma’ l-istħarriġ bażiku msemmi fl-ewwel subinċiż ta’ l-ewwel sottoparagrafu, iż-żewġ perizji jistgħu isiru fl-istess ħin. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-quddiem bl-intenzjoni tagħhom li jagħmlu użu minn din id-disposizzjoni.

▼M2

2.  Is-sena tat-tkabbir għall-inbid għandha tkun dik stabbilita abbażi ta' l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (KEE) Nru 337/79.

▼A1

Artikolu 1a

Ir-Repubblika Ellenika għandha twettaq l-ewwel inkjesta bażika skond id-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament sa mill-1982.

Madanakollu, għall-1981, ir-Repubblika Ellenika tieħu fuqha li tforni l-informazzjoni meħtieġa fl-Artikolu 5.

▼M4

Artikolu 1b

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jmexxi l-ewwel stħarriġ bażiku fl-1987 skond dan ir-Regolament. Dan l-istħarriġ għandu jkopri l-qagħda wara li jitneħħew id-dud, isir tħawwil ġdid, jew tħawwil mill-ġdid fis-sena tat-tkabbir għall-inbid 1986/87.

Ir-Repubblika Portugiża għandha tagħmel l-ewwel stħarriġ bażiku fl-1989. Dan l-istħarriġ għandu jkopri s-sitwazzjoni wara li jkunu tneħħew id-dud, sar tħawwil ġdid jew tħawwil mill-ġdid fis-sena tat-tkabbir għall-inbid 1988/89.

▼A2

Artikolu 1ċ

Ir-Repubblika ta' l-Awstrija għandha tagħmel l-ewwel stħarriġ bażiku fl-1999. Dan l-istħarriġ għandu jkopri s-sitwazzjoni wara li tkun ingħażqet l-art, sar taħwil ġdid jew tħawwil mill-ġdid fis-sena tat-tkabbir għall-inbid 1998/1999.

▼B

Artikolu 2

1.  L-istħarriġ bażiku għandu jkopru l-istħarriġ kollu ta' oqsma ta' art li jkollhom arja koltivata ta' dwieli normalment maħsuba għall-produzzjoni tal-bejgħ ta' għeneb, għeneb magħsur, inbid jew materjal ta' propagazzjoni veġitattiva tad-dwieli.

2.  Matul l-istħarriġ bażiku, il-partikolaritajiet li ġejjin għandhom ikunu rekordjati għal kull qasam ta' art li għalih jirreferi l-paragrafu 1:

A. Arja agrikola li tintuża;.

B. Arja koltivata bħala dwieli.

L-arja koltivata tad-dwieli għandha tkun maqsuma skond l-użu tal-produzzjoni normali fi:

(a) l-arja ta' varjetajiet ta' għeneb għall-inbid, maqsuma aktar fi:

— kwalità ta' nbid psr,

— inbejjed oħra:

— 

— inkluż għeneb maħsub bil-fors għall-manifattura ta' ċerti spirti li jinxtorbu magħmula mill-inbid b'deskrizzjoni reġistrata ta' l-oriġini;

(b) l-arja ta' varjetajiet ta' għeneb tal-mejda;

(ċ) l-arja miżrugħa bi stokk ta' l-għeruq għal tilqim għall-futur;

(d) l-arja koltivata biss għall-produzzjoni ta' materjal ta' propagazzjoni veġetattiva ta' dwieli, suddiviż fi:

— mixtliet,

— mamma tad-dwieli għal stokk ta' l-egħruq;

▼A1

(e) fl-oqsma taħt għeneb intiżi għal tnixxif.

▼B

Varjetajiet li huma klassifikati simultanjament bħala varjetajiet ta' għeneb għall-inbid u varjetajiet ta' għeneb tal-mejda għandhom ikunu rekordjati skond l-użu predominanti fil-grupp ġeografiku konċernat.

3.  Matul l-istħarriġ bażiku, il-partikolaritajiet li ġejjin għandhom ikunu rekordjati għall-inħawi ta' dwieli ta' varjetajiet ta' għeneb ta' l-inbid:

A. Varjetajiet ta' dwieli

Fl-Istat Membru konċernat, għandu jinżamm record separat għal kull grupp ġeografiku li għalih jirreferi l-Artikolu 4 (3) ta' dawk il-varjetajiet ta' dwieli li flimkien jikkostitwixxu għall-anqas 70 % ta' l-arja totali ta' varjetajiet ta' għeneb għall-inbid, u, f'kull każ, ta' dawk il-varjetajiet li jikkostitwixxu 3 % jew aktar ta' l-imsemmija arja. Il-varjetajiet li jibqa' jistgħu jiġu ragruppati flimkien skond il-kulur tal-għeneb.

Madanakollu, f’dak li jirrigwarda l-istħarriġ bażiku ta’ l-1999, ir-Repubblika Portugiża tista’ tgħaddi informazzjoni fuq il-varjetajiet ta’ dwieli li flimkien jirrappreżentaw mill-anqas 53 % tat-total ta’ art imħawla bid-dwieli ta’ l-għeneb għall-inbid.

B. Età tad-dwieli

L-età tad-dwieli għandha tkun ikkalkolata mis-sena ta' tkabbir ta' l-inbid li fiha ġew miżrugħa jew imlaqqma. Il-gruppi ta' l-età għandhom jiġu mwaqqfa għal kull Stat Membru kkonċernat skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 8.

4.  Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa xi disposizzjonijiet fl-Istati Membri li jipprovdu għal stħarriġ ta' l-inħawi ta' dwieli li jinkludi, flimkien mat-tagħrif li għalih jirreferu l-paragrafi 2 u 3, tagħrif addizzjonali akkwistat, per eżempju, bħala riżultat ta' xi firxa usa' ta' tkixxif ħlief għal dak li għalih jirreferi l-paragrafu 1 jew minn xi speċifikazzjoni aktar iddettaljata tal-partikolaritajiet ta' nħawi ta' dwieli u l-oqsma ta' art ikkonċernata. Dawk ir-riżultati addizzjonali għandhom ukoll jintbagħtu lill-Kummissjoni.

Artikolu 3

1.  L-Istati Membri kkonċernati għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni qabel it-30 ta' Settembru tas-sena ta' qabel deskrizzjoni dettaljata tal-metodi li sejrin jiġu użati għall-istħarriġ bażiku u, fejn xieraq, kampjun tal-pjan.

2.  L-Istati Membri kkonċernati għandhom jieħdu miżuri addattati biex jillimitaw u, fejn meħtieġ, jagħmlu stima ta' l-iżbalji fl-osservazzjoni għall-arja totali ta' dwieli koltivati għal kull tip ta' użu ta' produzzjoni li għalih jirreferi l-Artikolu 2 (2) (B).

3.  L-istħarriġ bażiku jista' jew ikun eżawrjenti, jew fuq il-bażi ta' kampjuni meħuda każwalment. F'dak li jirrigwarda r-riżultati ta' l-istħarriġ bażiku mwettqa permezz ta' kampjun każwali, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-iżball fil-kampjun fil-livell ta' kunfidenza ta' 68 % għandu jkun ta' l-ordni ta' l-aktar minn 1 % għall-partikolaritajiet ta' l-istħarriġ li għalihom jirreferi l-Artikolu 2 (2) (B) fi ħdan il-grupp ġeografiku kkonċernat. Il-kampjuni għandhom jinkludu oqsma ta' art ta' kull daqs.

▼M7

4.  L-Istati Membri li lestew it-twaqqif tar-reġistru tad-dwieli fuq livell nazzjonali jew f’ċerti reġjuni u li jaġġornawh kull sena, skond ir-Regolament (KEE) Nru 2392/86, jistgħu jużaw id-data fir-reġistru tad-dwieli bħala għajn sabiex jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni ta’ l-istħarriġ bażiku.

▼B

Artikolu 4

1.  L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-riżultati ta' l-istħarriġ bażiku kemm jista' jkun malajr iżda mhux aktar tard minn 15-il xahar wara li jintemm ix-xogħol ta' riċerka.

2.  Ir-riżultati ta' l-istħarriġ bażiku għandhom jintbagħtu skond il-grupp ġeografiku fil-forma ta' skeda ta' tabelli li għandha tkun adottata skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 8.

▼M4

3.  L-unitajiet ġeografiċi msemmija fil-paragrafu 2, L-Artikolu 2(2)(B) u (3) (A) u L-Artikolu 3(3) huma:

— fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja: ir-reġjuni għat-tkabbir għall-inbid kif iddefinit skond l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 338/79 tal-5 ta’ Frar 1979 li jesiġu disposizzjonijiet speċjali rigward il-kwalità ta’ nbejjed ipproduċuti f’reġjuni speċjali ( 8 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3687/84 ( 9 ),

— fil-Greċja: ir-reġjuni għat-tkabbir għall-inbid huma dawk murija fl-Anness,

— fi Spanja: ir-reġjuni murija fl-Anness,

— fi Franza: id-départements jew gruppi tad-départements murija fl-Anness,

— fl-Italja: il-provinċji,

▼M9

— fil-Bulgarija, fir-Repubblika Ċeka, fl-Ungerija, f'Malta, fir-Rumanija, fis-Slovenja, fis-Slovakkja: ir-reġjuni elenkati fl-Anness ma' dan,

▼M4

— fil-Portugall: ir-reġjuni murija fl-Anness,

— fi Stati Membri oħra kkonċernati: it-territorju tagħhom kollu nazzjonali.

▼B

4.  L-Istati Membri li jipproċessaw elettronikament ir-riżultat ta' l-istħarriġ bażiku tagħhom għandhom jibagħtu dawn ir-riżultati f'għamla li tinqara minn makni, li għandha tiġi stabbilita skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 8.

Artikolu 5

1.  L-istħarriġ intermedjarju għandu jkopri nħawi ta' dwieli ta' varjetajiet ta' għeneb ta' l-inbid fl-oqsma ta' art li għalihom jirreferi l-Artikolu 2 (1) u għandhom jirrelataw dwar it-tibdil li jkun seħħ fl-arja matul is-sena ta' tkabbir ta' l-inbid ta' qabel; iżda, l-ewwel stħarriġ intermedjarju li jiġi wara l-istħarriġ bażiku għandu jirrelata dwar it-tibdil li jkun seħħ matul is-sentejn ta' tkabbir ta' l-inbid ta' qabel.

2.  Matul l-istħarriġ intermedjarju l-inħawi ta' dwieli li:

— ikunu tnaddfu mill-għeruq jew ma jkunux għadhom aktar koltivati,

▼M1

— ikunu miżrugħa mill-ġdid skond it-tifsira ta' l-Anness IVa (d) li jinsab mar-Regolament (KEE) Nru 337/79 u, separatament, dawk li jkunu miżrugħa ġodda skond it-tifsira ta' l-Anness IVa (e) li jinsab ma' dak ir-Regolament,

▼B

ikunu ġew rekordjati għall-inħawi normalment użati fil-produzzjoni ta':

— inbejjed ta' kwalità psr,

— inbejjed oħra:

— 

— inkluż għeneb maħsub bilfors għall-manifattura ta' ċerti spirti li jinxtorbu magħmula mill-inbid b'deskrizzjoni reġistrata ta' l-oriġini;

skond il-varjetà tad-dielja u ta' l-anqas skond il-klassijiet ta' ħsad li għalihom jirreferi l-Artikolu 6 (2). Kull figura li għandha x'taqsam mat-tindif ta' l-għeruq u żergħa ta' dwieli miksuba bħala riżultat ta' l-implimentazzjoni ta' disposizzjonijiet oħra tal-Komunità għandhom jiġu kkunsidrati.

3.  L-istħarriġ intermedjarju jista' jew ikun eżawrjenti jew fuq il-bażi ta' kampjun każwali. F'dak li jirrigwarda r-riżultati ta' l-istħarriġ intermedjarju mwettaq permezz ta' kampjun każwali, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-iżball tal-kampjun fil-livell ta' kunfidenza ta' 68 % għandu jkun ta' l-ordni ta' l-aktar 3 % għall-arja kollha koltivata ta' dwieli normalment maħsuba għall-produzzjoni ta' għeneb għall-inbid fil-gruppi ġeografiċi kkonċernati.

▼A1

4.  L-Istati Membri kkonċernati għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni qabel it-30 ta' Ġunju 1980, ►A2  u r-Repubblika Ellenika u r-Repubblika ta' l-Awstrija ◄ fiż-żmien ta' l-adeżjoni, deskrizzjoni ddettaljata tal-metodi li għandhom jintużaw għal inkjesti intermedjarji Notifika bil-quddiem għandha tingħata ta' kull bidla f'dawn il-metodi.

▼M2

Madankollu, l-Italja tista tissottometti din id-deskrizzjoni dettaljata qabel it-30 ta' Ġunju 1983.

▼M4

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jgħaddi din id-deskrizzjoni ddettaljata sat-30 ta’ Ġunju 1987 u r-Repubblika Portugiża sat-30 ta’ Ġunju 1990.

▼M6

4a.  Il-Kummissjoni għandha teżamina l-kollaborazzjoni mill-qrib ma’ l-Istati Membri kkonċernati dwar jekk il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-użu tad-data mir-reġistru ta’ l-oqsma tad-dwieli għal finijiet ta’ statistika jkunux ġew milħuqa.

▼B

5.  L-Istati Membri kkonċernati għandhom jibagħtu r-riżultati ta' l-istħarriġ intermedjarju lill-Kummissjoni qabel l-1 ta' Mejju tas-sena li tiġi wara s-snin tat-tkabbir ta' l-inbid konċernati. Għandhom ikunu analizzati fil-gruppi ġeografiċi mniżżla fl-Artikolu 4 (3) fl-għamla ta' skeda ta' tabelli li għandha tkun adottata skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 8.

6.  L-Istati Membri li jipproċessaw elettronikament ir-riżultati ta' l-istħarriġ intermedjarju għandhom jibagħtu r-riżultati li għalihom jirreferi l-paragrafu 5 f'għamla li tinqara minn magni, li għandha tkun stabbilita skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 8.

Artikolu 6

▼M4

1.  L-Istati Membri kkonċernati għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni, għal kull sena tat-tkabbir għall-inbid, il-medja miġbura għal kull ettaru, ta’ ettolitri kull ettaru, ta’ polpa ta’ l-għeneb jew inbid jew deċi-tunnellati kull ettaru, ta’ għeneb ipproduċut fiż-żoni bi dwieli għat-tkabbir ta’ varjetajiet ta’ għeneb għall-inbid, maqsuma skond il-klassi tal-ġbir li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2.

Din l-informazzjoni għandha tintbagħat b’effett mis-snin tat-tkabbir għall-inbid 1979/80 għall-Ġermanja, Franza u Lussemburgu, 1982/83 għall-Italja u Greċja, 1987/88 għal Spanja, 1989/90 għall-Portugall ►A2  u 1999/2000 għall-Awstrija ◄ .

▼B

2.  L-Istati Membri konċernati għandhom jissuddividu l-inħawi ta' dwieli koltivati b'varjetajiet ta' għeneb għall-inbid kif rekordjati fl-istħarriġ bażiku fi klassifikazzjonijiet skond il-ħsad bażati skond il-ħsad medju għal kull ettaru li għalihom jirreferi l-paragrafu 1 u stabbiliti skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 8.

3.  L-Istati Membri konċernati għandhom jagħmlu stima tax-xejriet futuri matul ħames snin tat-tkabbir ta' l-inbid f'ħsad medju għal kull ettaru għal kull klassi ta' ħsad li għalih jirreferi l-paragrafu 2 fil-waqt li jittieħed kont ta' żviluppi agronomiċi u ekonomiċi.

4.  It-tagħrif li għalih jirreferu l-paragrafi 1, 2 u 3 għandu jkun analizzat fil-gruppi ġeografiċi li għalihom jirreferi l-Artikolu 4 (3), li jkunu jiddistingwu bejn l-inħawi ta' dwieli ta' varjetajiet normalment maħsuba għall-produzzjoni ta':

— inbejjed ta' kwalita psr,

— inbejjed oħra:

— 

— inkluż għeneb maħsub bilfors għall-manifattura ta' ċerti spirti li jinxtorbu magħmula mill-inbid b'deskrizzjoni reġistrata ta' l-oriġini;

▼M4

5.  L-Istati Membru kkonċernati għandhom jgħarrfu lill Kummissjoni, għal kull sena tat-tkabbir għall-inbid u maqsuma b’sezzjonijiet ġeografiċi, estimi tan-normi tan-natura tal-qawwa alkoħolika bil-persentaġġ tal-volum, jew fi gradi OEchsle ta’ għeneb frisk, polpa ta’ l-għeneb jew inbejjed ipproduċuti minn artijiet bi dwieli b’varjetajiet ta’ għeneb għall-inbid normalment intenzjonati għall-produzzjoni ta’:

— inbejjed ta’ kwalità psr,

— inbejjed oħra:

— 

— inklużi inbejjed intenzjonati ta’ bil-fors għall-manifattura ta’ ċerti spiriti li jkunu akkwistati mill-inbid b’reġistrazzjoni innominata ta’ l-oriġini.

Din l-informazzjoni għandha tkun mgħarrfa b’effett mis-snin tat-tkabbir għall-inbid 1979/80 għall-Ġermanja, Franza u Lussemburgu, 1982/83 għall-Italja u Greċja, 1987/88 għal Spanja u 1989/90 għall-Portugall.

6.  L-informazzjoni annwali li hemm referenza għaliha f’paragrafi 1 u 5 għandha tkun mgħarrfa qabel l-1 ta’ April ta’ wara kull sena tat-tkabbir għall-inbid. L-informazzjoni dwar il-klassijiet miġbura li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2 għandhom ikunu ssottomessi fil-perijodu kif imniżżel fl-Artikolu 4(1). L-estimi tat-tendenzi futuri fin-normi ta’ medja ta’ ġbir kull ettaru li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 3 għandhom ikunu ssottomessi:

▼A2

— għall-ewwel darba qabel l-1 ta' Ottubru 1981 għall-Ġermanja, Franza u l-Lussemburgu, qabel l-1 ta' Ottubru 1984 għall-Italja u l-Greċja, qabel l-1 ta' Ottubru 1991 għal Spanja u l-Portugall u qabel l-1 ta' Ottubru 1996 għall-Awstrija,

▼M4

— imbagħad kull ħames snin qabel l-1 ta’ April ħlief għat-tieni stħarriġ mill-Itlaja u l-Greċja li għandhom ikunu ssottomessi wara sentejn.

▼B

7.  It-tagħrif li għalih jirreferi dan l-Artikolu għandu jintbagħat lill-Kummissjoni fl-għamla ta' skeda ta' tabelli li għandha tkun adottata skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 8.

▼M6

Artikolu 6a

L-Istati Membri li jkunu daħħlu r-reġistru tad-dwieli f’livell nazzjonali jew f’xi reġjuni u li jaġġornawh kull sena, kif ipprovdut fir-Regolament (KEE) Nru 2392/86, jistgħu jgħaddu lill-Kummissjoni l-informazzjoni annwali stabbilita fl-Artikoli 5 u 6 ta’ dan ir-Regolament, billi jużaw id-data fir-reġistru tad-dwieli bħala l-għajn tagħhom.

▼B

Artikolu 7

1.  Il-Kummissjoni għandha tistudja f'konsultazzjoni u kollaborazzjoni kontinwa ma' l-Istati Membri:

(a) ir-riżultati provduti;

(b) il-problemi tekniċi mqajma mill-istħarriġ u l-ġbir ta' tagħrif li għandu jiġi komunikat, b'referenza partikolari għad-definizzjonijiet tal-Komunità dwar żergħa/żergħa mill-ġdid u definizzjoni li għandha x'taqsam ma' twaqqif ta' tkabbir għall-inbid;

(ċ) is-sinifikat tar-riżultati ta' l-istħarriġ u t-tagħrif komunikat.

2.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Kunsill, fi żmien sena mill-komunikazzjoni tar-riżultati mill-Istati Membri konċernati, dawk ir-riżultati flimkien ma' rapport dwar l-esperjenzi miksuba matul l-istħarriġ bażiku.

▼M1

3.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-riżultati tal-istħarriġ intermedju u l-informazzjoni annwali riferita fl-Artikolu 6 bħala parti mir-rapporti annwali li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/79.

▼M8

Artikolu 8

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permnenti dwar l-Istatistika Agrikola, minn hawn il-quddiem referut bħala “il-Kumitat”.

2.  Meta ssir referenza għal dan l-Artikolu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ( 10 ) għandhom ikunu applikabbli, wara li jkunu meqjusa d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu ta' żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3.  Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu.

▼M4

Artikolu 9

L-ispiża meħtieġa għall-istħarriġ bażiku dwar is-sitwazzjoni wara s-sena għat-tkabbir għall-inbid 1978/79, fil-Ġermanja, Franza u Lussemburgu, wara l-1981/82 għas-sena tat-tkabbir għall-inbid fl-Italja u l-Greċja, wara s-sena 1986/87 għat-tkabbir ta’ l-inbid fi Spanja u wara l-1988/89 fil-Portugall għandhom jitħallsu mill-Komunità sal-limiti ta’ somma dritta li għad trid tkun iddeterminata.

▼B

Artikolu 10

1.  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 978/78 ta' l-10 ta' Mejju 1978 dwar Starriġ statistiku ta' inħawi ta' dwieli ( 11 ) qiegħed b'dan jiġi mħassar.

2.  Kull-referenza għar-Regolament imħassar skond il-paragrafu 1 għandha tiftiehem bħala referenza għal dan ir-Regolament.

Artikolu 11

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-2 ta' April 1979.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-kumplessità tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS

Lista ta' dipartimenti jew gruppi ta' dipartimenti li għaliha jirreferi l-Artikolu 4 (3)

FRANZA

1. Aude

2. Gard

3. Hérault

4. Lozère

5. Pyrénées-Orientales

6. Var

7. Vaucluse

8. Bouches-du-Rhône

9. Gironde

10. Gers

11. Charente

12. Charente-Maritime

13. Ardèche

14. Aisne

15. Seine-et-Marne

16. Ardennes, Aube, Marne, Haute-Marne

17. Cher, Eure-et-Loir, Indre, Indre-et-Loire, Loir-et-Cher, Loiret

18. Côte-d'Or, Nièvre, Saône-et-Loire, Yonne

19. Meurthe-et-Moselle, Meuse, Moselle, Vosges

20. Bas-Rhin, Haut-Rhin

21. Doubs, Jura, Haute-Saône, Territoire-de-Belfort

22. Loire-Atlantique, Maine-et-Loire, Sarthe, Vendée

23. Deux-Sèvres, Vienne

24. Dordogne, Landes, Lot-et-Garonne, Pyrénées-Atlantiques

25. Ariège, Aveyron, Haute-Garonne, Lot, Hautes-Pyrénées, Tarn, Tarn-et-Garonne

26. Corrèze, Haute-Vienne

27. Ain, Drôme, Isère, Loire, Rhône, Savoie, Haute-Savoie

28. Cantal, Allier, Haute-Loire, Puy-de-Dôme

29. Alpes-de-Haute-Provence, Hautes-Alpes, Alpes-Maritimes

30. Corse-du-Sud, Haute-Corse

▼M2

GREĊJA

1. Greċja Ċentrali u Euboea

2. Peloponnesus

3. Gżejjer Jonji

4. Epirus

5. Tessali

6. Maċedonia

7. Traċe

8. Gżejjer Eġjani

9. Kreta

▼M4

SPANJA

1. Galicia

2. Principado de Asturias

3. Cantabria

4. País Vasco A (provincia de Álava)

5. País Vasco B (provincias de Guipúzcoa y Vizcaya)

6. Navarra

7. La Rioja

8. Aragón A (provincia de Zaragoza)

9. Aragón B (provincias de Huesca y Teruel)

10. Cataluña A (provincia de Barcelona)

11. Cataluña B (provincia de Tarragona)

12. Cataluña C (provincias de Gerona y Lérida)

13. Baleares

14. Castilla-León A (provincia de Burgos)

15. Castilla-León B (provincia de León)

16. Castilla-León C (provincia de Valladolid)

17. Castilla-León D (provincia de Zamora)

18. Castilla-León E (provincias de Ávila, Palencia, Salamanca, Segovia y Soria)

19. Madrid

20. Castilla-La Mancha A (provincia de Albacete)

21. Castilla-La Mancha B (provincia de Ciudad Real)

22. Castilla-La Mancha C (provincia de Cuenca)

23. Castilla-La Mancha D (provincia de Guadalajara)

24. Castilla-La Mancha E (provincia de Toledo)

25. C. Valenciana A (provincia de Alicante)

26. C. Valenciana B (provincia de Castellón)

27. C. Valenciana C (provincia de Valencia)

28. Región de Murcia

29. Extremadura A (provincia de Badajoz)

30. Extremadura B (provincia de Cáceres)

31. Andalucía A (provincia de Cádiz)

32. Andalucía B (provincia de Córdoba)

33. Andalucía C (provincia de Huelva)

34. Andalucía D (provincia de Málaga)

35. Andalucía E (provincias de Almería, Granada, Jaén y Sevilla)

36. Canarias

PORTUGALL

1. Entre Douro e Minho

2. Trás-os-Montes

3. Beira Litoral

4. Beira Interior

5. Ribatejo e Oeste

6. Alentejo

7. Algarve

8. R. A. Açores

9. R. A. Madeira

▼A3

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

1. Pražská

2. Mělnická

3. Roudnická

4. Žernosecká

5. Mostecká

6. Čáslavská

7. Brněnská

8. Bzenecká

9. Mikulovská

10. Mutěnická

11. Velkopavlovická

12. Znojemská

13. Strážnická

14. Kyjovská

15. Uherskohradišťská

16. Podluží

L-UNGERIJA

1. Alföldi szőlőtermő táj

2. Észak-Dunántúli szőlőtermő táj

3. Dél-Dunántúli szőlőtermő táj

4. Észak-Magyarországi szőlőtermő táj

MALTA

1. Malta

2. Għawdex u Kemmuna

IS-SLOVENJA

1. Ljutomersko-ormoški vinorodni okoliš

2. Mariborski vinorodni okoliš

3. Radgonsko-kapelski vinorodni okoliš

4. Šmarsko-virštajnski vinorodni okoliš

5. Vinorodni okoliš Haloze

6. Prekmurski vinorodni okoliš

7. Vinorodni okoliš Srednje Slovenske gorice

8. Bizeljsko-sremiški vinorodni okoliš

9. Vinorodni okoliš Bela krajina

10. Vinorodni okoliš Dolenjska

11. Koprski vinorodni okoliš

12. Vinorodni okoliš Goriška Brda

13. Vinorodni okoliš Kras

14. Vinorodni okoliš Vipavska dolina

IS-SLOVAKKJA

1. Malokarpatská vinohradnícka oblasť

2. Južnoslovenská vinohradnícka oblasť

3. Stredoslovenská vinohradnícka oblasť

4. Nitrianska vinohradnícka oblasť

5. Východoslovenská vinohradnícka oblasť

6. Tokajská vinohradnícka oblasť

▼M9

IL-BULGARIJA

1. Severozapaden

2. Severen tsentralen

3. Severoiztochen

4. Yugozapaden

5. Yuzhen tsentralen

6. Yugoiztochen

IR-RUMANIJA

1. Nord-Est

2. Sud-Est

3. Sud-Muntenia

4. Sud-Vest Oltenia

5. Vest

6. Nord-Vest

7. Centru

8. București-Ilfov



( 1 ) ĠU Ċ 276, ta' l-20.11.1978, pġ. 1.

( 2 ) ĠU C 296, tal-11.12.78, pġ. 58.

( 3 ) ĠU 30, ta' l-20.4.1962, pġ. 989/62.

( 4 ) ĠU 48, tad-19.3.1964, pġ. 753/64.

( 5 ) ĠU L 163, ta' l-24.6.1976, pġ. 13.

( 6 ) ĠU L 179, tas-7.8.1972, pġ. 1.

( 7 ) ĠU L 56, 2.3.1988, p. 1.

( 8 ) ĠU L 54, 5.3.1979, p. 124.

( 9 ) ĠU L 362, 31.12.1985, p. 8.

( 10 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċitar tal-poteri ta' l-implementazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23).

( 11 ) ĠU L 128, tas-17.5.1978, pġ. 1.