1979L0622 — MT — 01.01.2007 — 008.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Ġunju 1979

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward l-istrutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (testjar statiku)

(79/622/KEE)

(ĠU L 179, 17.7.1979, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 82/953/KEE ta’ l-15 ta’ Diċembru 1982

  L 386

31

31.12.1982

►M2

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 87/354/KEE tal-25 ta' Ġunju 1987

  L 192

43

11.7.1987

►M3

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 88/413/KEE tat-22 ta’ Ġunju 1988

  L 200

32

26.7.1988

►M4

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 1999/40/KE Test b'rilevanza għaż-ŻEE tas-6 ta' Mejju 1999

  L 124

11

18.5.1999

►M5

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2006/96/KE ta' l-20 ta’ Novembru 2006

  L 363

81

20.12.2006


Emendat bi:

►A1

  L 302

23

15.11.1985

►A2

  C 241

21

29.8.1994

►A3

  L 236

33

23.9.2003




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Ġunju 1979

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward l-istrutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (testjar statiku)

(79/622/KEE)



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekomomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),

Billi l-ħtiġiet tekniċi li għandhom jikkonformaw magħhom t-tratturi skond il-liġijiet nazzjonali jirrelataw inter alia ma’ strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib u għat-twaħħil tagħhom mat-trattur;

Billi dawk il-ħtiġiet huma differenti minn Stat Membru għall-ieħor, billi huwa għalhekk neċessarju illi l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess ħtiġiet jew addizzjonalment ma’ jew inkella minflok ir-regoli eżistenti tagħhom sabiex, partikolarment, jippermettu li l-proċedura ta' approvazzjoni tat-tip tal-KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta’ l-4 ta’ Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward l-approvazzjoni ta-tip ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija ( 3 ) tiġi introdotta għal kull tip ta’ trattur;

Billi proċedura armonizzata għall-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti ta’ strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħhom mat-tratturi jagħmila possibbli għal kull Stat Membru illi jivverifika konformità mal-ħtiġiet komuni ta’ kostruzzjoni u ttestjar u li jinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar is-sejbiet tiegħu billi jibagħtilhom kopji taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponenti għal kull tip ta’ struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tiegħu mat-trattur; billi t-tqegħid ta’ marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE fuq l-istrutturi kollha manifatturati f’konformità mat-tip approvat jagħmel ovvju n-neċessità ta’ verifikazzjonijiet tekniċi fuq dawk l-istrutturi fl-Istati Membri l-oħrajn;

Billi ħtiġiet komuni dwar elementi u karatteristiċi oħra ta' l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib, partikolarment dawk li jikkonċernaw id-dimensjonijiet, bibien, ħġieġ ta’ sigurtà, strumenti li jżommu lit-trattur milli jkompli jitgerbeb jekk jinqaleb, u protezzjoni tal-passiġġieri, jiġu stabbiliti f’data iktar ‘il quddiem;

Billi l-ħtiġiet armonizzati huma prinċipalment maħsuba biex jiżguraw sigurtà fit-triq u fuq ix-xogħol fil-Komunità kollha; billi għal din ir-raġuni huwa meħtieġ li jiġi introdott l-obbligu għat-tratturi koperti minn din id-Direttiva li jiġu mgħammra bi strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib; billi sa data li għandha tiġi determinata, it-tratturi msemmija fid-Direttiva tal-Kunsill 77/536/KEE tat-28 ta’ Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’l-Istati Membri rigward l-istrutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija ( 4 ) għandhom jiġu mgħammra bi strutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib li jikkonformaw jew mad-Direttiva 77/536/KEE jew inkella ma’ din id-Direttiva;

Billi l-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali rigward tratturi jimplikaw rikonoxximent reċiproku mill-Istati Membri ta' l-ispezzjonar mwettaq minn kull wieħed minnhom ibbażati fuq il-ħtiġiet komuni,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



Artikolu 1

1.  Kull Stat Membru għandu jagħti approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE għal kull tip ta’ struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħha mat-trattur li tissoddisfa l-ħtiġiet ta’ kostruzzjoni u ttestjar stabbiliti fl-Annessi I sa V.

2.  Stat Membru li ta approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jivverifika, sa fejn hu neċessarju u jekk hemm bżonn b’kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri l-oħrajn, li l-mudelli ta’ protezzjoni jikkonformaw mat-tip approvat. Tali verifikazzjoni għandha tkun limitata għal verifikazzjoni fil-post.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom, għal kull tip ta’ struttura ta' protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħha mat-trattur li japprovaw skond l-Artikolu 1, joħorġu lill-manifattur tat-trattur jew ta’ l-struttura ta' protezzjoni kontra l-qlib, jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE li tikkonforma mal-mudell esibit f’Anness VI.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi xierqa kollha biex jipprevenu l-użu ta’ marki li jistgħu jikkrejaw konfużjoni bejn strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib li ġew approvati għat-tip ta’ komponent skond l-Artikolu 1 u strumenti oħra.

Artikolu 3

1.  L-ebda Stat Membru ma jista jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ strutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib jew it-twaħħil tagħhom fuq tratturi għal raġunijiet relatati mall-kostruzzjoni tagħhom jekk għandhom il-marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-KEE.

2.  Madankollu, Stat Membru jista’ jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ strutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib li għandhom il-marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-KEE li konsistentement ma jikkkonformawx mat-tip approvat.

Dak l-Istat għandu minnufih jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda, u jispeċifika r-raġunujijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

Artikolu 4

L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom fi żmien xahar jibgħatu lill-awtoritajiet kompetenti ta’l-Istati Membri l-oħra kopji taċ-ċertifikati tat-tip ta’ komponenti, li eżempju tagħhom huwa mogħti fl-Anness VII, komplut għal kull tip ta’ struttura ta' protezzjoni kontra l-qlib li huma japprovaw jew li jirrifjutaw li japprovaw.

Artikolu 5

1.  Jekk l-Istat Membru li jkun ta' approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE jsib li numru ta’ strutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħhom mat-tratturi li għandhom l-istess marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE ma jikkonformawx mat-tip li huwa approva, għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-mudelli tal-produzzjoni jikkonformaw mat-tip approvat. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat għandu javżaw lil dawk l-Istati Membri l-oħra bil-miżuri meħuda li jistgħu, jekk meħtieġ, fejn hemm nuqqas ta’ konformità serja u ripetuta, jestendu għall-irtirar ta’ approvazzjoni tat-tip ta' kompotent tal-KEE. L-awtoritajiet imsemmija għandhom jieħdu l-istess miżuri jekk jiġu nfurmati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor dwar tali nuqqas ta’ konformità.

2.  L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom fi żmien xahar jinfurmaw lil xulxin dwar kwalunkwe rtirar ta’ approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE u dwar ir-raġunijiet għal kull tali miżura.

Artikolu 6

Kwalunkwe deċiżjoni meħuda skond id-disposizzjonijiet adottati b’implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva li tirrifjuta jew tirtira approvazzjoni tat-tip ta’ komponenti għal strutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħhhom mat-tratturi, jew li tipprojbixxi t-tqegħid tagħhom fis-suq jew l-użu tagħhom, għandha tistabbilixxi fid-dettal ir-raġunijiet li fuqhom hija giet bbażata. Tali deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-parti konċernata, li fl-istess ħin għandha tkun infurmata dwar ir-rimedji disponibbli lilha skond il-liġijiet fis-seħħ fl-Istati Membri u dwar il-limiti ta’ żmien permess għall-eżerċizzju ta’ dawn ir-rimedji.

Artikolu 7

L-ebda Stat Membru ma għandu jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali dwar trattur għal raġunijiet li jirrelataw ma’ l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib jew it-twaħħil tagħha mat-trattur jekk dawn għandhom il-marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-KEE u jekk l-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness VIII ġew milħuqa.

Artikolu 8

L-ebda Stat Membru ma jista' jirrifjuta jew jipprojbixxi l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni, dħul fis-servizz jew użu ta kwalunkwe trattur għal raġunijiet relatati mal-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħha mat-trattur jekk dawn għandhom il-marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-KEE u jekk l-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness VIII ġew milħuqa.

Artikolu 9

Din id-Direttiva tapplika għall-tratturi kif definiti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 74/150/KEE li għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:

— spazju ħieles taħt il-fus ta’ wara ta’ mhux aktar minn 1 000 mm,

— wisa’ fissa minima aġġustabbli tat-track ta’ waħda mill-fwies tas-sewqan ta’ 1 150 mm jew aktar,

— possibilità li jitwaħħlilha strument għall-multipoint coupling għal għodda li jinqalgħu u żbarra għall-irmunkar,

— massa ta’ 800 kg jew aktar, li tikkorrispondi mal-piż tat-trattur mhux mgħobbi kif definit fis-sezzjoni 2.4 ta’ l-Anness I għad-Direttiva 74/150/KEE, li jinkludi l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib mgħammra skond din id-Direttiva u tyres ta’ l-akbar daqs rakkomandat mill-manifattur.

Artikolu 10

Għall-għanijiet ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE, kwalunkwe trattur li jirreferi għalih l-Artikolu 9 għandu jkun mgħammar bi struttura ta' protezzjoni kontra l-qlib li tissoddisfa l-ħtiġiet stabbiliti fl-Annessi I sa V.

Madankollu t-tratturi definiti fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 77/536/KEE jistgħu, għall-għanijiet ta' approvazzjoni tat-tip tal-KEE, jkunu mgħammra bi struttura ta' protezzjoni kontra l-qlib li tissoddisfa l-ħtiġiet stabbiliti fl-Annessi I sa V ta’ dik id-Direttiva.

Artikolu 11

Kwalunkwe emendi neċessarji biex jiġu addatati l-ħtiġiet fl-Annessi għal din id-Direttiva biex jiġi kkunsidrat xi progress tekniku għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 74/150/KEE.

Artikolu 12

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-disposizzjonijiet neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien 18-il xahar minn notifika tagħha u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi t-testijiet tad-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni.

Artikolu 13

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




LISTA TA’ ANNESSI



Anness I:

Kondizzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE

Anness II:

Kondizzjonijiet għat-testjar tas-saħħa ta’ l-istrutturi ta’ protezzjoni u tat-twaħħil tagħhom mat-tratturi

Anness III:

Proċeduri tat-Test

Anness IV:

Figuri

Anness V;

Mudell tar-rapport tat-test

Anness VI:

Marki

Anness VII:

Mudell taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE

Anness VIII:

Kondizzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE

Anness IX:

Anness għaċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE dwar is-saħħa ta’ l-istrutturi ta’ protezzjoni u t-twaħħil tagħhom mat-trattur (testijiet statiċi)




ANNESS I

KONDIZZJONIJIET GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KOMPONENTI TAL-KEE

1.   DEFINIZZJONI

1.1.

”Struttura ta' protezzjoni kontra l-qlib” (safety cab jew qafas), minn issa ‘il quddiem msejjħa ”struttura ta’ protezzjoni”, tfisser l-istruttura fuq trattur li l-iskop essenzjali tagħha huwa li jiġu evitati jew limitati riskji lix-xufier li jirriżultaw minn qlib tat-trattur waqt użu normali.

1.2.

L-istrutturi msemmija f’1.1 huma karatterizzati mill-fatt li waqt it-testijiet preskritti fl-Annessi II u III jiżguraw spazju mhux mfixkel ġewwa fihom kbir biżżejjed biex jipproteġi lix-xufier.

2.   ĦTIĠIET ĠENERALI

2.1.

Kull struttura ta’ protezzjoni u t-twaħħil tagħha mat-trattur għandha tkun hekk disinjata u kostrutta sabiex tilħaq l-għan ewlieni stabbilit fis-sezzjoni 1.

2.2.

Din il-kondizzjoni titqies milħuqa jekk il-ħtiġiet ta’ l-Annessi II u III jiġu ssoddisfatti.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KOMPONENTI TAL-KEE

3.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE dwar is-saħħa ta’ struttura ta’ protezzjoni u s-saħħa tat-twaħħil tagħha ma’ trattur għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tat-trattur jew mill-manifattur ta’l-istruttura ta’ protezzjoni jew mir-rappreżentanti awtorizzati tiegħu.

3.2.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE għandha tiġi akkumpanjata mid-dokumenti msemmijin hawn taħt fit-tlett kopji u bil-partikolari li ġejjin:

— tpinġija ġenerali ta’l-arranġament jew fuq skala mmarkata fuq it-tpinġija jew inkella li tagħti d-dimensjonijiet ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni. Din it-tpinġija għandha partikolarment turi dettalji tal-komponenti tat-twaħħil,

— ritratti mill-ġenb u minn wara li juru d-dettalji tat-twaħħil,

— deskrizzjoni qasira ta' l-istruttura ta' protezzjoni li tinkludi t-tip ta’ kostruzzjoni, dettalji tat-twaħħil fuq it-trattur u, fejn neċessarju, dettalji dwar cladding, mezzi ta’ aċċess u ħarba, dettalji dwar kuxxinament interjuri u karatteristiċi li jipprevjenu qlib kontinwu u dettalji ta’ sħana u ventilazzjoni,

— dettalji ta’ materjali użati fil-partijiet strutturali li jinkludu saljaturi u serraturi ta’ twaħħil (Ara Anness V).

3.3.

Trattur li jirrapreżenta t-tip ta’ trattur li għalih huwa maħsub li l-istruttura ta’ protezzjoni li għandha tiġi approvata għandha tiġi sottomessa lis-servizz tekniku responsabbli biex imexxi t-testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti. Dan it-trattur għandu jiġi mgħammar bl-istruttura ta' protezzjoni.

3.4.

Min għandu approvazzjoni tat-tip tal-komponent tal-KEE jista’ jitlob l-estensjoni tagħha għal tipi oħrajn ta’ tratturi. L-awtorità kompetenti li kienet tat l-approvazzjoni oriġinali tat-tip tal-komponenti tal-KEE għandha tagħti l-estensjoni jekk l-istruttura ta’ protezzjoni approvata u t-tip(i) ta’ trattur li għalihom tintalab l-estensjoni jikkonformaw mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

— il-massa tat-trattur mhix ballastjata, kif definita fis-sezzjoni 1.3 ta’ l-Anness II, ma testendix b’aktar minn 5 % il-massa ta’ riferenza użat fit-test,

— il-metodu ta’ twaħħil u l-komponenti tat-trattur li miegħu twaħħlu huma identiċi,

— kwalunkwe komponenti bħal mudguards u bonnet cowls li jistgħu jagħtu għajnuna għall-istruttura ta' protezzjoni huma identiċi,

— il-posizzjoni u d-dimensjonijiet kritiċi tas-sedil fl-istruttura ta’ protezzjoni u l-posizzjonijiet relattivi ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni u t-trattur għandhom jkunu tali li ż-żona ta’ spazju tibqa’ fil-protezzjoni ta’istruttura deflessa waqt it-testijet kollha.

4.   MARKI

4.1.

Kull struttura ta’ protezzjoni li tikkonforma mat-tip approvat għandu jkollha l-marki li ġejjin:

4.1.1. il-marka tan-negozju jew l-isem;

4.1.2. marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE li tikkonforma mal-mudell fl-Anness VI;

4.1.3. numru serjali ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni;

4.1.4. Ditta u tip(i) tat-trattur(i) li għaliha jew għalihom hija maħsuba l-istruttura ta’ protezzjoni.

4.2.

Dawn il-partikolari kollha għandhom jidhru fuq plakka żgħira.

4.3.

Dawn il-marki għandhom ikunu viżibbli, li jistgħu jinqraw u ma jitħassrux.




ANNESS II

KONDIZZJONIJIET GĦAT-TESTJAR TAS-SAĦĦA TA’ L-ISTRUTTURI TA’ PROTEZZJONI U TAT-TWAĦĦIL TAGĦHOM MAT-TRATTURI

1.   ĦTIĠIET ĠENERALI

1.1.   Għanijiet tat-test

Testijiet li jsiru bl-użu ta’ riggijiet speċjali huma maħsuba li jissimulaw tali piżijiet bħalma jiġu imposti fuq struttura ta’ protezzjoni meta jinqaleb it-trattur. Dawn it-testijiet, deskritti fl-Anness III, jippermettu li jsiru osservazzjonijiet dwar is-saħħa ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni u kwalunkwe saljatura mwaħħla mat-trattur u kwalunkwe parti tat-trattur li titrasmetti l-forza tat-test.

1.2.   Preparazzjoni għat-test

1.2.1.

L-istruttura ta’ protezzjoni għandha tikkonforma ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tal-produzzjoni tas-serje. Għandha tiġi mwaħħla skond il-metodu tat-twaħħil dikjarat mill-manifattur ma’ waħda mit-tratturi li ġiet disinjata għaliha. Mhux meħtieġ trattur komplet għat-test; madankollu l-istruttura ta’ protezzjoni u partijiet tat-trattur li jitwaħħal fuqhom għat-testijiet għandhom jirrapreżentaw stallazzjoni li topera, minn hawn ‘il quddiem se tiġI msejħa bħala ”l-assemblea”.

1.2.2.

L-assemblea għandha titwaħħal mal-bedplate biex il-membri li jgħaqqdu l-assemblea u l-bedplate ma jiddeflessawx b’ mod sinjifikanti b’ relazzjoni ma’ l-istruttura ta’ protezzjoni taħt tagħbija. Il-metodu ta’ twaħħil ta’ l-assemblea mal-bedplate ma jistax minnu nnifsu jimmodifika s-saħħa ta’ l-assemblea.

1.2.3.

L-assemblea għandha ttiġi megħjuna u mwaħħla jew tiġi modifikata sabiex l-enerġija kollha tat-test tiġi assorbita mill-istruttura ta’ protezzjoni u t-twaħħil tagħha mal-komponenti riġidi tat-trattur.

1.2.3.1.

Sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ 1.2.3, il-modifikazzjoni għandha ssakkar kwalunkwe sospensjoni tar-rikba tat-trattur sabiex jiġi żgurat li ma jassorbi l-ebda enerġija tat-test.

1.2.4.

Għat-testijiet it-trattur għandu jiġi mgħammar bill-komponenti strutturali kollha tal-produzzjoni tas-serje li tista’tinfluwenza s-saħħa ta’ l-istruttura tal-protezzjoni jew li tista’ tkun meħtieġa għat-test tas-saħħa.

Komponenti li jistgħu jikkrejaw riskju fiż-żona ħielsa għandhom wkoll jiġu mgħammra sabiex ikunu jistgħu jiġu eżaminati biex jiġi verifikat jekk ġewx milħuqa l-ħtiġiet tas-sezzjoni 4.

▼M4

Kull komponent li s-sewwieq stess jista' jneħħi għandhom jitneħħew meta jsiru it-testijiet. Jekk huwa possibbli li l-bibien u t-twieqi jinżammu miftuħin jew li jitneħħew meta t-trattur jkun qiegħed jintuża, iridu jinżammu miftuħin jew jitneħħew waqt li jsiru it-testijiet, sabiex ma tiżdiedx is-saħħa ta' l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib. Jekk, f'din il-pożizzjoni, jikkostitwixxu perikolu lis-sewwieq jekk it-trattur jinqaleb, ir-rapport tat-test irid jirreferi għal dan il-fatt.;

▼B

1.3.   Massa tat-trattur

Il-massa ta' referenza mt, tintuża fil-formoli (ara Anness III) biex jiġu kkalkolati l-enerġiji u l-forza ta’ tgħaffiġ, għandha tkun għall-anqas dik definita fis-sezzjoni 2.4 ta’ l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE (i.e. teskludi aċċessjori mhux obbligatorji imma tinkludi coolant, żjut, karburanti, għodda u x-xufier) kif ukoll l-istruttura ta’ protezzjoni u jitnaqqsu 75 kg.

Mhumiex inklużi piżijiet mhux obbligatorji fuq quddiem jew wara, ballast tat-tyre, implementi mwaħħlin, tagħmir armat jew kwalunkwe komponenti speċjaliżżati.

2.   APPARAT U TAGĦMIR

2.1.   Testijiet għal tagħbija orizzontali (ġenb u lonġitudinali)

2.1.1.

Materjal, tagħmir u mezzi biex jorbtu l-isfel li huma xierqa biex jiżguraw li l-assemblea hija mwaħħla sew mal-bedplate, independentement mit-tyre jekk preżenti.

2.1.2.

Mezzi biex tiġi applikata forza orizzontali fuq l-istruttura ta’ protezzjoni bi travu iebes kif muri fil-Figuri 1 u 2 ta’ l-Anness IV. 2.1.2.1.

2.1.2.1

It-travu iebes għandu jkollu dimensjoni tal-wiċċ vertikali ta’ 150 mm.

2.1.2.2.

Għandha issir disposizzjoni sabiex il-piż jista’ jiġi distribwit uniformament għad-direzzjoni tat-tagħbija u ma’ travu li huwa ta’ tul ta’ wieħed mill-multipli eżatti ta’ 50 bejn 250 u 700 mm.

2.1.2.3.

It-trufijiet tat-travu f’kuntatt ma’ l-istruttura ta’ protezzjoni għandha tkun mgħawwġa fit-tond b’radius massimu ta’ 50 mm.

2.1.2.4.

Ġunti universali – jew l-ekwivalenti – għandhom jiġu nkorporati biex jiġi żgurat li l-attrezzatura tat-tagħbija ma trażżanx l-istruttura fit-tidwir jew fit-traduzzjoni f’kwalunkwe direzzjoni minbarra d-direzzjoni tat-tagħbija.

2.1.2.5.

Fejn it-tul orizzontali ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni li għaliha għandu jiġi applikat il-piż ma tikkostitwix linja dritta normali għad-direzzjoni ta’ l-applikazzjoni tal-piż, l-ispazju għandu jiġi ppakkjat sabiex il-piż jiġi distribwit ma’ dan it-tul.

2.1.3.

Tagħmir għall-kejl sa fejn teknikament possibbli l-enerġija assorbita mill-istruttura ta’ protezzjoni u l-partijiet riġidi tat-trattur li magħha hija mwaħħla, per eżempju billi tkejjel il-forza applikata matul id-direzzjoni ta’ l-applikazzjoni tagħha u d-deflessjoni relativa li tikkorrispondi mall-punt fuq ix-chassis tat-trattur.

2.1.4.

Mezzi biex jiġi ppruvat li ż-żona ta’ spazju ma ġietx entrata matul it-test. Rig skond il-figuri 6a, 6b u 6c ta’l-Anness IV jista’ jintuża.

2.2.   Testiijiet ta’ tgħaffiġ (wara u quddiem)

2.2.1.

Materjal, tagħmir u mezzi biex jorbtu l-isfel li huma xierqa biex jiżguraw li t-trattur huwa mwaħħal sew mal-bedplate, independentement mit-tyres.

2.2.2.

Mezzi biex tiġi applikata forza vertikali għall-istruttura ta’ protezzjoni, bħalma huwa muri fil-figura 3 ta’ l-Anness IV, inkluż travu iebes li jgħaffeġ li huwa wiesa’ 250 mm.

2.2.3.

Tagħmir biex titkejjel il-forza vertikali totali applikata.

2.2.4.

Mezzi biex jiġi ppruvat li ż-żona ta’ spazju ma ġietx entrata matul it-test. Rig skond il-figuri 6a, 6b u 6c ta’l-Anness IV jista’ jintuża.

2.3.   Tolleranza fil-kejl

2.3.1.

Dimensjonijiet: ± 3 mm.

2.3.2.

Deflessjoni: ± 3 mm.

2.3.3.

Massa tat-trattur ± 20 kg.

2.3.4.

Piżijiet u forzi: ± 2 %.

2.3.5.

Direzzjoni tat-tagħbija: devjazzjoni mid-direzzjonijiet orizzontali u vertikali speċifikati fl-Anness III:

— mill-bidu tat-test, taħt piż żero: ± 2o,

— waqt it-test, taħt piż: 10o fuq u 20o taħt l-orizzontali. Dawn il-varjazzjonijiet għandhom jinżammu fil-minimu.

3.   TESTIJIET

3.1.   Ħtiġiet ġenerali

3.1.1.   Sekwenza tat-testijiet

3.1.1.1.

Is-sekwenza tat-testijiet għandha tkun kif ġej:

3.1.1.1.1.   Tagħbija lonġitudinali (Anness III, 1.2)

Għal tratturi b’minn ta’ l-anqas 50% tal-massa kif definita fis-sezzjoni 1.3 fuq ir-roti ta’ wara it-tagħbija lonġitudinali għandha tiġi applikata minn wara (każ 1). Għal tratturi oħra t-tagħbija lonġitudinali għandha tiġi applikata minn quddiem (każ 2).

3.1.1.1.2.   L-ewwel test ta’ tgħaffiġ

L-ewwel test ta’ tgħaffiġ għandu jiġi applikat fl-istess tarf ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni bħat-tagħbija lonġitudinali. i.e.:

— fuq wara f’ każ 1 (Anness III, 1.5),

— fuq quddiema f’ każ 2 (Anness III, 1.6),

3.1.1.1.3.   Tagħbija mill-ġenb (Anness III, 1.3)

3.1.1.1.4.   It-tieni test ta’ tgħaffiġ

It-tieni test ta’ tgħaffiġ għandu jiġi applikat fit-tarf oppost minn dak ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni għat-tagħbija lonġitudinali. i.e.:

— fuq quddiema f’ każ 1 (Anness III, 1.6),

— fuq wara f’ każ 2 (Anness III, 1.5),

3.1.1.1.5.   It-tieni tagħbija lonġitudinali (Anness III, 1.7)

It-tieni tagħbija lonġitudinali għandha tiġi applikata għal tratturi li huma mgħammra bi struttura ta’ protezzjoni disinjata biex titmejjel meta d-direzzjoni ta’ l-applikazzjoni ta’tagħbija lonġitudinali (ara sezzjoni 3.1.1.1.1) ma tkunx mejlet l-istruttura ta’ protezzjoni.

3.1.1.2.

Jekk, waqt it-test, tinkiser jew tiċċaqlaq kwalunkwe parti mit-tagħmir li jrażżan, it-test għandu jinbeda mill-ġdid.

3.1.1.3.

Ma jistgħu jsiru l-ebda tiswijiet jew aġġustamenti lit-trattur jew lill-istruttura ta’protezzjoni waqt it-testijiet.

3.1.2.   Wisa’ tas-serbut tal-gomom

Ir-roti għandhom jitneħħew jew jiġu ffissati f’wisa’ tas-serbut li jiżgura li ma tista’ ssir l-ebda interferenza ma’ l-istruttura ta’ protezzjoni waqt it-testijiet.

3.1.3.   Tneħħija tal-komponenti li ma joħolqux periklu

Il-komponenti kollha tat-trattur u l-istruttura ta’ protezzjoni li, bħala unitajiet kompleti, jikkostitwixxu protezzjoni għax-xufier – inkluża protezzjoni tat-temp – għandhom jiġu pprovduti kompleti fuq trattur għall-ispezzjoni.

L-istruttura ta’ protezzjoni li tiġi ttestjata ma’ għandhiex għalfejn tiġi mgħammra bi twieqi ta’ quddiem, tal-ġenb jew ta’ wara bil-ħġieġ tas-sigurtà jew material simili, u kwalunkwe panew, tagħmir u aċċessorji li ma’ għandhomx funzjoni ta’ saħħa strutturali u li ma jistax joħloq periklu fil-każ ta’ qlib.

3.1.4.   Strumentazzjoni

L-istruttura ta’ protezzjoni għandha tiġi strumentata bit-tagħmir meħtieġ biex tiġi akkwistata l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi mpinġi d-dijagramma tad-deflessjoni tal-forza (ara figura 4 ta' l-Anness IV). Deflessjoni totali u permanenti ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni għandha tiġi mkejjla u nnotata għal kull stadju tat-test (ara figura 5 ta’l-Anness IV)

3.1.5.   Direzzjoni tat-tagħbija

F’ każ ta’ trattur li fih s-sedil mhux fuq il-pjan medju tat-trattur u/jew saħħa mhux simmetrika ta’ l-istruttura, it-tagħbija fuq il-ġenb tkun fuq it-trattur li x’aktarx l-aktar iwassal għal vjolazzjoni taż-żona ta’ spazju waqt it-testijiet (ara wkoll Anness III, 1.3).

4.   KONDIZZJONIJIET TA’ L-AĊĊETTAZZJONI

4.1.

Struttura ta’ protezzjoni sottomessa għall-approvazzjoni tal-tat-tip tal-KEE għandha titqies li ssodisfat il-ħtiġijiet tas-saħħa jekk wara t-testijiet tissoddisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:

▼M1 —————

▼M1

4.1.1.

L-ebda parti miż-żona ta’ spazju ħieles kif deskritta fl-entrata 3.2 ta’ l-Anness III ma tkunx ġiet mdaħħla, jew tkun barra l-protezzjoni ta’, l-istruttura ta’ protezzjoni matul it-testijiet speċifikati fl-entrati 1.2, 1.3, 1.5, 1.6 u, fejn addattat, 1.7 ta’ l-Anness III.

Jekk ikun sar test ta’ tagħbija eċċessiv, il-forza applikata meta l-enerġija speċifikata hija assorbita għandha tkun akbar minn 0.8 tal-forza massima li jkun hemm kemm matul it-test prinċipali u kemm matul it-test ta’ tagħbija eċċessiva kkonċernati (ara l-figuri 4b u 4ċ ta’ l-Anness IV).

▼B

►M1  4.1.2. ◄

Waqt it-testijiet l-istruttura ta’ protezzjoni ma’ għandiex timponi l-ebda trażżin fuq l-istruttura tas-sedil.

▼M1

4.1.3.

Fil-punt meta l-livell ta’ enerġija mitluba tintlaħaq f’kull waħda mit-testijiet speċifikati ta’ tagħbija orizzontali, l-forza għandha taqbeż 0.8 Fmass.

▼B

4.2.

Addizzjonalment, ma’ għandu jkun hemm l-ebda karatteristika li tippreżenta periklu partikolari lix-xufier, e.g. nuqqas ta’ kuxxinament fis-saqaf jew kull post ieħor fejn tista’ tintlaqat ras ix-xufier.

5.   RAPPORT TAT-TEST

5.1.

Ir-rapport tat-test għandu jitwaħħal maċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE msemmi fl-Anness VII. Il-presentazzjoni tar-rapport għandha tkun kif muri fl-Anness V. Għandha tinkludi:

5.1.1. Deskrizzjoni ġenerali tal-forma u l-kostruzzjoni ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni V għad-dimensjonijiet obbligatorji), li jinkludu d-disposizzjonijiet għall-entratura, ħruġ u ħarba normali; id-disposizzjonijiet għal sistemi ta’ sħana u ventilazzjoni, u aċċessorji oħra fejn dawn huma disponibbli u fejn jistgħu jaffettwaw iż-żona ta’ spazju ħieles jew jistgħu joħolqu periklu.

5.1.2. Dettalji ta’ karatteristiċi speċjali bħal strumenti biex jipprevenu t-tgerbib kontinwu tat-trattur.

5.1.3. Deskrizzjoni qasira ta’ kuxxinament interjuri.

5.1.4. Dikjarazzjoni tat-tip tal-windscreen u glazing mgħammra u ta’ marki ta’ approvazzjoni tal-KEE jew oħrajn inkorporati.

5.2.

Jekk l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE qed tiġi estiża għal tipi oħra ta’tratturi, ir-rapport għandu jinkludi r-referenza eżatta tar-rapport ta’ l-approvazzjoni oriġinali tal-komponenti tat-tip tal-KEE kif ukoll indikazzjonijiet preċiżi dwar il-ħtiġiet stabbiliti fis-sezzjoni 3.4 ta’l-Anness I.

5.3.

Ir-rapport għandu jidentifika biċ-ċar it-tip ta’ trattur (ditta, tip u deskrizzjoni kummerċjali, eċċ) użat għat-testjar u t-tipi li għalihom l-istruttura ta’ protezzjoni hija maħsuba.

6.   SIMBOLI

mt

=

toqol ta’ trattur ta’ riferenza (kg) kif definit fis-sezzjoni1.3.

D

=

deflessjoni (mm) ta’l-istruttura fil-punt ta’ u f’linja ma applikazzjoni tat-tagħbija.

▼M1

D’

=

deflessjoni (mm) ta’ l-istruttura għall-enerġija kkalkulata mitluba.

▼B

F

=

forza tal-piż statika (N) (newtons).

Fmax

=

forza statika tal-piż massimu li ssir waqt tagħbija, (N) ħlief għal tagħbija żejda.

▼M1

F’

=

il-forza ta’ l-enerġija kkalkulata mitluba.

F-D

=

kurva ta’ forza/deflessjoni.

▼B

Eis

=

dħul ta’ enerġija li jiġi assorbit waqt tagħbija mill-ġenb (J) (joules).

Eil 1

=

dħul ta’ enerġija li jiġi assorbit waqt tagħbija lonġitudinali (J).

▼M1

Eil 2

=

id-dħul ta’ enerġija li trid tiġi assorbita matul l-applikazzjoni tat-tieni tagħbija lonġitudinali (J).

▼B

Fr

=

forza applikata fuq wara fit-test tat-tgħaffiġ (N).

Ff

=

forza applikata fuq quddiem fit-test tat-tgħaffiġ (N).

▼M1 —————

▼B




ANNESS III

PROĊEDURA TAT-TEST

1.   TESTIJIET GĦAT-TAGĦBIJA ORIZZONTALI U TGĦAFFIĠ

1.1.   Disposizzjonijiet ġenerali għal testijiet ta’ tagħbija orizzontali

1.1.1.

It-tagħbijiet applikati lill-istruttura ta’ protezzjoni għandhom jiġu distribwiti permezz ta’ travu iebes, li jikkonforma ma’ l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fis-sezzjoni 2.1.2 ta’ l-Anness II, mqiegħda normali għad-direzzjoni ta’ l-applikazzjoni tal-piż; it-travu iebes jista’ jkun mgħammar b’ mezzi li jiprevenu iċ-ċaqliq tagħha lejn il-ġenb. Ir-rata ta’ deflessjoni taħt tagħbija ma’ għandhiex tkun akbar minn 5 mm/s. Waqt li jiġi applikat il-piż, F u D għandhom jiġu rreġistrati simultanjament f’żidiet ta’ deflessjoni ta’ 15-il mm jew inqas, biex tiġi żgurata l-preċiżjoni. Ladarba tkun bdiet l-applikazzjoni inizzjali, il-piż ma għandux jitnaqqas sakemm jitlesta t-test; imma huwa permess li ma jiżdiedx aktar il-piż jekk mixtieq, e.g.biex jiġi reġistrat il-kejl.

1.1.2.

Jekk il-membru strutturali li għalih tiġi applikata it-tagħbija huwa kurvat, għandu jikkonforma ma’ l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fis-sezzjoni 2.1.2.5 ta’ l-Anness II. L-applikazzjoni ta’ tagħbija għandha, madankollu, tikkonorma mal-ħtiġiet tas-sezzjoni 1.1.1 fuq u s-sezzjoni 2.1.2 ta’ l-Anness II.

1.1.3.

Jekk ma jeżisti l-ebda membru strutturali msallab fil-punt ta’ l-applikazzjoni, travu sostitut għat-test li ma jżidx saħħa ma’ l-istruttura jista’ jintuża għall-proċedura tat-test.

1.1.4.

L-istruttura għandha tiġi viżwalment verifikata meta t-tagħbija titneħħa wara li kull tagħbija tkun kompluta. Jekk saru tixqiq jew tqattigħ waqt tagħbija, it-test ta’ tagħbija żejda speċifikat f’1.4 hawn taħt għandu jsir qabel ma wieħed jgħaddi għat-tagħbija li jmiss fis-sekwenza mogħtija fis-sezzjoni 3.1.1.1 ta’ l-Anness II.

▼M1

1.2.   Tagħbija lonġitudinali (ara l-Figura 2 ta’ l-Anness IV)

L-applikazzjoni tat-tagħbija għandha tkun orizzontali u parallela mal-pjan medjan vertikali tat-trattur.

Għal tratturi li għandhom mill-anqas 50 % tal-massa tagħhom, kif definita fl-entrata 1.3 ta’ l-Anness II, fuq ir-roti ta’ wara, it-tagħbija lonġitudinali ta’ wara u t-tagħbija laterali għandha tiġi applikata fuq naħat differenti tal-pjan lonġitudinali medjan ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni. Għal tratturi li għandhom mill-anqas 50 % tal-massa tagħhom fuq ir-roti ta’ quddiem, it-tagħbija lonġitudinali ta’ quddiem għandha tkun fuq l-istess naħa tal-pjan lonġitudinali medjan ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni bħat-tagħbija laterali.

Għandha tiġi applikata fuq il-parti strutturali trasversali l-aktar ‘il fuq ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni (jiġifieri, l-parti li x’aktarx tolqot l-art l-ewwel fil-każ ta’ qlib).

Il-punt ta’ applikazzjoni tat-tagħbija għandu jkun mqiegħed wieħed minn sitta tal-wisa’ tan-naħa ta’ fuq ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni ‘l ġewwa mill-kantuniera ta’ barra. Il-wisa’ ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni għandha tittieħed bħala d-distanza ta’ bejn iż-żewġ linji paralleli mal-pjan medjan vertikali tat-trattur li jmiss l-estremitajiet ta’ barra ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni fi pjan orizzontali li jmiss in-naħa ta’ fuq tal-membri strutturali trasversali l-aktar ‘il fuq.

It-tul tat-travu ma’ għandux ikun inqas minn terz tal-wisa’ ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni (kif deskritt qabel) u mhux aktar minn 49 mm akbar minn dan il-minimu.

It-tagħbija lonġitudinali hija applikata minn wara jew minn quddiem, kif definit fl-entrata 3.1.1.1 ta’ l-Anness II.

It-test għandu jitwaqqaf kull meta:

(a) l-enerġija tat-tensjoni assorbita mill-istruttura ta’ protezzjoni hija ugwali għal jew akbar mid-dħul ta’ l-enerġija meħtieġa Eil 1 (fejn Eil 1 = 1.4 mt);

(b) l-istruttura tidħol mingħajr dritt fiż-żona ta’ spazju ħieles jew tħalli liż-żona ta’ spazju ħieles mingħajr protezzjoni.

▼B

1.3.   Tagħbija mill-ġenb (ara Figura 1 ta’ l-Anness IV)

It-tagħbija għandha tiġi applikata orizzontalment 90o mall-pjan medju vertikali tat-trattur. Għandha tiġi applikata għall-estremità l-aktar 'il fuq ta’ l-istruttura ta' protezzjoni f’punt ta’ 300 mm ‘l quddiem mill-punt ta’ referenza tas-sedil mas-sedil fil-posizzjoni l-aktar lura kif definita fit-taqsima 2.3.1. hawn taħt. Jekk l-istruttura ta' protezzjoni għandha xi proġezzjoni fil-ġenb li żgur tiġi l-ewwel f’ kuntatt ma’l-art waqt qlib lejn il-ġenb, it-tagħbija għandha tiġi applikata f’ dak il-punt. ►M4  Fil-każ ta' trattur b'pożizzjoni riversibbli, it-tagħbija għandha tiġi applikata fuq in-naħa ta' fuqnett ta' l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib fin-nofs bejn iż-żewġ punti ta' referenza tas-sedil. ◄

It-travu għandu jkun twil kemm huwa prattikabbli, iżda mhux itwal minn 700 mm.

Waqqaf it-test kull meta:

(a) l-enerġija ta’ sforz assorbita mill-istruttura ta' protezzjoni hija daqs jew aktar mid-dħul tal-enerġija meħtieġa Eis (fejn Eis = 1.75 mt); jew

(b) l-istruttura tikser iż-żona ta’ spazju jew tħalli ż-żona ta’ spazju mingħajr protezzjoni.

▼M3

1.4.   Test ta’ tagħbija żejda (ara Figuri 4a, 4b u 4ċ f’Anness IV)

1.4.1.

It-test ta’ tagħbija żejda għandu jitwettaq jekk il-forza tonqos b’aktar mit-3 % waqt l-aħħar 5 % tad-deflessjoni miksuba, fejn l-enerġija meħtieġa tinxtorob mill-istruttura (ara Figura 4b).

▼M1

1.4.2.

It-test ta’ eċċess ta’ tagħbija jinvolvi ż-żieda gradwali tat-tagħbija orizzontali b’żidiet ta’ 5 % ta’ l-enerġija inizzjali mitluba sa massimu ta’ 20 % ta’ enerġija miżjuda (ara l-figura 4 ċ).

1.4.2.1.

Il-test ta’ eċċess ta’ tagħbija huwa sodisfaċenti jekk, wara kull żieda b’5, 10 jew 15 % f’enerġija mitluba, il-forza tonqos b’anqas minn 3 % għal żieda ta’ 5 % u tibqa’ aktar minn 0.8 Fmass.

1.4.2.2.

Il-test ta’ eċċess ta’ tagħbija huwa sodisfaċenti jekk, wara li l-istruttura tkun assorbit 20 % ta’ enerġija miżjuda, il-forza taqbeż 0.8 Fmass.

1.4.2.3.

Matul it-test ta’ eċċess ta’ tagħbija huma permessi xquq jew tiċritiet addizzjonali u/jew id-dħul fi jew in-nuqqas ta’ protezzjoni taż-żona ta’ spazju ħieles minħabba diformazzjoni elastika. Madankollu, wara t-tneħħija tat-tagħbija, l-istruttura ma’ għandhiex tidħol fiż-żona ta’ spazju ħieles, li għandha tkun protetta kompletament.

▼B

1.5.   Tgħaffiġ fuq wara

It-travu għandu jiġi posizzjonat fuq il-membri strutturali ta’ wara l-aktar 'il fuq u r-riżultanti tal-forzi li jgħaffġu għandhom ikunu lokati fil-pjan vertikali lonġitudinali referut. Għandha tiġi applikata forza Fr = 20 mt.

Fejn il-parti ta’ wara tas-saqaf ta’ l-istruttura ta' protezzjoni ma jreġġix il-forza kollha li tgħaffeġ, il-forza għandha tiġi applikata sakemm is-saqaf jiġi defless biex imiss mal-pjan li jgħaqqad il-parti ta’ fuq ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni ma’ dik il-parti ta’ wara tat-trattur li kapaċi treġġi l-massa tal-vettura meta tinqaleb. Il-forza għandha imbagħad titneħħa, u t-trattur jew il-forza ta’ tagħbija tiġi posizzjonata mill-ġdid sabiex it-travu jiġi fuq dak il-punt ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni li tkun tista’ imbagħad treġġi l-istruttura ta’ protezzjoni meta tinqaleb kompletament. Imbagħad għandha tiġi applikata l-forza Fr.

Il-forza Fr għandha tiġi applikata għal minimu ta’ ħames sekondi wara l-waqfa tad-deflessjoni li tidher viżibbilment.

Waqqaf it-test jekk l-istruttura tikser ż-żona ta’ spazju jew tħalli ż-żona ta’ spazju mingħajr protezzjoni.

1.6.   Tgħaffiġ fuq quddiem

It-travu għandu jiġi posizzjonat fuq il-membri strutturali ta’ quddiem l-aktar 'il fuq u r-riżultanti tal-forzi li jgħaffġu għandhom ikunu lokati fil-pjan vertikali lonġitudinali referent. Għandha tiġi applikata forza Ff = 20 mt.

Fejn il-parti ta’ quddiem tas-saqaf ta’ l-istruttura ta' protezzjoni ma jreġġix il-forza li tgħaffeġ kollha, il-forza għandha tiġi applikata sakemm is-saqaf jiġi defless biex imiss mal-pjan li jgħaqqad il-parti ta’ fuq ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni ma’ dik il-parti ta’ quddiem tat-trattur li kapaċi treġġi l-massa tal-vettura meta tinqaleb. Il-forza għandha imbagħad titneħħa, u t-trattur jew il-forza ta’ tagħbija tiġi posizzjonata mill-ġdid sabiex it-travu jiġi fuq dak il-punt ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni li treġġi l-istruttura ta’ protezzjoni meta tinqaleb kompletament. Għandha imbagħad tiġi applikata l-forza Ff.

Il-forza Ff għandha tiġi applikata għal minimu ta’ ħames sekondi wara l-waqfa tad-deflessjoni li tidher viżibbilment.

Waqqaf it-test jekk l-istruttura tidħol fiż-żona ta’ spazju ħieles jew tħalli ż-żona ta’ spazju ħieles mingħajr protezzjoni.

1.7.   It-tieni tagħbija lonġitudinali

L-applikazzjoni tat-tagħbija għandha tkun orizzontalment parallela mal-pjan medju vertikali tat-trattur.

It-tieni tagħbija lonġitudinali għandha tiġi applikata minn wara jew minn quddiem kif definit fis-sezzjoni 3.1.1.1 ta’l-Anness II.

Għandha tkun applikata fid-direzzjoni opposta għal u fil-kantuniera l-iżjed 'il bogħod mit-tagħbija lonġitudinali fis-sezzjoni 1.2.

Għandha tiġi applikata fuq il-membru strutturali trasvers l-aktar il-fuq ta’ l-istruttura ta' protezzjoni (i.e. dik il-parti li x’aktarx tmiss l-art f’inċident ta’ qlib).

Il-punt ta’ applikazzjoni tal-piż għandu jkun f’wieħed minn sitta mill-wisa’ ta’ fuq ta’ l-istruttura ta' protezzjoni ‘l ġewwa mill-kantuniera ta’ barra. Il-wisa’ ta' l-istruttura ta' protezzjoni titqies bħala d-distanza bejn żewġ linji paralleli mal-pjan medju vertikali tat-trattur li tmiss l-estremitajiet fuq barra ta’ l-istruttura ta' protezzjoni fil-pjan orizzontali li jmiss fuq tal-membri strutturali trasversi l-aktar 'il fuq.

It-tul tat-travu m’ għandux ikun inqas minn terz tal-wisa’ ta’ l-istruttura ta' protezzjoni (kif deskritta qabel) u mhux aktar minn 49 mm aktar minn dan il-minimu.

Waqqaf it-test kull meta:

(a) l-enerġija ta’ sforz assorbita mill-istruttura hija daqs jew akbar mid-dħul ta’ l-enerġija meħtieġa Eil2 (fejn Eil2 = 0.35 mt); jew

(b) l-istruttura tidħol fiż-żona ta’ spazju jew tħalli ż-żona ta’ spazju mingħajr protezzjoni.

2.   ŻONA TA’ SPAZJU

2.1.

Iż-żona ta’ spazju hija murija fil-figura 6 ta’ l-Anness IV u definita f’relazzjoni mal-pjan referent vertikali ġeneralment lonġitudinali għat-trattur u li tgħaddi minn punt referent tas-sedil, deskritt fis-sezzjoni 2.3, u ċ-ċentru tal-isteering wheel. Il-pjan referent għandu jiġi assunt li jiċċaqlaq orizzontalment mas-sedil u l-isteering wheel waqt l-applikazzjoni tat-tagħbija iżda li jibqa’ perpendikolari ma’ l-art tat-trattur jew ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni jekk dan jiġi armat kif kien.

Fejn l-isteering wheel huwa aġġustabli, il-posizzjoni tiegħu għandha tkun dik għal sewqan normali bilqiegħda.

2.2.

Il-limiti taż-żona għandhom jittieħdu bħala:

2.2.1. pjani vertikali ta’ 250 mm fuq kull naħa tal-pjan referent li jestendi ‘l fuq mill-punt referent tas-sedil għal 300 mm;

2.2.2. pjanijiet paralleli li jestendu mit-tarf l-aktar fil-għoli tal-pjan 2.2.1 sa għoli massimu ta’ 900 mm fuq il-punt referent tas-sedil u mmejjel b’tali mod li t-tarf ta’ fuq tal-pjan fil-ġenb li minnu t-tagħbija tiġi applikata huwa għall-inqas 100 mm mill-pjan referent;

2.2.3. pjan orizzontali 900 mm ‘l fuq mill-punt referent tas-sedil;

2.2.4. pjan immejjel perpendikolari għall-pjan referent u li jinkludi punt 900 mm direttament ‘l fuq mill-punt referent tas-sedil l-aktar fil-għoli u l-punt l-aktar lura tad-dahar tas-sedil;

2.2.5. wiċċ, jekk meħtieġ kurvat, b’serje ta’ linji dritti perpendikolari għall-pjan referent li jestendi l-isfel mill-punt l-aktar lura tas-sedil f’kuntatt mad-dahar tas-sedil mat-tul tiegħu kollu;

2.2.6. wiċċ kurvilineari, perpendikolari għall-pjan referent, f’radius ta’ 120 mm tanġent mal-pjanijiet 2.2.3 u 2.2.4;

2.2.7. wiċċ kurvilineari, perpendikolari għall-pjan referent, b’radius ta’ 900 mm li jestendi ‘l quddiem għal 400 mm minn u tanġent mall-pjan 2.2.3 f’punt 150 mm ‘l quddiem mill-punt referent tas-sedil;

2.2.8. pjan immejjel perpendikolari għall-pjan referent, li jingħaqad mal-wiċċ 2.2.7 fit-tarf ta’ quddiem u li jgħaddi 40 mm mill-isteering wheel. F’każ ta’ posizzjoni għolja ta’ isteering wheel, dan il-pjan jiġi sostitwit minn pjan li jmiss il-wiċċ fit-tarf 2.2.7;

2.2.9. pjan vertikali, perpendikolari għall-pjan referent, 40 mm ‘il quddiem mill-isteering wheel;

2.2.10. pjan orizzontali li jgħaddi mill-punt referent tas-sedil;

▼M4

2.2.11. fil-każ ta' trattur bil-pożizzjoni tas-sewqan riversibbli, l-ispazju ħieles għandu jkun taħlita taż-żewġ spazji stabbiliti miż-żewġ pożizzjonijiet ta' l-i steering wheel u s-sedil;

2.2.12. fil-każ ta' trattur li jista' jkun mgħammar b'sedili mhux obbligatorji, it-testijiet għandhom ikunu bażati fuq l-ispazju ħieles tal-għaqda tal-punt ta' referenza tal-postijiet għal kull għażla possibbli tas-sedili. L-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib ma tistax tidħol fl-ispazju ħieles mgħaqqad madwar il-varji punti ta' referenza tas-sedili;

2.2.13. fejn sedil ġdid jiġi propost wara li jkun twettaq it-test, irid ikun hemm kalkolu li tiddetermina jekk l-ispazju ħieles il-ġdid madwar il-punt ta' referenza tal-post ġdid jinsab kompletament fl-ispazju ħieles diġa stabbilit. Jekk dan ma jkunx il-każ, għandu jsir test ġdid.

▼B

2.3.

Lokazzjoni tas-sedil u punt referent tas-sedil

2.3.1.

Għall-għanijiet tad-definizzjoni taż-żona ta’ spazju f’sezzjoni 2.1, is-sedil għandu jkun fil-punt l-aktar lura ta’ kwalunkwe medda ta’ aġġustament orizzontali. Għandu jitqiegħed fl-ogħla punt tal-medda ta’ aġġustament orizzontali fejn dan hu independenti mill-aġġustament tal-posizzjoni orizzontali tiegħu.

Il-punt referent għandu jiġi stabbilit bl-użu ta’ l-apparat illustrat f’figuri 7 u 8 ta’ l-Anness IV biex tiġi simulata tagħbija minn okkupant bniedem. L-apparat għandu jikkonsisti f’pan board tas-sedil u għuda għas-serħan tad-dahar L-għuda għas-serħan tad-dahar għandu jkollu ġonot fir-reġjun tal-ischium humps (A) u loin (B), bill-ġonta (B) jkollha l-għoli aġġustabbli.

2.3.2.

Il-punt referent huwa definit bħala l-punt fil-pjan medju lonġitudinali tas-sedil fejn il-pjan tanġent ma' l-għuda tas-serħan t’isfel tad-dahar u l-pjan orizzontali jiltaqgħu. Dan il-pjan orizzontali jaqta’ l-wiċċ ta’ isfel tal-pan board tas-sedil 150 mm quddiem it-tanġent hawn fuq imsemmi.

2.3.3.

Fejn sedil jinkorpora ċaqliq b’sospensjoni mqabbża liberalment, kemm jekk dan jista’ jiġi aġġustat għat-toqol tax-xufier jew le, is-sedil għandu jitqiegħed fil-punt nofsani ta’ dan iċ-ċaqliq.

L-apparat għandu jiġi posizzjonat fuq is-sedil. Imbagħad għandu jitgħabba b’forza ta’ 550N f’ punt 50 mm ‘l quddiem mill-ġonta (A), u ż-żewġ partijiet tal-għuda għas-serħan tad-dahar għandhom jingħafsu ħafif b'tanġent mad-dahar.

2.3.4.

Jekk mhuwiex possibbli li jiġu determinati tanġenti definiti għal kull żona tas-serħan tad-dahar (taħt u fuq ir-reġjun lumbar) għandu jsir dan li ġej:

2.3.4.1. fejn l-ebda tanġent għaż-żona t’isfel mhux possibbli, il-parti t’isfel tal-għuda għas-serħan tad-dahar tingħafas mad-dahar vertikalment;

2.3.4.2. fejn l-ebda tanġent għaż-żona ta’ fuq mhux possibbli, il-ġonta (B) titwaħħal f’għoli li hu 230 mm ‘l fuq mill-punt referent tas-sedil, jekk il-parti ta’ isfel tas-serħan tad-dahar hija vertikali. Imbagħad iż-żewġ partijiet tal-għuda għas-serħan tad-dahar jingħafsu ħafif mad-dahar.

3.   KONTROLLI U KEJL LI GĦANDUU JSIRU

▼M1 —————

▼B

►M1  3.1. ◄    Żona ta' spazju ħieles

Waqt kull test l-istruttura ta' protezzjoni għandha tiġi eżaminata biex jiġi verifikat jekk parti mill-istruttura ta' protezzjoni daħlitx f’ żona ta' spazju ħieles madwar is-sedil tax-xufier kif definit fis-sezzjoni 2.1. Addizzjonalment, l-istruttura ta' protezzjoni għandha tiġi eżaminata biex jiġi determinat jekk xi parti miż-żona ta' spazju ħieles hiex barra mill-protezzjoni ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni. Għal dan il-għan, għandha titqies barra mill-protezzjoni ta' l-istruttura ta' protezzjoni jekk xi parti minnha tkun ġiet f’ kuntatt ma’ l-art ċatta jekk it-trattur jinqaleb lejn id-direzzjoni li minnha kienet applikata t-tagħbija. Għal dan il-għan, it-tyre u s-settjar tas-sriebet għandhom jitqiesu li huma l-iżgħar speċifikati mill-manifattur.

►M1  3.2. ◄    Deflessjoni permanenti finali

Wara t-testijiet, id-deflessjoni permanenti finali ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni għandha tiġi rreġistrata. Għal dan il-għan, qabel il-bidu tat-test, il-posizzjoni tal-membri ewlenija ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni f’relazzjoni mal-punt referent tas-sedil għandhom jiġu rreġistrati.




ANNESS IV

▼M1

FIGURI

Figura 1: Il-punt ta’ applikazzjoni ta’ tagħbija laterali

Figura 2: Il-punt ta’ applikazzjoni ta’ tagħbija lonġitudinali minn wara

Figura 3: Eżempju ta’ arranġament għal test ta’ tkissir

Figura 4a: Kurva forza/deflessjoni - m’hemmx bżonn ta’ test ta’ eċċess ta’ tagħbija

Figura 4b: Kurva forza/deflessjoni- hemm bżonn ta’ test ta’ eċċess ta’ tagħbija

Figura 4ċ: Kurva forza/deflessjoni- it-test ta’ eċċess ta’ tagħbija jrid titkompla

Figura 5: Illustrazzjoni tat-termini permanenti, elastiċi u deflessjoni totali

Figura 6a: Veduta mill-ġenb taż-żona ta’ spazju ħieles

Figura 6b: Veduta minn quddiem/minn wara taż-żona ta’ spazju ħieles

Figura 6ċ: Veduta isometrika

Figura 7: Apparat għad-determinazzjoni tal-punt ta’ referenza tas-sedil

Figura 8: Metodu ta’ kif jiġi ddeterminat il-punt ta’ referenza tas-sedil

▼B

image

►(1) M1  

image

Figura 3:

Eżempju ta’ arranġament għal test ta’ tgħaffiġ

▼M1

image

1. Point of reference a F' = 0,95 D'

1.1 The overload test is not necessary since a F' < 1, 03 F'.

Figure 4a

Force/deflection curve - overload test not necessary

image

1. Point of reference a F' = 0,95 D'

1.1 The overload test is necessary since a F' < 1, 03 F'.

1.2 The overload test is satisfactory since bF' > and bF' > 0,8 Fmax.

Figure 4b

Force/deflection curve - overload test necessary

image

►(1) M3  

1.

Point of reference a F' = 0,95 D'

1.1

The overload test is necessary since a F' < 1, 03 F'.

1.2

Jekk bF huwa inqas minn 0,97 F’, it-test tat-tagħbija żejda għandu jitwettaq.

1.3

Since cF' < 0,97 bF' the overload test must be continued.

1.4

Since dF' < 0,97 cF' the overload test must be continued.

1.5

The overload test is satisfactory since eF' > 0,8 Fmax.

NB: If at any time F drops below 0,8 Fmax, the structure is rejected.

Figure 4c

Force/deflection curve - overload test to be continued

▼B

Enerġija totali assorbita wara test ta’ tagħbija żejda, E’i = Ea + E”i

image

Figura 5:

Illustrazzjoni tat-termini permanenti, elastiċi u deflessjoni totali.

image

Figura 6a:

Dehra mill-ġenb taż-żona ta’ spazju.



image Figura 6b: Dehra minn quddiem/wara taż-żona ta’ spazju.

image Figura 6c: Dehra isometrika.

image

Figura 7:

Apparat għad-determinazzjoni tal-punt referent tas-sedil.

image

Figura 8:

Metodu li bih il-punt referent tas-sedil jiġi determinat.




ANNESS V

MUDELL

RAPPORT DWAR IT-TEST TA’ APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KOMPONENTI TAL-KEE TA’ STRUTTURA TA’ PROTEZZJONI (QAFAS JEW KABINA TAS-SIGURTÁ) RIGWARD IS-SAĦĦA TAGĦHA KIF UKOLL IS-SAĦĦA TAT-TWAĦĦIL TAGĦHA MAT-TRATTUR

(Testjar statiku)

image

image

image

image




ANNESS VI

MARKI

Il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE għandha tikkonsisti f’rettangolu li ddawwar f’ittri żgħar l-ittra ‘e’ segwita mill-ittra jew ittri distintivi ta’ l-Istat Membru li jkun ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti:

▼A1

1 għall-Ġermanja

2 għall-Franza

3 għall-Italja

4 għall-Olanda

6 għall-Belġju

9 għall-Spanja

11 għar-Renju Unit

13 għall-Lussemburgu

18 għad-Danimarka

▼M2

EL għall-Greċja

▼A1

IRL għall-Irlanda

P għad-Portugall

▼A2

12 għall-Awstrija

17 għall-Finlandja

5 għall-Isvezja

▼A3

8 għar-Repubblika Ċeka

29 għall-Estonja

CY għal Ċipru

32 għal-Latvja

36 għal-Litwanja

7 għall-Ungerija

MT għal Malta

20 għall-Polonja

26 għas-Slovenja

27 għas-Slovakkja.

▼M5

34 għall-Bulgarija

19 għar-Rumanija

▼B

Għandu jinkludi wkoll fil-qrib tar-rettangolu in-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE li jikkorrispondi man-numru taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE maħruġ rigward is-saħħa tat-tip ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni u t-twaħħil tagħha fuq it-trattur.

image

Eżempju ta’ marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE

Il-marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE għandha tiġi supplementata mis-simoblu addizzjonali ”S”

L-istruttura ta’ protezzjoni li għandha l-marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE murija hawn fuq hija struttura li għaliha ngħatat approvazjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE fil-Ġermanja (e 1) taħt in-numru 1471.




ANNESS VII

MUDELL

ĊERTIFIKAT TA’ APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KOMPONENTI TAL-KEE

image




ANNESS VIII

KONDIZZONIJIET GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE

1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ trattur, rigward is-saħħa ta’ struttura ta’ protezzjoni u s-saħħa tat-twaħħil tagħha mat-trattur, għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tat-trattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

2.

Trattur li jirrappreżenta t-tip ta’ trattur għall-approvazzjoni, li fuqu struttura ta’ protezzjoni u t-twaħħil tagħha, debitament approvati, jiġu armati, għandhom jiġu sottomessi lis-servizzi tekniċi responsabbli biex imexxu t-testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip.

3.

Is-servizz tekniku responsabbli biex imexxi t-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip għandu jivverifika jekk it-tip approvat ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni hijiex maħsuba li tiġi armata fuq it-tip ta’ trattur li għaliha tintalab l-approvazzjoni tat-tip. Partikolarment, għandha taċcerta li t-twaħħil ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni tikkorrespondi ma’ dak li ġie ttestjat meta ngħatat l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE.

4.

Min għandu approvazzjoni tat-tip tal-KEE jista’ jitlob li tiġi estiża għal tipi oħra ta’ strutturi ta’ protezzjoni.

5.

L-awtoritaijet kompententi għandom jagħtu tali estensjonijiet fuq il-kundizzjonijiet li ġejjin:

5.1. it-tip ta’ struttura ta’ protezzjoni ġdida u t-twaħħil tagħha fuq it-trattur għandha approvazzjoni tat- tip tal-komponenti tal-KEE;

5.2. hija ddisinjata li tiġi armata fuq it-tip ta’ trattur li għaliha tintalab l-estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE;

5.3. it-twaħħil ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni mat-trattur tikkorrespondi ma’ dik li ġiet ittestjata meta ngħatat l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE.

6.

Għandu jiġi anness ċertifikat, li l-mudell tiegħu jidher fl-Anness IX, maċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE għal kull approvazzjoni tat-tip jew estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip li ngħatat jew ġiet rifjutata.

7.

Jekk l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ tip ta’ trattur tiġi introdotta fl-istess ħin ma’ talba għall-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KEE għal tip ta’ struttura ta’ protezzjoni li hija maħsuba li tintrama’ fuq it-tip ta’ trattur li għaliha ntalbet l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, ma jsirux il-verifiki msemmija f’2 u 3.




ANNESS IX

MUDELL

image



( 1 ) ĠU Ċ 296, 11.12.1978, p. 69.

( 2 ) ĠU Ċ 128, 21.5.1979, p. 18.

( 3 ) ĠU L 84, 28.3.1974, p. 10.

( 4 ) ĠU Nru L 220, 29.8.1977, p. 1.