19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 75/3


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/414

tad-9 ta' Jannar 2018

li jissupplimenta d-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-identifikazzjoni ta' oġġetti speċifiċi tat-tagħmir tal-baħar li jistgħu jibbenefikaw mit-tikkettar elettroniku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 11(3) tagħha,

Billi:

(1)

Sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jużaw it-tikketti elettroniċi b'mod volontarju, sabiex tiġi ffaċilitata s-sorveljanza tas-suq u sabiex tiġi evitata l-falsifikazzjoni ta' oġġetti speċifiċi tat-tagħmir tal-baħar, id-Direttiva 2014/90/UE tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati sabiex tidentifika l-oġġetti speċifiċi tat-tagħmir tal-baħar li jistgħu jibbenefikaw mit-tikkettar elettroniku.

(2)

Huwa importanti li jiġi żgurat li l-għanijiet tad-Direttiva 2014/90/UE jinkisbu b'mod uniformi fl-Istati Membri kollha. Dan jinkiseb billi jiġi adottat Regolament li joffri ċertezza legali lill-partijiet ikkonċernati kollha, fosthom lill-manifatturi tat-tagħmir tal-baħar, lill-awtoritajiet kompetenti u lill-kostrutturi tal-bastimenti u lill-operaturi tal-bastimenti. Regolament jiżgura qafas koerenti għall-operaturi kollha tas-suq u joffri l-aqwa garanzija ta' kundizzjonijiet ekwi u uniformi tal-kompetizzjoni. Barra minn hekk, dan jiżgura li l-lista ta' tagħmir speċifiku tal-baħar li jista' jibbenefika mit-tikkettar elettroniku tkun tapplika direttament. L-użu ta' Regolament jippermetti wkoll li jiġi evitat il-piż amministrattiv għall-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri minħabba li Regolament ma jkollux bżonn jiġi traspost fil-livell nazzjonali.

(3)

Skont id-Direttiva 2014/90/UE, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq analiżi tal-benefiċċji meta mqabbla mal-ispejjeż fir-rigward tal-użu tat-tikketta elettronika bħala suppliment għall-marka tat-tmun jew bħala sostituzzjoni tagħha.

(4)

Mill-analiżi tal-ispejjeż meta mqabbla mal-benefiċċji ħareġ li, permezz tat-tikkettar elettroniku tat-tagħmir tal-baħar, il-manifatturi għandhom jibbenefikaw minn titjib fil-prevenzjoni tal-falsifikazzjoni, is-sidien u l-operaturi tal-bastimenti għandhom ikunu jistgħu jittraċċaw it-tagħmir u jikkontrollaw l-istokkijiet b'mod iktar faċli, u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jibbenefikaw minn aċċess dirett u faċli għall-bażijiet tad-dejta rilevanti, u dan se jtejjeb il-verifiki tal-validazzjoni taċ-ċertifikati.

(5)

Mill-analiżi tal-ispejjeż meta mqabbla mal-benefiċċji ħareġ li mhux se jkun hemm wisq investiment ġenerali meta mqabbel mal-benefiċċji mistennija u li l-awtoritajiet u l-industrija se jkunu jifilħu għall-ispejjeż minħabba li se jkunu jistgħu jimplimentaw dan it-tikkettar b'mod volontarju u b'mod gradwali. Jekk is-settur pubbliku u dak privat jagħmlu iktar investimenti, jkunu jistgħu jinkisbu saħansitra iktar benefiċċji.

(6)

Fil-kuntest tal-analiżi tal-ispejjeż meta mqabbla mal-benefiċċji, il-Kummissjoni wettqet diversi konsultazzjonijiet, sessjonijiet ta' ħidma u proġetti tal-wiri mal-esperti tal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati.

(7)

Matul dawn il-konsultazzjonijiet, il-partijiet ikkonċernati qablu li, bl-użu ta' metodi differenti tat-tikkettar, teknikament jista' jkun possibbli li jiġi ttikkettat it-tagħmir imqiegħed abbord bastiment tal-UE, jew li għandu jitqiegħed abbord bastiment tal-UE, u li għalih l-istrumenti internazzjonali ddefiniti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/90/UE jeżiġu li tingħata l-approvazzjoni min-naħa tal-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera. Għalhekk jenħtieġ li t-tali tagħmir ikun jista' jibbenefika mit-tikkettar elettroniku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti speċifiċi tat-tagħmir tal-baħar elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament jistgħu jibbenefikaw mit-tikkettar elettroniku.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Jannar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 257, 28.8.2014, p. 146.


ANNESS

L-oġġetti mogħtija f'din il-lista jistgħu jibbenefikaw mit-tikkettar elettroniku:

1.   Apparat għas-salvataġġ tal-ħajja

Numru u denominazzjoni tal-oġġett

MED/1.1

Salvawomi

MED/1.2a

Dwal li jindikaw il-pożizzjoni tal-apparat ta' salvataġġ:

(a)

għall-inġenji tas-sopravivenza u d-dgħajjes ta' salvataġġ,

(b)

għas-salvawomi,

(c)

għall-ġkieket tas-salvataġġ.

MED/1.3

Salvawomi, sinjali tad-duħħan attivati awtomatikament

MED/1.4

Ġkieket tas-salvataġġ

MED/1.5

Ilbies ta' taħt il-baħar u lbies kontra l-esponiment iddisinjati biex jintlibsu flimkien MA' ġakketta tas-salvataġġ:

(a)

ilbies ta' taħt il-baħar mingħajr insulazzjoni inerenti,

(b)

ilbies ta' taħt il-baħar b'insulazzjoni inerenti,

(c)

ilbies kontra l-esponiment.

MED/1.6

Ilbies ta' taħt il-baħar u lbies kontra l-esponiment imfasslin biex jintlibsu MINGĦAJR ġakketta tas-salvataġġ:

(a)

ilbies ta' taħt il-baħar mingħajr insulazzjoni inerenti,

(b)

ilbies ta' taħt il-baħar b'insulazzjoni inerenti,

(c)

ilbies kontra l-esponiment.

MED/1.7

Aċċessorji termali protettivi

MED/1.8

Flares tal-paraxut li jittellgħu bir-rokit (pirotekniċi)

MED/1.9

Flares tal-idejn (pirotekniċi)

MED/1.10

Sinjali tad-duħħan li jżommu f'wiċċ l-ilma (pirotekniċi)

MED/1.11

Tagħmir għat-tfigħ tal-ħbula

MED/1.12

Ċattri tas-salvataġġ li jintefħu

MED/1.13

Ċattri tas-salvataġġ riġidi

MED/1.14

Ċattri tas-salvataġġ li jiddrittaw lilhom infushom awtomatikament

MED/1.15

Ċattri tas-salvataġġ, riversibbli bit-tinda

MED/1.16

Apparat li jeħles iċ-ċattri fl-ilma awtomatikament (unitajiet ta' rilaxx idrostatiku)

MED/1.17

Dgħajjes tas-salvataġġ:

(a)

Dgħajjes tas-salvataġġ varati minn parank:

—

magħluqa b'mod parzjali,

—

magħluqa totalment.

(b)

Dgħajjes tas-salvataġġ li jaqgħu fil-baħar bis-saħħa tal-gravità mingħajr għajnuna.

MED/1.18

Dgħajjes tas-salvataġġ riġidi

MED/1.19

Dgħajjes tas-salvataġġ li jintefħu, minfuħin

MED/1.20

Dgħajjes veloċi ta' salvataġġ:

(a)

minfuħin,

(b)

riġidi,

(c)

li huma riġidi u jintefħu, minfuħin.

MED/1.21

Tagħmir għall-varar bit-twaqqigħ (davits)

MED/1.23

Tagħmir għall-varar bi ħbula għall-inżul fl-ilma tad-dgħajjes ta' salvataġġ

MED/1.24

Tagħmir għall-varar taċ-ċattri tas-salvataġġ

(Paranki)

MED/1.25

Tagħmir għall-varar ta' dgħajjes veloċi tas-salvataġġ

(Paranki)

MED/1.26

Mekkaniżmu għar-rilaxx ta'

(a)

Dgħajjes tas-salvataġġ u tal-għoti tal-għajnuna (varati minn tagħmir bi ħbula għall-inżul fl-ilma),

(b)

Ċattri tas-salvataġġ (varati minn tagħmir bi ħbula għall-inżul fl-ilma),

(c)

Dgħajjes tas-salvataġġ li jaqgħu fil-baħar bis-saħħa tal-gravità mingħajr għajnuna.

MED/1.27

Sistemi ta' evakwazzjoni fuq il-baħar

MED/1.28

Mezzi ta' salvataġġ

MED/1.29

Slielem għall-imbark

MED/1.30

Materjali retroriflettivi

MED/1.33

Riflettur tar-radar għad-dgħajjes tas-salvataġġ u dawk ta' rkupru

(passiv)

MED/1.36

Magni għall-propulsjoni tad-dgħajjes tas-salvataġġ

MED/1.37

Magni għall-propulsjoni tad-dgħajjes tas-salvataġġ - Outboard

MED/1.38

Fanali tat-tiftix biex jintużaw fuq id-dgħajjes tas-salvataġġ

MED/1.39

—

Ċattri tas-salvataġġ, riversibbli miftuħa

MED/1.41

Winċijiet għall-inġenji u d-dgħajjes tas-salvataġġ:

(a)

dgħajjes tas-salvataġġ varati minn parank,

(b)

dgħajjes tas-salvataġġ li jaqgħu fil-baħar bis-saħħa tal-gravità mingħajr għajnuna,

(c)

ċattri tas-salvataġġ,

(d)

dgħajjes tal-irkupru,

(e)

dgħajjes tas-salvataġġ veloċi.

MED/1.43

Dgħajjes tas-salvataġġ riġidi/li jintefħu

2.   Prevenzjoni tat-tniġġis tal-baħar

Numru u denominazzjoni tal-oġġett

MED/2.1

Tagħmir għall-iffiltrar taż-żejt (għal kontenut ta' żejt tal-fluss skartat li ma jaqbiżx il-15 p.p.m.)

MED/2.2

Ditekters tal-interfaċċja żejt/ilma

MED/2.3

Miters tal-kontenut taż-żejt

MED/2.5

Sistema għall-monitoraġġ u l-kontroll tar-rilaxx taż-żejt mit-tankers taż-żejt

MED/2.6

Sistemi ta' dranaġġ

MED/2.7

Inċineraturi ta' abbord

(Impjanti tal-inċineraturi b'kapaċitajiet akbar minn 1 500 kW u sa 4 000 kW)

MED/2.8

Analizzatur tan-NOx għall-użu abbord skont il-Kodiċi Tekniku NOx tal-2008

MED/2.10

Sistemi ta' abbord għat-tindif tal-gassijiet tal-egżost

3.   Tagħmir ta' protezzjoni min-nar

Numru u denominazzjoni tal-oġġett

MED/3.1

Il-kopertura tal-gverta primarja

MED/3.2

Tagħmir portabbli għat-tifi tan-nar

MED/3.3

Ilbies għat-tifi tan-nar: ilbies protettiv (ilbies ta' prossimità qrib)

MED/3.4

Ilbies għat-tifi tan-nar: stivali

MED/3.5

Ilbies għat-tifi tan-nar: ingwanti

MED/3.6

Ilbies għat-tifi tan-nar: elmu

MED/3.7

Apparat issiġillat għat-teħid tan-nifs imħaddem bl-arja kkompressata

MED/3.8

Tagħmir tan-nifs b'linja tal-arja kkompressata

MED/3.9

Komponenti tas-sistemi bexxiexa għall-ispazji ta' akkomodazzjoni u ta' servizz kif ukoll għal stazzjonijiet ta' kontroll, ekwivalenti għal kif jissemma f'SOLAS 74 Reg. II-2/12 (limitat għaż-żennuni u r-rendiment tagħhom).

(Żennuni għal sistemi fissi tat-tbexxix, għal inġenji ta' veloċità għolja (HSC) huma inklużi taħt dan l-oġġett)

MED/3.10

—

Żennuni għal sistemi tat-tifi tan-nar permezz tal-bexx tal-ilma bi pressa fissa fl-ispazji tal-makkinarji u l-kmamar tal-pompi tal-merkanzija

MED/3.11

Separaturi kontra n-nar tal-klassi “A” u “B”

(a)

Separaturi tal-klassi “A”,

(b)

Separaturi tal-klassi “B”.

MED/3.12

Apparat għall-prevenzjoni tal-mogħdija tal-fjammi lejn it-tankijiet tal-merkanzija fit-tankers

MED/3.13

Materjali mhux kombustibbli

MED/3.15

Materjali minbarra azzar, għall-pajpijiet taż-żejt jew taż-żejt tal-fjuwil:

(a)

pajpijiet u fittings tal-plastik,

(b)

valvi,

(c)

assemblaġġi ta' pajpijiet flessibbli u kompensaturi,

(d)

komponenti tal-pajp metalliċi b'siġilli b'saħħithom u elastomeriċi.

MED/3.16

Bibien kontra n-nar

MED/3.17

Komponenti ta' sistemi ta' kontroll għall-bibien kontra n-nar

MED/3.18

Materjali tas-superfiċi u l-kisi tal-art b'karatteristiċi kontra t-tixrid tal-fjammi:

(a)

fuljetti dekorattivi,

(b)

sistemi ta' żebgħa,

(c)

kisi għall-art,

(d)

kisi għall-insulazzjoni tal-pajpijiet,

(e)

adeżivi li jintużaw fil-bini tad-diviżjonijiet tal-klassi “A”, “B” u “C”,

(f)

membrana tal-kanali kombustibbli.

MED/3.19

Drappijiet, purtieri u materjali tessili mdendlin oħra u films

MED/3.20

Għamara tappizzata

MED/3.21

Komponenti tas-sodod

MED/3.22

Mewwieta tan-nar

MED/3.25

Twieqi u aperturi tal-ġenb tal-klassi “A” u “B” reżistenti għan-nar

MED/3.26

Penetrazzjonijiet għal ġewwa diviżjonijiet tal-klassi “A”:

(a)

mogħdijiet għall-kejbils tal-elettriku,

(b)

penetrazzjonijiet ta' pajpijiet, kanali, trunkijiet, eċċ.

MED/3.27

Penetrazzjonijiet għal ġewwa diviżjonijiet tal-klassi “B”:

(a)

mogħdijiet għall-kejbils tal-elettriku,

(b)

penetrazzjonijiet ta' pajpijiet, kanali, trunkijiet, eċċ.

MED/3.28

Sistemi ta' tbexxix (l-iżbokki tal-bexxiexa biss).

(Żennuni għal sistemi fissi tat-tbexxix, għal inġenji ta' veloċità għolja (HSC) huma inklużi taħt dan l-oġġett)

MED/3.29

Pajpijiet għat-tifi tan-nar

Pajpijiet għat-tifi tan-nar ċatti li ma jiffiltrawx (medda tad-dijametru intern minn 25 mm sa 52 mm)

MED/3.30

Tagħmir portabbli għall-analiżi tal-ossiġnu u l-iskoperta tal-preżenza tal-gass

MED/3.32

Materjali li jirrestrinġu n-nar (minbarra għamara) għal dgħajjes ta' veloċità għolja

MED/3.33

Materjali li jirrestrinġu n-nar għall-għamara ta' inġenji b'veloċità għolja

MED/3.34

Diviżjonijiet li jirreżistu n-nar għall-inġenji b'veloċità għolja

MED/3.35

Bibien kontra n-nar għall-inġenji b'veloċità għolja

MED/3.36

Mewwieta tan-nar fuq inġenji b'veloċità għolja

MED/3.37

Penetrazzjonijiet minn ġewwa diviżjonijiet li jirreżistu n-nar għall-inġenji b'veloċità għolja:

(a)

mogħdijiet għall-kejbils tal-elettriku,

(b)

penetrazzjonijiet ta' pajpijiet, kanali, trunkijiet, eċċ.

MED/3.38

Apparat portabbli għat-tifi tan-nar għad-dgħajjes tas-salvataġġ u dawk ta' rkupru

MED/3.39

Żennuni għal sistemi ekwivalenti tat-tifi tan-nar permezz tal-bexx ta' raxx tal-ilma fl-ispazji tal-makkinarji u l-kmamar tal-pompi tal-merkanzija

MED/3.40

Sistemi tad-dawl għall-installazzjoni fil-baxx (komponenti biss)

MED/3.41

Apparat għan-nifs għall-evakwazzjoni ta' emerġenza (EEBD)

MED/3.42

Komponenti ta' sistemi b'gassijiet mhux reattivi

MED/3.43

Żennuni għal sistemi tat-tifi tan-nar fuq tagħmir tat-tisjir bil-qali bix-xaħmijiet (awtomatiċi jew manwali).

MED/3.44

Ilbies għat-tifi tan-nar - linja tas-salvataġġ

MED/3.45

Komponenti ekwivalenti għal sistemi fissi tat-tifi tan-nar (mezz tat-tifi tan-nar, valvijiet tal-blokka, u żennuni) għall-ispazji tal-makkinarju u kmamar tal-pompi tal-merkanzija

MED/3.46

Sistemi fissi ekwivalenti tat-tifi tan-nar għall-ispazji tal-makkinarju (sistemi tal-erosol)

MED/3.47

Konċentrat għal sistemi fissi tat-tifi tan-nar bir-ragħwa ta' espansjoni għolja għall-ispazji tal-makkinarju u l-kmamar tal-pompi tal-merkanzija.

MED/3.48

Komponenti ta' sistemi tat-tifi tan-nar bl-ilma, fissi u għall-applikazzjoni lokali għall-użu fl-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija “A”.

MED/3.49a

Sistemi tat-tifi tan-nar iffissati bbażati fuq l-ilma għal spazji ro-ro, spazji ta' vetturi u spazji ta' kategorija speċjali:

(a)

Sistemi bbażati fuq il-preskrizzjoni skont il-Klawżola 4 taċ-Ċirk. 1430,

(b)

Sistemi bbażati fuq il-prestazzjoni skont il-Klawżola 5 taċ-Ċirk. 1430.

MED/3.51

Komponenti ta' sistemi fissi għall-iskoperta u l-allarm fil-każ ta' nar għall-istazzjonijiet ta' kontroll, l-ispazji ta' servizz, ta' akkomodazzjoni, gallariji tal-kabini, l-ispazji tal-makkinarju, kif ukoll tal-makkinarju mhux mgħasses:

(a)

Tagħmir għall-kontroll u ta' indikazzjoni,

(b)

Tagħmir tal-provvista tal-elettriku,

(c)

Ditekters tas-sħana - Point detectors,

(d)

Ditekters tad-duħħan: Point detectors li jużaw raġġi tad-dawl diffużi, dawl trażmess jew jonizzazzjoni,

(e)

Id-ditekters tal-fjammi: Point detectors,

(f)

Punti tas-sejħa manwali,

(g)

Iżolaturi b'ċirkwit qasir (short circuit isolators),

(h)

Tagħmir ta' input/output,

(i)

Kejbils.

MED/3.52

Apparat mhux portabbli u trasportabbli tat-tifi tan-nar

MED/3.53

Apparat tal-allarm fil-każ tan-nar - Allarmi akustiċi

MED/3.54

Tagħmir fiss għall-analiżi tal-ossiġnu u l-iskoperta tal-gass

MED/3.55

Żennuni b'żewġ tipi ta' bexx

(tip sprej/ġett)

MED/3.56

Sistemi ta' pajpijiet fissi għat-tifi tan-nar

Rukkelli tal-pajpijiet b'pajpijiet semiriġidi

MED/3.57

Komponenti ta' sistemi għat-tifi tan-nar permezz ta' ragħwa b'espansjoni medja - ragħwa fissa fuq il-gverta għat-tankers

MED/3.58

Komponenti ta' sistemi fissi għat-tifi tan-nar permezz ta' ragħwa b'espansjoni baxxa għall-ispazji tal-makkinarju u l-protezzjoni tal-gverta tat-tankers

MED/3.59

Ragħwa li tespandi għal sistemi fissi tat-tifi tan-nar għal tankers tal-kimika

MED/3.60

Żennuni għal sistemi tat-tifi tan-nar permezz tal-bexx tal-ilma bi pressa fissa għall-gallariji tal-kabini

MED/3.61a

Sistemi bl-arja interna u ragħwa ta' espansjoni għolja għall-protezzjoni ta' spazji tal-makkinarju u kmamar tal-pompi tal-merkanzija, ta' spazji tal-vetturi u spazji ro-ro, ta' spazji ta' kategorija speċjali u ta' spazji tal-merkanzija.

MED/3.61b

Sistemi bl-arja esterna u ragħwa ta' espansjoni għolja għall-protezzjoni ta' spazji tal-makkinarju u kmamar tal-pompi tal-merkanzija, ta' spazji tal-vetturi u spazji ro-ro, ta' spazji ta' kategorija speċjali u ta' spazji tal-merkanzija.

MED/3.62

Sistemi tat-tifi tan-nar bi trab kimiku niexef

MED/3.63

Komponenti tas-sistemi tad-detezzjoni tad-duħħan li jieħdu l-kampjuni

MED/3.64

Diviżjonijiet tal-klassi C

MED/3.65

Sistemi fissi għad-detezzjoni tal-gass idrokarbonju

MED/3.66

Sistemi ta' gwida għall-evakwazzjoni użati bħala alternattivi għas-sistemi ta' dwal f'siti baxxi

MED/3.67

Tagħmir għat-tifi tan-nar bir-ragħwa għall-ħelikopters

MED/3.68

Komponenti ta' sistemi fissi għat-tifi tan-nar fil-kanali tal-egżost tal-kċejjen

MED/3.69

Moniter mobbli tal-ilma għall-vapuri mibnija fl-1 ta' Jannar 2016 jew wara mfassla biex iġorru ħames saffi ta' kontejners jew aktar fuq il-gverta miftuħa jew iktar 'il fuq minnha

MED/3.70

Pajpijiet għat-tifi tan-nar

Pajpijiet semiriġidi għal sistemi fissi

MED/3.71

Sistemi ta' pajpijiet fissi għat-tifi tan-nar

Sistemi ta' pajpijiet b'pajp ċatt

4.   Tagħmir tan-navigazzjoni

Numru u denominazzjoni tal-oġġett

MED/4.1

Boxxla manjetika

Klassi A għall-vapuri

MED/4.2

Tagħmir li jittrażmetti r-rotta THD (metodu manjetiku)

MED/4.3

Boxxla gyro

MED/4.6

Tagħmir għall-kejl tad-distanzi permezz tal-eku

MED/4.7

Tagħmir għall-kejl tal-veloċità u tad-distanza (SDME)

MED/4.9

Indikatur tar-rata tal-ikkwartjar

MED/4.14

Tagħmir tal-GPS

MED/4.15

Tagħmir tal-GLONASS

MED/4.16

Sistema għall-kontroll tar-rotta (HCS)

MED/4.18

Tagħmir għal-lokalizzazzjoni tat-tiftix u salvataġġ (SRLD):

9 GHz SAR transponder (SART)

MED/4.20

Indikatur tal-angolu tat-tmun

MED/4.21

Indikatur tat-tidwir tal-iskrun

MED/4.22

Indikatur tal-inklinazzjoni

MED/4.23

Boxxla manjetika Klassi B għad-dgħajjes tas-salvataġġ u għad-dgħajjes ta' rkupru

MED/4.29

Reġistratur tad-dejta dwar il-vjaġġ (VDR)

MED/4.30

Sistemi elettroniċi għall-wiri tal-mapep u tal-informazzjoni (ECDIS), bil-backup, u sistemi għall-wiri tar-raster chart (RCDS)

MED/4.31

Boxxla gyro għall-inġenji b'veloċità għolja

MED/4.32

Tagħmir tas-sistemi għall-identifikazzjoni universali awtomatika (AIS)

MED/4.33

Sistema ta' kontroll tar-rotta

(taħdem fil-veloċità tal-bastiment mill-veloċità minima tal-manuvrar sa 30 knot)

MED/4.34

Tagħmir tar-radar CAT 1

MED/4.35

Tagħmir tar-radar CAT 2

MED/4.36

Tagħmir tar-radar CAT 3

MED/4.37

Tagħmir tar-radar għal applikazzjonijiet fuq inġenji ta' veloċità għolja (CAT 1H u CAT 2H)

MED/4.38

Tagħmir tar-radar approvat bil-possibbiltà tal-mapep, fosthom:

(a)

CAT 1C,

(b)

CAT 2C,

(c)

CAT 1HC,

(d)

CAT 2HC.

MED/4.39

Riflettur tar-radar - tip passiv

MED/4.40

Sistema għall-kontroll tar-rotta għall-inġenji ta' veloċità għolja

MED/4.41

Tagħmir li jittrażmetti r-rotta THD (metodu GNSS)

MED/4.42

Fanal tat-tiftix għall-inġenji b'veloċità għolja

MED/4.43

Tagħmir għall-viżjoni bil-lejl għall-inġenji b'veloċità għolja

MED/4.44

Riċevitur differenzjali tas-sinjali (beacons) għat-tagħmir DGPS u DGLONASS

MED/4.46

Tagħmir li jittrażmetti r-rotta THD (metodu ġiroskopiku)

MED/4.47

Reġistratur simplifikat tad-dejta dwar il-vjaġġ (S-VDR)

MED/4.49

Sellum għall-pilota

MED/4.50

Tagħmir DGPS

MED/4.51

Tagħmir DGLONASS

MED/4.52

Fanal għas-sinjalar bi nhar

MED/4.53

Radar target enhancer

MED/4.54

Tagħmir tal-pożizzjoni għall-boxxla

MED/4.55

Tagħmir għal-lokalizzazzjoni tat-tiftix u salvataġġ (SRLD):

Tagħmir AIS SART

MED/4.56

Tagħmir Galileo

MED/4.57

Sistema ta' Allarm għall-Għassa tan-Navigazzjoni fuq il-Pont (BNWAS)

MED/4.58

Sistema għar-riċezzjoni tal-ħsejjes

MED/4.59

Sistema integrata tan-navigazzjoni

5.   Tagħmir għar-radjukomunikazzjoni

Numru u denominazzjoni tal-oġġett

MED/5.1

Radju VHF bil-kapaċità li jittrażmetti u jirċievi d-DSC u r-radjutelefonija

MED/5.2

Riċevitur għaż-żamma tal-għassa VHF DSC

MED/5.3

Riċevitur NAVTEX

MED/5.4

Riċevitur EGC

MED/5.5

Tagħmir HF għall-informazzjoni dwar is-sikurezza fuq il-baħar (MSI) (riċevitur NBDP HF)

MED/5.6

406 MHz EPIRB (COSPAS-SARSAT)

MED/5.10

Radju MF bil-kapaċità li jittrażmetti u jirċievi d-DSC u r-radjutelefonija

MED/5.11

Riċevitur għaż-żamma tal-għassa MF DSC

MED/5.13

Inmarsat-C SES

MED/5.14

Radju MF/HF bil-kapaċità li jittrażmetti u jirċievi d-DSC, l-NBDP u r-radjutelefonija

MED/5.15

Riċevitur ta' esplorazzjoni ta' sinjali radjutelefoniċi DSC fuq frekwenzi ta' għajnuna MF/HF

MED/5.17

Apparat bidirezzjonali VHF radju-telefown portabbli għall-inġenji tas-sopravivenza

MED/5.18

Apparat bidirezzjonali VHF radju-telefown fiss għall-inġenji tas-sopravivenza

MED/5.19

Inmarsat-F77

6.   Tagħmir meħtieġ taħt COLREG 72

Numru u denominazzjoni tal-oġġett

MED/6.1

Id-dwal tan-navigazzjoni

7.   Tagħmir tas-sigurtà għal trasportaturi li jġorru volumi kbar

Attwalment dan il-kapitolu ma fihx oġġetti.

8.   Tagħmir skont il-Kapitolu II-1 ta' SOLAS

Numru u denominazzjoni tal-oġġett

MED/8.1

—

Indikaturi tal-livell tal-ilma