<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑488/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CO0488</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2191">EU:C:2014:2191</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>DIGRIET TAD-<DATE ISO="20140909">9.9.2014</DATE> — KAWŻA C‑488/13</P><P>PARVA INVESTITSIONNA BANKA <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20140909">9 ta’ Settembru 2014</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1896/2006</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>talbiet mhux ikkontestati ta’ flus<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Proċeduri ta’ insolvenza</KEYWORD><KEYWORD>Titolu extraġudizzjarju li jirrigwarda talba kkontestata</KEYWORD><KEYWORD>Talba għal eżekuzzjoni mill-massa fallimentari, abbażi ta’ tali titolu</KEYWORD><KEYWORD>Sitwazzjoni li ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1896/2006</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</KEYWORD></INDEX><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża C‑488/13,</P><P>li għandha bħal suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Okrazhen sad – Targovishte (il-Bulgarija), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20130902">2 ta’ Settembru 2013</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20130909">9 ta’ Settembru 2013</DATE>, fil-proċedura</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD"><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Parva Investitsionna Banka<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> AD,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD"><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>UniKredit Bulbank<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> AD,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD"><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Siyk Faundeyshan<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> LLS,</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD"><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Ear Proparti Developmant – v nesastoyatelnost<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> AD,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Sindik na <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Ear Proparti Developmant – v nesastoyatelnost<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> AD,</HT></P></DEFENDANTS><PRESENCE><PRESENCE.INIT>fil-preżenza ta’:</PRESENCE.INIT><P><HT TYPE="BOLD">Natsionalna agentsia za prihodite,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD"><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Aset Menidzhmant<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> EAD,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD"><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Ol Siyz Balgaria<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> OOD,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD"><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Si Dzhi Ef – aktsionerna obshtnost<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> AD,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD"><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Silvar Biych<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> EAD,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD"><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Rudersdal<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> EOOD,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD"><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Kota Enerdzhi<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> EAD,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Chavdar Angelov Angelov,</HT></P></PRESENCE></PARTIES><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz (Relatur), President tal-Awla, E. Juhász, A. Rosas, D. Šváby u C. Vajda, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Parva Investitsionna Banka<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> AD, minn I. Dermendzhiev, advokat,</P></ITEM><ITEM><P>għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>UniKredit Bulbank<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> AD, minn M. Fezliyska, kif ukoll minn A. Kazini u L. K. Hampartsumyan,</P></ITEM><ITEM><P>għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Siyk Faundeyshan<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> LLS, minn Z. Tomov, advokat,</P></ITEM><ITEM><P>għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Ear Proparti Developmant – v nesastoyatelnost<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> AD, minn G. Nakova, advokat,</P></ITEM><ITEM><P>għal Sindik na <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Ear Proparti Developmant – v nesastoyatelnost<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> AD, minn G. Y. Kolyovska,</P></ITEM><ITEM><P>għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Aset Menidzhmant<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> EAD, minn D. Ianakiev, advokat,</P></ITEM><ITEM><P>għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Ol Siyz Balgaria<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> OOD, minn V. Skochev, advokat,</P></ITEM><ITEM><P>għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Silvar Biych<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> EAD, minn D. Ianakiev, advokat,</P></ITEM><ITEM><P>għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Rudersdal<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> EOOD, minn V. Goshev, advokat,</P></ITEM><ITEM><P>għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Kota Enerdzhi<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> EAD, minn M. Nikolova, advokat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn S. Petrova u M. Wilderspin, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li tagħti deċiżjoni permezz ta’ digriet motivat, skont l-Artikolu 53(2), tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="399" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU L 399, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Parva Investitsionna Banka<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> AD, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>UniKredit Bulbank<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> AD u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>”Siyk Faundeyshan<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> LLS kontra <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Ear Proparti developmant – v nesastoyatelnost<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> AD u Sindik na <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Ear Proparti Developmant – v nesastoyatelnost<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> AD, dwar proċeduri ta’ insolvenza miftuħa kontra <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Ear Proparti developmant – v nesastoyatelnost<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> AD.</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(1)(a) tiegħu, ir-Regolament Nru 1896/2006 għandu l-għan li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>jissimplifika, iħaffef u jnaqqas l-ispejjeż ta’ litigazzjoni f’każijiet transkonfinali fir-rigward ta’ talbiet mhux kontestati ta’ flus permezz tal-ħolqien ta’ proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>Kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament għandu japplika għal kwistjonijiet ċivili u kummerċjali f’każijiet transkonfinali tkun liema tkun ix-xorta tal-qorti jew tat-tribunal. M’għandux jikkonċerna, b’mod partikolari, kwistjonijiet dwar dħul ta’ flus, dwana jew ta’ amministrazzjoni jew ir-responsabbiltà ta’ l-Istat għal atti u ommissjonijiet fl-eżerċizzju ta’ l-awtorità ta’ Stat (<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>acta iure imperii<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="2019" ID="QE0032"/>).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal materji li jirrigwardaw:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>falliment, proċedimenti relatati mal-istralċ ta’ kumpanniji insolventi jew ta’ persuni ġuridiċi oħra, arranġamenti ġudizzjarji, ftehimiet u proċedimenti analogi;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmi regolament jiddefinixxi l-każijiet transkonfinali kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, każ transkonfinali huwa wieħed fejn mill-inqas waħda mill-partijiet hija domiċiljata jew abitwalment residenti fi Stat Membru divers mill-Istat Membru tal-qorti jew tat-tribunal fejn tkun saret it-talba.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-domiċilju għandu jiġi ddeterminat b’mod konformi ma’ l-Artikoli 59 u 60 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali [(ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42)].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-mument rilevanti biex jiġi determinat jekk hemmx każ transkonfini hu l-ħin meta l-applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea tkun sottomessa b’mod konformi ma’ dan ir-Regolament.<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>Ambitu<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, jipprovdi fil-paragrafu 1 tiegħu, l-ewwel subparagrafu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, proċeduri ta’ infurzar għandhom jiġu regolati mil-liġi ta’ l-Istat Membru ta’ l-infurzar.<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 1896/2006, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>Relazzjoni mal-liġi proċedurali nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>Il-kwistjonijiet proċedurali kollha li ma ġewx ittrattati b’mod speċifiku f’dan ir-Regolament għandhom jiġu rregolati mil-liġi nazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Bulgaru</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-Kostituzzjoni</P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(4) tal-Kostituzzjoni jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>Il-ftehimiet internazzjonali, irratifikati skont il-proċedura kostituzzjonali, ippubblikati u li daħlu fis-seħħ għar-Repubblika tal-Bulgarija, jagħmlu parti mid-dritt nazzjonali tal-Istat. Huma jieħdu preċedenza fuq in-normi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali jekk huma f’kunflitt magħhom.<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-liġi fuq il-kummerċ</P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 717n tal-Liġi fuq il-Kummerċ (Targovski zakon, iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>TZ<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>Waqt il-bejgħ ta’ proprjetà li hija ipotekata mid-debitur sabiex jiġi żgurat id-dejn ta’ ħaddieħor, l-amministratur jibgħat lill-kreditur ipotekarju avviż ta’ bejgħ. L-ammont dovut lill-kreditur ipotekarju jinżamm mill-amministratur u jingħata lill-kreditur fuq preżentata ta’ titolu eżekuttiv tat-talba tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kodiċi ta’ proċedura ċivili</P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 417 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (Grazhdanski protsesualen kodeks, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>GPK<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>Ir-rikorrent jista’ jitlob il-ħruġ ta’ inġunzjoni ukoll meta t-talba, irrispettivament mill-ammont tagħha, hija bbażata fuq:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>att ta’ korp amministrattiv, li l-qrati ċivili huma responsabbli għalih sabiex jawtorizzaw l-eżekuzzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>dokument ta’ kontabbiltà jew dikjarazzjoni ta’ kontabbiltà li jistabbilixxi jew tistabbilixxi t-talba ta’ stabbiliment tal-Istat, ta’ Komun jew ta’ bank;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>att notarili, arranġament jew ftehim ieħor, ma’ awtentikazzjoni notarili ta’ firem, rigward l-obbligi għall-ħlas ta’ flus jew ta’ oġġetti funġibbli oħra li huma elenkati fih, kif ukoll obbligi ta’ konsenja ta’ oġġetti speċifikati;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 418 ta’ dan il-kodiċi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="418.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Meta r-rikors ikun akkumpanjat minn dokument imsemmi fl-Artikolu 417 li fuqu hija bbażata t-talba, il-kreditur jista’ jitlob lill-qorti li tordna l-eżekuzzjoni immedjata u li toħroġ titolu eżekuttiv.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="418.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>It-titolu eżekuttiv jinħareġ wara li l-qorti tkun ivverifikat il-validità formali tad-dokument u tkun ikkonstatat talba eżekuttiva kontra d-debitur. Sabiex toħroġ it-titolu eżekuttiv, il-qorti għandha tniżżel nota dwar dan fuq id-dokument ippreżentat u fuq l-inġunzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="418.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Meta, skont id-dokument ippreżentat, il-ħlas lura tad-dejn jiddependi fuq l-eżekuzzjoni ta’ kontroparti jew fuq ir-realizzazzjoni ta’ fatt ieħor, l-eżekuzzjoni ta’ dan il-kontroparti jew l-okkorrenza ta’ din iċ-ċirkustanza għandhom jiġu kkonstatati minn dokument uffiċjali jew minn dokument li ġej mingħand id-debitur.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="418.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-att li bih tiġi miċħuda totalment jew parzjalment it-talba għal ħruġ ta’ titolu eżekuttiv jista’ jsir appell minnu mir-rikorrent fi żmien ġimgħa min-notifika tiegħu, permezz ta’ appell inċidentali, li ma jiġix ippreżentat kopja tiegħu għal notifika.</ALINEA></PARAG><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-liġi dwar l-atti normattivi</P></TI></TITLE><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 46 tal-Liġi dwar l-atti normattivi (Zakon za normativnite aktove, iktar ’il quddiem iz-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>ZNA<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>), li jikkonċerna l-interpretazzjoni ta’ atti normattivi, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="046.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dispożizzjonijiet ta’ atti normattivi għandhom japplikaw skont it-tifsira stretta tagħhom. Jekk ma jkunux ċari, huma jkunu interpretati fit-tifsira li tikkorrispondi l-aħjar mad-dispożizzjonijiet l-oħra, mal-għan tal-att interpretat u mal-prinċipji ġenerali tad-dritt Bulgaru.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="046.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Meta l-att normattiv ma huwiex komplut, ikunu applikati għal każijiet li ma jirregolax id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw każijiet simili, sa fejn dan ikun konsistenti mal-għan tal-att. Fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet ta’ dan it-tip, ir-relazzjonijiet huma rregolati mill-prinċipji ġenerali tad-dritt Bulgaru [...]<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Okrazhen sad – Targovishte (qorti reġjonali ta’ Targovishte), li huwa kompetenti fi kwistjonijiet ta’ falliment, fetħet, permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20110530">30 ta’ Mejju 2011</DATE>, proċeduri ta’ insolvenza kontra <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>Ear Proparti Developmant – v nesastoyatelnost<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> AD u ordnat permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20120615">15 ta’ Ġunju 2012</DATE>, il-qbid ta’ assi li jappartjenu lill-massa fallimentari kif ukoll l-istralċ tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Is-Sindik na <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>Ear Proparti Developmant – v nesastoyatelnost<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> AD (amministratur maħtur fil-kuntest tal-proċeduri miftuħa kontra <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>Ear Proparti Developmant – v nesastoyatelnost<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> AD) biegħ diversi proprjetajiet li jifformaw parti mill-imsemmija massa u suġġetti għal ipoteki favur <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>Parva Investitsionna Banka<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> AD (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>Parva Investitsionna Banka<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>). Dawn l-ipoteki saru sabiex jiżguraw il-kuntratti relatati ma’ talbiet, konklużi bejn Parva Investitsionna Banka u terzi, jiġifieri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>Port Investmant Developmant – Balgaria 2<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> EAD u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>Aset Menidzhmant<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> EAD.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Parva Investitsionna Banka hija proprjetarja ta’ diversi titoli eżekuttivi extraġudizzjarji relatati mat-talbiet marbuta ma’ dawn il-krediti ipotekarji. Din il-kumpannija ppreżentat rikors, ibbażat fuq l-Artikolu 717n tat-TZ u intiż sabiex issir l-eżekuzzjoni provviżorja u immedjata ta’ dawn it-titoli, skont l-Artikoli 417 u 418 tal-GPK. Hija talbet il-ħlas tal-prezz li bih kienu nbiegħu l-proprjetajiet li jagħmlu parti mill-massa fallimentari. Peress li dawn it-talbiet ġew ikkontestati, b’mod partikolari, mill-kumpanniji debitriċi, is-Sindik na <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>Ear Proparti Developmant – v nesastoyatelnost<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> AD talab lill-qorti tar-rinviju li tiddeċiedi, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, fuq il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 717n tat-TZ, fil-każ li l-ħlas ta’ talba kkontestata jintalab mill-massa fallimentari.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, din id-domanda tistaqsi, essenzjalment, jekk il-ħlas, mill-massa fallimentari u skont il-modalitajiet previsti mill-Artikolu 717n tat-TZ, ta’ talba kkontestata, li l-eżekuzzjoni provviżorja immedjata tagħha ġiet awtorizzata abbażi ta’ titoli extraġudizzjarji, jistax jitqies li huwa leċitu.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, din il-qorti ssemmi sentenza tal-Konstitutsionen sad (Qorti Kostituzzjonali) tat-<DATE ISO="20121002">2 ta’ Ottubru 2012</DATE> (Kawża Nru 4/2012), li kkonfermat li huma konformi mal-Kostituzzjoni l-Artikoli 417 u 418 tal-GPK li jawtorizzaw lill-banek, abbażi ta’ dikjarazzjoni ta’ kontijiet ta’ kreditu, li jiksbu eżekuzzjoni immedjata. L-eżami magħmul mill-Konstitutsionen sad sar fid-dawl tar-Regolament<?PAGE NO="6"?> Nru 1896/2006 minħabba l-fatt dan tal-aħħar jagħmel parti mid-dritt nazzjonali intern u jgawdi supremazija, skont l-Artikolu 5(4) tal-Kostituzzjoni, imqabbel mar-regoli interni li jmorru kontra l-prinċipji ġuridiċi u s-soluzzjonijiet li jipprovdi.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li l-eżami tad-dritt nazzjonali jiżvela l-eżistenza ta’ lakuna ġuridika peress li l-Artikolu 717n tat-TZ ma jipprevedix il-każ fejn talba magħmula skont din id-dispożizzjoni tiġi kkontestata. Skont din il-qorti, l-Artikolu 46(2) taż-ZNA jimponilha, meta tali lakuna tkun irrilevata, li tikkunsidra l-istruttura tal-liġi u l-prinċipji ġenerali tad-dritt, sabiex tiddeċiedi dwar it-talba li hija adita biha. Ir-Regolament Nru 1896/2006, anki jekk jiffoka esklużivament fuq proċedura Ewropea ta’ ordni ta’ ħlas, huwa, skont l-imsemmija qorti, l-unika leġiżlazzjoni li s-soluzzjonijiet normattivi huma, minħabba l-għan tagħhom, qrib biżżejjed tan-natura tal-kawża pendenti quddiemha. Dan ir-regolament jipprovdi regoli u prinċipji rilevanti sabiex tingħata risposta għal domandi relatati mal-kunflitt li hemm bejn il-proċeduri ta’ eżekuzzjoni individwali u l-proċeduri ta’ insolvenza.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5(4) tal-Kostituzzjoni, l-imsemmi regolament jagħmel parti mid-dritt nazzjonali. Għaldaqstant hemm lok li dan jiġi kkunsidrat fl-interpretazzjoni tal-prinċipji ġenerali tad-dritt u tad-determinazzjoni tal-istruttura tal-liġi.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Okrazhen sad – Targovishte ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>1)</NO.P><TXT>Kif għandu jiġi interpretat il-kriterju dwar in-natura inkontestabbli ta’ pretensjoni għal ħlas infurzabbli, fis-sens tal-premessa 6 tar-Regolament Nru 1896/2006?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każijiet fejn il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, li fit-territorju tiegħu tkun qiegħda tiġi eżegwita pretensjoni għal ħlas, ma tiddeterminax jekk l-ordni ta’ infurzar hijiex applikabbli għall-ordni ta’ tali ħlas fi proċeduri ta’ insolvenza li jkunu nbdew kontra persuna li fir-rigward tal-proprjetà tagħha jkun intalab l-infurzar, il-projbizzjoni fl-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament [Nru 1896/2006] għandha tiġi interpretata b’mod strett u tapplika biss fir-rigward ta’ pretensjonijiet għal ħlas kontestabbli li għandhom jiġu infurzati jew inkella tikkonċerna wkoll pretensjonijiet għal ħlas inkontestabbli li l-infurzar tagħhom huwa mitlub?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament [Nru 1896/2006], li jipprovdi l-esklużjoni, mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, ta’ fallimenti ta’ kumpanniji jew ta’ persuni ġuridiċi oħra, ta’ proċeduri ta’ stralċ ta’ kumpanniji insolventi u ta’ proċeduri oħra simili, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-limitazzjoni tikkonċerna biss il-bidu tal-imsemmija proċeduri, jew tali limitazzjoni tkopri wkoll l-iżvolġiment kollu tagħhom, skont l-istadji tal-proċeduri previsti fid-dritt nazzjonali tal-Istat Membru inkwistjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Skont il-prinċipju tas-supremazija tad-dritt Komunitarja u fil-każ ta’ lakuna fid-dritt nazzjonali ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, il-qorti nazzjonali tal-Istat Membru li quddiemha jkunu nbdew proċeduri ta’ insolvenza kontra persuna li fir-rigward tal-proprjetà tagħha jkun intalab l-infurzar, tista’ tagħti deċiżjoni permezz ta’ sentenza differenti u li tmur kontra l-prinċipji ġenerali tar-Regolament [Nru 1896/2006], abbażi tal-premessa 10 u tal-Artikolu 26 ta’ dan tal-aħħar?<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tiegħu, ir-Regolament Nru 1896/2006 jipprovdi proċedura Ewropea ta’ ordni għall-ħlas f’każijiet transkonfinali li jikkonċernaw talbiet ta’ flus mhux ikkontestati.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Skont id-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-kawża prinċipali la tirrigwarda proċedura Ewropea ta’ ordni ta’ ħlas, prevista mir-Regolament Nru 1896/2006, u lanqas l-eżekuzzjoni ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea, maħruġa abbażi tiegħu, iżda tikkonċerna l-eżekuzzjoni ta’ titolu extraġudizzjarju, li l-eżekuzzjoni tiegħu provviżorja u immedjata ntalbet abbażi tad-dritt nazzjonali fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ insolvenza.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>B’hekk, huwa ċar li s-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1896/2006, li l-qorti tar-rinviju qed titlob l-interpretazzjoni tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Issa, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, permezz domandi tagħha, il-qorti tar-rinviju qed titlob interpretazzjoni tar-Regolament Nru 1896/2006, sabiex timla lakuna fid-dritt li din il-qorti rrilevat fil-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għal sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma taqax fil-lamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 94(c) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-talba għal deċiżjoni preliminari għandha tinkludi l-espożizzjoni tar-raġunijiet li wasslu lill-qorti tar-rinviju sabiex ikollha dubji dwar l-interpretazzjoni jew il-validità ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll ir-rabta li hija tistabbilixxi bejn dawn id-dispożizzjonijiet u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-kawża prinċipali. Din l-espożizzjoni, l-istess bħall-espożizzjoni fil-qosor tal-fatti rilevanti meħtieġa mill-Artikolu 94(a) tal-istess regoli tal-proċedura, għandha tippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja li tivverifika, minbarra l-ammissibbiltà tad-domanda preliminari, il-ġurisdizzjoni tagħha li tirrispondi għad-domanda magħmula (sentenza Siragusa, C‑206/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:126">EU:C:2014:126</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 19).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-prinċipju, ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għal domanda preliminari meta jkun manifest li d-dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni suġġetta għall-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ma tkunx tista’ tiġi applikata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Caixa d’Estalvis i Pensions de Barcelona, C‑139/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:174">EU:C:2014:174</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 41 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Madankollu, f’sitwazzjoni, bħal din inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha l-fatti ma jkunux jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li qed tintalab l-interpretazzjoni tagħhom, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-ġurisdizzjoni sabiex tagħti deċiżjoni dwar talba għal deċiżjoni preliminari fejn id-dritt nazzjonali jagħmel riferiment għall-kontenut tal-imsemmija dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni sabiex jiddetermina liema huma r-regoli applikabbli għal sitwazzjoni purament interna tal-Istat Membru kkonċernat (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Poseidon Chartering, C‑3/04, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:176">EU:C:2006:176</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 15; ETI <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑280/06, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:775">EU:C:2007:775</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 22 u 26; Salahadin Abdulla <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑175/08, C‑176/08, C‑178/08 u C‑179/08, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:105">EU:C:2010:105</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 48; Cicala, C‑482/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:868">EU:C:2011:868</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 17; Nolan, C‑583/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:638">EU:C:2012:638</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 45; kif ukoll Romeo, C‑313/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:718">EU:C:2013:718</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 21).</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fil-fatt, jeżisti ċertament interess tal-Unjoni li, sabiex jiġu evitati diverġenzi futuri ta’ interpretazzjoni, id-dispożizzjonijiet jew il-kunċetti meħuda mid-dritt tal-Unjoni jingħataw interpretazzjoni uniformi, meta leġiżlazzjoni nazzjonali tikkonforma ruħha, fir-rigward tas-soluzzjonijiet li hija tadotta fir-rigward ta’ sitwazzjonijiet li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-att tal-Unjoni kkonċernat, ma’ dawk stabbiliti mill-imsemmi att, sabiex jiżguraw li s-sitwazzjonijiet interni u s-sitwazzjonijiet irregolati mid-dritt tal-Unjoni jingħataw trattament identiku, indipendentement mill-kundizzjonijiet li fihom għandhom jiġu applikati d-dispożizzjonijiet jew il-kunċetti msemmija fid-dritt tal-Unjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Salahadin Abdulla <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:105">EU:C:2010:105</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 48; SC Volksbank România, C-602/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:443">EU:C:2012:443</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 87 u 88; Nolan, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:638">EU:C:2012:638</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 46; Allianz Hungária Biztosító <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C-32/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:160">EU:C:2013:160</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 20 u 21; kif ukoll Romeo, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:718">EU:C:2013:718</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 22).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Dan huwa l-każ meta d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni inkwistjoni jkunu saru applikabbli għal tali sitwazzjonijiet permezz tad-dritt nazzjonali b’mod dirett u mhux kundizzjonali (sentenzi Cicala, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:868">EU:C:2011:868</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 19; Nolan, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:638">EU:C:2012:638</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 47, u Romeo, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:718">EU:C:2013:718</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 23).<?PAGE NO="8"?> Għall-kuntrarju, dan ma huwiex il-każ meta d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali jippermettu lill-qorti nazzjonali li teskludi r-regoli tad-dritt tal-Unjoni, hekk kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Kleinwort Benson, C‑346/93, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:85">EU:C:1995:85</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 16 u 18, kif ukoll Romeo, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:718">EU:C:2013:718</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 33 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>F’din il-kawża, il-qorti tar-rinviju tirreferi għall-Artikolu 46(2) taż-ZNA, moqri flimkien mal-Artikolu 5(4) tal-Kostituzzjoni, u tispjega r-raġunijiet li għalihom hija tqis li interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1896/2006 f’sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament hija meħtieġa għall-finijiet tas-soluzzjoni tal-kawża li tagħha hija adita. Issa, l-ispjegazzjoni ta’ dawn ir-raġunijiet ma hijiex tali li tippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonkludi li hija għandha ġurisdizzjoni sabiex tagħti risposta għat-talba għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(4) jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>il-ftehimiet internazzjonali, irratifikati skont il-proċedura kostituzzjonali, ippubblikati u li daħlu fis-seħħ għar-Repubblika tal-Bulgarija, jagħmlu parti mid-dritt nazzjonali tal-Istat [, ... u huma] jieħdu preċedenza fuq in-normi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali jekk huma f’kunflitt magħhom.<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> Din in-norma għaldaqstant ma tirreferix għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1896/2006, imsemmija fid-domandi preliminari, iżda tipprevedi biss, skont il-kliem tagħha, regola relatata mal-ġerarkija eżistenti bejn id-dritt internazzjonali u d-dritt nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Rigward l-Artikolu 46(2) taż-ZNA, dan tal-aħħar jirreferi b’mod ġenerali għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>prinċipji ġenerali tad-dritt Bulgara<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> u mhux speċifikament għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1896/2006, imsemmija fl-imsemmija domandi. Għalkemm il-qorti tar-rinviju ssostni li din id-dispożizzjoni taż-ZNA, moqrija flimkien mal-Artikolu 5(4) tal-Kostituzzjoni, tirreferi wkoll għad-dritt tal-Unjoni, hija ma ssemmi bl-ebda mod li dawn id-dispożizzjonijiet tad-dritt Bulgaru effettivament jirreferu għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament, sabiex jirregolaw sitwazzjonijiet li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan tal-aħħar sabiex jiġi żgurat trattament identiku għas-sitwazzjonijiet interni u għall-istituzzjonijiet li jaqgħu taħt id-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Konstitutsionen sad, imsemmija fil-punt 17 ta’ dan id-digriet, u li għaliha tirreferi, f’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju, bl-ebda mod ma jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju li l-imsemmija deċiżjoni kienet tittratta l-kwistjoni dwar jekk id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5(4) tal-Kostituzzjoni u 46(2) taż-ZNA fihomx riferiment għad-dritt tal-Unjoni intiż li jiżgura tali trattament identiku.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Issa, għalkemm din l-aħħar dispożizzjoni, moqrija flimkien mal-Artikolu 5(4) tal-Kostituzzjoni, tirreferi b’mod ġenerali għall-prinċipji ġenerali tad-dritt sabiex timtela lakuna ġuridika, minn dan id-digriet ma jirriżultax li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1896/2006 saru applikabbli, fihom infushom, minn dawn id-dispożizzjonijiet tad-dritt Bulgaru, direttament u mingħajr kundizzjonijiet, għal sitwazzjoni li ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament li l-interpretazzjoni tagħhom qed tintalab. Jidher pjuttost li l-imsemmija dispożizzjonijiet tad-dritt Bulgaru huma limitati li jagħtu mandat lill-qorti adita sabiex tirrikorri għal prinċipji ġenerali u għal regoli tad-dritt nazzjonali, kif ukoll għad-dritt tal-Unjoni, sabiex jimlew, permezz tal-ġurisprudenza u skont l-evalwazzjoni tagħha tat-tagħlim meħud minn dawn ir-regoli u prinċipji, il-lakuna kkonstatata.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jistax jitqies li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1896/2006 msemmija fid-domandi magħmula saru, fihom infushom, applikabbli direttament u mingħajr kundizzjonijiet mid-dritt nazzjonali għal sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Konsegwentement, hemm lok li jiġi kkonstatat, abbażi tal-Artikolu 53(2) tar‑Regoli tal-Proċedura, li l-Qorti tal-Ġustizzja manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tagħti risposta għad-domandi magħmula mill-Okrazhen sad –Targovishte.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tiddegreta:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tagħti risposta għad-domandi magħmula mill-Okrazhen sad – Targovishte (il-Bulgarija).</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>