|
12.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 99/3 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/745
tat-3 ta’ April 2023
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jkun hemm l-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella. |
|
(4) |
Jixraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-oġġetti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tkun tista’ tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta’ tliet xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif imniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ April 2023.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Gerassimos THOMAS
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||||||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||
|
Prodott (l-hekk imsejjaħ sett tal-inbid) li jikkonsisti minn:
Is-sett huwa ppreżentat għall-bejgħ bl-imnut f’kaxxa tal-injam b’inserzjoni li jkollha toqob bid-dimensjonijiet eżatti tal-oġġetti. (Ara l-istampa) (*1) |
8205 51 00 |
Il-klassifikazzjoni tiġi determinata bir-regoli ġenerali 1, 3(b), 5(a) u 6 għall-interpretazzjoni (GIR) tan-Nomenklatura Magħquda kif ukoll bil-kliem tal-Kodiċijiet NM 8205 u 8205 51 00 . L-oġġetti jitqiegħdu għall-bejgħ bl-imnut f’sett skont it-tifsira tal-GIR 3(b). Is-sett jikkonsisti f’mill-inqas żewġ oġġetti differenti li huma klassifikabbli f’intestaturi differenti, pereżempju, taħt l-intestatura 8205 (l-openers tal-fliexken u trabuxujiet huma inklużi fl-intestatura 8205 bħala għodod tal-idejn f’konformità man-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (NSSA) tal-intestatura 8205 (E)(1)), jew taħt l-intestatura 9025 (termometri)). L-oġġetti jitqiegħdu f’kaxxa tal-injam adattata għall-bejgħ direttament lill-utenti finali mingħajr ma jiġu ppakkjati mill-ġdid. Dawn jitqiegħdu flimkien biex iwettqu attività speċifika, jiġifieri, biex jiġi servut l-inbid. Ara n-NSSA tal-GIR 3(b), (X). Is-“sikkina tal-waiter” li tikkonsisti fil-cutter tal-fojl, it-trabuxù u l-lieva tat-tapp tas-sufra/opener tat-tappijiet tal-fliexken ikkombinati tagħti lis-sett il-karattru essenzjali tiegħu minħabba li l-ftuħ ta’ flixkun tal-inbid huwa l-użu ewlieni biex jiġi servut l-inbid, li mingħajru l-oġġetti l-oħra kollha fis-sett ma għandhom l-ebda funzjoni. Il-kaxxa tal-injam hija mgħammra b’mod speċjali biex ikunu jistgħu jitqiegħdu l-oġġetti speċifiċi tas-sett. Minħabba li hija magħmula minn injam solidu, hija adattata għal użu fit-tul bħala kontenitur għall-oġġetti ppreżentati fiha. Hija ta’ tip li normalment jinbiegħ b’dan it-tip ta’ settijiet u ma tagħtix lis-sett sħiħ il-karattru essenzjali tiegħu. Għalhekk, il-kaxxa tal-injam għandha tiġi kklassifikata flimkien mas-sett skont it-tifsira tal-GIR 5(a). B’hekk, is-sett tal-inbid għandu jiġi klassifikat taħt il-kodiċi NM 8205 51 00 bħala għodod tad-dar. |
(*1) L-istampa għandha tintuża biss għal raġunijiet ta’ informazzjoni.