IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 28.8.2025
COM(2025) 472 final
2025/0260(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar in-nuqqas ta’ applikazzjoni tad-dazji doganali fuq ċerta merkanzija
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 28.8.2025
COM(2025) 472 final
2025/0260(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar in-nuqqas ta’ applikazzjoni tad-dazji doganali fuq ċerta merkanzija
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u objettivi tal-proposta
Permezz tar-Regolament (UE) 2020/2131 tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq ċerta merkanzija 1 , id-dazji doganali fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tipi ta’ awwista ġew eliminati għal perjodu ta’ 5 snin, sal-31 ta’ Lulju 2025.
Dan kien ir-riżultat ta’ Dikjarazzjoni Konġunta tal-21 ta’ Awwissu 2020 tal-Unjoni u tal-Istati Uniti li ħabbret l-eliminazzjoni jew it-tnaqqis tad-dazji doganali għal għadd limitat ta’ linji tariffarji bħala pass biex jittejbu r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u l-Istati Uniti u biex jiġi mmarkat il-bidu ta’ proċess lejn kummerċ transatlantiku aktar ħieles, ġust u reċiproku. Permezz tal-Proklamazzjoni Presidenzjali tat-22 ta’ Diċembru 2020, l-Istati Uniti, bi skambju, ipprovdew eżenzjoni mid-dazju għal valur ekonomiku komparabbli fuq prodotti bħal ikliet ippreparati, ċerti oġġetti tal-ħġieġ tal-kristall, preparazzjonijiet tal-wiċċ, trabijiet propellanti, lajters tas-sigaretti u partijiet tal-lajters.
Bħala parti minn ftehim politiku mħabbar mill-President tal-Kummissjoni von der Leyen u l-President tal-Istati Uniti Trump fis-27 ta’ Lulju 2025, u kif stabbilit fid-Dikjarazzjoni Konġunta tal-21 ta’ Awwissu 2025 (“Dikjarazzjoni Konġunta”), li fih iż-żewġ naħat qablu dwar Qafas dwar Ftehim dwar Kummerċ Reċiproku, Ġust u Bilanċjat, l-Unjoni esprimiet l-intenzjoni li minnufih tieħu l-passi meħtieġa biex testendi d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Unjoni u tal-Istati Uniti tal-21 ta’ Awwissu 2020 fir-rigward tal-awwista, flimkien ma’ kamp ta’ applikazzjoni estiż tal-prodott biex jinkludi l-awwista pproċessata (jiġifieri ppreparata).
Għalhekk, l-objettiv ta’ din il-proposta huwa li tipprevedi n-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-istess dazji doganali, b’mod simili għar-Regolament (UE) 2020/2131 sabiex jiġi żgurat in-nuqqas ta’ applikazzjoni kontinwu tad-dazji doganali fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tipi ta’ awwista kif ukoll biex barra minn hekk ma jiġux applikati dazji doganali fuq l-importazzjonijiet tal-awwista pproċessata (jiġifieri ppreparata).
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika kkonċernat
L-objettiv ta’ din il-proposta huwa li jinżammu opportunitajiet addizzjonali għall-operaturi tal-Unjoni u tal-Istati Uniti, billi ma jiġux applikati tariffi jew jitnaqqsu. Jenħtieġ li jiġi evitat id-deterjorament tar-relazzjonijiet kummerċjali mal-Istati Uniti. Dan hu kompletament konsistenti mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) li fih hemm stipulat li jenħtieġ li l-Unjoni tinkoraġġixxi l-integrazzjoni tal-pajjiżi kollha fl-ekonomija dinjija, inkluż permezz tal-abolizzjoni progressiva tar-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ internazzjonali 2 .
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
Il-proposta hija konsistenti ma’ politiki oħra tal-Unjoni.
2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi legali
L-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).
•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
Skont l-Artikolu 5(3) tat-TUE, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax fl-oqsma tal-kompetenza esklużiva tal-Unjoni. L-unjoni doganali u l-politika kummerċjali komuni huma elenkati fost l-oqsma ta’ kompetenza esklużiva tal-Unjoni fl-Artikolu 3 tat-TFUE. Din il-politika tinkludi n-negozjar ta’ ftehimiet kummerċjali u l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ politika kummerċjali inkluż tnaqqis fit-tariffi skont, inter alia, l-Artikolu 207 TFUE.
•Proporzjonalità
Il-proposta tal-Kummissjoni hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità, u meħtieġa fid-dawl tal-objettiv li jiġi evitat id-deterjorament tar-relazzjonijiet kummerċjali mal-Istati Uniti.
•Għażla tal-istrument
Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
Mhux applikabbli
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Mhux applikabbli
•Ġbir u użu tal-għarfien espert
Mhux applikabbli
•Valutazzjoni tal-impatt
Fid-dawl tal-impenn politiku mill-President tal-Kummissjoni von der Leyen u fis-27 ta’ Lulju biex minnufih jittieħdu l-passi meħtieġa biex tiġi estiża d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Unjoni u tal-Istati Uniti tal-21 ta’ Awwissu 2020 fir-rigward tal-awwista, flimkien ma’ kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott estiż biex jinkludi l-awwista pproċessata (jiġifieri ppreparata), u minħabba l-ħtieġa politika li nimxu ’l quddiem malajr sabiex jitnaqqsu t-tensjonijiet kummerċjali bejn l-Unjoni u l-Istati Uniti, il-proċess formali ta’ valutazzjoni tal-impatt ġie rrinunzjat. Għall-Unjoni, l-awwista, inkluża l-awwista pproċessata (jiġifieri ppreparata), mhijiex prodott sensittiv peress li l-Unjoni għadha importatur nett tal-prodotti koperti mir-Regolament propost. Fl-2024, l-Unjoni importat EUR 72 miljun minn dawn il-prodotti tal-awwista mill-Istati Uniti (22 % tal-importazzjonijiet globali barra mill-Unjoni), filwaqt li l-kummerċ totali kkonċernat kien ta’ madwar EUR 342 miljun fl-2024 (madwar EUR 320 miljun f’importazzjonijiet fl-Unjoni u EUR 21 miljun f’esportazzjonijiet mill-Unjoni).
In-nuqqas kontinwu ta’ applikazzjoni tad-dazji tal-importazzjoni u l-espansjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu biex jinkludi wkoll l-awwista pproċessata (jiġifieri ppreparata) se jkomplu jappoġġaw l-industrija tal-ipproċessar tal-ikel u s-settur tal-ospitalità.
•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni
Mhux applikabbli.
•Drittijiet fundamentali
Ir-regolament propost huwa konsistenti mat-Trattati u mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea minħabba li r-regolament propost ma jillimita l-eżerċizzju tal-ebda dritt fundamentali, bħal-libertà tax-xogħol professjonali, peress li d-dazji fuq l-importazzjoni jitnaqqsu biss, u mhux jiżdiedu. Fejn ir-regolament propost inaqqas id-dazji tal-importazzjoni fuq ċerti prodotti, iżda mhux fuq oħrajn, l-għażla ssir skont bażi legali xierqa. Fejn ir-regolament propost jagħti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tissospendi t-tnaqqis tad-dazji tal-importazzjoni, din is-sospensjoni terġa’ ddaħħal is-sitwazzjoni legali eżistenti qabel l-adozzjoni tar-regolament propost.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
Il-liberalizzazzjoni kontinwa tat-tariffi industrijali se jkollha impatt negattiv limitat fuq il-baġit tal-Unjoni fil-forma ta’ dazji doganali mitlufa minħabba l-liberalizzazzjoni tat-tariffi għall-prodotti koperti mil-linji tariffarji fl-anness ta’ dan ir-regolament propost. Mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2020/2131 sa Mejju 2025 (l-aktar data reċenti), id-dazji fuq l-importazzjoni mitlufa għall-prodotti tal-awwista taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2020/2131 ammontaw għal total ta’ EUR 37,3 miljun, li minnhom l-importazzjonijiet tal-Istati Uniti rrappreżentaw EUR 26,5 miljun 3 . Abbażi tad-dazji li kienu jinġabru fin-nuqqas tar-Regolament (UE) 2020/2131 għall-perjodu bejn Awwissu 2020 u Mejju 2025 minn pajjiżi terzi li ma jibbenefikawx minn trattament mingħajr dazju skont il-ftehimiet kummerċjali preferenzjali eżistenti mal-Unjoni, l-impatt baġitarju annwali stmat jammonta għal madwar EUR 7,5 miljun 4 . Id-dazji mitlufa meta titqies l-espansjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-awwista ppreparata/ipproċessata, jekk applikati għall-istess perjodu ta’ żmien (Awwisu 2020 sa Mejju 2025), kienu jammontaw għal EUR 242 elf 5 addizzjonali, kważi kollha ġejjin mill-importazzjonijiet tal-Istati Uniti. Fuq din il-bażi, l-impatt baġitarju annwali relatat man-nuqqas ta’ applikazzjoni tad-dazji doganali għall-awwista ppreparata/ipproċessata huwa stmat li jammonta għal madwar EUR 48 elf u l-impatt baġitarju annwali relatat man-nuqqas ta’ applikazzjoni tad-dazji doganali għall-merkanzija kollha fl-Anness tar-Regolament propost huwa stmat li jammonta għal madwar EUR 7,5 miljun 6 .
5.ELEMENTI OĦRA
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar
Mhux applikabbli
•Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)
Mhux applikabbli
•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
L-Artikolu 1 jipprevedi n-nuqqas ta’ applikazzjoni tad-dazji doganali fuq bażi erga omnes għal-linji tariffarji elenkati fl-Anness għar-Regolament propost.
L-Artikolu 2 jipprevedi ċ-ċirkostanzi li fihom il-Kummissjoni tista’ tissospendi, jew ma tissospendix, in-nuqqas ta’ applikazzjoni tad-dazji doganali għal din il-merkanzija.
L-Artikolu 3 jipprevedi l-proċedura tal-Kumitat li għandha tiġi segwita għal tali sospensjoni tan-nuqqas ta’ applikazzjoni tad-dazji doganali.
L-Artikolu 4 jipprevedi li d-dazji doganali mħallsa lil hinn minn dawk applikabbli f’konformità mar-Regolament propost għall-importazzjonijiet fl-Unjoni bejn l-1 ta’ Awwissu 2025 u d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament propost, huma eliġibbli għal rimborż fuq talba.
L-Artikolu 5 jipprevedi dettalji dwar id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni tar-Regolament propost.
2025/0260 (COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar in-nuqqas ta’ applikazzjoni tad-dazji doganali fuq ċerta merkanzija
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1)L-Unjoni u l-Istati Uniti tal-Amerka (l-“Istati Uniti”) għandhom l-iktar relazzjoni kummerċjali u ta’ investiment bilaterali kbira u profonda fid-dinja u għandhom ekonomiji integrati ħafna. Il-kummerċ bidirezzjonali totali bejniethom kellu valur ta’ aktar minn EUR 1,6 triljun fl-2024. Din is-sħubija profonda u komprensiva hija mirfuda minn investiment reċiproku sinifikanti b’investimenti reċiproċi fis-swieq ta’ xulxin b’valur ta’ madwar EUR 5,3 triljun.
(2)Sabiex jiġi evitat tfixkil u tkompli tittejjeb ir-relazzjoni kummerċjali u ta’ investiment mal-Istati Uniti, fis-16 ta’ Diċembru 2020, l-Unjoni adottat ir-Regolament (UE) 2020/2131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 7 dwar l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq ċerta merkanzija, b’mod partikolari ċerti tipi ta’ awwista, applikabbli mill-1 ta’ Awwissu 2020. Dak ir-Regolament skada fil-31 ta' Lulju 2025.
(3)F’konformità mal-ftehim politiku bejn l-Unjoni u l-Istati Uniti tas-27 ta’ Lulju 2025 u d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-21 ta’ Awwissu 2025 dwar Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti dwar Ftehim dwar Kummerċ Reċiproku, Ġust u Bilanċjat 8 (id-“Dikjarazzjoni Konġunta”) u biex jiġi żgurat aċċess kontinwu għall-prodotti tal-Unjoni fis-suq tal-Istati Uniti, jenħtieġ li l-Unjoni tipprevedi n-nuqqas ta’ applikazzjoni, għal perjodu ulterjuri, tad-dazji doganali fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni tat-tipi ta’ awwista koperti mir-Regolament (UE) 2020/2131. F’konformità mal-ftehim politiku, in-nuqqas ta’ applikazzjoni tad-dazji doganali jenħtieġ li jinkludi wkoll l-importazzjonijiet tal-awwista pproċessata kklassifikata taħt il-kodiċi 1605 30 90 tan-Nomenklatura Magħquda (NM).
(4)Għaldaqstant, id-dazji doganali fuq l-importazzjonijiet tal-oġġetti kklassifikati taħt il-kodiċijiet NM elenkati fl-Anness jenħtieġ li japplikaw f’livell ta’ 0 % sakemm l-Istati Uniti jkunu qed jimplimentaw b’mod effettiv id-Dikjarazzjoni Konġunta.
(5)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu konferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tissospendi n-nuqqas ta’ applikazzjoni tad-dazji doganali f’ċirkostanzi speċifiċi. Jenħtieġ li dawn is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami prevista fir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 9 .
(6)Fid-dawl tal-imoprtanza li jiġi evitat tfixkil tar-relazzjoni kummerċjali u ta’ investiment bejn l-Unjoni u l-Istati Uniti, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika b’effett retroattiv mill-1 ta’ Awwissu 2025. Id-dazji doganali mħallsa lil hinn minn dawk applikabbli skont dan ir-Regolament fil-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2025 u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu rimborżati fuq talba,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Nuqqas ta’ applikazzjoni tad-dazji doganali
Id-dazji doganali applikabbli tat-Tariffa Doganali Komuni fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-oġġetti kklassifikati taħt il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda (NM) elenkati fl-Anness għandhom ikunu ta’ 0 %.
Artikolu 2
Sospensjoni
1.Il-Kummissjoni tista’ tadotta att ta’ implimentazzjoni li jissospendi kompletament jew parzjalment l-applikazzjoni tal-Artikolu 1 fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a)meta l-Istati Uniti jonqsu milli jimplimentaw id-Dikjarazzjoni Konġunta jew inkella jimminaw l-objettivi tat-titjib tar-relazzjoni kummerċjali u ta’ investiment bejn l-Unjoni u l-Istati Uniti u l-objettivi segwiti mid-Dikjarazzjoni Konġunta, jew jimminaw l-aċċess tal-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni għas-suq tal-Istati Uniti, jew b’xi mod ieħor ifixklu r-relazzjoni kummerċjali u ta’ investiment bejn l-Unjoni u l-Istati Uniti;
(b)fejn ikun hemm biżżejjed indikazzjonijiet li l-Istati Uniti se jaġixxu bil-mod imsemmi fil-punt (a) fil-futur;
(c)meta tkun seħħet bidla fiċ-ċirkostanzi oġġettivi fir-rigward ta’ dawk eżistenti fiż-żmien meta nħarġet id-Dikjarazzjoni Konġunta.
Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 3(2).
2.L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu japplika sakemm jippersistu ċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 3
Proċedura ta’ Kumitat
1.Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar l-Ostakoli għall-Kummerċ stabbilit permezz tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 2015/1843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 10 .
2.Fil-każijiet fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 4
Rimborż tad-dazji doganali
Fuq talba tal-operaturi ekonomiċi kkonċernati, l-awtoritajiet doganali nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jirrimborżaw kwalunkwe dazju doganali mħallas aktar minn dak applikabbli skont dan ir-Regolament għall-importazzjonijiet fl-Unjoni bejn l-1 ta’ Awwissu 2025 u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, ta’ oġġetti kklassifikati taħt il-kodiċijiet NM elenkati fl-Anness.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Awwissu 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA U LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA3
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva3
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)3
1.3.Objettiv(i)3
1.3.1.Objettiv(i) ġenerali3
1.3.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi3
1.3.3.Riżultat(i) u impatt mistennija3
1.3.4.Indikaturi tal-prestazzjoni3
1.4.Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’:4
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva4
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva4
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.4
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi4
1.5.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra4
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni4
1.6.Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha5
1.7.Metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)5
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI6
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar6
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll6
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta6
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom6
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)6
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet6
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA7
3.1.Isem il--proposta7
3.2.Linji baġitarja7
3.3.Impatt finanzjarju7
4.RIMARKI OĦRA8
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar in-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ dazji doganali fuq ċerta merkanzija
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
Kummerċ
1.3.Objettiv(i)
1.3.1.Objettiv(i) ġenerali
Jinżammu opportunitajiet addizzjonali għall-operaturi tal-Unjoni u tal-Istati Uniti u jiġi evitat id-deterjorament tar-relazzjonijiet kummerċjali mal-Istati Uniti, billi ma jiġux applikati tariffi jew jitnaqqsu.
1.3.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi
Objettiv speċifiku Nru
Ma japplikawx dazji doganali fuq ċerti tipi ta’ awwista, inkluż l-awwista ppreparata/ipproċessata, fuq bażi erga omnes. Dan huwa fid-dawl tal-iskadenza, fil-31 ta’ Lulju 2025, tar-Regolament oriġinali li ma japplikax id-dazji doganali fuq ċerti tipi ta’ awwista (ir-Regolament (UE) 2020/2131 tas-16 ta’ Diċembru 2020) u l-impenn, bħala parti mill-ftehim politiku bejn il-President tal-Kummissjoni von der Leyen u l-President tal-Istati Uniti Trump fis-27 ta’ Lulju 2025, li jiġi estiż immedjatament ir-Regolament dwar l-awwista u li l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jiġi estiż għall-awwista pproċessata (jiġifieri ppreparata).
1.3.3.Riżultat(i) u impatt mistennija
Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.
Ir-riżultat mistenni huwa n-nuqqas kontinwu ta’ applikazzjoni tat-tariffi (MFN, Most-Favoured-Nation) għal ċerti tipi ta’ awwista taħt kundizzjonijiet simili għar-Regolament (UE) 2020/2131 u ż-żieda tal-awwista pproċessata mal-kamp ta’ applikazzjoni tan-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ dawn it-tariffi. Dan bħala segwitu għall-ftehim politiku bejn il-President tal-Kummissjoni von der Leyen u l-President tal-Istati Uniti Trump fis-27 ta’ Lulju 2025 u b’hekk jiġu limitati aktar tensjonijiet kummerċjali bejn l-Unjoni u l-Istati Uniti. In-nuqqas kontinwu ta’ applikazzjoni tat-tariffi għall-prodotti kkonċernati huwa mistenni li jkollu impatt negattiv limitat fuq il-baġit tal-UE fil-forma ta’ dazji doganali mitlufa. L-awwista mhijiex prodott sensittiv għall-Unjoni u l-estensjoni tan-nuqqas ta’ applikazzjoni tad-dazji tal-importazzjoni u l-espansjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu biex jinkludi l-awwista pproċessata (jiġifieri ppreparata) se jkomplu jappoġġaw l-industrija tal-ipproċessar tal-ikel u s-settur tal-ospitalità.
1.3.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.
Mhux applikabbli peress li l-uniku objettiv tar-Regolament huwa li ma jiġux applikati dazji doganali fuq ċerti prodotti.
1.4.Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’:
azzjoni ġdida
azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 11
l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
L-adozzjoni tar-Regolament propost skont il-Proċedura Leġiżlattiva Ordinarja u d-dħul fis-seħħ tar-Regolament propost għandhom jiġu segwiti fl-iqsar żmien possibbli.
Ir-Regolament huwa maħsub biex japplika b’effett retroattiv mill-1 ta’ Awwissu 2025 (id-data tal-iskadenza tar-Regolament oriġinali li diġà stipula n-nuqqas ta’ applikazzjoni tat-tariffi għall-biċċa l-kbira tal-prodotti tal-awwista koperti minn dan ir-Regolament).
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
Skont l-Artikolu 5(3) tat-TUE, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax fl-oqsma tal-kompetenza esklużiva tal-Unjoni. L-unjoni doganali u l-politika kummerċjali komuni huma elenkati fost l-oqsma ta’ kompetenza esklużiva tal-Unjoni fl-Artikolu 3 tat-TFUE. Din il-politika tinkludi n-negozjar ta’ ftehimiet kummerċjali u l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ politika kummerċjali inkluż tnaqqis fit-tariffi skont, inter alia, l-Artikolu 207 TFUE.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
Ir-Regolament oriġinali (ir-Regolament (UE) 2020/2131 tas-16 ta’ Diċembru 2020) irriżulta fin-nuqqas ta’ applikazzjoni tad-dazji doganali għall-biċċa l-kbira tal-prodotti tal-awwista koperti minn dan ir-Regolament propost applikat għal 5 snin, mingħajr konsegwenzi negattivi sinifikanti għall-Unjoni. In-nuqqas ta’ applikazzjoni mid-dazji għall-prodotti tal-awwista kkonċernati u l-espansjoni tiegħu għall-awwista pproċessata/ippreparata huma fatturi importanti biex jiġi evitat id-deterjorament tar-relazzjoni kummerċjali bejn l-UE u l-Istati Uniti. Għalhekk huwa importanti li jitkompla n-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ tali tariffi għall-prodotti kkonċernati, kif ukoll għall-awwista pproċessata/ippreparata, kif indikat fil-ftehim politiku tas-27 ta’ Lulju 2025.
1.5.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
Mhux applikabbli
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
Mhux applikabbli
1.6.Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha
durata limitata
– fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS
– impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.
durata mhux limitata
–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija mill-2025 u SSSS,
–segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.7.Metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)
Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
– mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
– mill-aġenziji eżekuttivi
Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit:
– lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom
– lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (għandhom jiġu speċifikati)
– lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-Fond Ewropew tal-Investiment
– lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju
– lill-korpi tad-dritt pubbliku
– lill-korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati
– lill-korpi rregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati
– lill-korpi jew lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u identifikati fl-att bażiku rilevanti
–lill-korpi stabbiliti fi Stat Membru, irregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru jew mid-dritt tal-Unjoni u eliġibbli biex jiġu fdati, f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur, bl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni jew ta’ garanziji baġitarji, sa fejn tali korpi jkunu kkontrollati minn korpi tad-dritt pubbliku jew minn korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku, u jkunu pprovduti b’garanziji finanzjarji adegwati fil-forma ta’ responsabbiltà in solidum mill-korpi kontrollanti jew b’garanziji finanzjarji ekwivalenti, li jistgħu, għal kull azzjoni, ikunu limitati għall-ammont massimu tal-appoġġ tal-Unjoni.
Kummenti
Mhux applikabbli
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
Mhux applikabbli peress li dan huwa sempliċi nuqqas ta’ applikazzjoni tad-dazji doganali kollha (erga omnes) fuq ċertu numru ta’ oġġetti.
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta
Mhux applikabbli peress li dan huwa sempliċi nuqqas ta’ applikazzjoni tad-dazji doganali kollha (erga omnes) fuq ċertu numru ta’ oġġetti.
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
Mhux applikabbli peress li dan huwa sempliċi nuqqas ta’ applikazzjoni tad-dazji doganali kollha (erga omnes) fuq ċertu numru ta’ oġġetti.
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)
Mhux applikabbli peress li dan huwa sempliċi nuqqas ta’ applikazzjoni tad-dazji doganali kollha (erga omnes) fuq ċertu numru ta’ oġġetti.
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
Mhux applikabbli peress li dan huwa sempliċi nuqqas ta’ applikazzjoni tad-dazji doganali kollha (erga omnes) fuq ċertu numru ta’ oġġetti.
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Isem il-proposta
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar in-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ dazji doganali fuq ċerta merkanzija
3.2.Linji baġitarja
Linja tad-dħul: il-Kapitolu 1 2, l-Artikolu 1 2 0
Ammont ibbaġitjat għas-sena kkonċernata: EUR 21 082 004 566
(fil-każ ta’ dħul assenjat biss):
Id-dħul jiġi assenjat għal-linja tan-nefqa li ġejja (Kapitolu/Artikolu/Partita): Mhux applikabbli
3.3.Impatt finanzjarju
Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja
☑ Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq in-nefqa iżda għandha impatt finanzjarju fuq id-dħul
Il-proposta għandha impatt finanzjarju fuq id-dħul assenjat
L-effett huwa kif ġej:
(miljuni ta’ EUR sa pożizzjoni deċimali waħda)
|
Linja tad-dħul |
Impatt fuq id-dħul 12 |
Perjodu ta’ XX xhur li jibda minn jj/xx/ssss (jekk japplika) |
Sena N |
|
Il-Kapitolu 12, l-Artikolu 120–Dazji doganali u dazji oħra msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punt (a) tad-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom |
-2,5 |
Perjodu ta’ 5 xhur, li jibda mill-01/08/2025 |
2025 |
|
Sitwazzjoni wara l-azzjoni |
|||||
|
Linja tad-dħul |
2026 |
2027 |
2028 |
2029 |
2030 |
|
|
-7,5 miljuni EUR |
-7,5 miljuni EUR |
-7,5 miljuni EUR |
-7,5 miljuni EUR |
-5 miljuni EUR |
(Fil-każ ta’ dħul assenjat biss, bil-kundizzjoni li l-linja baġitarja tkun diġà magħrufa):
|
Linja tan-nefqa 13 |
Sena N |
Sena N+1 |
|
Kapitolu/Artikolu/Partita |
||
|
Kapitolu/Artikolu/Partita |
|
Sitwazzjoni wara l-azzjoni |
|||||
|
Linja tan-nefqa |
[N+1] |
[N+2] |
[N+3] |
[N+4] |
[N+5] |
|
Kapitolu/Artikolu/Partita... |
|||||
|
Kapitolu/Artikolu/Partita... |
|||||
4.RIMARKI OĦRA
Il-kalkoli kienu bbażati fuq data statistika disponibbli, li tistma li d-dazji doganali mitlufa minħabba l-liberalizzazzjoni tat-tariffi għall-prodotti koperti mil-linji tariffarji fl-anness ta’ dan ir-Regolament jirrappreżentaw madwar EUR 7,5 miljun fis-sena f’dazji miġbura minn pajjiżi terzi li ma jibbenefikawx minn trattament mingħajr dazju skont il-ftehimiet kummerċjali preferenzjali eżistenti mal-UE (medja bejn Awwissu 2020 u Mejju 2025).